Proċedura : 2014/2035(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0018/2014

Testi mressqa :

A8-0018/2014

Dibattiti :

PV 21/10/2014 - 15
CRE 21/10/2014 - 15

Votazzjonijiet :

PV 22/10/2014 - 4.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0035

RAPPORT     
PDF 203kWORD 248k
14.10.2014
PE 537.391v03-00 A8-0018/2014

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il‑Kummissjoni

12300/2014 – C8‑0160/2014 – 2014/2035(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Gérard Deprez

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il‑Kummissjoni

(12300/2014 – C8‑0160/2014 – 2014/2035(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat tal-Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1) (minn hawn 'il quddiem "Regolament Finanzjarju"), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4) (minn hawn 'il quddiem "FII"),

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2014 (COM(2014)0234),

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 adottata mill-Kunsill fl-14 ta' Lulju 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Settembru 2014 (12300/2014 – C8-0160/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0018/2014),

A.     billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 jimmira li jdaħħal fil-baġit 2014 is-surplus li jirriżulta mis-sena finanzjarja 2013, li jammonta għal EUR 1 005 miljun;

B.     billi l-komponenti ewlenin ta' dan is-surplus jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 771 miljun, sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 276 miljun u differenza ta' kambju pożittiva ta' EUR 42 miljun;

C.     billi min-naħa tal-introjtu ż-żieda tiġi prinċipalment mill-multi u mill-interessi moratorji (EUR 1 331 miljun), filwaqt li l-ammont tar-riżorsi proprji effettivament miġbur meta mqabbel ma' dak imniżżel fil-baġit naqas (- EUR 226 miljun) u d-dħul mis-surplus, mill-bilanċi u mill-aġġustamenti qiegħed jonqos ukoll (- EUR 360 miljun);

D.     billi fin-naħa tan-nefqa s-sottoimplimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-2013 (EUR 107 miljun) u għall-2012 (EUR 54 miljun) hija partikolarment baxxa u marbuta ma' fatturi xi ftit jew wisq mhux prevedibbli kif ukoll ma tistax titqies li kkawżata minn tnaqqis fil-kapaċità ta' assorbiment;

E.     billi fir-realtà l-indikaturi kollha disponibbli jindikaw il-fatt li kien hemm skarsezza ta' approprjazzjonijiet ta' pagament kemm fil-baġit tal-2012 kif ukoll f'dak tal-2013;

F.     billi l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li kull diskrepanza mal-estimi, li għandha tiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni, għandha tkun l-uniku suġġett ta' dan il-baġit emendatorju;

1.      Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 iddedikat esklużivament lill-formazzjoni tal-baġit tas-surplus tal-2013, li jammonta għal EUR 1 005 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju; jikkonstata l-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014;

2.      Ifakkar li l-adozzjoni ta' dan il-baġit emendatorju Nru 2 se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjoni mill-ING tal-Istati Membri lill-baġit tal-UE b'EUR 1 005 miljun u għaldaqstant se tpaċi parzjalment il-kontribuzzjoni tagħhom lill-finanzjament tal-baġit emendatorju Nru 3 (bżonn ta' riżorsi proprji addizzjonali li jammontaw għal EUR 3 170 miljun); jenfasizza għalhekk l-intenzjoni tiegħu li jkompli l-proċedura għall-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 parallelament man-negozjati dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 li jikkonċerna l-mobilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali, u dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 li jikkonċerna r-reviżjoni tal-previżjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali, dħul ieħor u l-iffissar bħala definittivi ċerti multi b'hekk iforni EUR 2 059 miljun addizzjonali ta' riżorsi proprji li jistgħu jnaqqsu ulterjorment il-bżonnijiet għal approprjazzjonijiet addizzjonali mill-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3;

3.      Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-abbozzi ta' baġits emendatorji Nri 2, 3 u 4 huma adottati mingħajr emendi, dan jimplika impatt baġitarju kumplessiv ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-ING li jammontaw għal EUR 106 miljun biss, li saru disponibbli mill-Istati Membri bil-għan li jiġu garantiti biżżejjed approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014 biex ikopri l-obbligi ġuridiċi attwali tal-Unjoni;

4.      Bil-għan li jżomm ir-rabta politika u proċedurali bejn l-abbozzi ta' baġits emendatorji Nri 2, 3 u 4, jiddeċiedi li jemenda l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 kif muri hawn taħt;

5.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Abbozz ta' emenda  1 (emenda multipla)

Dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul

Kapitolu 1 4 — Riżorsi proprji bbażati fuq id-dħul gross domestiku skont l-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom

Ċifri:

 

Baġit 2014

Abbozz ta' baġits emendatorji Nru 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Differenza

Ammont ġdid

1 4 0

99 767 305 073

- 1 005 406 925

- 1 005 406 925

1 005 406 925

100 772 711 998

Total

99 767 305 073

- 1 005 406 925

- 1 005 406 925

1 005 406 925

100 772 711 998

Taqsima III – Il-Kummissjoni

Titolu 40 Riżervi

Ħolqien ta' linja ġdida 40 04 01 - Riżerva għall-bżonnijiet ta' pagament addizzjonali

Ċifri:

 

Baġit 2014

Abbozz ta' baġits emendatorji Nru 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Differenza

Ammont ġdid

40 04 01

-

-

-

1 005 406 925

1 005 406 925

Total

-

-

-

1 005 406 925

1 005 406 925

Kummenti:

L-approprjazzjonijiet imdaħħla f'dan l-artikolu għandhom jintużaw biex ikopru l-bżonnijiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali kif identifikati mill-Kummissjoni fl-ABE 3.

Ġustifikazzjoni:

Minħabba l-pressjoni għolja fuq il-pagamenti tal-2014 u t-tisħiħ mitlub mill-Kummissjoni fl-ABE 3/2014, qed jiġi propost li l-ammont tas-surplus għas-sena 2013 jintuża biex jiffinanzja linja maħluqa ex novo 40 04 01 "Riżerva għall-bżonnijiet ta' pagament addizzjonali" fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit, minflok ma jitnaqqsu r-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING. Jekk il-Kunsill jadotta l-ABE 3/2014 mingħajr emendi, din l-emenda tiġi rtirata.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)

ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)

ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


NOTA SPJEGATTIVA

Proposta tal-Kummissjoni

Fil-15 ta' April 2014 il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 tagħha dwar is-surplus li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2013. Ġie propost li surplus ta' EUR 1 005 miljun jiddaħħal fil-baġit tal-UE tal-2014 b'hekk jonqsu bl-istess ammont il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri. Dan l-ammont totali huwa EUR 18-il miljun inqas mis-surplus previst fil-baġit tal-2013 (EUR 1 023 miljun).

Il-komponenti ewlenin ta' dan is-surplus jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 771 miljun, sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 276 miljun u differenza ta' kambju pożittiva ta' EUR 42 miljun.

Fin-naħa tal-introjtu, l-elementi prinċipali huma r-riżorsi proprji, il-kontribuzzjonijiet u r-rifużjonijiet marbuta mal-politiki tal-UE u l-interessi moratorji u l-multi (EUR 1 331 miljun). Huwa interessanti li dak li jkun josserva li, meta mqabbel mas-surplus tad-dħul tal-2012, fl-2013 hemm surplus negattiv tar-riżorsi proprji u l-għajn predominanti ta' dan is-surplus ġejja mill-multi u mill-interessi moratorji.

L-eżitu ta' EUR 276 miljun fin-naħa tan-nefqa ġej mis-sottoimplimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet fl-2013 li tammonta għal EUR 107 miljun u mis-sottoimplimentazzjoni fl-2012 li tammonta għal EUR 54 miljun, għad li mhuwiex dovut għall-kapaċitajiet imnaqqsa ta' assorbiment ta' dawn is-snin iżda minħabba r-regoli baġitarji ta' tmiem is-sena. Fil-fatt, iż-żewġ snin baġitarji tal-2012 u tal-2013 urew skarsezza ta' approprjazzjonijiet ta' pagament.

Proposta tar-rapporteur

Fil-mument attwali, hemm tliet abbozzi ta' baġits emendatorji (ABE) proposti mill-Kummissjoni għall-baġit 2014:

•   ABE 2/2014 (mill-15 ta' April 2014)

L-ABE 2/2014 jirrigwarda s-surplus għas-sena baġitarja 2013.

L-ammont totali tas-surplus li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit 2013 li għandu jiddaħħal fil-baġit 2014 huwa EUR 1 005.4 miljun u ġej l-aktar mill-multi u mill-interessi moratorji.

Implikazzjoni għall-baġit netta: - EUR 1 005.4 miljun ta' riżorsi proprji meħtieġa

•   ABE 3/2014 (mit-28 ta' Mejju 2014)

L-ABE 3/2014 jipprevedi reviżjoni tal-previżjonijiet tad-dħul għall-2014 (dħul addizzjonali li jammonta għal EUR 1 568 miljun, il-maġġor parti tiegħu hija multi ġodda, jiġifieri 1 417-il miljun) u fl-istess ħin jappella għal approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali li jammontaw għal EUR 4 738.1 miljun li ġejjin mill-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għall-ammont ta' EUR 4 027 u li jużaw il-marġini sħiħ bejn il-livell approvat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u l-limitu massimu għall-2014, li jammonta għal EUR 711-il miljun.

Implikazzjoni għall-baġit netta: + EUR 3 170.1 miljun ta' riżorsi proprji meħtieġa

•   ABE 4/2014 (mid-9 ta' Lulju 2014)

L-ABE 4/2014 jipprevedi reviżjoni ulterjuri tar-riżorsi proprji tradizzjonali u previżjoni tad-dħul oħra għall-2014 u jgħolli l-livell mistenni ta' riżorsi proprji b'EUR 2 059 miljun. Barra minn dan inaqqas in-nefqa b'EUR 248 460 kemm fl-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll ta' pagament billi ma setax jinħatar Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġdid. Ibiddel ukoll it-tqassim tal-kontribuzzjonijiet bejn l-Istati Membri abbażi tad-data makroekonomika aġġornata.

Implikazzjoni għall-baġit netta: - EUR 2 059.2 miljun ta' riżorsi proprji meħtieġa

Jekk l-ABE 2, 3 u 4 jitqiesu lkoll flimkien, l-implikazzjoni għall-baġit netta hija biss EUR 105.7 miljun f'riżorsi proprji addizzjonali meħtieġa:

 

Din it-tabella turi wkoll li l-kontribuzzjonijiet nazzjonali addizzjonali meħtieġa (13 – VAT u 14 – riżorsi proprji ING), li jistgħu jkunu interessanti għall-Kunsill, jammontaw għal kważi 750 miljun, ammont li għandu jitqiegħed f'korrelazzjoni mal-4.7 biljuni meħtieġa f'pagamenti.

Bil-għan li tinżamm ir-rabta politika u proċedurali bejn it-tliet ABE, ir-rapporteur jipproponi l-introduzzjoni ta' din l-emenda li ġejja għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-ABE 2/2014:

Abbozz ta' emenda    1 (emenda multipla)

Dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul

Kapitolu 1 4 — Riżorsi proprji bbażati fuq id-dħul gross domestiku skont l-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom

Ċifri:

 

Baġit 2014

Abbozz ta' baġits emendatorji Nru 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Differenza

Ammont ġdid

1 4 0

99 767 305 073

- 1 005 406 925

- 1 005 406 925

1 005 406 925

100 772 711 998

Total

99 767 305 073

- 1 005 406 925

- 1 005 406 925

1 005 406 925

100 772 711 998

Taqsima III – Il-Kummissjoni

Titolu 40 Riżervi

Ħolqien ta' linja ġdida 40 04 01 - Riżerva għall-bżonnijiet ta' pagament addizzjonali

Ċifri:

 

Baġit 2014

Abbozz ta' baġits emendatorji Nru 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Differenza

Ammont ġdid

40 04 01

-

-

-

1 005 406 925

1 005 406 925

Total

-

-

-

1 005 406 925

1 005 406 925

Kummenti:

L-approprjazzjonijiet imdaħħla f'dan l-artikolu għandhom jintużaw biex ikopru l-bżonnijiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali kif identifikati mill-Kummissjoni fl-ABE 3.

Ġustifikazzjoni:

Minħabba l-pressjoni għolja fuq il-pagamenti tal-2014 u t-tisħiħ mitlub mill-Kummissjoni fl-ABE 3/2014, qed jiġi propost li l-ammont tas-surplus għas-sena 2013 jintuża biex jiffinanzja linja maħluqa ex novo 40 04 01 "Riżerva għall-bżonnijiet ta' pagament addizzjonali" fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit, minflok ma jitnaqqsu r-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING. Jekk il-Kunsill jadotta l-ABE 3/2014 mingħajr emendi, din l-emenda tiġi rtirata.

Qafas ġuridiku

L-Artikolu 18.1 tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi li s-surplus minn kull sena finanzjarja, kemm jekk surplus kif ukoll jekk defiċit, jiddaħħal bħala dħul jew nefqa fil-baġit tas-sena finanzjarja sussegwenti permezz ta' baġit emendatorju. L-Artikolu 15.3 jafferma wkoll li "kull diskrepanza mal-estimi għandha tkun irreġistrata fil-baġit tas-sena finanzjarja segwenti permezz ta' baġit ta' emenda ddedikat biss għal dik id-diskrepanza".

Fil-fehma tar-rapporteur, tali dispożizzjonijiet huma inkompatibbli mar-rifjut ta' dan l-abbozz ta' baġit emendatorju, iżda mhux mal-emenda tiegħu billi l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju ma jħallix lok għad-diskrezzjoni fir-rigward tad-destinazzjoni tas-surplus. Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li kull interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju li tikkonsisti fl-obbligu għall-Parlament li jadotta dan il-baġit emendatorju mingħajr modifiki tista' tmur kontra l-prerogattivi baġitarji tal-Parlament kif stabbilit mit-Trattat. Ir-rapporteur jixtieq ukoll jisħaq fuq il-fatt li ma hemm l-ebda azzjoni ġudizzjarja possibbli kontra l-emendi tal-PE fir-rigward tal-ABE 2/2014 f'dan l-istadju. Jekk adottat, il-PE u l-Kunsill se jkollhom jidħlu f'negozjati biex tinstab soluzzjoni.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

13.10.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Richard Ashworth, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Kaja Kallas, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Pina Picierno, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Marco Valli, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Echenique, Ernest Maragall, Ivan Štefanec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Emma McClarkin, Virginie Rozière

Avviż legali - Politika tal-privatezza