RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni
15.12.2014 - (16741/2014 – C8‑0290/2014 – 2014/2053(BUD))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Gérard Deprez
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni
(16741/2014 – C8‑0290/2014 – 2014/2053BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2014[2],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[3],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[4],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej[5],
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 4/2014 adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Lulju 2014 ((2014)0461)),
– wara li kkunsidra l-ittra emendatorja Nru 1 tal-ABE Nru 4/2014, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-16 ta' Ottubru 2014,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti approvati mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2014 adottata mill-Kunsill fil-12 ta' Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (16741/2014 – C8-0290/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8‑0076/2014),
A. billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE) Nru 4/2014, jirrigwarda reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (i.e. dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), il-VAT u l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING), l-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet rilevanti tar-Renju Unit, u reviżjoni tal-previżjoni ta' dħul ieħor li jiġi minn multi, li b'hekk jirriżulta f'bidla fil-livell u d-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri u l-kontribuzzjoni tar-riżorsi proprji tagħhom għall-baġit tal-Unjoni,
B. billi l-ABE Nru 4/2014 inaqqas ukoll l-approprjazzjonijiet baġitarji ta’ impenn u ta’ pagament għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data b’EUR 248 260 u jipproponi xi modifiki għan-nomenklatura tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali biex jirrifletti l-bażi legali adottata,
C. billi l-ABE huwa kruċjali biex jevita nuqqas ta’ likwidità li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ implimentazzjoni fl-2014,
1. Jieħu nota tal-ABE Nru 4/2014 u emendat bl-ittra emendatorja Nru 1 tal-ABE Nru 4/2014, li jipprovdi għar-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (i.e. dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), fuq il-bażi tal-aħjar estimi tal-Kummissjoni u ċerti żviluppi oħrajn, kif ukoll ir-reviżjoni ulterjuri tal-previżjoni ta’ dħul ieħor, li jiġi minn serje ta’ multi li saru definittivi u għalhekk jistgħu jiġu bbaġitjati;
2. Jinnota li t-tnaqqis fir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, previst li jkun madwar EUR 646,1 miljun, u fir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT, b’EUR 192,4 miljun, huwa kkumpensat bil-multi msemmija hawn fuq għal ammont kumulat ta’ EUR 2 433 miljun u b’hekk jitnaqqas mekkanikament il-bżonn għal kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-ING b’EUR 1 594,5 miljun;
3. Jinnota li l-ABE Nru 4/2014, inkluża l-ittra emendatorja Nru 1 tiegħu, jipprovdi għal tnaqqis kumplessiv fir-rekwiżiti għar-riżorsi proprji addizzjonali, primarjament minħabba l-ibbaġitjar ta' multi u mgħax fuq pagamenti li jaslu tard li saru definittivi, u li jammonta għal EUR 2 433 miljun;
4. Jinnota li l-ABE Nru 4/2014 jipproponi tnaqqis kemm fl-approprjazzjonijiet ta' pagament kif ukoll f’dawk ta’ impenn għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data b’EUR 248 460 minħabba d-dewmien fil-ħatra tal-Kontrollur u l-Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data l-ġodda;
5. Iħaddan il-konklużjonijiet konġunti miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014 bil-għan li japprova l-ABE Nru 4/2014 kif oriġinarjament propost mill-Kummissjoni, u kif emendat mill-Ittra Emendatorja tiegħu, bl-inklużjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn mill-ABE Nru 6/2014 relatati mall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-riżerva għall-Ftehimiet ta' Sħubija dwar Sajd Sostenibbli, kif ukoll ir-riallokazzjoni tal-ammont ta' EUR 248 460 tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli identifikati fl-intestatura għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-intestatura baġitarja 23 02 01 Għajnuna umanitarja;
6. Ifakkar li l-adozzjoni ta' dan l-ABE Nru 4/2014 se tnaqqas il-bżonn għal riżorsi proprji addizzjonali għall-baġit tal-Unjoni b'EUR 2 433 miljun u għalhekk, flimkien mas-sehem imnaqqas tal-kontribuzzjoni tal-ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni li jirriżulta mill-ABE Nru 3/2014, l-ABE Nru 8/2014 u l-ABE Nru 6/2014, tikkumpensa bis-sħiħ għall-pagamenti addizzjonali meħtieġa rikjesti fl-ABE Nru 3/2014, kif miftiehem fil-konklużjonijiet konġunti tat-8 ta' Diċembru 2014;
7. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2014;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2014 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
15.12.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 3 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Sophie Montel, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Tamás Deutsch, Pablo Echenique, Ernest Maragall, Andrej Plenković, Sergei Stanishev, Nils Torvalds |
||||