RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja min-naħa l-oħra
20.11.2014 - 09827/2014 – C8‑0129/2014 – 2014/0086(NLE) - ***
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Andrejs Mamikins
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja min-naħa l-oħra
(09827/2014 – C8‑0129/2014 – 2014/0086(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09827/2014),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta ' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (17901/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), Artikolu 218(7) u Artilolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0129/2014),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE rigward in-negozjati bejn l-UE u l-Ġeorġja dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni[1],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta' .....2014[2] dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0041/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (7.11.2014)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra
(09827/2014 – C8‑0129/2014 – 2014/0086(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Olli Rehn
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (FA) bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Ġeorġja, innegozzjat fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant mill-2012 sal-2013, isegwi l-mudell tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina li jinkludi l-aktar ftehim ta' kummerċ ħieles ambizzjuż li l-UE qatt innegozzjat ma' pajjiż terz, apparti l-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea.
Billi tistabbilixxi Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA)[1] mal-UE, il-Ġeorġja għandha żżid l-aċċess għas-suq tagħha għall-akbar unjoni ekonomika, billi tadotta impenni vinkolanti dwar l-adozzjoni ta' liġijiet, standards u valuri komuni, filwaqt li l-UE se tibbenefika minn flussi kummerċjali aktar mexxejja u kundizzjonijiet ta' investiment aħjar fil-Ġeorġja. Id-DCFTA tinkludi għadd ta' dispożizzjonijiet immirati lejn ir-riforma tal-politiki kummerċjali tal-Ġeorġja u tal-politiki tagħħha relatati mal-kummerċ, f'konformità mal-acquis tal-UE u abbażi tiegħu. Dawn se jippermettu l-modernizzazzjoni tal-ekonomija, l-ankrar talinvestiment tal-UE fil-pajjiż, u ambjent ta' politika aħjar u aktar prevedibbli.
Aċċess għas-suq
Id-DCFTA tipprevedi l-eliminazzjoni totali tad-dazji tal-importazzjoni kollha u projbizzjoni tad-dazji tal-esportazzjoni fuq il-prodotti kollha min-naħa tal-UE mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Uħud mill-prodotti agrikoli biss (l-aktar il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, zokkor u l-prodotti taċ-ċereali), li huma meqjusin bħala sensittivi fl-UE, se jkunu soġġetti għall-monitoraġġ tal-flussi kummerċjali. Barra minn hekk, numru limitat ta' frott u ħaxix, li huma soġġetti għal prezzijiet ta' dħul fl-UE, se jiġu liberalizzati fi ħdan il-kwoti tariffarji li jkopru l-flussi kummerċjali tradizzjonali.
Regoli tal-oriġini
Il-Ġeorġja se tapplika r-regoli tal-oriġini li jagħmluha possibbli li tissieħeb mal-Konvenzjoni Pan-Ewro-Mediterranja (PEM); din toħloq żona ta' kumulazzjoni tal-proċessi ta' manifattura mal-UE u membri oħrajn tal-PEM u trawwem integrazzjoni ekonomika reġjonali b'mod pożittiv għall-kummerċ tal-prodotti.
Servizzi u stabbiliment
L-UE u l-Ġeorġja jipprovdu lil xulxin aċċess għas-suq għas-servizzi transkonfinali f'firxa wiesgħa ta' oqsma, lil hinn mill-impenji stabbiliti fil-GATS. Barra minn hekk, il-partijiet qablu fuq aċċess estensiv għall-istabbiliment f'firxa wiesgħa ta' setturi, li huma akkumpanjati mill-hekk imsejħa dispożizzjonijiet dwar 'il-modalità 4', li jippermettu lill-persunal kwalifikat jaħdem fuq bażi temporanja fl-UE jew fil-Ġeorġja, f'setturi koperti mid-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment.
Proprjetà intellettwali
Il-partijiet jinfurzaw l-impenn tagħhom għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali lil hinn mid-dispożizzjonijiet dwar il-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS). Dawn jikkonċernaw il-protezzjoni estiża tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali differenti (jiġifieri l-marki kummerċjali, il-privattivi, id-disinn, il-varjetajiet ta' pjanti), kooperazzjoni mtejba u infurzar (ċivili) aktar b'saħħtu tar-regoli dwar il-proprjetà intellettwali, inkluż ukoll fil-fruntiera. Bl-istess mod, il-Ftehim dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi huwa kompletament integrat fid-DCFTA.
Akkwist pubbliku
L-UE u l-Ġeorġja qed jimmiraw lejn il-modernizzazzjoni ulterjuri u gradwali (fi żmien 8 snin) tas-sistema ta' akkwist pubbliku tal-Ġeorġja u l-allinjament tal-leġiżlazzjoni ma' dik tal-UE. L-ikkompletar tal-proċess ta' riforma, bl-għan li l-prattiki ta' akkwist tal-Ġeorġja jiġu addattati għal dawk tal-UE, jirriżulta f'aċċess aħjar għas-suq tal-UE abbażi tat-trattament nazzjonali, 'il fuq minn ċerti limiti ta' valur.
Servizzi
Il-proċess ta' riforma se jkopri l-oqsma tas-servizzi postali u tal-kurrier, it-trasport marittimu internazzjonali, il-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi finanzjarji. B'riżultat ta' dan, l-UE tista' tapprofondixxi l-aċċess għas-suq tagħha fil-qasam tas-servizzi fi ħdan l-impenji għas-servizzi bilaterali. Il-Ġeorġja tipprevedi li l-proċess gradwali ta' riforma se jieħu sa 10 snin.
L-aħħar u mhux l-anqas, il-FA jipprevedi kooperazzjoni kbira speċifika għal kull settur u konverġenza regolatorja ġenerali, li jġibu magħhom bidliet fit-tul f'termini ta' żvilupp sostenibbli, rispett għall-ambjent, drittijiet tal-ħaddiema, eċċ.
Huwa mistenni li d-DCFTA tagħti spinta lill-kummerċ bejn l-UE u l-Ġeorġja – bi 12 % fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-Ġeorġja lejn l-UE, u b'7,5 % fuq l-importazzjonijiet mill-UE. Id-DCFTA b'mod ġenerali hi mistennija ttejjeb il-kont kurrenti tal-Ġeorġja u tagħti spinta lill-PDG b'4,3 % (EUR 292 miljun f'introjtu nazzjonali), dment li r-riformi jkunu tlestew.
Konklużjonijiet
Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li l-Parlament Ewropew, billi jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal dan il-FA, se joffri lill-Ġeorġja futur aktar qrib tal-Ewropa. Jinsab sodisfatt bil-fatt li l-Parlament tal-Ġeorġja rratifika l-ftehim fit-18 ta' Lulju u b'hekk ippermetta l-applikazzjoni proviżorja tiegħu mill- 1 ta' Settembru 2014. Ir-rapporteur għal opinjoni jenfasizza li l-FA se jkun ta' suċċess jekk jiġi implimentat bis-sħiħ miż-żewġ partijiet. L-UE għandha tgħin lill-Ġeorġja fl-adozzjoni tal-liġijiet u d-digrieti rilevanti u fil-monitoraġġ tal-infurzar reali tagħhom.
******
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, jirrakkomanda li l-Parlament japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
6.11.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 5 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Jörg Leichtfried, Marine Le Pen, David Martin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Franck Proust, Viviane Reding, Olli Rehn, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Bendt Bendtsen, Klaus Buchner, Nicola Danti, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Seán Kelly, Sander Loones, Fernando Ruas, Lola Sánchez Caldentey, Jarosław Wałęsa |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Laura Agea, Andi Cristea, Helga Stevens |
||||
- [1] It-Titolu IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
17.11.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
48 1 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, Klaus Buchner, Andi Cristea, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Eugen Freund, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Afzal Khan, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Alojz Peterle, Tonino Picula, Andrej Plenković, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Alyn Smith, Jaromír Štětina, Eleni Theocharous, László Tőkés, Johannes Cornelis van Baalen |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Bodil Ceballos, Angel Dzhambazki, Mariya Gabriel, Ana Gomes, Marek Jurek, Othmar Karas, Gabrielius Landsbergis, Javi López, Gilles Pargneaux, Helmut Scholz, György Schöpflin |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Isabella Adinolfi, David Coburn, Julia Pitera, Maurice Ponga, Jarosław Wałęsa |
||||