Proċedura : 2013/0408(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0020/2015

Testi mressqa :

A8-0020/2015

Dibattiti :

PV 08/03/2016 - 16
CRE 08/03/2016 - 16

Votazzjonijiet :

PV 09/03/2016 - 11.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0079

RAPPORT     ***I
PDF 913kWORD 526k
12.2.2015
PE 541.593v02-00 A8-0020/2015

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali

(COM(2013)0822 – C7‑0428/2013 – 2013/0408(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Caterina Chinnici

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali

(COM(2013)0822 – C7‑0428/2013 – 2013/0408(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill COM(2013)0822,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0428/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0020/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Minkejja li l-Istati Membri kollha huma partijiet fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, fil-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-esperjenza wriet li dan waħdu mhux dejjem jipprovdi livell biżżejjed ta' fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri l-oħra.

(3) Minkejja li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) tapplika, skont kundizzjonijiet partikolari, għall-Istati Membri u billi l-Istati Membri kollha huma partijiet fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), fil-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-esperjenza wriet li dawn il-fatti waħidhom mhux dejjem jipprovdu livell biżżejjed ta' fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri l-oħra.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-programm ta’ Stokkolma jagħmel enfasi qawwija fuq it-tisħiħ tad-drittijiet tal-individwi fi proċedimenti kriminali. Fil-punt 2.4, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti li jfasslu approċċ gradwali għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni ssuspettati jew mixlija.

(4) Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kunsill adotta l-Pjan Direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali ("il-Pjan Direzzjonali")22. Permezz ta' approċċ gradwali, il-Pjan Direzzjonali jitlob l-adozzjoni ta' miżuri rigward id-dritt għal traduzzjoni u interpretazzjoni (miżura A), id-dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet u għal informazzjoni dwar l-akkużi (miżura B), id-dritt għal parir legali u għal għajnuna legali (miżura C), id-dritt għal komunikazzjoni mal-qraba, ma' min iħaddem u mal-awtoritajiet konsulari (miżura D), u li jiġu stabbiliti salvagwardji speċjali għall-persuni vulnerabbli suspettati jew mixlija (miżura E). Il-Pjan Direzzjonali jenfasizza li l-ordni tad-drittijiet huwa indikattiv u dan jimplika li jista' jinbidel skont il-prijoritajiet. Huwa mfassal sabiex jopera fl-intier tiegħu; huwa biss meta jiġu implimentati l-komponenti kollha tiegħu li jinħassu l-benefiċċji kollha tiegħu.

__________________

__________________

21 ĠU C 115, 4.5.2010, p.1.

 

22 ĠU C 291, 4.12.2009, p.1.

22 ĠU C 295, 4.12.2009, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Għandha tinżamm konsistenza mal-miżuri tal-Pjan Direzzjonali adottati qabel.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Fl-10 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill Ewropew laqa' l-Pjan Direzzjonali u inkludih bħala parti mill-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (punt 2.4). Il-Kunsill Ewropew issottolinja n-natura mhux eżawrjenti tal-Pjan Direzzjonali, billi stieden lill-Kummissjoni teżamina elementi addizzjonali ta' drittijiet proċedurali minimi għall-persuni suspettati u mixlija, u biex tevalwa jekk hemmx bżonn li jiġu indirizzati kwistjonijiet oħra, pereżempju l-preżunzjoni ta' innoċenza, biex tkun promossa kooperazzjoni aħjar f'dak il-qasam.

Ġustifikazzjoni

Għandha tinżamm konsistenza mal-miżuri tal-Pjan Direzzjonali adottati qabel.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, in-natura kriminali tal-proċedimenti mhux dejjem tista' tiġi stabbilita sempliċement abbażi tal-kwalifikazzjoni tagħhom, u tal-pieni li jistgħu jiġu imposti skont il-liġi nazzjonali. Bil-għan li jinkisbu l-għanijiet tat-Trattati u ta' din id-Direttiva u sabiex jiġu rispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali previsti, inklużi dawk stipulati fil-Karta u mill-KEDB, għall-finijiet ta' din id-Direttiva għaldaqstant għandu jingħata kont mhux biss tal-kwalifikazzjoni formali tal-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali, iżda wkoll tal-effetti tal-proċedura fuq il-ħajja u l-iżvilupp tat-tfal ikkonċernati. Fi kwalunkwe każ, din id-Direttiva għandha tiġi applikata meta teżisti l-possibbiltà li l-proċedimenti jirriżultaw f'rimarki fil-kondotta.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tibni fuq il-preċedent tal-każ "Engel", li jintuża kostantement kemm mill-Qorti ta' Strasburgu kif ukoll mill-Qorti tal-Lussemburgu, u tenfasizza l-bżonn li l-Istati Membri jiggarantixxu b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali u tevita l-abbużi li jwasslu għal deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-proċedimenti kollha, it-tfal jiġu trattati b'kura, b'sensittività u b'rispett għall-età, għall-bżonnijiet speċjali, għall-maturità u għal-livell ta' fehim tagħhom u għandu jingħata kont ta' kwalunkwe diffikultà ta' komunikazzjoni li jista' jkollhom. Il-proċedimenti kriminali li jinvolvu t-tfal għandhom jitwettqu b'mod li ma jbeżżax u li jkun sensittiv għat-tfal.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Għaldaqstant għandhom jiġu applikati s-salvagwardji previsti minn din id-Direttiva, b'aġġustamenti skont il-bżonn, għall-proċedimenti kollha li jistgħu jinvolvu miżuri restrittivi, jew li fi kwalunkwe każ ikollhom impatt sinifikanti fuq il-ħajja tat-tfal u li għaldaqstant jistgħu jinfluwenzaw il-proċessi ta' żvilupp li jsawru l-personalità tagħhom, u f'każijiet fejn għalkemm ma jingħata l-ebda kastig, il-proċedimenti jkunu jistgħu jintemmu b'deċiżjoni li tagħti x'tifhem – anke jekk biss b'mod impliċitu – li t-tifel ikkonċernat kien responsabbli għar-reat li bih ikun ġie akkużat. F'dawn il-każijiet kollha, il-fatt li l-proċedimenti ma jiskattawx minn azzjoni meqjusa bħala reat mil-liġi nazzjonali, ma jispiċċawx quddiem qorti kriminali jew inkella ma jsarrfux f'pieni formalment ikkwalifikati bħala kriminali skont il-liġi nazzjonali, ma għandux ikun ta' xkiel għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tibni fuq il-preċedent tal-każ "Engel", li jintuża kostantement kemm mill-Qorti ta' Strasburgu kif ukoll mill-Qorti tal-Lussemburgu, u tenfasizza l-bżonn li l-Istati Membri jiggarantixxu b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali u tevita l-abbużi li jwasslu għal deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea. Ir-referenza għal "aġġustamenti skont il-bżonn" tirrifletti l-bżonn ta' approċċ flessibbli fl-applikazzjoni tad-direttiva għall-każijiet ikkonċernati.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) L-Istati Membri huma mħeġġa jagħtu lit-tfal involuti fi proċedimenti kriminali appoġġ u għajnuna xierqa fl-isforzi tagħhom biex jintegrawhom mill-ġdid fis-soċjetà, b'mod partikolari billi jittieħdu miżuri li jipprevjenu lit-tfal issuspettati jew mixlija milli jiġu ddiskriminati fl-aċċess għall-edukazzjoni u għas-suq tax-xogħol u biex jiġu protetti milli jiġu emarġinati.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal reati li saru wara l-età ta' 18-il sena mill-istess persuna ssuspettata jew mixlija, u li b'mod konġunt ikunu qed jiġu investigati u għaddejjin prosekuzzjoni peress li jkunu marbuta ma' reati li l-proċedimenti kriminali tagħhom kontra din il-persuna jkunu bdew qabel l-età ta' 18-il sena.

(9) Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal reati li allegatament jiġu kommessi wara li l-persuna ssuspettata jew mixlija tkun għalqet it-18-il sena, meta tali reati jkunu soġġetti b'mod konġunt għal investigazzjoni u prosekuzzjoni, peress li jkunu marbuta ħaġa waħda ma' reati li għalihom hi applikabbli din id-Direttiva.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Meta persuna li ssir persuna ssuspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali jkollha aktar minn 18-il sena, l-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw is-salvagwardji proċedurali previsti minn din id-Direttiva sakemm din il-persuna tilħaq l-età ta 21 sena.

(10) Meta persuna li ssir persuna ssuspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali jkollha aktar minn 18-il sena, l-Istati Membri għandhom, speċjalment jekk ir-reat kien kommess qabel ma l-persuna in kwistjoni tkun għalqet it-18-il sena, japplikaw is-salvagwardji proċedurali stipulati minn din id-Direttiva tal-inqas sakemm din il-persuna tilħaq l-età ta' 21 sena.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-età limitu ta' 21 sena hi prevista biex tagħti kont tal-fatt li t-tranżizzjoni għall-età adulta ġeneralment tieħu aktar fit-tul fil-pajjiżi sinjuri, u diġà dehret fil-punt 11 tar-rakkomandazzjoni preċdenti maħruġa mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tal-modalitajiet il-ġodda dwar it-trattament tad-delinkwenza fost iż-żgħażagħ u r-rwol tal-ġustizzja għat-tfal tal-24 ta' Settembru 2003.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-età tat-tfal abbażi tad-dikjarazzjonijiet tat-tfal stess, jagħmlu kontrolli dwar l-istat ċivili tagħhom, riċerka dwar id-dokumenti, dwar evidenza oħra u, jekk tali evidenza ma tkunx disponibbli jew tkun inkonklużiva, abbażi ta’ eżami mediku.

(11) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-età tat-tfal abbażi tad-dikjarazzjonijiet tat-tfal stess, jagħmlu kontrolli dwar l-istat ċivili tagħhom, riċerka dwar id-dokumenti, dwar evidenza oħra u, jekk tali evidenza ma tkunx disponibbli jew tkun inkonklużiva, abbażi ta’ eżami mediku. Eżami mediku għandu jitwettaq bħala l-aħħar miżura u b’konformità stretta mad-drittijiet, l-integrità fiżika u d-dinjità umana tat-tfal. Meta jkun għad hemm dubju dwar l-età ta' persuna, dik il-persuna għandha, fi kwalunkwe każ, titqies bħala tifel.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/13/UE u d-Direttiva 2013/48/UE. Informazzjoni fir-rigward ta’ reati żgħar għandha tingħata bl-istess kundizzjonijiet li huma previsti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2012/13/UE. Madankollu, din id-Direttiva tipprevedi aktar salvagwardji kumplimentari fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata lid-detentur tal-awtorità tal-ġenituri u tal-aċċess obbligatorju għas-servizzi ta' avukat sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal.

(12) Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/13/UE u d-Direttiva 2013/48/UE. Madankollu, l-informazzjoni għandha tingħata wkoll fir-rigward ta' reati minuri, b'kunsiderazzjoni tal-vulnerabbiltajiet speċifiċi tat-tfal.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) It-tfal għandhom jiġu infurmati fil-pront u direttament dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-proċedimenti, l-akkużi mressqa kontrihom, il-konsegwenzi possibbli u r-rimedji disponibbli. L-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub u bil-fomm b'mod adattat għall-età u l-maturità tagħhom u b'lingwaġġ li jifhmu.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) It-tfal għandu jkollhom d-dritt li d-detentur tal-awtorità tal-ġenituri jinżamm infurmat dwar id-drittijiet proċedurali applikabbli, bil-fomm jew bil-miktub. Din l-informazzjoni għandha tingħata fil-pront u bid-dettal meħtieġ sabiex tiġi ssalvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża tat-tifel. Meta dan imur kontra l-aħjar interess tat-tifel, jekk d-detentur tal-awtorita tal-ġenituri jiġi mgħarraf b'dawn id-drittijiet, għandu jiġi mgħarraf adult adattat ieħor.

(15) It-tfal għandu jkollhom ukoll id-dritt li d-detentur tal-awtorità tal-ġenituri jinżamm infurmat dwar id-drittijiet proċedurali applikabbli, bil-fomm u bil-miktub. Din l-informazzjoni għandha tingħata fil-pront u bid-dettall meħtieġ sabiex tiġi ssalvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża tat-tifel. Meta dan imur kontra l-aħjar interess tat-tifel, jekk id-detentur tal-awtorita tal-ġenituri jiġi mgħarraf b'dawn id-drittijiet, għandu jiġi mgħarraf adult adattat ieħor.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) It-tfal ma għandhomx ikunu jistgħu jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat minħabba li dawn ma humiex kapaċi jifhmu b’mod sħiħ kif ukoll isegwu l-proċedimenti kriminali. Għalhekk, il-preżenza jew l-assistenza ta’ avukat għandha tkun obbligatorja għat-tfal.

(16) It-tfal ma għandhomx ikunu jistgħu jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat minħabba li dawn ma humiex kapaċi jifhmu b’mod sħiħ kif ukoll isegwu l-proċedimenti kriminali. Għalhekk, il-preżenza u l-assistenza ta' avukat għandha tkun obbligatorja għat-tfal.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) F’xi Stati Membri, awtorità, li ma tkunx prosekutur pubbliku jew qorti li jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali, tkun kompetenti biex timponi pieni għajr iċ-ċaħda tal-libertà fir-rigward ta’ reati relattivament minuri. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fir-rigward ta’ reati tat-traffiku li jitwettqu fuq skala kbira u jista’ jkun li jiġu stabbiliti wara li jsir kontroll fuq it-traffiku. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ikun mhux raġonevoli li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jiżguraw l-aċċess obbligatorju għas-servizziz ta' avukat. Meta l-liġi ta’ Stat Membru tipprevedi l-impożizzjoni ta’ piena minn tali awtorità fir-rigward ta’ reati minuri u jkun hemm jew dritt ta’ appell jew il-possibbiltà li b’xi mod ieħor il-każ jinġieb quddiem qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni f’materji kriminali, l-aċċess obbligatorju għal avukat għalhekk għandu japplika biss għall-proċedimenti li jinġiebu quddiem din il-qorti wara tali appell jew rinviju. F’xi Stati Membri l-proċedimenti li jinvolvu t-tfal jistgħu jiġu ttrattati minn prosekuturi pubbliċi li jistgħu jimponu pieni. F’dawn il-proċedimenti t-tfal għandu jkollhom aċċess obbligatorju għas-servizzi ta' avukat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ikun żbaljat jekk ma jiġix żgurat, b'mod awtomatiku, l-aċċess obbligatorju għal avukat fil-każ ta' reati minuri. Ma jeżisti l-ebda reat mingħajr konsegwenzi għat-tfal li jista' jiġġustifika l-fatt li ma jiġux rispettati d-drittijiet tagħhom.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) F’xi Stati Membri, ċerti reati minuri, b’mod partikolari reati minuri tat-traffiku, reati minuri fir-rigward ta’ regolamenti muniċipali ġenerali u ksur minuri tal-ordni pubbliku, jitqiesu bħala reati kriminali. Li l-awtoritajiet kompetenti jiġu obbligati jiżguraw l-aċċess obbligatorju għas-servizziz ta' avukat għal reati minuri bħal dawn huwa sproporzjonat. Fejn il-liġi ta’ Stat Membru tipprovdi li ċ-ċaħda tal-libertà ma tistax tiġi imposta bħala piena fir-rigward ta’ reati żgħar, id-dritt għall-aċċess għas-servizzi ta' avukat għandu għalhekk japplika biss għall-proċedimenti quddiem qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni f’materji kriminali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ikun żbaljat jekk ma jiġix żgurat, b'mod awtomatiku, l-aċċess obbligatorju għal avukat fil-każ ta' reati minuri. Ma jeżisti l-ebda reat mingħajr konsegwenzi għat-tfal li jista' jiġġustifika l-fatt li ma jiġux rispettati d-drittijiet tagħhom.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Tfal li jkunu ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali għandu jkollhom d-dritt għal evalwazzjoni individwali sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom rigward il-protezzjoni, l-edukazzjoni, il-formazzjoni u l-integrazzjoni soċjali, sabiex jiġi ddeterminat jekk jeħtieġux miżuri speċjali matul il-proċedimenti kriminali u sa liema punt, u sabiex jiġi stabbilit l-livell ta’ responsabbiltà kriminali tagħhom u l-adegwatezza tal-piena jew tal-miżura edukattiva għalihom.

(19) Tfal li jkunu ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali għandu jkollhom id-dritt għal evalwazzjoni individwali sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom rigward il-protezzjoni, l-edukazzjoni, il-formazzjoni u l-integrazzjoni soċjali, biex ikun żgurat li kwalunkwe deċiżjoni meħuda matul jew li tirriżulta mill-proċedimenti kriminali tkun imfassla apposta bl-aħjar mod possibbli skont iċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tibni fuq il-premessa li l-ħtija tat-tfal hi stabbilita mill-qorti wara l-konklużjoni tal-proċedimenti. Min-naħa l-oħra, l-evalwazzjoni individwali għandha sservi biex tipprovdi informazzjoni utli li tkun ta' għajnuna fit-tfassil tal-aktar miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f'kull stadju. Biex jiġi evitat diżgwid, u biex jiġi ċċarat aktar l-għan ġenerali tal-evalwazzjoni individwali, il-premessa għandha tiġi emendata kif muri hawn fuq. Madankollu, it-termini normattivi tad-direttiva joffru punt tat-tluq adegwat ta' approfondiment ta' xi punti msemmija fit-test oriġinali tal-premessa.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sabiex tiġi żgurata l-integrità personali ta’ tifel li jiġi arrestat jew miżmum, it-tifel għandu jkollu aċċess għal eżami mediku. L-eżami mediku għandu jitwettaq minn tabib.

(20) Sabiex tiġi żgurata l-integrità personali, il-benessri u s-saħħa ta' tfal issuspettati jew mixlija li ma jingħatawx il-libertà, biex issir evalwazzjoni tal-istat fiżiku u mentali ġenerali tagħhom, u ta kwalunkwe bżonn mediku li jista’ jkollhom, u biex jiġi stabbilit jekk għandhomx jiġu soġġetti għal intervista, miżuri investigattivi jew ta' ġbir ta' provi, jew kwalunkwe miżura speċjali meħuda jew prevista fil-konfront tagħhom, dawk it-tfal għandu jkollhom aċċess għal eżami mediku. Tfal issuspettati jew mixlija li ma jkunux mċaħħda mil-libertà għandu jkollhom aċċess għal eżami mediku meta meħtieġ mill-proċedimenti jew mill-aħjar interess tat-tfal. L-eżami mediku għandu jkun kemm jista' jkun mhux invażiv u għandu jitwettaq minn professjonist ikkwalifikat.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex tiġi żgurata biżżejjed protezzjoni għat-tfal li mhux dejjem huma kapaċi jifhmu l-kontenut tal-intervisti li jkunu suġġetti għalihom, sabiex ikun evitat li l-kontenut ta intervista jiġi kkuntestat u bhekk r-ripetizzjoni bla bżonn tal-intervista, l-intervisti tat-tfal għandhom jiġu rrekordjati b'mod awdjoviżiv. Dan ma jinkludix l-intervista meħtieġa sabiex jiġi identifikat it-tifel.

(21) B'kunsiderazzjoni tal-fatt li t-tfal huma partikolarment vulnerabbli, l-intervista tista' titqies bħala trawmatika, u għalhekk huwa essenzjali li l-intervista titwettaq minn professjonisti mħarrġa li jagħtu kont tal-età, il-maturità, il-livell ta' fehim tat-tfal u ta' kwalunkwe diffikultà ta' kommunikazzjoni li jista' jkollhom. L-intervista għandha ssir fil-preżenza ta' avukat u, fejn ikun mitlub mit-tfal u/jew fejn ikun għall-aħjar interess tat-tfal, tad-detentur tal-awtorità tal-ġenituri u, fejn ikun meħtieġ, ta' professjonisti speċjalizzati. Id-dokumentazzjoni dettaljata u l-irrekordjar awdjoviżiv tal-intervisti huma salvagwardja vitali li jservu kemm biex jiggarantixxu li l-intervisti jsiru b'mod xieraq u ukoll biex tiġi żgurata biżżejjed protezzjoni għat-tfal li mhux dejjem huma kapaċi jifhmu l-kontenut tal-intervisti li jkunu suġġetti għalihom. Sabiex ikun evitat li l-kontenut ta' intervista jiġi kkuntestat u b'hekk ir-ripetizzjoni bla bżonn tal-intervista, l-intervisti tat-tfal għandhom għalhekk jiġu rrekordjati b'mod awdjoviżiv.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Madankollu, ma jkunx proporzjonat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu obbligati jiżguraw li l-każijiet kollha jiġu rrekordjati b'mod awdjoviżiv. Għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni l-kumplessità tal-każ, is-serjetà tal-allegat reat u l-piena li potenzjalment tista' tingħata. Jekk xi tifel ikun imċaħħad mil-libertà qabel ma jinstab ħati, kull intervista tat-tifel għandha tiġi rrekordjata b'mod awdjoviżiv.

(22) Madankollu, ma jkunx raġonevoli li l-awtoritajiet kompetenti jkunu obbligati jiżguraw rekordjar awdjoviżiv anke fejn dan ma jkunx fl-aħjar interess tat-tifel. Jekk xi tifel ikun imċaħħad mil-libertà qabel ma jinstab ħati, kull intervista tat-tifel għandha tiġi rrekordjata b'mod awdjoviżiv.

Ġustifikazzjoni

Peress li t-teknoloġija moderna qed li tħaffef l-irrekordjar u qed tnaqqas l-ispejjeż tar-rekordings bil-vidjo, u b'kunsiderazzjoni tal-importanza tal-garanziji pprovduta minn tali rekordings, għandha ssir eċċezzjoni biss f'każ li dan ikun fl-aħjar interess tat-tifel.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Dan l-irekordjar awdjoviżiv għandu jkun aċċessibbli biss mill-awtoritajiet ġudizzjarji u mill-partijiet fil-proċedimenti. Barra minn hekk, l-intervisti mat-tfal għandhom jitwettqu b’tali mod li jiġu kkunsidrati l-età u l-livell ta' maturità tagħhom.

(23) Dawn ir-rekordings awdjoviżivi għandhom ikunu aċċessibbli biss mill-awtoritajiet ġudizzjarji u mill-partijiet fil-proċedimenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-emenda proposta għall-Artikolu 9 tad-Direttiva, li għandha tinkludi t-tieni sentenza tal-Premessa 23.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) It-tfal jinsabu f'pożizzjoni partikolarment vulnerabbli f'dak li jikkonċerna d-detenzjoni. Għandhom isiru sforzi speċjali sabiex tkun evitata ċ-ċaħda tal-libertà tat-tfal minħabba r-riskji intrinsiċi għall-iżvilupp fiżiku, mentali u soċjali tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw miżuri alternattivi u jimponu dawn il-miżuri kull meta dan ikun fl-aħjar interess tat-tifel. Dan jista’ jinkludi l-obbligu li jiġu rrappurtati lill-awtorità kompetenti, xi restrizzjoni fuq kuntatt ma’ persuni speċifiċi, ir-rekwiżit li jingħata trattament terapewtiku jew trattament għal dipendenza u l-parteċipazzjoni f’miżuri edukattivi.

 

(25) It-tfal jinsabu f'pożizzjoni partikolarment vulnerabbli f'dak li jikkonċerna d-detenzjoni. Għandhom isiru sforzi speċjali sabiex tkun evitata ċ-ċaħda tal-libertà tat-tfal minħabba r-riskji intrinsiċi għall-iżvilupp fiżiku, mentali u soċjali tagħhom u minħabba l-fatt li xxekkel serjament ir-riintegrazzjoni tagħhom fis-soċjetà. Għalhekk, iċ-ċaħda tal-libertà għandha tintuża biss bħala miżura aħħarija u għall-iqsar perjodu xieraq ta’ żmien. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw miżuri alternattivi u jimponu dawn il-miżuri kull meta dan ikun fl-aħjar interess tat-tifel. Dan jista’ jinkludi l-obbligu li jiġu rrappurtati lill-awtorità kompetenti, xi restrizzjoni fuq kuntatt ma’ persuni speċifiċi, ir-rekwiżit li jingħata trattament terapewtiku jew trattament għal dipendenza u l-parteċipazzjoni f’miżuri edukattivi.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) F'każ li t-tfal ma jingħatawx il-libetà, huma għandhom jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni speċjali. B’mod partikolari huma għandhom jinżammu separati mill-adulti sakemm ma jkunx meqjus li huwa fl-aħjar interess tat-tifel li ma jsirx hekk, f'konformità mal-Artikolu 37(c) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Meta tifel detenut jilħaq l-età ta’ 18-il sena, għandu jkun hemm il-possibbiltà li fejn meħtieġ jibqa' miżmum separatament, meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi individwali tal-każ. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-mod kif jiġu ttrattati t-tfal detenuti minħabba l-vulnerabbiltà intrinsika tagħhom. It-tfal għandu jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta’ tagħlim skont il-ħtiġijiet tagħhom.

(26) F'każ li t-tfal ma jingħatawx il-libertà, huma għandhom jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni speċjali. B’mod partikolari huma għandhom dejjem jinżammu separati mill-adulti ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali meta ma jkunx meqjus li huwa fl-aħjar interess tat-tifel li ma jsirx hekk, skont l-Artikolu 37(c) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Meta tifel detenut jilħaq l-età ta’ 18-il sena, għandu jkun hemm il-possibbiltà li fejn meħtieġ jibqa' miżmum separatament, meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi individwali tal-każ. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-mod kif jiġu ttrattati t-tfal detenuti minħabba l-vulnerabbiltà intrinsika tagħhom. It-tfal għandu jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta’ tagħlim skont il-ħtiġijiet tagħhom.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Tfal li b'mod partikolari ma jingħatawx il-libertà għandu jkollhom id-dritt li jżommu kuntatt regolari u sinifikattiv mal-ġenituri, il-familja u l-ħbieb permezz ta' żjarat u korrispondenza, sakemm ma jkunux meħtieġa restrizzjonijiet eċċezzjonali fl-aħjar interess tat-tfal u fl-interess tal-ġustizzja.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) It-tfal għandhom jiġu ġġudikati bil-bibien magħluqin sabiex il-privatezza tagħhom tkun protetta u sabiex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni tagħhom fis-soċjetà. Fkażijiet eċċezzjonali l-qorti tista’ tiddeċiedi li smigħ għandu jseħħ pubblikament wara li jkunu kkunsidrati l-aħjar interess tat-tifel.

(28) It-tfal għandhom jiġu ġġudikati bil-bibien magħluqin sabiex il-privatezza tagħhom tkun protetta u sabiex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni tagħhom fis-soċjetà. Huwa biss f'każijiet eċċezzjonali, meta jkun fl-aħjar interess tat-tfal, li l-qorti għandu jkollha l-possibbiltà li tmexxi smigħ fil-pubbliku. Tali deċiżjoni għandha tkun miftuħa għal appell mit-tfal. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jiksrux il-privatezza tat-tfal b'rabta mal-proċedimenti kriminali u mal-eżitu tagħhom. Għandhom jaraw ukoll li jevitaw il-ksur tal-privatezza li jista' jitwettaq permezz tal-midja, inkluż bl-internet. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni fis-soċjetà tat-tfal involuti fi proċedimenti kriminali, u għandhom jieħdu passi attivament sabiex jevitaw id-diskriminazzjoni u l-emarġinazzjoni ta' dawn it-tfal.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tibni fuq l-Emenda 17 proposta mir-rapporteur. Għandha tinżamm il-kelma "eċċezzjonali" li tidher fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma ssir disponibbli jew tiġi ppubblikata l-ebda informazzjoni jew dejta personali, partikolarment fil-midja, li tista' tikxef jew li tippermetti, b'mod indirett, l-iżvelar tal-identità tat-tfal, inklużi r-ritratt jew l-isem tat-tfal jew tal-familja tagħhom.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment ta' rekords jew ta' dokumenti li jkun fihom dejta personali u sensittiva tat-tfal, jitmexxa skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 28c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28c) L-Istati Membri għandhom jaraw li jiżguraw li l-protezzjoni tal-privatezza kif inhi spjegata f'din id-Direttiva tiġi estiża għal wara li t-tfal jagħlqu t-18-il sena u matul ħajjithom kollha, biex jiġu evitati l-istigmatizzazzjoni, il-preġudizzji u/jew l-għoti ta' pieni aktar ħorox fil-futur.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal ikollhom id-dritt li jkunu preżenti u jipparteċipaw b'mod attiv waqt il-proċess, inkluż billi jingħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom meta jitqies li jkollhom biżżejjed fehim tal-proċedura.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Ġaladarba l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti standards minimi dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost jintlaħqu aħjar, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu dawn l-objettivi.

(36) Ġaladarba l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti standards minimi komuni fl-Unjoni Ewropea kollha dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost jintlaħqu aħjar, minħabba l-iskala tal-miżura, fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu dawn l-objettivi.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Din id-Direttiva tapplika għal persuni ssuspettati jew mixlija suġġetti għal proċedimenti kriminali msemmija fil-paragrafu 1, u għal persuni suġġetti għall-proċedimenti ta' mandat ta’ arrest Ewropew msemmija fil-paragrafu 2, li ma jibqgħux tfal matul dawn il-proċedimenti li jkunu bdew meta dawn kienu tfal.

3. Din id-Direttiva tapplika għal persuni ssuspettati jew mixlija suġġetti għal proċedimenti kriminali msemmija fil-paragrafu 1, u għal persuni suġġetti għall-proċedimenti ta' mandat ta’ arrest Ewropew imsemmija fil-paragrafu 2, li ma jibqgħux tfal imma li jkunu għadhom taħt l-età ta' 21 sena fil-bidu ta' dawn il-proċedimenti, li jittrattaw reati allegatament imwettqa qabel ma dawk il-persuni kienu għalqu t-18-il sena.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu “tifel” tfisser persuna taħt l-età ta’ 18-il sena.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

 

tifel' tfisser persuna taħt l-età ta' 18-il sena; Anke jekk wara l-verifiki, jippersistu dubji dwar l-età tal-persuna, dik il-persuna, fi kwalunkwe każ, għandha titqies bħala tifel.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- it-terminu 'detentur tal-awtorità tal-ġenituri'tfisser kwalunkwe persuna li teżerċita awtorità tal-ġenituri fuq it-tfal hekk kif definit mill-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li t-tfal jiġu infurmati fil-pront dwar id-drittijiet tagħhom skont id- Direttiva 2012/13/UE. Huma jiġu infurmati wkoll dwar id-drittijiet li ġejjin fi ħdan l-istess kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2012/13/UE:

1. L-Istati Membri jiżguraw li t-tfal jiġu infurmati fil-pront – bil-miktub u bil-fomm, bi proċeduri adattati għall-età, il-fehim u l-kapaċità intellettwali tagħhom, b'lingwaġġ sempliċi li jinftiehem minnhom – dwar l-akkużi kontrihom, l-iżvolġiment tal-proċedimenti u d-drittijiet tagħhom skont id-Direttiva 2012/13/UE bl-inklużjoni tad-drittijiet li ġejjin:

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) id-dritt tagħhom, kif previst fl-Artikolu 6, għas-servizzi ta' avukat;

(2) id-dritt tagħhom li jiġu assistiti minn avukat, kif previst fl-Artikolu 6;

Ġustifikazzjoni

B'konformità mat-tibdil magħmul fl-Artikolu 6.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) id-dritt tagħhom, kif previst fl-Artikoli 10 u 12 għal-libertà u għal trattament speċifiku waqt id-detenzjoni;

(5) id-dritt tagħhom, kif previst fl-Artikoli 10 u 12 għal-libertà u għal trattament speċifiku waqt l-arrest jew waqt id-detenzjoni;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi konformi mal-inklużjoni ta' paragrafu ġdid dwar is-salvagwardji applikabbli f'każ ta' arrest tat-tfal skont l-Artikolu 12.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) id-dritt tagħhom għal rimedji effikaċi, kif previst fl-Artikolu 18a.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi marbuta mal-inklużjoni ta' artikolu ġdid dwar ir-rimedji effikaċi, u hi mfassla f'termini simili għal dawk li jidhru f'Direttivi oħra tal-pakkett dwar "il-pjan direzzjonali".

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) id-dritt tagħhom ta' aċċess għal ġustizzja adattata skont il-bżonnijiet tagħhom.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tal-awtorità tal-ġenituri tat-tifel jew, meta dan imur kontra l-aħjar interess tat-tfal, adult xieraq ieħor, jingħata t-tagħrif li t-tifel jirċievi skont l-Artikolu 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tal-awtorità tal-ġenituri tat-tifel jew, meta dan ma jkunx possibbli jew inkella jmur kontra l-aħjar interess tat-tfal, adult xieraq ieħor, li għandu jkun indikat mit-tifel u li jkun approvat mill-awtorità kompetenti, jew – fin-nuqqas ta' indikazzjoni tat-tifel – ta' persuna maħtura mill-awtorità kompetenti u approvata mit-tifel, tingħata malajr kemm jista' jkun it-tagħrif li t-tifel jirċievi skont l-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

Peress li adult xieraq 'ieħor' jista' jintalab iwettaq rwol ewlieni f'każ li ma jkunx jista' jintlaħaq id-detentur tal-awtorità tal-ġenituri, ir-rapporteur ħasset li hu tajjeb li tispeċifika b'liema mod dan l-adult adattat ieħor għandu jintgħażel, għall-finijiet tal-Artikolu attwali tad-Direttiva kollha kemm hi, li tagħmel użu minn terminu identiku f'bosta punti oħrajn. Anke f'dawn il-każijiet, għandha tiġi applikata r-regola ġenerali skont dan l-Artikolu.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dritt għal aċċess obbligatorju għas-servizzi ta' avukat

Id-dritt għal aċċess obbligatorju għas-servizzi ta' assistenza ta' avukat

Ġustifikazzjoni

It-test propost għandu l-għan li jiċċara li l-avukat għandu jkun jista' jassisti u jgħin lit-tifel fl-ambitu tal-proċedimenti, u mhux biss billi jagħti sostenn 'estern' għat-tifel.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li t-tfal jiġu assistiti minn avukat tul il-proċedimenti kriminali, skont id-Direttiva 2013/48/UE. Id-dritt ta aċċess għas-servizzi ta avukat ma jistax jiġi rrinunzjat.

1. L-Istati Membri jiżguraw li t-tfal jiġu assistiti minn avukat f'kull stadju tal-proċedimenti. Id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' assistenza ta' avukat ma jistax jiġi rrinunzjat.

Ġustifikazzjoni

It-test propost għandu l-għan li jiċċara li l-avukat għandu jkun jista' jassisti u jgħin lit-tifel fl-ambitu tal-proċedimenti, u mhux biss billi jagħti sostenn 'estern' għat-tifel.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Id-derogi previsti fid-Direttiva 2013/48/UE m'għandhomx japplikaw għat-tfal.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għal dan l-għan it-tfal ikunu evalwati individwalment. L-evalwazzjoni tieħu kont partikolari tal-personalità u tal-maturità tat-tfal, u l-isfond ekonomiku u soċjali tagħhom.

2. Għal dan l-għan it-tfal ikunu evalwati individwalment. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont partikolari tal-personalità u tal-maturità tat-tfal, u l-isfond familjari, ekonomiku u soċjali tagħhom, l-ambjent ta’ fejn jgħixu u ta' kwalunkwe vulnerabbiltà speċifika.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-evalwazzjoni individwali titwettaq fi stadju adegwat tal-proċedimenti, u f'xi waqt qabel l-akkuża.

3. L-evalwazzjoni individwali titwettaq fl-istadju l-aktar bikri u adegwat tal-proċedimenti, u fi kwalunkwe każ qabel l-akkuża jew l-adozzjoni ta' miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà, ħlief meta dan ma jkunx possibbli.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-importanza tal-evalwazzjoni individwali għall-finijiet tal-proċedimenti kollha, għandu jkun dikjarat b'mod ċar li din għandha ssir fi stadju bikri. F'każ li ma jkunx possibbli li din issir qabel iċ-ċaħda tal-libertà personali, din għandha ssir eżatt wara.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kobor u d-dettall tal-evalwazzjoni individwali jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, is-serjetà tal-allegat reat u l-piena li għandha tiġi imposta jekk it-tifel jinstab ħati tal-allegat reat, kemm jekk it-tifel preċedentement, fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali, jkunx ġibed jew le l-attenzjoni fuqu tal-awtoritajiet kompetenti.

4. Il-kobor u d-dettall tal-evalwazzjoni individwali jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, b'kunsiderazzjoni tal-aħjar interess tat-tifel.

 

L-evalwazzjoni għandha l-għan li tistabbilixxi u tirreġistra l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi individwali tat-tfal li jistgħu jkunu utli għall-awtorità kompetenti biex:

 

(a) tistabbilixxi jekk it-tfal għandhomx jibbenefikaw minn miżuri speċjali tul il-proċedimenti;

 

(b) tevalwa l-adegwatezza u l-effikaċja ta' kwalunkwe miżura ta' prekawzjoni;

 

(c) jittieħdu deċiżjonijiet abbażi tal-kompetenza tagħha li jirriżultaw mill-proċedimenti.

Ġustifikazzjoni

Dawn iż-żidiet għandhom l-għan li jippreċiżaw aktar dawk li għandhom ikunu l-għanijiet u l-kontenut tal-evalwazzjoni individwali, li għandha sservi biex tistabbilixxi u tirreġistra kwalunkwe element utli li jippermetti rappreżentanza xierqa tal-aħjar interess tat-tifel u li għandha titqies fid-deċiżjonijiet kollha li l-awtorità kompetenti tista' tintalab tadotta tul il-proċedimenti.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-evalwazzjoni individwali titwettaq bl-involviment mill-qrib tat-tfal.

5. L-evalwazzjonijiet individwali jitwettqu bl-involviment mill-qrib tat-tfal. Dawn għandhom jitwettqu minn persuni kkwalifikati, li jsegwu approċċ multidixxiplinari, u meta xieraq, bil-parteċipazzjoni tad-detentur tal-awtorità tal-ġenituri jew adult xieraq ieħor, u/jew ta' professjonist speċjalizzat.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-kjarifiki għandhom l-għan li jiċċaraw, skont iċ-ċirkostanzi partikolari, kif għandhom jitwettqu l-evalwazzjonijiet individwali, sabiex jinkisbu l-għanijiet speċifikati fil-paragrafu preċedenti.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligu ta' paragrafu 1 meta ma jkunx proporzjonat li ssir evalwazzjoni individwali, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ u jekk it-tifel preċedentement, fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali, jkunx ġibed jew le l-attenzjoni fuqu tal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

7. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligu li ssir evalwazzjoni individwali jekk id-deroga tkun ġustifikata miċ-ċirkostanzi tal-każ u jekk tkun fl-aħjar interess tat-tifel.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F’każ li t-tifel ma jingħatax il-libertà, l-Istati Membri jiżguraw li t-tifel ikollu aċċess għal eżami mediku bl-għan li b'mod partikolari tiġi evalwata l-kundizzjoni mentali u fiżika ġenerali tat-tifel sabiex li jiġi ddeterminat jekk it-tifel hux kapaċi jiffaċċja intervista jew xi atti oħra investigattivi jew li jiġbru l-provi, jew kull miżura meħuda jew maħsuba kontra t-tifel.

1. Meta tifel ma jingħatax il-libertà, f'każ li l-proċedimenti jkunu jirrikjedu hekk jew meta jkun fl-aħjar interess tat-tifel, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tifel ikollu aċċess għal eżami mediku mingħajr dewmien u għal kura medika sabiex jiġu evalwati, protetti u fejn xieraq imtejba s-saħħa u l-benessri tat-tifel. L-eżami mediku għandu jkun kemm jista' jkun mhux invażiv u għandu jitwettaq minn professjonist ikkwalifikat.

 

1a. Ir-riżultati ta' dak l-eżami mediku għandhom jitqiesu meta jkun qed jiġi stabbilit jekk it-tifel hux kapaċi jiffaċċja intervista jew xi atti oħra investigattivi jew li jiġbru l-provi, jew kull miżura meħuda jew maħsuba kontra t-tifel.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-konklużjoni tal-eżami mediku tkun irreġistrata bil-miktub.

3. Il-konklużjoni tal-eżami mediku tkun irreġistrata bil-miktub u jittieħdu minnufih il-miżuri kollha meħtieġa għas-salvagwardja tas-saħħa fiżika u mentali tat-tifel.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li kull intervista li ssir lit-tfal mill-pulizija jew minn awtorità tal-infurzar tal-liġi oħra jew awtorita ġudizzjarja oħra li ssir qabel l-att ta' akkuża, tiġi rrekordjata b'mod awdjoviżiv, dejjem jekk meta jiġu kkunsidrati l-kumplessità tal-każ, is-serjetà tal-allegat reat u l-piena li potenzjament tista' tingħata, dan ikun sproporzjonat.

1. L-Istati Membri jiżguraw li kull intervista li ssir lit-tfal mill-pulizija jew minn awtorità tal-infurzar tal-liġi oħra jew awtorita ġudizzjarja oħra li ssir qabel l-att ta' akkuża, tiġi rrekordjata b'mod awdjoviżiv, sakemm ma jitqiesx li dan mhuwiex fl-aħjar interess tat-tifel.

Ġustifikazzjoni

Peress li t-teknoloġija moderna qed tħaffef l-irrekordjar u qed tnaqqas l-ispejjeż tar-rekordings bil-vidjo, u b'kunsiderazzjoni tal-importanza tal-garanziji pprovduta minn tali rekordings, għandha ssir eċċezzjoni biss f'każ li dan ikun fl-aħjar interess tat-tifel.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intervisti tat-tfal isiru b'tali mod li jingħata kont tal-età, tal-livell ta' maturità u kwalunkwe bżonn ieħor tagħhom li jiġi determinat matul l-evalwazzjoni individwali magħmula b'konformità mal-Artikolu 7.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-paragrafu 1 huwa bla ħsara għall-possibbiltà li għall-iskop ta’ identifikazzjoni personali tat-tfal, isiru mistoqsijiet mingħajr l-irrekordjar awdjoviżiv.

3. Il-paragrafu 1 huwa bla ħsara għall-possibbiltà li għall-iskop uniku ta’ identifikazzjoni personali tat-tfal, isiru mistoqsijiet mingħajr l-irrekordjar awdjoviżiv.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li meta t-tfal ma jingħatawx il-libertà qabel il-kundanna tagħhom, din tkun l-aħħar miżura u għall-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli. L-eta' u s-sitwazzjoni individwali tat-tifel jittieħed kont tagħhom.

1. L-Istati Membri jiżguraw li meta t-tfal ma jingħatawx il-libertà qabel il-kundanna tagħhom, din tkun l-aħħar miżura, abbażi ta' raġunijiet speċifiċi u dettaljati u għall-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli, biex ikun żgurat fi kwalunkwe każ ir-rispett għad-dinjità umana u għad-drittijiet tat-tfal taħt kustodja. Għandu jittieħed kont dovut tal-eta', is-sitwazzjoni individwali u l-personalità tat-tifel, u ċ-ċirkostanzi partikolari li fihom ikun sar ir-reat.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li t-tfal jiġu mċaħħda mil-libertà tagħhom biss bħala miżura aħħarija, il-qrati għandhom, kemm jista' jkun, ifittxu li jimponu din il-piena biss fejn ikun assolutament impossibbli li tiġi evitata, u bl-għoti ta' raġunijiet speċifiċi u dettaljati għal dan. F'kull każ, iridu jiġu żgurati r-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tat-tfal f'kustodja, u għandhom jitqiesu b'mod xieraq il-personalità tat-tfal u ċ-ċirkostanzi partikolari li fihom ikun sar ir-reat.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jiżguraw li kull meta tiġi miċħuda l-libertà lit-tfal qabel il-kundanna, dan ikun suġġett għal reviżjoni perjodika minn qorti.

2. L-Istati Membri jiżguraw li kull meta tiġi miċħuda l-libertà lit-tfal qabel il-kundanna, dan ikun suġġett għal reviżjoni perjodika minn qorti f'intervalli ta' żmien raġonevoli. It-tfal kollha mċaħħda mil-libertà għandhom id-dritt li jikkontestaw il-legalità taċ-ċaħda tal-libertà quddiem qorti jew quddiem awtorità kompetenti, indipendenti u imparzjali oħra, u għandhom id-dritt li jingħataw deċiżjoni fil-pront dwar kwalunkwe azzjoni bħal din.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Detenzjoni provviżorja

 

L-Istati Membri jiżguraw li tfal imqiegħda f'detenzjoni provviżorja jinżammu separati mill-adulti u minn tfal ikkundannati.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li jittieħed trattament terapewtiku jew trattament għal dipendenza,

(d) parteċipazzjoni fi programmi terapewtiċi jew ta' trattament għal dipendenza,

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-parteċipazzjoni f’miżuri edukattivi.

(e) il-parteċipazzjoni fi programmi edukattivi.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. L-Istati Membri jiżguraw li l-arresti ta' tfal jitwettqu abbażi ta' proċeduri u b'salvagwardji proporzjonati għall-età u l-livell ta' maturità tat-tfal.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. L-Istati Membri jiżguraw ukoll li ladarba tifel jiġi arrestat, hu jkollu d-dritt li minnufih jiltaqa' mad-detentur tal-awtorità tal-ġenituri jew ma' adult adattat ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) u, fi kwalunkwe każ, qabel l-intervista.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li t-tfal jinżammu separati mill-adulti, dejjem jekk ma jiġix ikkunsidrat li huwa fl-aħjar interess tat-tifel li dan ma jseħħx. Meta tifel detenut jilħaq l-età ta' 18-il sena, l-Istati Membri jipprovdu l-possibbiltà li fejn meħtieġ jibqa' miżmum separatament, meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi individwali tad-detenut.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal jinżammu separati mill-adulti, u jistgħu, meta jilħqu l-età ta' 18-il sena, ikomplu jinżammu detenuti separatament mill-adulti dejjem jekk ma jiġix ikkunsidrat li huwa fl-aħjar interess tagħhom jew fl-aħjar interess ta' persuni detenuti oħrajn li dan ma jseħħx.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiżguraw u jippreservaw l-iżvilupp fiżiku u tas-saħħa tat-tfal,

(a) jiżguraw u jippreservaw is-saħħa u l-iżvilupp fiżiku u mentali tat-tfal,

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) (aa) iħarsu d-dinjità u l-identità tat-tfal,

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jitrawwem l-iżvilupp tat-tfal u l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà.

(d) jiżguraw l-aċċess għal programmi li jrawmu l-iżvilupp tat-tfal u l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) jiżguraw li ssir provviżjoni għar-rekwiżiti speċjali ta' dawk it-tfal b'diżabilitajiet fiżiċi, sensorji u ta' tagħlim.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) jiżguraw li d-drittijiet l-oħra kollha tat-tfal jiġu protetti

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc) jiżguraw il-libertà tat-tfal li jesprimu r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri jiżguraw li t-tfal detenuti, l-avukati tagħhom, id-detenturi tal-awtorità tal-ġenituri, jew adult xieraq ieħor, jingħataw mezzi effikaċi ta' lment u rimedju. L-Istati Membri jiżguraw ukoll li jitwettqu spezzjonijiet indipendenti fuq bażi regolari biex ikun verifikat l-istat tal-faċilitajiet ta' detenzjoni u t-trattament ta' persuni detenuti, u jieħdu azzjoni xierqa fuq is-sejbiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jkun żgurat li kemm l-istat tal-istrutturi kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' trattament tal-persuni detenuti matul proċedimenti kriminali jkunu adegwati u konformi mad-drittijiet fundamentali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibilità ta' proċeduri ta' lment u rimedju effikaċi kif ukoll it-twettiq ta' spezzjonijiet perjodiċi tal-faċilitajiet ta' detenzjoni minn entitajiet indipendenti.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-proċedimenti kriminali li jinvolvu t-tfal jseħħu bil-bibien magħluqa, dejjem jekk wara li jiġu kkunsidrati l-aħjar interess tat-tfal, ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jiġġustifikaw deroga.

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-proċedimenti kriminali li jinvolvu t-tfal iseħħu bil-bibien magħluqa, dejjem jekk ċirkostanzi eċċezzjonali ma jiġġustifikawx deroga fl-aħjar interess tat-tfal.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri xierqa fi proċedimenti kriminali sabiex jipproteġu l-privatezza tat-tfal u tal-membri tal-familja, inklużi l-ismijiet tagћhom u r-ritratti. L-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jxerrdux pubblikament informazzjoni li tista’ twassal għall-identifikazzjoni tat-tfal.

2. L-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri xierqa fi proċedimenti kriminali sabiex jipproteġu l-privatezza, u l-benessri tat-tfal u tal-membri tal-familja, inklużi l-ismijiet tagћhom u r-ritratti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u atturi mhux statali, bħall-midja, ma jxerrdux pubblikament informazzjoni li tista’ twassal għall-identifikazzjoni tat-tfal.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jiżguraw li d-detentur tal-awtorità tal-ġenituri jew adult adattat ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 5 jkollhom aċċess għas-smigħ tal-Qorti li jinvolvi t-tfal.

Ħlief f'każijiet kuntrarji għall-aħjar interess tat-tfal, l-Istati Membri jiżguraw li d-detentur tal-awtorità tal-ġenituri jew adult adattat ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) jkollhom aċċess għas-smigħ tal-Qorti li jinvolvi t-tfal u, meta xieraq, jistgħu jkunu preżenti tul stadji oħrajn tal-proċedimenti li fihom it-tfal ikunu preżenti.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-importanza li għandu għat-tfal il-fatt li jkollhom lid-detentur tal-awtorità tal-ġenituri jew adult adattat ieħor preżenti tul il-proċediment, l-Istati għandhom, fl-aħjar interess tat-tfal, jippermettulhom li jkunu preżenti, ħlief meta jkun hemm raġunijiet validi għall-kuntrarju. Barra minn hekk il-preżenza tad-detentur tal-awtorità tal-ġenituri mhijiex biss meqjusa bħala dritt, iżda bħala dover, skont il-punt 10 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' Settembru 2003.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dritt tat-tfal li jkunu preżenti waqt il-proċess li għandu l-għan li jevalwa humiex ħatja

Id-dritt tat-tfal li jkunu preżenti, u jieħdu sehem, waqt il-proċess li għandu l-għan li jevalwa humiex ħatja

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkomplementa l-Emenda 44 proposta mir-rapporteur.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li t-tfal ikunu preżenti waqt il-proċess.

1. L-Istati Membri jiżguraw li t-tfal ikunu intitolati li jkunu preżenti u li jipparteċipaw waqt il-proċess tagħhom u jadottaw kwalunkwe miżura xierqa biex it-tfal jipparteċipaw bis-sħiħ, inkluż billi jingħataw il-possibbiltà li jinstemgħu u li jesprimu l-opinjoni tagħhom.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jiżguraw li fejn it-tfal ma kinux preżenti waqt il-proċess li bħala deċiżjoni jirriżulta li huma ħatja, huma jkollhom id-dritt għal proċedura li fiha jkollhom id-dritt li jipparteċipaw u li tippermetti li jiġu ddeterminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża l-analiżi ta’ evidenza ġdida, u li twassal sabiex id-deċiżjoni oriġinali tiġi invertita.

2. L-Istati Membri jiżguraw li fejn it-tfal ma kinux preżenti waqt il-proċess li bħala deċiżjoni jirriżulta li huma ħatja, huma jkollhom id-dritt għal proċess ġdid li fih ikollhom id-dritt li jipparteċipaw u li jippermetti li jiġu ddeterminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża l-analiżi ta’ evidenza ġdida, u li twassal sabiex id-deċiżjoni oriġinali tiġi invertita.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jiżguraw li l-liġi nazzjonali li għandha x'taqsam mal-għajnuna legali tiggarantixxi l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta aċċess għas-servizzi ta' avukat kif imsemmi fl-Artikolu 6.

L-Istati Membri jiżguraw li l-liġi nazzjonali li għandha x'taqsam mal-għajnuna legali tiggarantixxi l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' assistenza ta' avukat kif imsemmi fl-Artikolu 6.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mat-tibdil magħmul fl-Artikolu 6.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Rimedji

 

L-Istati Membri jiżguraw li t-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali, kif ukoll tfal soġġetti għal proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, ikollhom rimedju effettiv skont il-liġi nazzjonali f'każ ta' ksur tad-drittijiet tagħhom skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' konsistenza u effikaċja, din id-dispożizzjoni, li diġà tidher fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/48/UE tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà, ukoll għandhom jiġu inklużi f'din id-Direttiva.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi kif ukoll il-persunal tal-ħabsijiet li jittrattaw il-każijiet li jinvolvu tfal huma professjonisti li jispeċjalizzaw fil-qasam tal-proċedimenti kriminali li jinvolvu t-tfal. Dawn jirċievu taħriġ partikolari dwar id-dritijiet legali tat-tfal, it-teknika adattata biex jiġu intervistati t-tfal, il-psikoloġija tat-tfal, il-komunikazzjoni b’lingwaġġ adattat għat-tfal u ħiliet pedagoġiċi.

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi kif ukoll il-persunal tal-ħabsijiet li jittrattaw il-każijiet li jinvolvu tfal huma professjonisti li jispeċjalizzaw fil-qasam tal-proċedimenti kriminali li jinvolvu t-tfal. Dawn jirċievu taħriġ partikolari dwar id-drittijiet legali tat-tfal, it-teknika adattata biex jiġu intervistati t-tfal, il-psikoloġija tat-tfal, il-komunikazzjoni b’lingwaġġ adattat għat-tfal u ħiliet pedagoġiċi, kif ukoll dwar ir-regoli tal-kunfidenzjalità.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 19a

 

Nondiskriminazzjoni

 

1. L-Istati Membri jirrispettaw u jiggarantixxu d-drittijiet stipulati f'din id-Direttiva fir-rigward ta' kwalunkwe tifel fil-ġurisdizzjoni tagħhom mingħajr diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip, u irrispettivament mir-razza, il-kulur, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, il-lingwa, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, in-nazzjonalità, l-oriġini etnika jew soċjali, il-proprjetà, id-diżabilità, l-istatus tat-twelid jew xi status ieħor tat-tifel jew tal-ġenituri jew tal-kustodji tiegħu.

 

2. L-Istati Membri jippromwovu t-taħriġ tal-professjonisti kollha involuti fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja għall-minorenni, b'mod speċifiku fid-dawl tal-gruppi tat-tfal partikolarment vulnerabbli, bħalma huma t-tfal tat-triq, tfal li jagħmlu parti minn minoranzi razzjali, etniċi, reliġjużi jew lingwistiċi, tfal migranti, tfal indiġeni, il-bniet, tfal b'diżabilità u tfal li huma ripetutament f'konflitt mal-liġi, li jistgħu jkunu vittmi ta' nuqqas ta' politika konsistenti u ta' diskriminazzjoni de facto. Għandu jiġi żgurat l-aċċess effettiv tagħhom għall-ġustizzja.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta għal direttiva dwar "is-salvagwardji proċedurali għat-tfal ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali" tifforma parti, flimkien ma' miżuri oħrajn li diġà ġew adottati(1), u oħrajn li jinsabu għal diskussjoni(2), mill-"Pjan Direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali" adottat mill-Kunsill fit-30 ta' Novembru 2009(3).

Il-programm ta' Stokkolma jagħmel enfasi qawwija fuq it-tisħiħ tad-drittijiet tal-individwi fi proċedimenti kriminali. Il-bżonn permezz ta' standards minimi komuni li jiżguraw it-tgawdija reali u uniformi biżżejjed tad-dritt għal proċess ġust tul il-fażijiet kollha tal-proċediment għal persuni ta' età iżgħar mit-18-il sena tikkonforma mal-għan li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali u billi jkun żgurat l-operat mingħajr xkiel ta' Spazju Ewropew ta' Ġustizzja.

Min-naħa l-oħra, il-proposta għal direttiva inkwistjoni tifforma parti mill-programm tal-UE għad-drittijiet tat-tfal(4) u għandha l-għan li tippromwovi d-drittijiet tat-tfal anke fid-dawl ta' strumenti oħrajn, partikolarment, fost l-oħrajn tal-Linji gwida tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa għal ġustizzja qrib it-tfal(5), b'kunsiderazzjoni tal-fatt li tali strumenti ma għandhomx l-istess setgħa vinkolanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u għaldaqstant is-salvagwardji previsti mhumiex applikati bis-sħiħ u b'mod uniformi fl-Istati Membri.

Skont l-istimi tal-Kummissjoni Ewropea kull sena aktar minn miljun tifel u tifla huma sottoposti għal proċedimenti kriminali fl-UE, jiġifieri t-12 % tal-persuni involuti fi proċedimenti kriminali fl-istess territorju. Barra minn hekk, jeżisti tħassib minħabba differenzi qawwija fost l-Istati Membri fir-rigward tat-trattament ta' tfal involuti fi proċedimenti kriminali. Ir-riċerki mwettqa fil-livell Ewropew juru, li attwalment, id-drittijiet tat-tfal fl-istadji differenti tal-proċedimenti mhumiex salvagwardati b'mod suffiċjenti fi ħdan l-Unjoni, u jeżistu bosta kundanni għall-Istati mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Fil-fatt, minkejja n-numru kbir ta' dokumenti internazzjonali, ma teżisti l-ebda definizzjoni leġiżlattiva tal-elementi fundamentali ta' "proċess ġust għat-tfal", u l-ġurisprudenza jkollha taħdem b'qafas ġuridiku parzjali u frammentarju.

Attwalment f'sitt Stati Membri biss (il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu u r-Repubblika Slovakka) għandhom entitajiet ta' prosekuzzjoni speċjalizzati għat-tfal u disa' pajjiżi oħrajn l-anqas biss għandhom Qrati speċjalizzati; fi 12-il Stat Membru biss hu previst li jkun hemm struttura speċifika obbligatorja għall-imħallfin u għall-avvukati li joperaw f'kuntatt mat-tfal. F'xi pajjiżi ma hemmx obbligu ta' assistenza ta' avukat; f'pajjiżi oħrajn dan hu possibbli fil-Qorti iżda mhux fl-għases tal-pulizija; f'oħrajn id-deċiżjoni tiddependi mill-imħallef kompetenti. Dan jindika li attwalment għal numru kbir ta' tfal fl-UE m'hemmx rikonoxximent tad-dritt fundamentali għas-servizzi ta' avukat.

Hu f'dan l-isfond li l-Kummissjoni qed tressaq din il-proposta għal direttiva, bil-għan li tiddefinixxi katalgu limitat iżda strutturat tad-drittijiet ta' tfal suspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali (jew li jkunu soġġetti għal proċediment ta' eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew), abbażi ta' ġabra strutturata ta' standards "minimi", interkonnessi u kalibrati skont ir-rekwiżiti speċifiki tat-tfal tul il-proċediment kollu kemm hu.

Ir-rapporteur taqbel mal-għanijiet u l-approċċ ġenerali tal-proposta, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet ewlenin tiegħu, u li l-iktar importanti fosthom huma: id-dritt obbigatorju ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat, b'rabta mill-qrib mad-dritt għall-għajnuna legali mingħajr ħlas; id-dritt għal evalwazzjoni individwali; ir-regoli dwar l-interrogatorju; id-dispożizzjoni għall-parteċipazzjoni tat-tfal fil-proċedimenti; id-dispożizzjoni għal obbligu ta' taħriġ speċifiku għall-maġistrati, għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u penitenzjarji, avukati u soġġetti oħrajn li joperaw f'kuntatt mat-tfal; id-dispożizzjonijiet relatati maċ-ċaħda tal-libertà personali, skont liema l-applikazzjoni tad-detenzjoni preventiva fil-ħabs għandha tintuża biss bħala extrema ratio, f'każ li ma jkunx hemm aċċess għal miżuri alternattivi, u fi kwalunkwe każ billi jkun żgurat li t-tfal jiġu detenuti b'mod separat mill-adulti, ħlief jekk l-aħjar interess tagħhom ma jitlobx azzjoni differenti.

Ir-rapporteur qiegħda tipproponi xi emendi li għandhom l-għan uniku li jipperfezzjonaw, jestendu, isaħħu jew jiċċaraw il-leġiżlazzjoni tad-drittijiet differenti elenkati fil-proposta tal-Kummissjoni.

L-uniċi żidiet għal dan il-katalgu jikkonsistu fl-introduzzjoni ta' artikolu ġdid dwar il-proċeduri għal rimedju f'każ ta' ksur tad-drittijiet previsti mid-Direttiva u l-introduzzjoni ta' paragrafu ġdid fil-bidu tal-Artikolu 12 (rigward id-dritt għal trattament speċifiku f'każ ta' ċaħda tal-libertà), bil-għan li jiġu stabbiliti salvagwardji minimi – fosthom id-dritt li jirċievu ż-żjara tad-detentur tal-awtorità tal-ġenituri jew ta' adult adattat ieħor– b'rabta mal-ipoteżi ta' arrest tat-tfal, mhux koprut mill-proposta tal-Kummissjoni.

Fost il-proposti għal "estensjoni" tad-drittijiet, b'mod partikolari hemm dik "ġenerali" marbuta mal-ambitu ta' applikazzjoni tad-Direttiva kollha kem hi, li għandha tiġi estiża għal dawk is-soġġetti li jkunu għalqu t-18-il sena, iżda mhux il-21, sakemm ir-reat ikun ġie kommess qabel l-għeluq tat-18-il sena.

Diversi proposti ta' estensjoni jew ta' tisħiħ jittrattaw drittijiet partikolari. Id-derogi għandhom jiġu ġġustifikati biss abbażi ta' evalwazzjonijiet skont il-każ, tal-aħjar interess tat-tfal, u mhux biss fuq kriterji li jirriżultaw li jkunu aktar vagi (jew inkella eċċessivament ħorox) u li fuq kollox ikollhom rabta fqira mal-problemi li s-salvagwardji huma intiżi biex jindirizzaw, u għaldaqstant ma għandhomx konnessjoni mar-raġunament dwar is-salvagwardji.

Fost il-każijiet li dwarhom ġew proposti emendi li jiċċaraw id-dipożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni, hemm dawk għall-Artikolu 5 fejn ġew inklużi indikazzjonijiet dwar kif għandu jiġi identifikat l-"adult adattat ieħor" f'każ ta' nuqqas ta' detentur tal-awtorità tal-ġenituri – u dawk għall-Artikolu 7 fejn ġew ippreċiżati l-għanijiet ewlenin tal-evalwazzjoni individwali.

Fi kwalunkwe każ ingħatat attenzjoni kbira biex ikun garantit li r-rikonoxximent ta' salvagwardji speċjali minħabba l-età tat-tfal u l-kundizzjoni ta' vulnerabbiltà tas-suspettat jew tal-mixli ma twassalx għal tgħawwiġ fir-rigward ta' dik li għandha tibqa' l-funzjoni u l-istruttura xierqa tal-proċediment kriminali, li għandu jistabbilixxi, b'mod oġġettiv u imparzjali, ir-responsabilità kriminali għal reat partikolari tal-persuna.

(1)

Fost il-miżuri li diġà ttieħdu: id-Direttiva 2010/64/UE tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali; id-Direttiva 2012/13/UE tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali; id-Direttiva 2013/48/UE tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà; Ir-Rakkomandazzjoni tas-27 ta' Novembru 2013 dwar is-salvagwardji proċedurali għall-persuni vulnerabbli suspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali; Ir-Rakkomandazzjoni tas-27 ta' Novembru 2013 dwar l-għajnuna legali.

(2)

Fosthom, il-Proposta għal Direttiva dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali mressqa fis-27 ta' Novembru 2013 u l-Proposta għal Direttiva dwar għajnuna legali proviżorja għal persuni ssuspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew imressqa fis-27 ta' Novembru 2013.

(3)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali.

(4)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni tad-15 ta' Frar 2011:

(5)

Linji gwida tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa għal ġustizzja qrib it-tfal, adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta' Novembru 2010.


PROĊEDURA

Titolu

Salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali

Referenzi

COM(2013)0822 – C7-0428/2013 – 2013/0408(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.11.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.1.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.1.2014

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

3.9.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Caterina Chinnici

22.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.10.2014

3.12.2014

 

 

Data tal-adozzjoni

5.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Heinz K. Becker, Bodil Ceballos, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Vicky Maeijer, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Petra Kammerevert, Ska Keller, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Jaromír Štětina, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Elisabetta Gardini, Charles Tannock

Data tat-tressiq

12.2.2015

Avviż legali - Politika tal-privatezza