RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta' Frar 1993 dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel

9.12.2014 - (COM(2014)0246 – C8‑0005/2014 – 2014/0132(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Giovanni La Via
(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2014/0132(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0059/2014
Testi mressqa :
A8-0059/2014
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta' Frar 1993 dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel

(COM(2014)0246 – C8‑0005/2014 – 2014/0132(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0246),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0005/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014[1],

–       wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Novembru 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0059/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]               Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIRETTIVA 2015/…/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja[2],

Billi:

(1)      Fil-qafas tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipprovdi qafas regolatorju sempliċi, ċar, stabbli u prevedibbli għan-negozji, għall-ħaddiema u għaċ-ċittadini.

(2)      Id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE[3] għandha l-għan li tiżgura t-tmexxija bla intoppi tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel billi tippromwovi l-appoġġ xjentifiku lil dak il-Kumitat mingħand l-Istati Membri u torganizza l-koperazzjoni mal-korpi nazzjonali rilevanti dwar kwistjonijiet xjentifiċi fir-rigward tas-sikurezza tal-oġġetti tal-ikel.

(3)      Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4], il-kompiti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel imsemmija fid-Direttiva 93/5/KEE ġew trasferiti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA), u dawk il-kompiti attwalment jipprevedihom ir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/579/KE[5] li stabbilixxiet il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel tħassret bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE[6].

(5)      Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-EFSA saret ukoll il-korp kompetenti li jippromwovi l-koperazzjoni xjentifika mal-Istati Membri u mal-korpi nazzjonali rilevanti li jaħdmu fl-oqsma li jaqgħu fl-ambitu tal-missjoni tal-EFSA. B'mod partikolari, l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprovdi li l-EFSA għandha taġixxi f'koperazzjoni mill-qrib mal-korpi kompetenti tal-Istati Membri u li l-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-EFSA biex ikun żgurat li titwettaq il-missjoni tagħha.

(6)      Id-Direttiva 93/5/KEE għaldaqstant saret obsoleta u għandha titħassar,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE hija b'dan imħassra.

                                                        Artikolu 2

1.        L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ...[7]. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.        L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

  • [1]           Opinjoni tad-9 ta' Lulju 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
  • [2]               Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... [(ĠU ...)] [għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal     Uffiċjali] u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' ...
  • [3]           Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta' Frar 1993 dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni      mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta’ kwistjonijiet dwar l-ikel (ĠU   L 52, 4.3.1993, p. 18).
  • [4]               Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li                jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-  Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
  • [5]           Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/579/KE tat-23 ta' Lulju 1997 li tistabbilixxi Kumitati Xjentifiċi fil-qasam  tas-saħħa tal-konsumatur u s-sikurezza tal-ikel (ĠU L 237, 28.8.1997, p. 18).
  • [6]               Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE tat-3 ta' Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam  tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).
  • [7]               ĠU: daħħal id-data li taħbat l-aħħar ġurnata tat-tnax-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva                fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

PROĊEDURA

Titolu

Eżami xjentifiku ta’ kwistjonijiet dwar l-ikel

Referenzi

COM(2014)0246 – C8-0005/2014 – 2014/0132(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

5.5.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

3.7.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

3.7.2014

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

22.7.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Giovanni La Via

17.7.2014

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

24.7.2014

Data tal-adozzjoni

3.12.2014

 

 

 

Data tat-tressiq

9.12.2014