RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom

18.11.2014 - (10972/3/2014 – C8‑0145/2014 – 2010/0208(COD)) - ***II

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Frédérique Ries


Proċedura : 2010/0208(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0038/2014
Testi mressqa :
A8-0038/2014
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom

(10972/3/2014 – C8‑0145/2014 – 2010/0208(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10972/3/2014 – C8‑0145/2014),

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2010[1],

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Jannar 2011[2],

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[3] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0375),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0038/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Kunsiderazzjoni 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Emenda  2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(2) Taħt dak il-qafas legali, l-OĠM għall-kultivazzjoni għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju individwali qabel ma jiġu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni f'konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. L-għan ta' dik il-proċedura ta' awtorizzazzjoni hu li jiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumatur, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern. Għandu jinkiseb, u jinżamm fl-Unjoni kollha, livell għoli uniformi ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent.

(2) Taħt dak il-qafas legali, l-OĠM għall-kultivazzjoni għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju individwali qabel ma jiġu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni f’konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-effetti diretti, indiretti, immedjati u mdewma, kif ukoll l-effetti kumulattivi fit-tul tal-OĠM, fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Dik il-valutazzjoni tar-riskju tipprovdi parir xjentifiku li jgħin fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u hija segwita b'deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji li tqis ukoll fatturi leġittimi oħra relevanti għall-kwistjoni. L-għan ta' dik il-proċedura ta' awtorizzazzjoni hu li tiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumatur, filwaqt li tiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern. Għandu jinkiseb, u jinżamm fl-Unjoni kollha, livell għoli uniformi ta’ protezzjoni tas-saħħa, tal-ambjent u tal-konsumaturi. Il-prinċipju ta’ prekawzjoni għandu dejjem jitqies fil-qafas ta’ din id-Direttiva u l-implimentazzjoni sussegwenti tagħha.

Emenda  3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 2a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(2a) Kif rifless fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-OĠM adottati mill-Kunsill Ambjent fl-4 ta' Diċembru 2008 ("konklużjonijiet tal-Kunsill 2008"), l-implimentazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju kif stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE trid tittejjeb, b'mod partikolari fir-rigward tal-effetti ambjentali fit-tul tal-uċuħ tar-raba' ġenetikament modifikati kif ukoll tal-effetti potenzjali tagħhom fuq organiżmi mhux fil-mira, il-karatteristiċi tal-ambjenti riċeventi u ż-żoni ġeografiċi li fihom l-uċuħ tar-raba' ġenetikament modifikati jistgħu jiġu kkultivati, il-konsegwenzi ambjentali potenzjali kkawżati minn bidliet fl-użu tal-erbiċidi b'konnessjoni mal-uċuħ tar-raba' ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi, l-effetti diretti u indiretti fit-tul, kif ukoll l-inċertezzi xjentifiċi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tiżgura li r-Regolament ta' implimentazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-OĠM, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, jiġi adottat mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 2b (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(2b) Jeħtieġ li jitqies il-kuntest politiku, u, b'mod partikolari, l-impenn politiku espress f'Lulju 2014 mill-President elett tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi rieżaminat malajr il-proċess eżistenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet li huwa applikat għall-organiżmi ġenetikament modifikati sabiex, tal-anqas, l-opinjonijiet tal-gvernijiet eletti demokratikament jingħataw l-istess saħħa daqs dik mogħtija lill-fehmiet tal-komunità xjentifika. L-OĠM m’għandhomx jiġu awtorizzati kontra r-rieda tal-maġġoranza tal-gvernijiet eletti b’mod demokratiku u tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

Emenda  5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 2c (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(2c) Jeħtieġ li jkun żgurat li jsiru studji imparzjali u indipendenti f'dan il-qasam, billi jissaħħaħ l-investiment fir-riċerka sabiex jiżdied l-għarfien xjentifiku dwar dawn il-prodotti ġenetikament modifikati u l-konsegwenzi tal-użu tagħhom. Ir-riżultati ta’ studji bħal dawn għandhom jiġu ppubblikati u għandu jitħeġġeġ dibattitu dwar il-kwistjoni.

Emenda  6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(5) L-esperjenza wriet li l-kultivazzjoni ta' OĠM hija kwistjoni li tiġi indirizzata aktar fil-fond fil-livell tal-Istati Membri. Il-kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-OĠM għandhom jibqgħu regolati fil-livell tal-Unjoni biex jiġi ppreservat is-suq intern. Madankollu, il-kultivazzjoni tista' teħtieġ aktar flessibbiltà f'ċerti sitwazzjonijiet billi hija kwistjoni b'dimensjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali b'saħħithom minħabba r-rabta tagħha mal-użu tal-art, l-istrutturi agrikoli lokali u l-protezzjoni jew iż-żamma tal-abitati, l-ekosistemi u l-pajsaġġi. Il-proċedura ta' awtorizzazzjoni uniformi, b'mod partikolari l-proċess ta' valutazzjoni ma għandux jiġi affettwat ħażin minn tali flessibbiltà.

(5) L-esperjenza wriet li l-kultivazzjoni ta' OĠM hija kwistjoni li tiġi indirizzata aktar fil-fond fil-livell tal-Istati Membri. Il-kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-OĠM għandhom jibqgħu regolati fil-livell tal-Unjoni biex jiġi ppreservat is-suq intern. Madankollu, il-kultivazzjoni tista' teħtieġ aktar flessibbiltà f'ċerti sitwazzjonijiet billi hija kwistjoni b'dimensjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali b'saħħithom minħabba r-rabta tagħha mal-użu tal-art, l-istrutturi agrikoli lokali u l-protezzjoni jew iż-żamma tal-abitati, l-ekosistemi, il-pajsaġġi u l-ġenotipi naturali tal-pjanti. Barra minn hekk, il-valutazzjoni armonizzata tar-riskji għas-saħħa u l-ambjent tista’ ma tindirizzax l-impatti possibbli kollha tal-kultivazzjoni tal-OĠM fir-reġjuni differenti u fl-ekosistemi lokali. B'konformità mal-Artikolu 2(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri huma intitolati li jkollhom il-possibbiltà li jadottaw atti legalment vinkolanti li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni effettiva tal-OĠM jew ta' gruppi ta' OĠM definiti skont il-wiċċ tar-raba' jew skont il-karatteristika jew tal-OĠM kollha fit-territorju tagħhom wara li tali OĠM jkunu ġew awtorizzati legalment biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, il-proċedura ta' awtorizzazzjoni uniformi, b'mod partikolari l-proċess ta' valutazzjoni mwettaq primarjament mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità"), ma għandux jiġi affettwat ħażin minn tali flessibbiltà.

Emenda  7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(6) Biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OĠM, xi Stati Membri rrikorrew għall-klawżoli ta' salvagwardja u l-miżuri ta' emerġenza skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE u l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 bħala r-riżultat ta' informazzjoni ġdida jew addizzjonali, skont xi jkun il-każ, li saret disponibbli wara d-data tal-kunsens u li taffettwa l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali jew il-valutazzjoni mill-ġdid ta' informazzjoni eżistenti. Stati Membri oħrajn użaw il-proċedura ta' notifika stabbilita fl-Artikolu 114(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li titlob li jitressqu provi xjentifiċi ġodda relatati mal-protezzjoni tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol. Barra minn hekk, il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kien partikolarment diffiċli fir-rigward tal-kultivazzjoni tal-OĠM, fid-dawl tal-espressjoni ta' tħassib nazzjonali li mhuwiex marbut biss mas-sikurezza tal-OĠM għas-saħħa jew l-ambjent.

(6) Fl-imgħoddi, biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OĠM, xi Stati Membri rrikorrew għall-klawżoli ta' salvagwardja u l-miżuri ta' emerġenza skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE u l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 bħala r-riżultat ta' informazzjoni ġdida jew addizzjonali, skont xi jkun il-każ, li saret disponibbli wara d-data tal-kunsens u li taffettwa l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali jew il-valutazzjoni mill-ġdid ta' informazzjoni eżistenti. Stati Membri oħrajn użaw il-proċedura ta' notifika stabbilita fl-Artikolu 114(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li titlob li jitressqu provi xjentifiċi ġodda relatati mal-protezzjoni tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol.

Emenda  8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 7

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(7) F'konformità mal-Artikolu 2(2) tat-TFUE, l-Istati Membri huma għaldaqstant intitolati għall-possibbiltà li jiddeċiedu, waqt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni jew wara, biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM fit-territorju tagħhom bl-effett li jeskludu l-kultivazzjoni ta' OĠM speċifiku fit-territorju kollu jew parti minnu ta' dak l-Istat Membru. F'dan il-kuntest, jidher xieraq li lill-Istati Membri tingħatalhom, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, aktar flessibbiltà li jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkultivaw uċuħ tar-raba' OĠM fit-territorju tagħhom jew le mingħajr ma jaffettwaw il-valutazzjoni tar-riskju pprovduta fis-sistema tal-awtorizzazzjonijiet ta' OĠM mill-Unjoni, kemm waqt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni kif ukoll wara, u independenti mill-miżuri li l-Istati Membri huma intitolati li jieħdu bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta' OĠM fi prodotti oħra. L-għoti ta' dik il-possibbiltà lill-Istati Membri għandha tiffaċilita l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-OĠM. Fl-istess ħin, il-libertà tal-għażla għall-kosumaturi, il-bdiewa u l-operaturi għandha tiġi ppreservata filwaqt li tingħata aktar ċarezza lill-partijiet interessati affettwati dwar il-kultivazzjoni ta' OĠM fl-Unjoni. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tiffaċilita l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(7) F'dan il-kuntest, jidher xieraq li lill-Istati Membri tingħatalhom, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, aktar flessibbiltà li jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkultivaw uċuħ tar-raba' OĠM fit-territorju tagħhom jew le mingħajr ma jaffettwaw il-valutazzjoni tar-riskju pprovduta fis-sistema tal-awtorizzazzjonijiet ta' OĠM mill-Unjoni, kemm waqt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni kif ukoll wara, u indipendentement mill-miżuri li l-Istati Membri huma meħtieġa li jieħdu bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta' OĠM fi prodotti oħra fit-territorju tagħhom u fiż-żoni tal-fruntiera ma' Stati Membri ġirien.

Emenda  9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 7a (ġdida)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(7a) Sabiex jiġi żgurat li l-kultivazzjoni tal-OĠM ma twassalx għall-preżenza mhux intenzjonata ta’ OĠM fi prodotti oħrajn, miżuri effettivi ta’ koeżistenza huma indispensabbli. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jinħtieġu, skont id-Direttiva 2001/18/KE, jadottaw regoli applikabbli għat-territorji tagħhom sabiex jevitaw dan it-tip ta' preżenza mhux intenzjonata. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni ta' kull kontaminazzjoni transfruntiera possibbli minn Stat Membru jew reġjun fejn il-kultivazzjoni hija permessa u li tista' tinteressa Stat Membru jew reġjun ġar fejn hija pprojbita (eż. bl-implimentazzjoni ta' 'żoni ta' lqugħ' xierqa). Għal implimentazzjoni koerenti ta’ tali regoli, l-Istati Membri għandhom jirreferu għal-linji gwida kif provduti mill-Kummissjoni fir-Rakkomandazzjoni tagħha tat-13 ta' Lulju 20101a. Sabiex jiġi ggarantit il-funzjonament effettiv ta' miżuri ta' koeżistenza fiż-żoni tal-fruntiera tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri ġirien sabiex jiżguraw il-kondiviżjoni xierqa tal-informazzjoni.

 

____________________

 

1a Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar linji gwida għall-iżvilupp ta' miżuri ta' koeżistenza nazzjonali biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta' OMĠ f'uċuħ tar-raba' konvenzjonali u organiċi (ĠU C 200, 22.7.2010, p. 1).

Emenda  10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 7b (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(7b) Il-maġġoranza tal-Istati Membri m’għandhomx miżuri fis-seħħ biex jipproteġu l-biedja konvenzjonali u organika minn kontaminazzjoni mill-OĠM, u meta jeżistu miżuri normalment dawn mhumiex effiċjenti biżżejjed biex jipproteġu lill-bdiewa mill-kontaminazzjoni. L-Istati Membri li ma jipprojbixxux il-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ ġenetikament modifikati għandhom ikunu obbligati jadottaw miżuri sabiex jipproteġu l-biedja konvenzjonali u organika mill-kontaminazzjoni u sabiex ifasslu reġimi ta’ responsabbiltà li jiżguraw li l-piż ekonomiku tal-kontaminazzjoni jkun fuq il-produtturi tal-OĠM pjuttost milli fuq bdiewa konvenzjonali u organiċi.

Emenda  11

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 7c (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(7c) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jimplimentaw 'żoni ta' lqugħ' xierqa bejn żoni ħielsa minn OĠM u żoni fejn OĠM huma kkultivati, sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati ta' kontaminazzjoni transfruntiera.

Emenda  12

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 7d (ġdida)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(7d) L-għoti tal-flessibbiltà lill-Istati Membri għandha tiffaċilita l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet rigward l-OĠM, iżda m’għandha bl-ebda mod tinfluwenza l-pożizzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar awtorizzazzjonijiet ta’ OĠM. Fl-istess ħin, il-libertà tal-għażla għall-konsumaturi, il-bdiewa u l-operaturi għandha titħares filwaqt li tingħata aktar ċarezza lill-partijiet ikkonċernati affettwati dwar il-kultivazzjoni ta' OĠM fl-Unjoni. Għaldaqstant, din id-Direttiva hija kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

Emenda  13

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(8) Waqt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni ta' OĠM partikolari, għandha tiġi pprovduta l-possibbiltà li Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta lin-notifikatur/applikant it-talba tiegħu biex jaġġusta l-ambitu ġeografiku tan-notifika/applikazzjoni tiegħu ppreżentata f'konformità mal-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE jew f'konformità mal-Artikoli 517 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 bl-effett li t-territorju kollu ta' dak l-Istat Membru jew parti minnu jiġu esklużi mill-kultivazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-proċedura billi tippreżenta t-talba tal-Istat Membru lin-notifikatur/applikant mingħajr dewmien u n-notifikant/applikant għandu jwieġeb għal dik it-talba fi żmien skadenza stabbilita.

(8) Waqt il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ OĠM partikolari, għandha tiġi pprovduta l-possibbiltà li Stat Membru jitlob b'insistenza lill-Kummissjoni jew, jekk applikabbli, lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-kunsens bil-miktub skont din id-Direttiva, biex jaġġusta l-ambitu ġeografiku ta' kunsens jew awtorizzazzjoni bil-miktub mogħtija f’konformità mal-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE jew f’konformità mal-Artikoli 719 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 bl-effett li t-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru jew parti minnu jiġu esklużi mill-kultivazzjoni. Meta titressaq tali talba b'insistenza, il-Kummissjoni jew, jekk applikabbli, l-awtorità kompetenti, għandha għaldaqstant taġġusta l-ambitu ġeografiku tal-kunsens/awtorizzazzjoni bil-miktub.

Emenda  14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 9

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(9) L-ambitu ġeografiku tan-notifika/lapplikazzjoni għandu jiġu aġġustat skont il-każ jekk in-notifikatur/applikant b’mod espliċitu jew taċitu jaqbel mat-talba tal-Istat Membru fi żmien skadenza stabbilita mill-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta' dik it-talba. Jekk in-notifikatur/applikant jopponi t-talba, in-notifikatur/applikant għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Madankollu, rifjut min-notifikatur/applikant li jaġġusta l-ambitu ġeografiku tan-notifika/applikazzjoni jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2001/18/KE jew l-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-każ, li tagħmel dan l-aġġustament, fejn ikun il-każ, fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali li ssir mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel ('l-Awtorità').

imħassar

Emenda  15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 10

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(10) Barra minn hekk, u biss fejn in-notifikatur/applikant ikun irrifjuta li jaġġusta l-ambitu ġeografiku tan-notifika/applikazzjoni ta' OĠM kif mitlub minn Stat Membru, għandu jkun hemm il-possibbiltà li dak l-Istat Membru jadotta miżuri motivati li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' dak l-OĠM ladarba jkun awtorizzat fit-territorju tiegħu jew parti minnu, abbażi ta' raġunijiet differenti minn dawk ivvalutati skont is-sett armonizzat ta' regoli tal-Unjoni, jiġifieri d-Direttiva 2001/18/KE u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li jinsabu f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Dawk ir-raġunijiet jistgħu jkunu relatati ma' objettivi tal-politika ambjentali jew agrikola, jew raġunijiet aċċettabbli oħra bħall-ippjanar tal-bliet u l-kampanja, l-użu tal-art, l-impatti soċjoekonomiċi, il-koeżistenża u l-ordni pubbliku. Dawk ir-raġunijiet jistgħu jiġu invokati individwalment jew flimkien, skont iċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istat Membru, ir-reġjun jew iż-żona li fiha dawk il-miżuri ser japplikaw.

(10) Għandu jkun hemm il-possibbiltà li Stat Membru jaġixxi bħala amministratur tar-riskji u jadotta miżuri motivati li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM jew ta' gruppi ta' OĠM definiti skont il-wiċċ tar-raba' jew il-karatteristika jew tal-OĠM kollha ladarba jkun awtorizzat fit-territorju tiegħu jew parti minnu, abbażi ta' raġunijiet marbuta mal-interess pubbliku, li jinsabu f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Dawk ir-raġunijiet jistgħu jkunu relatati ma’ objettivi tal-politika ambjentali jew agrikola, jew fatturi leġittimi oħra bħall-impatti soċjoekonomiċi, fejn dawk il-fatturi ma jkunux ġew indirizzati bħala parti mill-proċedura armonizzata provduta fil-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE, jew ma' inċertezza xjentifika persistenti. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq raġunijiet xjentifiċi jew raġunijiet relatati ma’ fatturi leġittimi oħra li jistgħu jkunu kkawżati mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ OĠM. Dawk ir-raġunijiet jistgħu jiġu invokati individwalment jew flimkien, skont iċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istat Membru, ir-reġjun jew iż-żona li fiha dawk il-miżuri ser japplikaw.

Emenda  16

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 11

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(11) Il-livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u tal-ambjent magħżul fl-Unjoni jippermetti valutazzjoni xjentifika uniformi fl-Unjoni kollha u din id-Direttiva ma għandhiex tibdel dik is-sitwazzjoni. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata kull interferenza mal-kompetenzi mogħtija lill-valutaturi tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju taħt id-Direttiva 2001/18/KE u r-Regolament (KE) 1829/2003, Stat Membru għandu juża biss raġunijiet relatati mal-objettivi tal-politika ambjentali li ma joħolqux konflitt mal-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u l-ambjent li huma vvalutati fil-kuntest tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni previsti fid-Direttiva 2001/18/KE u r-Regolament (KE) 1829/2003, bħaż-żamma ta' ċerti tipi ta' karatteristiċi naturali u tal-pajżaġġ, ċerti abitati u ekosistemi, kif ukoll funzjonijiet u servizzi speċifiċi tal-ekosistema.

(11) Stat Membru ma jistax jiddevja mil-livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u tal-ambjent magħżul fl-Unjoni, u dan il-prinċipju għandu jinżamm. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata kull interferenza mal-kompetenzi mogħtija lill-valutaturi tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju taħt id-Direttiva 2001/18/KE u r-Regolament (KE) 1829/2003, Stat Membru għandu juża biss raġunijiet relatati mal-objettivi tal-politika ambjentali li jikkomplementaw il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u l-ambjent li huma vvalutati fil-kuntest tal-proċeduri ta ' awtorizzazzjoni previsti fid-Direttiva 2001/18/KE u r-Regolament (KE) 1829/2003.

Emenda  17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 11a (ġdida)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(11a) L-Istati Membri għandhom jitħallew jibbażaw il-miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM fuq raġunijiet debitament ġustifikati relatati mal-impatti ambjentali. Dawk ir-raġunijiet jistgħu jinkludu l-prevenzjoni tal-iżvilupp ta' reżistenza għall-pestiċidi mill-ħaxix ħażin u mill-organiżmi ta' ħsara; it-tixrid jew il-persistenza ta' varjetà ġenetikament modifikata, jew il-possibbiltà ta' tnissil ma' pjanti kkultivati domestikament jew selvaġġi fit-territorju; il-prevenzjoni ta' impatti negattivi fuq l-ambjent lokali minħabba tibdil fil-prattiki agrikoli marbuta mal-kultivazzjoni ta' OĠM; iż-żamma u l-iżvilupp ta' prattiki agrikoli li joffru possibilitajiet aħjar ta' rikonċiljazzjoni tal-produzzjoni mas-sostenibbiltà tal-ekosistemi; iż-żamma tal-bijodiversità lokali, inklużi ċerti ħabitats u ekosistemi, jew ċerti tipi ta’ karatteristiċi naturali u tal-pajsaġġ kif ukoll funzjonijiet u servizzi ekosistemiċi speċifiċi; inċertezzi xjentifiċi marbuta ma' dawk ir-raġunijiet; jew in-nuqqas ta’ data adegwata dwar l-impatti negattivi potenzjali tar-rilaxx ta’ OĠM fl-ambjent lokali jew reġjonali ta' Stat Membru, inkluża l-bijodiversità.

Emenda  18

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 11b (ġdida)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(11b) Ir-raġunijiet marbuta mal-objettivi dwar il-politika agrikola jistgħu jinkludu l-bżonn li tiġi protetta d-diversità tal-produzzjoni agrikola, iż-żamma u l-iżvilupp ta’ prattiki agrikoli li joffru potenzjal aħjar biex il-produzzjoni tiġi rikonċiljata mas-sostenibbiltà tal-ekosistemi, u l-bżonn li tiġi żgurata l-purezza taż-żerriegħa.

Emenda  19

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 11c (ġdida)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(11c) Ir-raġunijiet relatati mal-impatti soċjoekonomiċi jistgħu jinkludu l-imprattikabilità jew l-ispejjeż għoljin ta' miżuri ta' koeżistenza jew l-impossibilità tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' koeżistenza minħabba kundizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi bħal gżejjer żgħar jew żoni muntanjużi;

Emenda  20

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 11d (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(11d) L-Istati Membri għandhom jitħallew jibbażaw il-miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OĠM jew ta’ gruppi ta’ OĠM definiti mill-wiċċ tar-raba’ jew mill-karatteristika jew tal-OĠM kollha anke għal raġunijiet oħra li jistgħu jinkludu l-użu tal-art, l-ippjanar tal-bliet u l-kampanja, jew fatturi leġittimi oħra fosthom dawk relatati mat-tradizzjonijiet kulturali.

Emenda  21

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 12

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(12) L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jibbażaw id-deċiżjonijiet li jadottaw skont id-Direttiva 2001/18/KE għal raġunijiet li jikkonċernaw impatti soċjoekonomiċi li jistgħu jirriżultaw mill-kultivazzjoni ta' OĠM fuq it-territorju ta' Stat Membru kkonċernat. Filwaqt li ġew indirizzati miżuri ta' koeżistenza mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2010, għandu jkun hemm ukoll il-possibbiltà li Stat Membru jadotta miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM awtorizzati fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu taħt din id-Direttiva. Dawk ir-raġunijiet jistgħu jkunu relatati mal-imprattikabbiltà jew l-impossibbiltà li jiġu implimentati miżuri ta' koeżistenza minħabba kondizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi, il-ħtieġa li tiġi evitata l-preżenza ta' OĠM fi prodotti oħra bħal prodotti speċifiċi jew partikolari, il-ħtieġa li tiġi protetta d-diversità tal-produzzjoni agrikola, jew il-ħtieġa li tiġi żgurata il-purezza taż-żerrigħat u l-materjal riproduttiv tal-pjanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, kif ġiet mitluba fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2008 dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati, irrappurtat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi tal-kultivazzjoni tal-OĠM. L-eżitu ta' dak ir-rapport jista' jipprovdi informazzjoni ta' valur lill-Istati Membri li jikkunsidraw jieħdu deċiżjonijiet abbażi ta' din id-Direttiva.

imħassar

____________________

 

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar linji gwida għall-iżvilupp ta' miżuri ta' koeżistenza nazzjonali biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta' OMĠ f'uċuħ tar-raba' konvenzjonali u organiċi (ĠU C 200, 22.7.2010, p. 1).

 

Emenda  22

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 14

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(14) Il-miżuri tal-Istati Membri adottati skont din id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta' skrutinju u informazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Fid-dawl tal-livell ta' skrutinju u informazzjoni mill-Unjoni, mhuwiex meħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-applikazzjoni tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni u mhux aktar tard minn sentejn wara d-data meta jingħataw il-kunsens/awtorizzazzjoni, kemm-il darba jkun skada perjodu ta’ waqfien stabbilit li matulu l-Kummissjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta dwar il-miżuri proposti.

(14) Il-miżuri tal-Istati Membri adottati skont din id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta' skrutinju u informazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Fid-dawl tal-livell ta' skrutinju u informazzjoni mill-Unjoni, mhuwiex meħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-applikazzjoni tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OĠM jew ta’ gruppi ta’ OĠM definiti mill-wiċċ tar-raba’ jew mill-karatteristika jew tal-OĠM kollha fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni u għad-durata kollha tal-kunsens/awtorizzazzjoni, kemm-il darba jkun skada perjodu ta’ waqfien stabbilit li matulu l-Kummissjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta dwar il-miżuri proposti. L-Istat Membru kkonċernat għandu, għaldaqstant, jikkomunika l-miżuri proposti lill-Kummissjoni mill-inqas 75 jum qabel l-adozzjoni tagħhom, biex il-Kummissjoni tingħata l-opportunità li tikkummenta, u għandu joqgħod lura milli jadotta u jimplimenta dawk il-miżuri matul dak il-perjodu. Meta jiskadi l-perjodu ta' waqfien stabbilit, l-Istat Membru għandu jkun jista’ jadotta l-miżuri kif oriġinarjament proposti jew emendati biex jittieħed kont tal-kummenti tal-Kummissjoni.

____________________

____________________

1 Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informatika (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).

1 Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informatika (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).

Emenda  23

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 14a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(14a) Matul il-perjodu ta’ waqfien, l-applikant/detentur tal-awtorizzazzjoni li jkun affettwat minn miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OĠM jew grupp ta’ OĠM fi Stat Membru għandhom joqogħdu lura mill-attivitajiet kollha relatati mal-kultivazzjoni ta’ dak l-OĠM jew grupp ta’ OĠM f’dak l-Istat Membru.

Emenda  24

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(15) Id-deċiżjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM minn Stati Membri fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu m'għandhomx iwaqqfu milli ssir riċerka dwar il-bijoteknoloġija bil-kondizzjoni li, fit-twettiq ta’ din ir-riċerka, jitħarsu l-miżuri kollha ta' sikurezza meħtieġa.

(15) Id-deċiżjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OĠM minn Stati Membri fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu m’għandhomx iwaqqfu milli ssir riċerka dwar il-bijoteknoloġija bil-kondizzjoni li, fit-twettiq ta’ din ir-riċerka, jitħarsu l-miżuri kollha ta’ sikurezza meħtieġa relatati mas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u mal-protezzjoni ambjentali u li l-attività ma timminax ir-rispett tar-raġunijiet li fuqhom ġiet introdotta l-projbizzjoni. Barra minn hekk, l-Awtorità u l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jistabbilixxu netwerk estensiv ta’ organizzazzjonijiet xjentifiċi li jirrappreżentaw id-dixxiplini kollha, fosthom dawk relatati mal-kwistjonijiet ekoloġiċi, u għandhom jikkooperaw biex jidentifikaw fi stadju bikri kull diverġenza potenzjali bejn l-opinjonijiet xjentifiċi bl-għan li jissolvew jew jiġu ċċarati l-kwistjonijiet xjentifiċi li jkunu qed joħolqu diverġenzi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jiġu żgurati r-riżorsi meħtieġa għal riċerka indipendenti dwar ir-riskji potenzjali li jiġu mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq tal-OĠM, u li l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jwaqqfux lir-riċerkaturi indipendenti milli jaċċessaw il-materjal relevanti kollu.

Emenda  25

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 15a (ġdida)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(15a) Minħabba l-importanza tal-provi xjentifiċi fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-projbizzjoni jew l-approvazzjoni tal-OĠM, l-Awtorità u l-Istati Membri għandhom jiġbru u jippubblikaw annwalment ir-riżultati ta' riċerka dwar ir-riskju jew il-provi ta' kwalunkwe preżenza, kontaminazzjoni jew periklu għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem tal-OĠM.

Emenda  26

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 16

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(16) Meta ċirkostanzi ġodda u oġġettivi jiġġustifikaw emenda għall-ambitu ġeografiku tal-kunsens/awtorizzazzjoni ta' OĠM, u fi kwalunkwe każ mhux qabel sentejn mid-data meta jingħata l-kunsens/awtorizzazzjoni, Stat Membru għandu jkun jista' jitlob permezz tal-Kummissjoni lid-detentur tal-kunsens/awtorizzazzjoni jaġġusta l-ambitu ġeografiku tiegħu. Jekk id-detentur tal-kunsens/awtorizzazzjoni ma jaqbilx, b'mod espliċitu jew taċitu, l-Istat Membru għandu jingħata l-possibbiltà li jadotta miżuri motivati li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' dak l-OĠM. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika abbozz ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni mill-inqas 75 jum qabel l-adozzjoni tagħhom, biex il-Kummissjoni tingħata l-opportunità li tikkummenta, u għandu joqgħod lura milli jadotta u jimplimenta dawk il-miżuri matul dak il-perjodu. Meta jiskadi l-perjodu ta' waqfien stabbilit, l-Istat Membru għandu jkun jista’ jadotta l-miżuri kif oriġinarjament proposti jew emendati biex jittieħed kont tal-kummenti tal-Kummissjoni.

imħassar

Emenda  27

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 18

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(18) Il-kunsensi bil-miktub jew deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni maħruġa jew adottati b'ambitu ġeografiku limitat għal ċerti żoni jew miżuri adottati minn Stati Membri f'konformità ma' din id-Direttiva, li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM, m'għandhomx iwaqqfu jew jirrestrinġu l-użu ta' OĠM awtorizzati minn Stati Membri oħra. Barra minn hekk, din id-Direttiva u l-miżuri nazzjonali adottati f’konformità magħha għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-preżenza mhux intenzjonata jew aċċidentali ta' OĠM f'varjetajiet mhux ġenetikament modifikati ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, u m'għandhomx iwaqqfu l-kultivazzjoni ta' varjetajiet li jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti.

(18) Il-kunsensi bil-miktub jew deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni maħruġa jew adottati b’ambitu ġeografiku limitat għal ċerti żoni jew miżuri adottati minn Stati Membri f’konformità ma’ din id-Direttiva, li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OĠM, m’għandhomx iwaqqfu jew jirrestrinġu l-użu ta’ OĠM awtorizzati minn Stati Membri oħra bil-kundizzjoni li jittiedu miżuri ta’ koeżistenza xierqa sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni transfruntiera. Barra minn hekk, din id-Direttiva u l-miżuri nazzjonali adottati f’konformità magħha għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-preżenza mhux intenzjonata jew aċċidentali ta' OĠM f'varjetajiet mhux ġenetikament modifikati ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, u m'għandhomx iwaqqfu l-kultivazzjoni ta' varjetajiet li jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti.

Emenda  28

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 20a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(20a) Sabiex jiżguraw livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, l-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu miżuri ta' tikkettar u ta' informazzjoni effiċjenti biex jiżguraw trasparenza totali dwar il-preżenza tal-OĠM fit-territorju tagħhom u fil-prodotti li jiġu prodotti u kummerċjalizzati hemm.

Emenda  29

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 21a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(21a) Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 26b u 26c tad-Direttiva 2001/18/KE japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 ta' dik id-Direttiva kif ukoll l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/20031a.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).

Emenda  30

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 22

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(22) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2010 tipprovdi gwida lill-Istati Membri għall-iżvilupp ta' miżuri ta' koeżistenza, fosthom f'żoni tal-fruntieri.

imħassar

Emenda  31

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – parti introduttorja

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Fid-Direttiva 2001/18/KE, jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

Id-Direttiva 2001/18/KE hija emendata kif ġej:

Emenda  32

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 22

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1) L-Artikolu 22 jinbidel b’dan li ġej:

Artikolu 22

'Artikolu 22

Ċirkolazzjoni libera

Ċirkolazzjoni libera

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, l-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jirrifjutaw it-tpoġġija fis-suq ta' GMOs, bħal jew fi prodotti, li josservaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 jew għall-Artikolu 26b, l-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jirrifjutaw it-tpoġġija fis-suq ta' OĠM, bħal jew fi prodotti, li josservaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.'

Emenda  33

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 25 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(-1a) Fl-Artikolu 25, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

'5a. Mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-aċċess għall-materjal neċessarju għar-riċerka indipendenti dwar riskji potenzjali li jirriżultaw mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ OĠM, bħal pereżempju materjal taż-żerriegħa, m'għandux jiġi ristrett jew ostakolat.'

Emenda  34

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt -1b (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26a – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1b) Fl-Artikolu 26a, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

1. L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw il-preżenza mhux intenzjonata ta’ OMĠ fi prodotti oħra.

‘1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw il-preżenza mhux intenzjonata ta' OĠM fi prodotti oħra fit-territorju tagħhom u f'żoni tal-fruntiera ta' Stati Membri ġirien. Tali miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida biex tiggarantixxi l-funzjonament effettiv tal-miżuri ta' koeżistenza f'żoni tal-fruntiera tal-Istati Membri.'

Emenda  35

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Waqt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni ta' OĠM partikolari jew matul it-tiġdid ta' kunsens/awtorizzazzjoni Stat Membru jista' permezz tal-Kummissjoni jitlob lin-notifikatur/applikant biex jaġġusta l-ambitu ġeografiku tan-notifika ppreżentata minn f'konformità mal-Parti C ta' din id-Direttiva jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, bl-effett li t-territorju kollu jew parti minnu ta' dak l-Istat Membru jiġi eskluż mill-kultivazzjoni. Din it-talba għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 30 jum mid-data ta’ ċirkolazzjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni taħt l-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva jew minn meta tasal l-opinjoni tal-Awtorità taħt l-Artikolu 6(6) u l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika t-talba tal-Istat Membru lin-notifikatur/applikant u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien.

1. Waqt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni ta' OĠM partikolari jew matul it-tiġdid ta' kunsens/awtorizzazzjoni Stat Membru jista' jitlob b'insistenza biex jaġġusta l-ambitu ġeografiku tal-kunsens jew l-awtorizzazzjoni bil-miktub, bl-effett li t-territorju kollu jew parti minnu ta' dak l-Istat Membru jiġi eskluż mill-kultivazzjoni. It-talba għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni u, jekk applikabbli, lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-kunsens bil-miktub skont din id-Direttiva mhux aktar tard minn 60 jum mid-data ta’ ċirkolazzjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni taħt l-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva jew minn meta tasal l-opinjoni tal-Awtorità taħt l-Artikolu 6(6) u l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika t-talba tal-Istat Membru lin-notifikatur/applikant, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-pubbliku mingħajr dewmien.

Emenda  36

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Fejn in-notifikatur/applikant jopponi talba ta' Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 1, in-notifikatur/applikant għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fi żmien 30 jum mil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta' dik it-talba. F’każ ta’ ftehim espliċitu jew taċitu tan-notifikatur/applikant, l-aġġustament tal-ambitu ġeografiku tan-notifika/l-applikazzjoni għandu jiġi implimentat fil-kunsens jew fl-awtorizzazzjoni bil-miktub.

2. Meta talba b'insistenza tiġi sottomessa f'konformità mal-paragrafu 1, l-aġġustament tal-ambitu ġeografiku tal-kunsens/awtorizzazzjoni bil-miktub, kif approvat mill-Kummissjoni jew, jekk applikabbli, mill-awtorità kompetenti, għandu jiġi implimentat bħala kundizzjoni stabbilita fil-kunsens jew fl-awtorizzazzjoni bil-miktub.

Il-kunsens bil-miktub maħruġ taħt din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni maħruġa f'konformità mal-Artikolu 19 kif ukoll id-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni adottata skont l-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għandhom jinħarġu abbażi tal-ambitu ġeografiku aġġustat tan-notifika/applikazzjoni kif miftiehem b'mod espliċitu jew taċitu min-notifikatur/l-applikant.

Il-kunsens bil-miktub maħruġ taħt din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 19 kif ukoll id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni adottata skont l-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għandhom jinħarġu abbażi tal-ambitu ġeografiku aġġustat tan-notifika/applikazzjoni.

Emenda  37

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Fejn in-notifikatur/applikant jopponi l-aġġustament tal-ambitu ġeografiku tan-notifika/applikazzjoni tiegħu skont talba magħmula minn Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista' jadotta miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' dak l-OĠMfit-territorju kollu tiegħu jew f'parti minnu ladarba jkun awtorizzat skont Parti C ta' din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dejjem jekk miżuri bħal dawn ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, raġunati, propozjonati u mhux diskriminatorji u, minbarra dan, ikunu bbażati fuq raġunijiet konvinċenti bħal dawk b'rabta ma':

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, Stat Membru jista', wara l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u filwaqt li jaġixxi bħala amministratur tar-riskju, jadotta miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM jew gruppi ta’ OĠM definiti skont il-wiċċ tar-raba' jew skont il-karatteristika jew tal-OĠM kollha fit-territorju kollu tiegħu jew f'parti minnu ladarba jkunu awtorizzati skont Parti C ta' din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dejjem jekk miżuri bħal dawn ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, raġunati, propozjonati u mhux diskriminatorji u, minbarra dan, ikunu bbażati fuq raġunijiet bħal dawk b'rabta ma':

(a) objettivi ta' politika ambjentali differenti mill-elementi vvalutati skont id-Direttiva 2001/18/KE u r- Regolament (KE) Nru 1829/2003;

(a) objettivi ta' politika ambjentali relatati mal-impatti li jistgħu jirriżultaw mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta' OĠM u li huma komplementari għall-impatti eżaminati b'mod konkret matul il-valutazzjoni tar-riskju xjentifiku mwettqa skont id-Direttiva 2001/18/KE u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(b) ippjanar tal-bliet u tal-kampanja;

(b) ippjanar tal-bliet u tal-kampanja;

(c) użu tal-art;

(c) użu tal-art;

(d) impatti soċjoekonomiċi;

(d) impatti soċjoekonomiċi;

(e) l-evitar tal-preżenza ta’ OĠM fi prodotti oħra mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26a;

(e) l-evitar tal-preżenza ta’ OĠM fi prodotti oħra;

(f) objettivi dwar il-politika agrikola;

(f) objettivi dwar il-politika agrikola;

(g) l-ordni pubbliku.

(g) l-ordni pubbliku.

Dawk ir-raġunijiet jistgħu jiġu invokati individwalment jew flimkien, bl-eċċezzjoni tar-raġuni msemmija fil-punt (g) li ma tistax tintuża individwalment, skont iċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istat Membru, ir-reġjun jew iż-żona li fiha dawk il-miżuri ser japplikaw, iżda f'ebda każ m'għandha toħloq kunflitt mal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali li saret skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Dawk ir-raġunijiet jistgħu jiġu invokati individwalment jew flimkien, bl-eċċezzjoni tar-raġuni msemmija fil-punt (g) li ma tistax tintuża individwalment, skont iċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istat Membru, ir-reġjun jew iż-żona li fiha dawk il-miżuri ser japplikaw, iżda f'ebda każ m'għandha toħloq kunflitt mal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali li saret skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Emenda  38

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Stat Membru li jkun bi ħsiebu jadotta miżuri skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu l-ewwel jikkomunika abbozz ta' dawk il-miżuri u r-raġunijiet korrispondenti invokati lill-Kummissjoni. Din il-komunikazzjoni tista’ ssir qabel ma l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta' OĠM, taħt il-Parti C ta' din id-Direttiva jew taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tkun tlestiet. Matul perijodu ta’ 75 jum li jibda mid-data ta’ tali komunikazzjoni:

4. Stat Membru li jkun biħsiebu jadotta miżuri skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu l-ewwel jikkomunika abbozz ta' dawk il-miżuri u r-raġunijiet korrispondenti invokati lill-Kummissjoni. Din il-komunikazzjoni tista’ ssir qabel ma l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta' OĠM, taħt il-Parti C ta' din id-Direttiva jew taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tkun tlestiet. Matul perijodu ta’ 75 jum li jibda mid-data ta’ tali komunikazzjoni:

(a) l-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lura milli jadotta u jimplimenta dawk il-miżuri; kif ukoll

(a) l-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lura milli jadotta u jimplimenta dawk il-miżuri;

 

(aa) in-notifikatur/l-applikant għandu jżomm lura mill-attivitajiet tiegħu tat-tqegħid fis-suq tal-varjetà ta' dak l-OĠM;

 

(ab) l-operaturi għandhom iżommu lura mill-kultivazzjoni tal-varjetà ta' dak l-OĠM; kif ukoll

(b) il-Kummissjoni tista' tagħmel kull kumment li tqis xieraq.

(b) il-Kummissjoni tista' tagħmel kull kumment li tqis xieraq.

 

Jekk l-awtorizzazzjoni tingħata matul il-perjodu ta' 75 jum, għandha titqies bħala temporanjament sospiża sa tmiem dak il-perjodu.

Emenda  39

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

B'deroga mill- punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, il-miżuri nazzjonali jistgħu jiġu imposti b'mod provviżorju f'każ li l-perijodu ta' 75 jum jaħbat mal-perijodu taż-żrigħ tal-OĠM rispettiv.

Malli jiskadi l-perijodu ta’ 75 jum imsemmi fl-ewwel subparagrafu u mhux aktar tard minn sentejn wara d-data li fiha jingħata l-kunsens/awtorizzazzjoni l-Istat Membru kkonċernat jista' jadotta l-miżuri fil-forma oriġinarjament proposta, jew kif emendati biex iqisu kull kumment li jasal mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lin-notifikant/applikant mingħajr dewmien.

Malli jiskadi l-perijodu ta’ 75 jum imsemmi fl-ewwel subparagrafu, u għad-durata kollha tal-kunsens/awtorizzazzjoni u mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista' jadotta l-miżuri fil-forma oriġinarjament proposta, jew kif emendati biex iqisu kull kumment mhux vinkolanti li jasal mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien.

Emenda  40

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli kwalunkwe miżura ta' dan it-tip għall-operaturi kollha kkonċernati, inkluż min jikkultiva, mill-inqas sitt xhur qabel ma jibda l-istaġun tal-kultivazzjoni. F'każ li l-OĠM kkonċernat jiġi awtorizzat inqas minn sitt xhur qabel jibda l-istaġun tal-kultivazzjoni, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri meta jiġu adottati.

Emenda  41

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 5

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Fejn, wara l-awtorizzazzjoni ta’ OĠM taħt din id-Direttiva jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u mhux qabel sentejn wara d-data li fiha jkun ingħata l-kunsens/awtorizzazzjoni, Stat Membru jqis li ċ-ċirkustanzi oġġettivi ġodda jiġġustifikaw aġġustament tal-ambitu ġeografiku tal-kunsens/awtorizzazzjoni, dan jista’ japplika l-proċedura taħt il-paragrafi 1 sa 4, mutatis mutandis, dejjem jekk miżuri bħal dawn ma jaffettwawx il-kultivazzjoni ta’ kwalunkwe żrieragħ ta' OĠM u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti awtorizzati li tħawlu legalment qabel ma ġew adottati dawk il-miżuri.

imħassar

Emenda  42

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 5a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

5a. Stat Membru li jkun biħsiebu jadotta miżuri skont il-paragrafu 3 għandu jiżgura li l-bdiewa li jikkultivaw tali wċuħ tar-raba' legalment ikollhom żmien biżżejjed biex ilestu l-istaġun tal-kultivazzjoni li jkun għaddej.

 

L-ispejjeż u l-isforzi tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għandhom jinqasmu bejn l-Istat Membru responsabbli u l-bdiewa.

Emenda  43

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 7 – parti introduttorja

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

7. Għall-finijiet ta’ aġġustament tal-ambitu ġeografiku tal-kunsens/awtorizzazzjoni ta’ OĠM taħt il-paragrafi 5 u 6, u bil-kondizzjoni li taħt il-paragrafu 5 id-detentur tal-kunsens/awtorizzazzjoni jaqbel b’mod espliċitu jew taċitu mat-talba tal-Istat Membru:

7. Għall-finijiet ta’ aġġustament tal-ambitu ġeografiku tal-kunsens/awtorizzazzjoni ta’ OĠM taħt il-paragrafu 6:

Emenda  44

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 ba (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

'Artikolu 26 ba

 

Rekwiżiti ta’ responsabilità u garanziji finanzjarji

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema obbligatorja ġenerali ta’ responsabilità finanzjarja u garanziji finanzjarji fil-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar l-OĠM, li tapplika għall-operaturi kollha u li tiżgura li min iniġġes iħallas għall-effetti jew il-ħsarat mhux intenzjonati li jistgħu jseħħu minħabba r-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ OĠM.'

Emenda  45

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26c – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Fejn l-applikazzjoni tkun pendenti u n-notifikatur/applikant ikun qabel b’mod espliċitu jew taċitu ma' talba bħal din fi żmien 30 jum minn meta tiġi kkomunikata dik it-talba, l-ambitu ġeografiku tan-notifika/applikazzjoni għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ. Il-kunsens bil-miktub maħruġ taħt din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni maħruġa f'konformità mal-Artikolu 19 kif ukoll id-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni adottata taħt l-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandhom jinħarġu abbażi tal-ambitu ġeografiku aġġustat tan-notifika/applikazzjoni kif miftiehem b'mod espliċitu jew taċitu min-notifikatur/l-applikant.

2. Fejn l-applikazzjoni tkun pendenti u l-Kummissjoni taċċetta l-applikazzjoni tal-Istat Membru, debitament ikkomunikata lin-notifikatur/applikant, biex taġġusta l-ambitu ġeografiku, l-effetti tal-aġġustament jiġu prodotti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-kunsens bil-miktub maħruġ skont din id-Direttiva.

Emenda  46

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26c – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Fejn l-awtorizzazzjoni tkun diġà ngħatat u d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkun qabel b'mod espliċitu jew taċitu ma' talba fi żmien 30 jum mill-komunikazzjoni tat-talba msemmija fil-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu, l-awtorizzazzjoni għandha tkun kif maqbula mid-detentur tal-awtorizzazzjoni. Għal kunsens bil-miktub taħt din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha temenda l-ambitu ġeografiku tal-kunsens kif meħtieġ b'mod espliċitu jew taċitu kif maqbul mid-detentur tal-awtorizzazzjoni u għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni ladarba dan tkun tlesta. Għal awtorizzazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-Kummissjoni għandha temenda d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kif meħtieġ, mingħajr ma tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 35(2) ta’ dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni kif meħtieġ.

3. Fejn l-awtorizzazzjoni tkun diġà ngħatat u d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkun qabel b'mod espliċitu jew taċitu ma' talba fi żmien 30 jum mill-komunikazzjoni tat-talba msemmija fil-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu, l-awtorizzazzjoni għandha tkun kif maqbula mid-detentur tal-awtorizzazzjoni. Għal kunsens bil-miktub taħt din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha temenda l-ambitu ġeografiku tal-kunsens kif meħtieġ b'mod espliċitu jew taċitu kif maqbul mid-detentur tal-awtorizzazzjoni u għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni ladarba dan tkun tlesta. Għal awtorizzazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-Kummissjoni għandha temenda d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kif meħtieġ, mingħajr ma tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 35(2) ta’ dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni kif meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha wkoll tippubblika dan il-ftehim.

Emenda  47

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26c – paragrafu 4

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Jekk notifikant/applikant jew, skont il-każ, detentur ta’ awtorizzazzjoni ma jopponux talba bħal din, il-paragrafi 3 sa 9 tal-Artikolu 26b għandhom japplikaw mutatis mutandis.

imħassar

Emenda  48

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Mhux aktar tard minn 4 snin wara …+, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu li jkunu għamlu l-Istati Membri minn din id-Direttiva fost l-oħrajn l-effettività tad-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Dak ir-rapport jista’ jiġi akkumpanjat minn kwalunkwe proposta leġislattiva li l-Kummissjoni tqis xierqa.

Mhux aktar tard minn 4 snin wara …+, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu li jkunu għamlu l-Istati Membri minn din id-Direttiva fost l-oħrajn l-effettività tad-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Dak ir-rapport jista’ jiġi akkumpanjat minn kwalunkwe proposta leġislattiva li l-Kummissjoni tqis xierqa.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar il-progress lejn l-għoti ta’ status normattiv lill-gwida msaħħa tal-2010 tal-Awtorità dwar il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-pjanti ġenetikament modifikati.

 

________________

__________________

+ ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

+ ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  49

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Mhux aktar tard minn ...+, il-Kummissjoni għandha tadotta regolament ta' implimentazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-OĠM, filwaqt li tibni fuq il-linji gwida tal-2010 tal-EFSA dwar il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-pjanti ġenetikament modifikati u filwaqt li ssaħħaħhom skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2008.

 

___________________

 

+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Emenda  50

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2b (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 2b

 

Traspożizzjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ...+. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

 

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

 

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

 

__________________

 

+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  51

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1829/2003

Artikolu 7 – paragrafu 3 u Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 2c

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 huwa emendat kif ġej:

 

Fl-Artikoli 7(3) u 19(3), ir-referenza għall-Artikolu 35(2) tinbidel b'referenza għall-Artikolu 35(3).

  • [1]  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 51.
  • [2]  ĠU C 104, 2.4.2011, p. 62.
  • [3]  ĠU C 033 E, 5.2.2013, p. 350.

NOTA SPJEGATTIVA

I. Sfond

Fit-23 ta' Lulju 2014, it-28 Ministru tal-Ambjent adottaw il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni tal-kultivazzjoni tal-OĠM fit-territorju tal-Istati Membri.

Fil-prattika, l-għan tagħhom kien li jemendaw id-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM, billi jżidu Artikolu ġdid li jwessa' s-setgħat tal-Istati Membri biex jiġġustifikaw legalment projbizzjoni nazzjonali jew reġjonali tal-kultivazzjoni tal-OĠM. Din l-emenda tkun tapplika wkoll għall-kultivazzjoni ta' OĠM awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li jkopri l-ikel u l-għalf li fih jew li jkun magħmul minn OĠM.

Id-dispożizzjonijiet ta' dawn iż-żewġ testi leġiżlattivi jistabbilixxu qafas legali strett, billi l-kummerċjalizzazzjoni tal-OĠM tkun tista' tiġi awtorizzata biss wara approvazzjoni bbażata fuq valutazzjoni xjentifika tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent.

Wieħed irid jispeċifika li t-test li qed jiġi diskuss jikkonċerna biss il-kultivazzjoni ta' OĠM għat-tagħlil jew għar-riċerka fl-azjendi agrikoli. Fi kliem ieħor, l-importazzjonijiet ta' OĠM primarjament għall-bhejjem mhumiex koperti b'din il-leġiżlazzjoni.

Il-kompromess adottat mill-Istati Membri daħal fis-seħħ tliet snin wara l-votazzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2011.

Filwaqt li kulħadd jilqa' tali progress, is-sitwazzjoni sottostanti saret dejjem aktar sensittiva:

1. Is-sentiment ġenerali Ewropew ta' oppożizzjoni għall-OĠM huwa partikolarment kbir fir-rigward tal-preżenza tagħhom fl-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif rifless fl-istħarriġ speċjali (nru 354) tal-Ewrobarometru ta' Diċembru 2010 rigward ir-riskji relatati mal-ikel, li żvela li 21 % biss tal-Ewropej qablu mal-propożizzjoni li "l-ikel li fih l-OĠM huwa sikur għall-ġenerazzjonijiet futuri" (filwaqt li 58 % ma qablux).

Stħarriġ aġġornat ikun partikolarment utli. X'aktarx li dan jindika li maġġoranza kbira għadha topponi l-kultivazzjoni ta' OĠM fl-Ewropa.

2. Fi Frar 2014, il-kontroversja rigward il-qamħirrum ġenetikament modifikat, TC1507, li 19 minn 28 gvern opponewh, ġiet irrapportata b'mod intensiv mill-media. Ħames Stati Membri biss (Spanja, ir-Renju Unit, l-Estonja, il-Finlandja u l-Isvezja) ivvutaw favur li tingħata l-awtorizzazzjoni lil din il-varjetà ġdida ta' OĠM, għalhekk id-deċiżjoni finali kellha tittieħed mill-Kummissjoni, iżda għadha ma ħadithiex.

3. Fis-sistema ċentralizzata ta' awtorizzazzjoni tal-UE akkumulaw ħafna applikazzjonijiet b'lura. Minbarrra l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-qamħirrum TC1507, sitt proċeduri ta' awtorizzazzjoni pħra ta' OĠM (ħamsa għall-qamħirrum u waħda għas-sojja) huma pendenti, wara li nħarġet opinjoni favorevoli mill-EFSA. Minħabba l-oppożizzjoni qawwija mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, il-Kummissjoni qed taħsibha qabel ma tgħaddi għall-votazzjoni.

4. Kien f'dan il-kuntest li l-President il-ġdid tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, filwaqt li ddeskriva il-politika tal-Kummissjoni lill-MPE fil-15 ta' Lulju 2014, ħabbar l-intenzjonijiet tiegħu: "Biħsiebi wkoll neżamina mill-ġdid il-leġiżlazzjoni attwali li tawtorizza l-użu ta' organiżmi ġenetikament modifikati. Inqis li huwa inaċċettabbli li, skont ir-regoli attwali, il-Kummissjoni hija legalment obbligata tawtorizza l-importazzjoni u l-ipproċessar ta' OĠM ġodda, anke f'każijiet meta maġġoranza ċara tal-Istati Membri huma kontra l-użu tagħhom".

Dan ġie kkonfermat fl-istqarrija tal-missjoni mibgħuta lill-Kummissarju Ewropew il-ġdid responsabbli għas-saħħa u s-sikurezza tal-ikel, li se jintalab jeżamina mill-ġdid, fl-ewwel sitt xhur tal-kariga tiegħu, il-proċess eżistenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet applikabbli għall-OĠM.

Għalhekk, ir-Rapporteur trid tqis is-sitwazzjoni politika ġdida meta tfassal l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tagħha.

F'dan ir-rigward, għandha l-appoġġ konġunt tal-Parlament Ewropew, tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u tal-President il-ġdid tal-Kummissjoni, li jridu kemm jista' jkun malajr 'jeħilsu' l-kwistjoni tal-OĠM mill-konfużjoni tal-burokrazija li qed teżaspera lil kull minn hu kkonċernat.

II. Objettivi u limiti tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Għandu jitfakkar il-fatt li l-objettiv ewlieni ta' din il-modifika fil-qafas leġiżlattiv huwa li tingħata aktar libertà u ċertezza tad-dritt lill-Istati Membri li jixtiequ jipprojbixxu, fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu, il-kultivazzjoni ta' OĠM awtorizzati fil-livell Ewropew. Dan huwa speċifikat mill-Kunsill fil-ħames premessa.

Filwaqt li l-Kunsill adotta numru ta' emendi tal-Parlament u għalhekk approva l-objettivi tiegħu, fl-istess ħin daħħal proċedura li timponi obbligi ġodda fuq l-awtoritajiet nazzjonali.

Stat Membru huwa inizjalment meħtieġ jissottometti talba speċifika (paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 26b (ġdid) lil impriża li trid tikkumerċjalizza l-OĠM fl-UE (fażi I) sabiex ikun żgurat li l-awtorizzazzjoni ma tinkludix it-territorju nazzjonali tiegħu.

Huwa biss jekk din il-fażi inizjali ma tirnexxix u jekk it-talba ma tintlaqax mill-impriża li tiġi applikata l-proċedura (fażi II) unika (paragrafu 3 tal-Artikolu 26b (ġdid)), biex b'hekk Stat Membru jkun jista' jinvoka ġustifikazzjonijiet legali biex jipprova jipprojbixxi l-kultivazzjoni ta' OĠM.

Fi kliem ieħor, dan jinvolvi żewġ fażijiet konsekuttivi, it-tieni waħda kkundizzjonata mill-ewwel waħda, minflok il-proċedura stabbilita fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni kif emendata mill-PE u li għandha tibqa' fiċ-ċentru tal-verżjoni emendata tad-Direttiva tal-2001.

Madankollu, il-verżjoni tal-Kunsill, li tmur kontra l-objettiv tal-Parlament fil-votazzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011, tagħti l-impressjoni skomda li qalbet l-ordni loġika tal-kwistjoni.

Kien għalhekk li r-Rapporteur ressqet l-Emenda 24 għall-paragrafu 3 tal-Artikolu 26b, li hija essenzjali jekk ir-rikors għall-proċedura ta' fażi I minn Stat Membru se jkun fakultattiv.

Restrizzjoni oħra tad-drittijiet tal-Istati Membri hija l-iskadenza stretta ta' sentejn biex jinbdew il-proċeduri fil-livell nazzjonali biex tiġi pprojbita l-kultivazzjoni tal-OĠM ladarba tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni tal-UE.

Ir-Rapporteur ma tistax tara r-raġunijiet għal dan u tqis li għaxar snin, id-durata statutorja tal-awtorizzazzjoni, ikunu skadenza xierqa. Din hija r-raġuni tal-Emenda 25 għall-paragrafu 4 tal-Artikolu 26b.

Għalhekk, il-proċedura kumpensatorja prevista fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 26b mhijex aktar meħtieġa u għaldaqstant l-Emenda 26 tipproponi t-tħassir tagħha.

Barra minn hekk, rigward il-lista miftuħa ta' raġunijiet li jistgħu jiġu invokati biex jiġġustifikaw projbizzjoni tal-kultivazzjoni tal-OĠM, ir-Rapporteur tal-fehma li l-assenza ta' eżempji ddgħajjef il-qafas legali u għaldaqstant ressqet l-Emenda 24 li tixbah ferm it-test adottat b'maġġoranza assoluta fl-ewwel qari, ħlief li tinkludi ħames kategoriji ta' ġustifikazzjoni:

•   Kriterji ambjentali minbarra dawk deskritti mill-EFSA fil-livell Ewropew, relatati mal-aspetti lokali jew sistemiċi tal-użu tal-OĠM f'kuntest agronomiku partikolari;

•   Kriterji ta' żvilupp reġjonali;

•   Kriterji ta' użu tal-art;

•   Kriterji soċjoekonomiċi, pereżempju l-ispiża għolja tal-kontaminazzjoni għall-bdiewa konvenzjonali u/jew organiċi;

•   Kriterji relatati mal-objettivi tal-politika agrikola.

Dawn il-kriterji jagħtu lill-Istati Membri l-flessibbiltà meħtieġa biex jieħdu miżuri adatti mingħajr ma jalteraw jew idgħajfu l-proċeduri attwali ta' valutazzjoni tar-riskju tal-UE.

III. Emendi oħra tar-Rapporteur

Fl-ewwel qari, il-Parlament Ewropew adotta 28 emenda fil-proposta modifikata tiegħu, li l-biċċa l-kbira minnhom ma kinux kontroversjali jew kienu appoġġati minn maġġoranza assoluta. Għaldaqstant, ir-Rapporteur ressqet total ta' 33 emenda, inklużi l-emendi ewlenin adottati fl-ewwel qari u li ma ġewx inklużi fil-pożizzjoni komuni tal-Kunsill.

Fid-dawl ta' dan:

-    Jeħtieġ li tiġi affermata mill-ġdid il-bażi ġuridika magħżula mill-Parlament Ewropew relatata mal-ambjent (Emenda 1). Din il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha l-għan li timmodifika mhux biss id-Direttiva 2001/18/KE iżda anke r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, meta t-talba għal awtorizzazzjoni minn kumpanija tikkonċerna l-kultivazzjoni u l-ikel jew l-għalf. Filwaqt li l-bażi ġuridika relatata mas-suq intern intgħażlet għad-Direttiva tal-2001, il-leġiżlaturi għażlu mhux anqas minn tlieta relatati mal-agrikoltura, is-suq intern u s-saħħa pubblika, għar-Regolament tal-2003.

It-test jipprova wkoll jilħaq objettiv ewlieni: l-għoti ta' flessibbiltà akbar lill-Istati Membri biex jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OĠM fit-territorju tagħhom għal għadd ta' raġunijiet, inklużi kunsiderazzjonijiet ambjentali, bħall-ħarsien tal-bijodiversità, il-ħabitats u l-ekosistemi.

-    Jeħtieġ li jittejbu l-proċeduri ta' evalwazzjoni tar-riskju. L-Emenda 3 għandha l-għan li tiżgura l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ambjent tal-4 ta' Diċembru 2008 li talbu metodi ta' valutazzjoni komprensivi u effettivi, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li sal-lum ma tqiesx biżżejjed l-impatt fit-tul tal-kultivazzjoni tal-OĠM.

Ir-Rapporteur tinnota b'sodisfazzjon li din il-kwistjoni hija inkluża fid-dispożizzjonijiet tat-test tal-Kunsill, li madankollu jrid jittejjeb. Għaldaqstant, l-Emenda 33 għandha l-għan li tagħmel il-linji gwida tal-EFSA vinkolanti.

-    Jeħtieġ li jiġu speċifikati miżuri obbligatorji biex tiġi salvagwardjata l-koeżistenza ta' tipi differenti ta' kultivazzjoni.

Dak kien l-iskop tal-emenda għall-Artikolu 26a mressqa fil-plenarja f'Lulju 2011, li r-Rapporteur tixtieq terġa' tressaq mal-Emenda 21.

Huwa importanti li f'din il-leġiżlazzjoni jiġu inklużi dispożizzjonijiet obbligatorji li jirrikjedu li l-Istati Membri jissalvagwardjaw il-koeżistenza ta' tipi differenti ta' kultivazzjoni u li tiġi evitata kull disseminazzjoni transfruntiera, rekwiżit approvat b'entużjażmu mill-biċċa l-kbira tal-bdiewa Ewropej.

Ġew proposti wkoll modifiki biex tiġi ggarantita t-trasparenza tal-proċedura biex tiġi ristretta jew ipprojbita l-kultivazzjoni tal-OĠM u biex ikun żgurat li tali deċiżjonijiet kbar isiru pubbliċi.

PROĊEDURA

Titolu

Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom

Referenzi

10972/3/2014 – C8-0145/2014 – 2010/0208(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

5.7.2011                     T7-0314/2011

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2010)0375 - C7-0178/2010

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

18.9.2014

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

18.9.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Frédérique Ries

17.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.9.2014

13.10.2014

 

 

Data tal-adozzjoni

11.11.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

11

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Nessa Childers, Alberto Cirio, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Jørn Dohrmann, Stefan Eck, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Ashley Fox, Francesc Gambús, Iratxe García Pérez, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Teresa Rodriguez-Rubio, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Tibor Szanyi, Nils Torvalds

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Nicola Caputo, Caterina Chinnici, Mark Demesmaeker, Herbert Dorfmann, Ismail Ertug, Martin Häusling, Elisabeth Köstinger, József Nagy, James Nicholson, Marit Paulsen, Marijana Petir, Sirpa Pietikäinen, Christel Schaldemose, Bart Staes

Data tat-tressiq

19.11.2014