RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tat-tliet ftehimiet
12.11.2014 - (06698/2014 – C8‑0002/2014 – 2014/0047(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Alexander Graf Lambsdorff
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tat-tliet ftehimiet
(06698/2014 – C8‑0002/2014 – 2014/0047(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06698/2014),
– wara li kkunsidra l-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tliet ftehimiet relatati (06696/2014),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0002/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0026/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim u tat-tliet ftehimiet relatati;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (il-Ftehim ŻEE), ġie ffirmat fit-2 ta’ Mejju 1992 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. Skont l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Kroazja tintrabat li taderixxi, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Att, mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont l-Artikolu 128 ta’ dak il-Ftehim.
Sabiex il-parteċipazzjoni tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea tkun possibbli, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li qed jiġu eżaminati għandhom l-għan li jikkonkludu:
1. il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;
2. il-Protokoll Addizzjonali relatat għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b'konsegwenza għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;
3. il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda b'konsegwenza għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ; kif ukoll
4. il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'konsegwenza għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea .
Il-Ftehim ŻEE jiġbor flimkien l-Istati Membri tal-UE u t-tliet membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles – l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja – f’suq uniku.
Il-Ftehim ŻEE jipprevedi l-inklużjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE li tkopri l-erba’ libertajiet — il-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-persuni u tal-kapital — fl-Istati kollha taż-ŻEE. Barra minn hekk, il-Ftehim ikopri kooperazzjoni f’oqsma oħra importanti bħalma huma r-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni, il-politika soċjali, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-turiżmu u l-kultura, kollettivament magħrufin bħala politiki “ta’ appoġġ u orizzontali”. Il-Ftehim jiggarantixxi drittijiet u obbligi ugwali fi ħdan is-suq intern għaċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi fiż-ŻEE.
Ir-rapporteur hu tal-opinjoni li l-parteċipazzjoni tal-Kroazja fiż-ŻEE hi riżultat naturali tal-adeżjoni tagħha fl-UE. Mhu xejn ħlief xieraq li, aktar minn sena wara l-adeżjoni, il-Kummissjoni u l-Kunsill ikunu ħadu l-passi legali meħtieġa biex din il-parteċipazzjoni tkun possibbli.
Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea kif ukoll għat-tliet protokolli addizzjonali relatati.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
6.11.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 1 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Jörg Leichtfried, Marine Le Pen, David Martin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Franck Proust, Viviane Reding, Olli Rehn, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Bendt Bendtsen, Klaus Buchner, Nicola Danti, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Seán Kelly, Sander Loones, Fernando Ruas, Lola Sánchez Caldentey, Jarosław Wałęsa |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Laura Agea, Andi Cristea, Helga Stevens |
||||