RAPPORT dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet
12.11.2014 - (10896/2014 – C8‑0090/2014 – 2014/0807(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Kay Swinburne
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet
(10896/2014 – C8‑0090/2014 – 2014/0807(CNS))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (10896/2014 –BĊE/2014/19),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 5.4 u 41 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta ' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, skont liema Artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0090/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0028/2014),
1. Japprova l-abbozz propost fir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew kif emendat;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz propost fir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew b' mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Abbozz ta' regolament Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(6) Il-BĊE għandu jippubblika deċiżjonijiet li jimponu penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fl-oqsma superviżorji kif ukoll mhux superviżorji, sakemm dik il-pubblikazzjoni ma tkunx sproporzjonata, meta jitqies il-grad ta’ severità tal-penali finanzjarja amministrattiva jew tas-sanzjoni imposta fuq impriża, jew tippreġudika l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. |
(6) Il-BĊE għandu bħala regola ġenerali jippubblika mingħajr dewmien indebitu deċiżjonijiet li jimponu penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fl-oqsma superviżorji kif ukoll mhux superviżorji. Fejn il-BĊE jqis li pubblikazzjoni immedjata ta' deċiżjoni tkun tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew tkun sproporzjonata, meta jitqies il-grad ta' severità tal-penali finanzarja amministrattiva jew tas-sanzjoni imposta fuq impriża, huwa għandu jkollu d-diskrezzjoni li jdewwem il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sa tliet snin wara d-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni, jew sakemm ikunu ġew eżawriti l-mezzi ġuridiċi kollha ta' appell. Jekk jintalab dan, il-BĊE għandu jkollu diskussjonijiet verbali kunfidenzjali bil-magħluq mal-President u l-Viċi Presidenti tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew rigward tali każijiet. Il-BĊE għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għad-dewmien fl-anness tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni. | |||||||||||||||||||||
Emenda 2 Abbozz ta' regolament Premessa 6a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
|
(6a) L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jgħid li l-BĊE għandu jaġixxi b’attenzjoni sħiħa u bid-diliġenza dovuta għall-unità u l-integrità tas-suq intern abbażi ta’ trattament ugwali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu bil-għan li jkun evitat arbitraġġ regolatorju u li l-ebda azzjoni, proposta jew politika tal-BĊE, direttament jew indirettament, ma tiddiskrimina kontra kwalunkwe Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri bħala ċentru għall-provvista ta' servizzi bankarji jew finanzjarji fi kwalunkwe munita. F'dan ir-rigward, il-BĊE għandu jaġixxi bil-għan li jiġi evitat vantaġġ komparattiv li jippromwovi kompetizzjoni inġusta. | |||||||||||||||||||||
Emenda 3 Abbozz ta' regolament Premessa 9 | ||||||||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(9) L-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jistabbilixxi l-prinċipju ta’ separazzjoni, li permezz tiegħu l-BĊE jwettaq il-kompiti mogħtija lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 mingħajr preġudizzju għal u separatament mill-kompiti tal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor. Sabiex jissaħħaħ dan il-prinċipju ta’ separazzjoni, ġie stabbilit Bord Superviżorju skont l-Artikolu 26 li, inter alia, huwa responsabbli għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fil-qasam superviżorju. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 tiegħu, soġġetti għal reviżjoni mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami. Meta jitqies il-prinċipju ta’ separazzjoni u l-istabbiliment tal-Bord Superviżorju u tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami, għandom japplikaw żewġ proċeduri distinti: (a) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta’ penali amministrattiva fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandhom jittieħdu deċiżjonijiet f’dan is-sens mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fuq il-bażi ta’ abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni mill-Bord Superviżorju u soġġett għal rieżami mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami; u (b) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fl-eżerċitar tal-kompiti mhux superviżorji tiegħu, deċiżjonijiet f’dan is-sens jittieħdu mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u soġġett għal rieżami mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE. |
(9) L-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jistabbilixxi l-prinċipju ta’ separazzjoni, li permezz tiegħu l-BĊE jwettaq il-kompiti mogħtija lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 mingħajr preġudizzju għal u separatament mill-kompiti tal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor. Sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess, dan il-prinċipju għandu jiġi segwit mingħajr restrizzjoni fil-kompiti kollha mwettqa mill-BĊE.Sabiex jissaħħaħ dan il-prinċipju ta’ separazzjoni, ġie stabbilit Bord Superviżorju skont l-Artikolu 26 li, inter alia, huwa responsabbli għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fil-qasam superviżorju. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 tiegħu, soġġetti għal rieżami mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami. Meta jitqies il-prinċipju ta’ separazzjoni u l-istabbiliment tal-Bord Superviżorju u tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami, għandhom japplikaw żewġ proċeduri distinti: (a) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandhom jittieħdu deċiżjonijiet f’dan is-sens mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fuq il-bażi ta’ abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni mill-Bord Superviżorju u soġġett għal rieżami mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami; u (b) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fl-eżerċitar tal-kompiti mhux superviżorji tiegħu, deċiżjonijiet f’dan is-sens jittieħdu mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u soġġett għal rieżami mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE. | |||||||||||||||||||||
Emenda 4 Abbozz ta' regolament Premessa 10a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
|
(10a) Fid-dawl tal-globalizzazzjoni tas-servizzi bankarji u ż-żieda fl-importanza ta' standards internazzjonali, il-BĊE għandu, b'rabta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti, jistabbilixxi djalogu regolari mas-superviżuri barra mill-Unjoni biex irawwem il-koordinazzjoni internazzjonali u jaqbel dwar prinċipji komuni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta' sanzjonijiet. Id-djalogu għandu jinkludi fehim komuni dwar l-implikazzjonijiet ta' politiki ta' sanzjonijiet diverġenti dwar l-aċċess għas-suq u l-kompetizzjoni, u għandu jimmira li jtejjeb il-kondizzjonijiet ta' parità fil-livell internazzjonali. | |||||||||||||||||||||
Emenda 5 Abbozz ta' regolament Artikolu 1 – punt 1 – punt a Regolament (KE) Nru 2532/98 Artikolu 1 – punt 6 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tiċċara li ħlasijiet ta' penali perjodiċi jiġu kkalkulati għal kull jum sħiħ (perjodu ta' 24 siegħa) ta' ksur kontinwat. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Abbozz ta' regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 2532/98 Artikolu 1a – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Abbozz ta' regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 2532/98 Artikolu 1a – paragrafu 3a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Il-passat wera li spiss kien hemm superviżjoni inadegwata minħabba nuqqas ta' ċarezza dwar min hu finalment kompetenti li jieħu inizjattivi ta' ksur. Din l-emenda għandha l-għan li jiġu evitati kunflitti bejn l-awtoritajiet, li huwa ta' importanza kbira. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Abbozz ta' regolament Artikolu 1 – punt 4 – punt b Regolament (KE) Nru 2532/98 Artikolu 3 – paragrafu 10 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Abbozz ta' regolament Artikolu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 2532/98 Artikolu 4 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Fit-test attwali, id-dritt li tittieħed deċiżjoni biex tinbeda proċedura ta' ksur jiskadi, fi kwalunkwe każ, ħames snin wara li jkun seħħ il-ksur. Dan jista' jkun problematiku peress li f'ċertu każijiet kumplessi jista' jieħu snin sakemm każ ta' ksur ikun magħruf. Ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-perjodu ta' ħames snin jitnaqqas għal perjodu ta' tliet snin li jibda jgħodd mid-data li fiha tkun ġiet meħuda d-deċiżjoni li jinbdew proċeduri ta' ksur tal-liġi, minflok id-data li fiha jkun seħħ il-ksur. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Abbozz ta' regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 2532/98 Artikolu 4c – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Abbozz ta' regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 2532/98 Artikolu 4c – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Il-BĊE jirrakkomanda li l-limitu ta' żmien m'għandux jaqbeż perjodu ta' għaxar snin wara li jkun seħħ il-ksur. Dan jista' jkun problematiku peress li f'ċertu każijiet kumplessi jista' jieħu snin sakemm każ ta' ksur ikun magħruf. Ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-perjodu ta' għaxar snin jitnaqqas għal perjodu ta' seba' snin li jibda jgħodd mid-data li fiha tkun ġiet meħuda d-deċiżjoni li jinbdew proċeduri ta' ksur tal-liġi, minflok id-data li fiha jkun seħħ il-ksur. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Abbozz ta' regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 2532/98 Artikolu 4c – paragrafu 4a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tipprovdi gwida fir-rigward tat-tip ta' azzjonijiet li għandhom jippermettu interruzzjoni tal-perjodu ta' preskrizzjoni. Hija bbażata fuq l-Artikolu 25(3) tar-Regolament 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni elenkati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Abbozz ta' regolament Artikolu 1 – punt 5a (ġdid) Regolament (KE) Nru 2532/98 Artikolu 5 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
It-test attwali jikkwota nnumerar tat-Trattat li m'għadux jgħodd. Barra minn dan, l-Artikolu 5 attwali huwa miktub b'mod li jagħti l-impressjoni li r-rieżami ġudizzjarju joriġina mir-Regolament meta fil-fatt jirriżulta mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea innifsu. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Abbozz ta' regolament Artikolu 1 – punt 5b (ġdid) Regolament (KE) Nru 2532/98 Artikolu 6a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
NOTA SPJEGATTIVA
1. Kuntest ġenerali
Fit-23 ta' Novembru 1998, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet[1]. Wara diversi snin ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 u meta jittieħed kont tal-fatt li l-kamp ta' applikazzjoni tal-poteri tal-BĊE ġie estiż permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet tal-kreditu[2], fis-16 ta ' April 2014, il-BĊE ppreżenta lill-Kunsill rakkomandazzjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98[3].
Ir-Rakkomandazzjoni tal-BĊE tkopri emendi għad-definizzjoni ta' ħlasijiet ta' penali perjodiċi (Artikolu 1), prinċipji ġenerali u kamp ta' applikazzjoni (Artikolu 1a), sanzjonijiet f'każ ta' nuqqas li jitwettaq dmir (Artikolu 2), regoli proċedurali fir-rigward ta' kompetenza li tinbeda proċedura ta' ksur (Artikolu 3), regoli speċifiċi li jirrigwardaw il-limiti massimi tas-sanzjonijiet imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu (Artikolu 4a ġdid), regoli proċedurali speċifiċi għal sanzjonijiet imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu (Artikolu 4b ġdid), u limiti ta' żmien speċifiċi għal penali amministrattivi imposti fil-qasam superviżorju (Artikolu 4c ġdid).
2. Proċedura fil-Parlament Ewropew
Il-Kunsill jikkonsulta lill-Parlament Ewropew abbażi tal-Artikolu 129(4) TFUE. Il-Kumitat ECON huwa l-kumitat responsabbli għall-fajl.
3. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
Il-kriżi finanzjarja enfasizzat il-ħtieġa għal regolamentazzjoni u superviżjoni aħjar tas-settur finanzjarju fl-UE. Ġew adottati regoli ġodda biex jiġi żgurat li l-atturi finanzjarji, il-prodotti u s-swieq kollha jkunu regolati b'mod adegwat u sorveljati b'mod effiċjenti. Dawn ir-regoli joħolqu qafas bażiku għat-28 Stat Membru tal-UE u jappoġġjaw suq uniku għas-servizzi finanzjarji li jiffunzjona b'mod xieraq.
Il-kriżi taż-żona tal-euro żiedet dimensjoni oħra. Hija enfasizzat iċ-ċirku potenzjalment vizzjuż ta' kuntaġju ta' riskji bejn il-banek u l-Istati. Ħarġet b'mod ċar il-ħtieġa ta' unjoni ekonomika u monetarja li titmexxa aħjar u li tkun integrata aktar fil-fond għall-fini tas-sopravivenza u l-prosperità fit-tul tal-munita unika. Biex jinkiser iċ-ċirku vizzjuż, settur finanzjarju aktar b'saħħtu mhuwiex biżżejjed. B'mod partikolari fil-każ ta' pajjiżi li jikkondividu l-istess munita, hemm kunsens wiesa' dwar il-ħtieġa ta' approċċ aktar profond u integrat – li jinkiseb billi jiġi żgurat li r-regoli jiġu applikati b'mod uniformi fit-28 Stat Membru. Din hija r-raġuni għaliex, f'Ġunju tal-2012, il-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern impenjaw ruħhom favur unjoni bankarja. L-unjoni bankarja hija mfassla speċifikament għal pajjiżi li jikkondividu l-munita tal-euro, għalkemm hija wkoll miftuħa għall-Istati Membri kollha tal-UE li ma jagħmlux parti miż-żona tal-euro u li jixtiequ jingħaqdu magħha (pajjiżi "opt-in").
Ir-Regolament tal-Kunsill li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2532/98 għandu jikkostitwixxi pass ulterjuri lejn l-applikazzjoni ta' qafas regolatorju aktar koerenti u integrat.
3.1. Ir-rwol tal-BĊE: titjib fis-superviżjoni tas-sistema finanzjarja
Biex regolament ikun kompletament effikaċi, jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn superviżjoni u infurzar rigorużi. Għal din ir-raġuni, it-tir huwa li tkun aġġornata s-superviżjoni tas-settur finanzjarju fil-livell tal-UE, fejn titjieb il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali supeviżjorji filwaqt li tissaħħaħ is-sorveljanza fil-qasam tal-UE biex jiġu indirizzati r-riskju u kwistjonijiet ta' implikazzjonijiet transkonfinali, taħt il-gwida aħħarija tal-BĊE. Iż-żewġ livelli superviżorji huma kumplimentari u essenzjali biex jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja fl-Ewropa.
Fl-4 ta' Novembru 2013, madwar sena wara li l-Kummissjoni pproponiet li twaqqaf mekkaniżmu superviżorju uniku fiż-żona tal-euro, daħal fis-seħħ il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). Dan il-mekkaniżmu se jsir kompletament operattiv f'Novembru tal-2014.
Il-MSU jagħti poteri superviżorji ġodda lill-BĊE fuq il-banek taż-żona tal-euro, inkluża l-awtorizzazzjoni tal-banek kollha fl-UE u l-applikazzjoni koerenti u konsistenti ta' ġabra unika ta' regoli fiż-żona tal-euro, is-superviżjoni diretta ta' banek sinifikanti, inklużi l-banek kollha li għandhom assi ta' aktar minn biljun jew li jikkostitwixxu tal-anqas 20 % tal-PDG ta' pajjiżhom (madwar 130 bank) u finalment is-sorveljanza tas-superviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali fuq banek anqas sinifikanti. Il-BĊE, bħala s-superviżur aħħari, jista' jiddeċiedi f'kull mument li jagħmel superviżjoni diretta ta' waħda jew aktar minn dawn l-istituzzjonijiet tal-kreditu biex jiżgura applikazzjoni konsistenti ta' standards superviżorji għolja. Il-BĊE għandu l-kompitu li jiżgura applikazzjoni koerenti u konsistenti tal-Ġabra Unika ta' Regoli fiż-żona tal-euro.
3.2. Sanzjonijiet tal-MSU
Hemm qbil wiesa' li n-nuqqas ta' kredibbiltà tar-regolamentazzjoni kkontribwixxa għall-kriżi, peress li l-applikazzjoni tagħha kienet limitata ħafna. Tradizzjonalment, fir-rigward ta' kwistjonijiet finanzjarji tingħata fiduċja kbira lid-dixxiplina tas-suq, iżda biex is-sistema ta' sorveljanza tiffunzjona tajjeb, it-trasparenza għandha importanza kbira. Dan jimplika mhux biss li l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun disponibbli iżda wkoll li din l-informazzjoni tilħaq is-suq b'mod effikaċi u tkun interpretata b'mod adegwat mill-parteċipanti tas-suq u wżata wkoll fid-deċiżjonijiet tagħhom.
Għalhekk, għall-kredibbiltà tal-MSU mhux biżżejjed it-trasparenza tal-kwalità tal-assi tal-banek. Is-swieq finanzarji u l-utenti kollha tagħhom involuti għandhom ukoll ikunu kunfidenti li fil-futur, is-superviżur jista' "jelimina" lill-banek li ma jkunux konformi mar-regoli. Dan ifisser li l-BĊE jeħtieġ awtorità ċara u mingħajr ekwivoki li jimponi sanzjonijiet.
4. Abbozz tar-rapport: kunsiderazzjonijiet speċifiċi
Bħala kumment preliminari, ir-Rapporteur jinnota l-assenza ta' valutazzjoni tal-impatt kwalitattiva. Għalkemm huwa konxju tal-urġenza li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 fid-dawl tat-twaqqif tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) f'Novembru tal-2014, huwa jemmen li bl-użu ta' valutazzjoni tal-impatt, diversi nuqqasijiet setgħu jiġu indirizzati b'mod effikaċi.
Madankollu, ir-Rapporteur tilqa' r-Rakkomandazzjoni tal-BĊE u tappoġġja l-objettiv tiegħu. Hija tissuġġerixxi li jitjiebu xi elementi tar-Rakkomandazzjoni permezz tal-modifiki ewlenin li ġejjin:
4.1. Pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi
F'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 u b'mod partikolari l-Artikolu 18 (6) tiegħu, kif ukoll fid-dawl ta' talbiet ripetuti li saru mill-Parlament Ewropew biex tiżdied it-trasparenza tal-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-BĊE, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li l-BĊE, bħala regola ġenerali, ikun obbligat li jippubblika mingħajr dewmien indebitu d-deċiżjonijiet li jimponu penali finanzjarji amministrattivi fuq impriża għal ksur tal-liġi tal-Unjoni applikabbli direttament kif ukoll is-sanzjonijiet għal ksur tar-regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fl-oqsma superviżorji kif ukoll f'dawk nonsuperviżorji, indipendentement mill-fatt jekk tali deċiżjoni ġietx appellata jew le.
Madankollu jista' jkun hemm każijiet fejn il-pubblikazzjoni immedjata ta' deċiżjonijiet ma tkunx adegwata, pereżempju meta deċiżjoni tkun tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzarji jew tkun sproporzjonata meta jitqies il-grad ta' severità tal-penali amministrattiv jew sanzjoni imposta fuq l-impriża. Ir-Rapporteur, għalhekk, taqbel li l-BĊE jingħata d-diskrezzjoni li jittardja l-pubblikazzjoni ta' tali deċiżjonijiet. Konformi mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 u b'mod partikolari l-Artikolu 20(8) tiegħu, hija temmen madankollu li għandu jkun hemm possibilità li l-President u l-Viċi Presidenti tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jitolbu diskussjoni verbali kunfidenzjali mal-BĊE dwar tali deċiżjonijiet. Biex jimmassimizza t-trasparenza, ir-Rapporteur tissuġġerixxi proċedura ta' żvelar sħiħ u għalhekk deklassifikazzjoni awtomatika u ħruġ ta' informazzjoni wara ċertu perjodu, e.ż. 3 snin, kif ukoll obbligu ex-post għall-BĊE li jiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni mir-regola ġenerali tal-pubblikazzjoni immedjata.
4.2. Qsim tal-kompetenzi bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali
Il-passat wera li n-nuqqas ta' superviżjoni spiss kienet ikkawżata min-nuqqas ta' ċarezza dwar min hu finalment kompetenti biex jieħu inizjattivi ta' ksur. Ir-Rapporteur, għalhekk, tipproponi emenda tal-Artikolu 1a il-ġdid kif rakkomandat mill-BĊE. B'mod partikolari, hija tirrakkomanda li tiżdied deskrizzjoni ġenerali espliċita tar-responsabbiltajiet ma' dan l-artikolu, li jniedi l-prinċipji ġenerali: mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi speċifiċi oħra tagħhom derivati mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jibqgħu kompetenti biex jimponu penali amministrattivi, iżda għandhom jimponu tali penali fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu li jaqgħu taħt is-superviżjoni diretta tal-BĊE biss jekk dan tal-aħħar jesiġi li huma jibdew proċeduri għal dan l-iskop.
4.3 Limiti ta' żmien għal penali amministrattivi
Fir-Rakkomandazzjoni tiegħu, il-BĊE jipproponi li d-dritt li tittieħed deċiżjoni biex tkun imposta penali amministrattiva fil-każ ta' ksur jkun jiskadi ħames snin wara li jkun seħħ il-ksur. Dan jista' jkun problematiku peress li f'ċertu każijiet kumplessi jista' jieħu snin sakemm każ ta' ksur ikun magħruf. Ir-Rapporteur, għalhekk, tissuġġerixxi li l-perjodu ta' ħames snin jibda jgħodd mid-data li fiha tkun ġiet meħuda d-deċiżjoni li jinbdew proċeduri ta' ksur tal-liġi, minflok id-data li fiha jkun seħħ il-ksur.
Biex ikun hemm kontrabilanċ għal-limiti ta' skadenza effettivament (potenzjalment ferm) itwal minħabba posponiment tal-bidu tal-proċeduri,ir-rapporteur tissuġġerixxi tnaqqis tal-perjodu ta' preskrizzjoni minn ħames snin għal tliet snin. Barra minn dan, hija tipprovdi gwida dwar liema tip ta' azzjonijiet tal-BĊE għandhom iwasslu biex il-perjodi ta' preskrizzjoni jiġu interrotti.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet |
||||
|
Referenzi |
10896/2014 – C8-0090/2014 – 2014/0807(CNS) |
||||
|
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
2.7.2014 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 14.7.2014 |
|
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Kay Swinburne 22.7.2014 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
13.10.2014 |
3.11.2014 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
11.11.2014 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 22 2 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Notis Marias, Fulvio Martusciello, Costas Mavrides, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dariusz Rosati, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Sampo Terho, Michael Theurer, Ernest Urtasun, Marco Valli, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Steven Woolfe, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Matt Carthy, Frank Engel, Ildikó Gáll-Pelcz, Danuta Jazłowiecka, Jeppe Kofod, Thomas Mann, Alessia Maria Mosca, Norica Nicolai, Nils Torvalds |
||||
|
Data tat-tressiq |
12.11.2014 |
||||