RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra

15.9.2014 - (14011/2013 – C8‑0106/2014 – 2013/0151B(NLE)) - ***

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Claude Moraes

Proċedura : 2013/0151B(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0009/2014
Testi mressqa :
A8-0009/2014
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra

(14011/2013 – C8‑0106/2014 – 2013/0151B(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta ' deċiżjoni tal-Kunsill (14011/2013),

–       wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (7076/13),

–       wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0106/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0009/2014),

1.      Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina bħalissa huma bbażati fuq il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1998. Fis-Samit ta' Pariġi fl-2008, il-mexxejja tal-UE u tal-Ukraina qablu li Ftehim ta' Assoċjazzjoni kellu jkun il-ftehim suċċessur tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni.

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina huwa l-ewwel wieħed minn ġenerazzjoni ġdida ta' Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jimmira li jaċċellera t-tfannid tar-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn l-Ukraina u l-UE. In-negozjati fuq dan il-Ftehim komprensiv, ambizzjuż u innovattiv bejn l-UE u l-Ukraina bdew f'Marzu 2007 u ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fl-2012.

Minħabba li l-Kunsill iddeċieda f'Lulju 2014 li jaqsam il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ukraina-UE f'żewġ deċiżjonijiet, jiġifieri waħda dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mingħajr id-dispożizzjoni dwar it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u l-oħra dwar id-dispożizzjoni relatata mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra, kif inkluża fl-Artikolu 17 tal-Ftehim, bl-argument li din tal-aħħar tagħmel parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Parti III, Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 79 (2) (b)), l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew għall-Artikolu 17 tat-Trattat hija r-responsabilità tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE).

Dan ir-rapport għaldaqstant jirrigwarda biss l-Artikolu 17 tal-Ftehim, li jinkludi fih obbligi speċifiċi relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi impjegati legalment bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra. Riżoluzzjoni separata marbuta mad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Ftehim ser tiġi adottata b'mod parallel mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.

Is-sitwazzjonijiet speċifiċi tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka huma riflessi fil-preambolu.

Filwaqt li jqis ir-relazzjoni storika mill-qrib bejn l-UE u l-Ukraina, il-fatt li r-rabtiet bejniethom kulma jmur qegħdin jikbru u s-sitwazzjoni politika attwali fi ħdan il-viċinat Ewropew, ir-rapporteur jappoġġa x-xewqa li permezz ta' dan il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, ir-relazzjonijiet jissaħħew u jitwessgħu b'mod ambizzjuż u innovattiv, u għaldaqstant jirrakkomanda li l-membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jappoġġaw dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

SEJĦA TAL-ISMIJIET GĦALL-VOTAZZJONI FINALI

Membri favur

Gérard Deprez, Sophia in ‘t Veld, Louis Michel, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström, Marek Jurek, Timothy Kirkhope, Helga Stevens, Kazimierz Michał Ujazdowski, Ignazio Corrao, Laura Ferrara, Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Salvatore Domenico Pogliese, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský; Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Tanja Fajon; Ana Gomes, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Soraya Post, Elly Schlein, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer, Bodil Ceballos, Eva Joly, Judith Sargentini, Josep-Maria Terricabras

Membri kontra

Beatrix von Storch, Janice Atkinson, Kristina Winberg, Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat, Vicky Maeijer, Harald Vilimsky, Udo Voigt

Membri li astjenew

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.9.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Malin Björk, Michał Boni, Bodil Ceballos, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Vicky Maeijer, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Janice Atkinson, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Miriam Dalli, Gérard Deprez, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Marek Jurek, Jeroen Lenaers, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Elly Schlein, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski