RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra
20.10.2014 - (09828/2014 – C8‑0130/2014 – 2014/0083(NLE)) - ***
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Petras Auštrevičius
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra
(09828/2014 – C8‑0130/2014 – 2014/0083(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (09828/2014),
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (17903/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), l-Artikolu 218(7) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0130/2014),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2011 li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE rigward in-negozjati bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni[1],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta' .... 2014[2] dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0020/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u r-Repubblika tal-Moldova.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (8.10.2014)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra
(09828/2014 – C8‑0130/2014 – 2014/0083(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Ionel-Sorin Moisă
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Moldova, innegozjat taħt il-patroċinju tal-Ftehim tal-Lvant mill-2010 sal-2013, jimxi mal-mudell tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina.
Dan jinkludi pilastru kummerċjali li se jwassal għall-ħolqien ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva[1] mal-UE.
Iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva se toħloq opportunitajiet ġodda għall-kummerċ u t-tkabbir ekonomiku u se tkun ta' benefiċċju dirett għan-negozji u ċ-ċittadini tal-Moldova, filwaqt li l-UE se tibbenefika minn flussi kummerċjali b'inqas intoppi u kundizzjonijiet ta' investiment aħjar fil-Moldova. Iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva tinkludi bosta dispożizzjonijiet li għandhom l-għan jirriformaw il-politiki tal-Moldova dwar il-kummerċ u dawk relatati mal-kummerċ, abbażi tal-acquis tal-UE u f'konformità miegħu. Dan kollu se jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tal-ekonomija, l-istabbiliment tal-investiment tal-UE fil-pajjiż, u għal ambjent politiku mtejjeb u aktar prevedibbli.
L-aċċess għas-suq
Għal dak li jirrigwarda l-UE, iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva tipprevedi l-eliminazzjoni totali tad-dazji kollha fuq l-importazzjonijiet kif ukoll il-projbizzjoni tad-dazji fuq l-esportazzjonijiet fuq il-prodotti kollha min-naħa tal-UE. Uħud mill-prodotti agrikoli biss (l-aktar prodotti li joriġinaw mill-annimali, zokkor u prodotti taċ-ċereali), li huma meqjusa bħala sensittivi fl-UE, se jkunu suġġetti għall-monitoraġġ tal-flussi kummerċjali. Għadd limitat ta' frott u ħaxix, prodotti li huma suġġetti għal prezzijiet tad-dħul fl-UE, se jkun liberalizzat fi ħdan kwoti tariffarji li jkopru l-flussi kummerċjali tradizzjonali.
Għal dak li jirrigwarda l-Moldova, għall-maġġoranza tal-prodotti hija prevista eliminazzjoni immedjata tad-dazji kollha fuq l-importazzjonijiet. Huwa previst proċess ta' liberalizzazzjoni fi stadji (bejn 3 u 10 snin, skont il-prodott), għal ċerti prodotti sensittivi (l-aktar prodotti agrikoli, kif ukoll tessuti/ħwejjeġ). Prodotti oħra jibqgħu mhux liberalizzati, ġestiti fi ħdan kwoti tariffarji (prodotti tat-tjur u laħam tal-majjal, ċerti prodotti tal-ħalib, prodotti ta' laħam proċessat jew zokkor u prodotti relatati).
Regoli ta' oriġini
Il-Moldova se tapplika r-regoli ta' oriġini li jippermettu l-adeżjoni mal-Konvenzjoni Pan-Ewro-Mediterranja, bħala żona ta' akkumulazzjoni tal-proċessi ta' manifattura mal-UE u membri Pan-Ewro-Mediterranji oħra, li trawwem pożittivament l-integrazzjoni ekonomika reġjonali fil-kummerċ ta' prodotti.
Servizzi u stabbiliment
L-UE u l-Moldova jipprovdu lil xulxin impenji GATS+ oħra f'firxa wiesgħa ta' oqsma u għall-4 modalitajiet ta' forniment ta' servizzi. B'mod partikolari, il-partijiet qablu dwar aċċess wiesa' għall-istabbiliment (modalità 3) f'varjetà wiesgħa ta' setturi, li huma akkumpanjati minn hekk imsejħa dispożizzjonijiet ta' 'modalità 4', li jippermettu lil persunal kwalifikat jaħdem fuq bażi temporanja fl-UE jew il-Moldova, f'setturi li huma koperti minn dispożizzjonijiet ta' stabbiliment.
Il-proċess ta' riforma se jkopri l-oqsma tas-servizzi postali u tal-kurrier, it-trasport marittimu internazzjonali, il-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi finanzjarji. B'riżultat ta' dan, l-UE tista' tapprofondixxi l-aċċess tas-suq tagħha fil-qasam tas-servizzi fi ħdan l-impenji bilaterali dwar is-servizzi. Il-Moldova tipprevedi massimu ta' 10 snin għall-proċess ta' riforma gradwali f'dawn l-oqsma kollha.
Proprjetà intellettwali
Il-partijiet qed isaħħu l-impenn tagħhom li jħarsu l-proprjetà intellettwali lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċjalizzazzjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali (TRIPS). Dan jirrigwarda l-protezzjoni estiża tad-drittijiet ta' proprjetà intelletwali differenti (jiġifieri l-marki kummerċjali, il-privattivi, it-tfassil, il-varjetà veġetali), kooperazzjoni mtejba u infurzar (ċivili) aktar qawwi tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, inkluż fil-fruntiera. Bl-istess mod, iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva tinkorpora bis-sħiħ il-Ftehim bejn l-UE u l-Moldova dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.
Akkwist pubbliku
L-UE u l-Moldova għandhom l-għan li jimmodernizzaw aktar is-sistema tal-akkwist pubbliku tal-Moldova u jallinjaw gradwalment (fi żmien 8 snin) il-prattiki tal-akkwist pubbliku tal-Moldova ma' dawk tal-UE. Dan iwassal għal aċċess aħjar għas-suq tal-UE abbażi tat-trattament nazzjonali.
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jipprevedi kooperazzjoni kbira speċifika għas-settur u konverġenza regolatorja ġenerali, li jġibu magħhom tibdil fit-tul b'rabta mal-iżvilupp sostenibbli, ir-rispett għall-ambjent, id-drittijiet tax-xogħol, eċċ.
Huwa mistenni li ż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva se tkabbar il-kummerċ bejn l-UE u l-Moldova b'16 % għal dak li jirrigwarda l-esportazzjonijiet tal-Moldova lejn l-UE, u bi 8 % għall-importazzjonijiet mill-UE. Jekk jitwettqu r-riformi, iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva b'mod ġenerali mistennija ttejjeb il-bilanċ tal-kont kurrenti tal-Moldova u żżid il-PDG b'5.4 % (tkabbir ta' EUR 142 miljun fid-dħul nazzjonali).
Konklużjonijet
Ir-Rapporteur jemmen li l-Parlament Ewropew, permezz tal-approvazzjoni tiegħu għal dan il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, se jagħti lill-Moldova l-opportunità li tibni futur tajjeb għaliha fi ħdan l-Ewropa. Ir-Rapporteur jinsab kuntent bil-fatt li l-Parlament tal-Moldova rratifika l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fit-23 ta' Lulju 2013, u b'hekk ippermetta l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mill-1 ta' Settembru 2014. Ir-Rapporteur jenfasizza li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni se jkun ta' suċċess jekk jiġi implimentat b'attenzjoni u b'mod kontinwu miż-żewġ partijiet. Il-Parlament Ewropew jinsab konxju li l-implimentazzjoni taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva teħtieġ bosta sforzi u riformi li jiswew il-flus fil-Moldova. Għal dan il-għan, l-UE għandha tassisti lill-Moldova fl-adozzjoni tal-liġijiet rilevanti u l-implimentazzjoni tal-arranġamenti, u għandha timmonitorja l-infurzar reali tagħhom.
******
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-Parlament tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra.
- [1] Titolu V tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
7.10.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 5 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Yannick Jadot, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Marine Le Pen, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Artis Pabriks, Bolesław G. Piecha, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler, Jan Zahradil |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Victor Boştinaru, Klaus Buchner, Georgios Katrougkalos, Seán Kelly, Gabriel Mato, Fernando Ruas, Pedro Silva Pereira |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jozo Radoš |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
16.10.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 3 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, Klaus Buchner, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Richard Howitt, Pablo Iglesias, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Pier Antonio Panzeri, Vincent Peillon, Kati Piri, Andrej Plenković, Alyn Smith, Joachim Starbatty, Charles Tannock, Eleni Theocharous, László Tőkés, Geoffrey Van Orden, Boris Zala |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Bodil Ceballos, Andrzej Grzyb, Liisa Jaakonsaari, Gabrielius Landsbergis, Fernando Maura Barandiarán, Marietje Schaake, Jean-Luc Schaffhauser, Renate Weber, Janusz Władysław Zemke |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jeroen Lenaers, Maurice Ponga, Bogdan Andrzej Zdrojewski |
||||