RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina
19.11.2014 - (11047/2014 – C8-0114/2014 – 2014/0154(NLE)) - ***
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Jerzy Buzek
(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina
(11047/2014 – C8-0114/2014 – 2014/0154(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina
– wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina[1],
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0370/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafu, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0039/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.
- [1] ĠU L 36, 12.2.2003, p. 32
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-kontenut materjali tal-Ftehim imġedded se jkun identiku għal dak tal-Ftehim attwali, li jiskadi fis-7 ta' Novembru 2014.
Din l-inizjattiva se tippermeti li ż-żewġ partijiet itejbu u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom fix-xjenza u t-teknoloġija f’oqsma ta’ interess komuni, u sejra tippermetti skambju ulterjuri ta' għarfien speċifiku kif ukoll it-trasferiment ta’ kompetenzi għall-benefiċċju tal-komunitajiet xjentifiċi, l-industrija u ċ-ċittadini.
Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin jimmonitorjaw regolarment l-azzjonijiet kollha mwettqa skont il-Ftehim, li se jinkludu analiżi mill-UE. L-analiżi se tikkonsisti f'dawn l-elementi;
(a) Indikaturi tal-prestazzjoni – l-għadd ta’ proposti mressqa mill-Ukraina għall-programm speċifiku mqabbel mal-għadd ta’ proposti magħżula għall-finanzjament skont il-programm.
(b) Ġbir ta’ data – abbażi tal-informazzjoni mill-programmi speċifiċi tal-Programm Qafas u l-informazzjoni mogħtija mill-Ukraina lill-Kumitat Konġunt Komunità-Ukraina, stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.
Il-Ftehim huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-benefiċċju reċiproku, l-aċċess reċiproku għall-programmi u l-attivitajiet tal-parti l-oħra, li jkunu rilevanti għall-fini tal-Ftehim, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, il-ħarsien effikaċi tal-proprjetà intellettwali u l-kondiviżjoni ekwa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) u l-isfruttament effikaċi tar-riżultati. It-tiġdid ta’ dan il-Ftehim se jippermetti għarfien xjentifiku akbar li jwassal għal opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
24.9.2014 |
||||
|
Data tal-adozzjoni |
17.11.2014 |
|
|
|
|