Proċedura : 2012/0288(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0025/2015

Testi mressqa :

A8-0025/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 4
CRE 28/04/2015 - 4

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2015 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0100

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 1121kWORD 761k
26.2.2015
PE 544.412v02-00 A8-0025/2015

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

(10710/2/2014 – C8‑0004/2015 – 2012/0288(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur (għal opinjoni): Nils Torvalds

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

(10710/2/2014 – C8‑0004/2015 – 2012/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(10710/2/2014 – C8‑0004/2015),

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0595),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0025/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(1) Skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta' enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli f'kull għamla ta' trasport fl-2020 ikun mill-anqas ta' 10 % tal-konsum finali tal-enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru. It-taħlita ta' bijokarburanti hija waħda mill-metodi disponibbli għall-Istati Membri biex jilħqu din il-mira, u hija mistennija li tkun kontributriċi ewlenija.

(1) Skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta' enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli f'kull għamla ta' trasport fl-2020 ikun mill-anqas ta' 10 % tal-konsum finali tal-enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru. It-taħlita ta' bijokarburanti hija waħda mill-metodi disponibbli għall-Istati Membri biex jilħqu din il-mira, u hija mistennija li tkun kontributriċi ewlenija. Metodi oħrajn biex jilħqu l-mira huma t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, li huwa imperattiv peress li huwa probabbli li jsir dejjem aktar diffiċli li tintlaħaq b'mod sostenibbli mira perċentwali obbligatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli jekk id-domanda globali għall-enerġija għat-trasport tkompli tiżdied, u l-użu tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

__________________

__________________

3 Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

3 Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

Emenda  2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 3a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(3a) Għalkemm id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE jużaw it-termini "bijokarburanti u bijolikwidi", id-dispożizzjonijiet tagħhom, inklużi l-kriterji rilevanti ta' sostenibbiltà, japplikaw għall-karburanti rinnovabbli kollha definiti f'dawn id-Direttivi.

Emenda  3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(4) Fejn art agrikola jew mergħa li qabel kienet iddestinata għas-swieq tal-ikel u tal-għalf tinbidel għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, id-domanda li ma tkunx għall-karburanti xorta waħda trid tiġi ssodisfatta jew bl-intensifikazzjoni tal-produzzjoni attwali jew billi art mhux agrikola tinbidel għall-produzzjoni band'oħra. Dan l-aħħar każ jikkostitwixxi f'tibdil indirett fl-użu tal-art u meta jkun jinvolvi l-bidla ta' art b'ħażna kbira ta' karbonju dan jista' jwassal għal emissjonijiet sinifikanti ta' gassijiet b'effett ta' serra. Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE għandhom, għalhekk, jiġu emendati biex jinkludu dispożizzjonijiet biex jindirizzaw tibdil indirett fl-użu tal-art minħabba li l-bijokarburanti bħalissa jinħadmu l-aktar minn għelejjel imkabbrin fuq art agrikola eżistenti.

(4) Fejn art agrikola jew mergħa li qabel kienet iddestinata għas-swieq tal-ikel, tal-għalf u tal-fibra tinbidel għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, id-domanda li ma tkunx għall-karburanti xorta waħda trid tiġi ssodisfata jew bl-intensifikazzjoni tal-produzzjoni attwali jew billi art mhux agrikola tinbidel għall-produzzjoni band'oħra. Dan l-aħħar każ jikkostitwixxi f'tibdil indirett fl-użu tal-art u meta jkun jinvolvi l-bidla ta' art b'ħażna kbira ta' karbonju dan jista' jwassal għal emissjonijiet sinifikanti ta' gassijiet b'effett ta' serra. Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE għandhom, għalhekk, jiġu emendati biex jinkludu dispożizzjonijiet biex jindirizzaw tibdil indirett fl-użu tal-art minħabba li l-bijokarburanti bħalissa jinħadmu l-aktar minn għelejjel imkabbrin fuq art agrikola eżistenti. Id-dispożizzjonijiet maħsuba sabiex jindirizzaw l-impatt tat-tibdil indirett fl-użu tal-art fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għandhom iqisu debitament il-ħtieġa li jiġu protetti l-investimenti li diġà saru.

Emenda  4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(5) Abbażi ta' previżjonijiet tad-domanda għall-bijokarburanti pprovduti mill-Istati Membri u ta' stimi ta' emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art għal materja prima differenti ta' bijokarburant, aktarx li emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra b'rabta ma' tibdil indirett fl-użu tal-art ikunu sinifikanti u jistgħu jġibu fix-xejn xi ftit mit-tnaqqis jew it-tnaqqis kollu ta' gassijiet b'effett ta' serra ta' bijokarburanti individwali. Dan iseħħ għaliex il-produzzjoni kważi kollha tal-bijokarburanti fl-2020 hi mistennija li tiġi minn għelejjel imkabbrin fuq art li tkun tista' tintuża biex taqdi s-swieq tal-ikel u tal-għalf. Biex emissjonijiet bħal dawn jitnaqqsu, ikun jixraq li ssir distinzjoni bejn gruppi ta' għalla, bħal għelejjel tal-pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt, għelejjel taz-zokkor u ċ-ċereali, u għelejjel oħra ta' pjanti b'kontenut ta' lamtu, skont dan.

(5) Abbażi ta' previżjonijiet tad-domanda għall-bijokarburanti pprovduti mill-Istati Membri u ta' stimi ta' emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art għal materja prima differenti ta' bijokarburant, emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra b'rabta ma' tibdil indirett fl-użu tal-art ikunu sinifikanti u jġibu fix-xejn xi ftit mit-tnaqqis jew it-tnaqqis kollu ta' gassijiet b'effett ta' serra ta' bijokarburanti individwali. Dan iseħħ għaliex il-produzzjoni kważi kollha tal-bijokarburanti fl-2020 hi mistennija li tiġi minn għelejjel imkabbrin fuq art li tkun tista' tintuża biex taqdi s-swieq tal-ikel u tal-għalf. Biex emissjonijiet bħal dawn jitnaqqsu, ikun jixraq li ssir distinzjoni bejn gruppi ta' għalla, bħal għelejjel tal-pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt, għelejjel taz-zokkor u ċ-ċereali, u għelejjel oħra ta' pjanti b'kontenut ta' lamtu, skont dan. Barra minn hekk, hu neċessarju li jkunu inkoraġġiti r-riċerka u l-iżvilupp fis-setturi l-ġodda tal-bijokarburanti avvanzati li ma jkunux f'kompetizzjoni mal-għelejjel għall-alimentazzjoni, u li jkun studjat aktar l-impatt tal-gruppi differenti ta' għelejjel kemm fuq il-bidliet diretti kemm fuq dawk indiretti tal-użu tal-art.

Emenda  5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(7) Karburanti likwidi rinnovabbli aktarx li jkunu meħtieġa mis-settur tat-trasport biex dan inaqqas l-emissjonijiet tiegħu ta' gassijiet b'effett ta' serra. Bijokarburanti avvanzati, bħal dawk magħmulin minn skart u alka, jipprovdu tnaqqis għoli ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra b'riskju baxx li jinħoloq tibdil indirett fl-użu tal-art, u ma jikkompetux direttament għal art agrikola għas-swieq tal-ikel u tal-għalf. Ikun jixraq, għalhekk, li titħeġġeġ produzzjoni akbar ta' bijokarburanti avvanzati bħal dawn għax dawn bħalissa ma jistgħux jinkisbu kummerċjalment fi kwantitajiet kbar, parzjalment minħabba kompetizzjoni għal sussidji pubbliċi ma' teknoloġiji stabbiliti ta' bijokarburanti b'bażi ta' għelejjel tal-ikel. Kull Stat Membru għandu jippromwovi l-konsum ta' tali bijokarburanti avvanzati, permezz tal-istabbiliment ta' sottomiri mhux vinkolanti legalment fil-livell nazzjonali bħala parti mill-obbligu sabiex jiġi żgurat li s-sehem tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-forom kollha tat-trasport fl-2020 ikun tal-inqas 10 % tal-konsum finali tal-enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru. Huwa wkoll adatt li l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-kisbiet tagħhom fir-rigward tat-tali sottomiri nazzjonali fl-2020, li għandu jiġi ppubblikat rapport ta' sinteżi tiegħu, sabiex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art permezz tal-promozzjoni ta' bijokarburanti avvanzati. Tali bijokarburanti avvanzati u l-promozzjoni tagħhom huma mistennija jkollhom rwol importanti fid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-iżvilupp ta' teknoloġiji tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju lil hinn minn dik id-data.

(7) Karburanti likwidi rinnovabbli aktarx li jkunu meħtieġa mis-settur tat-trasport biex dan inaqqas l-emissjonijiet tiegħu ta' gassijiet b'effett ta' serra. Bijokarburanti avvanzati, bħal dawk magħmulin minn skart u alka, jipprovdu tnaqqis għoli ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra b'riskju baxx li jinħoloq tibdil indirett fl-użu tal-art, u ma jikkompetux direttament għal art agrikola għas-swieq tal-ikel u tal-għalf. Riċerka, żvilupp u produzzjoni akbar ta' bijokarburanti avvanzati bħal dawn għandhom jitħeġġu għax dawn bħalissa ma jistgħux jinkisbu kummerċjalment fi kwantitajiet kbar, parzjalment minħabba kompetizzjoni għal sussidji pubbliċi ma' teknoloġiji stabbiliti ta' bijokarburanti ibbażati fuq l-għelejjel tal-ikel. Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita sottomira speċifika għall-konsum ta' tali bijokarburanti avvanzati, bħala parti mill-obbligu sabiex jiġi żgurat li s-sehem tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-forom kollha tat-trasport fl-2020 ikun tal-inqas 10 % tal-konsum finali tal-enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru. Huwa wkoll xieraq li l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-kisbiet tagħhom fir-rigward ta' dik il-mira sekondarja nazzjonali fl-2020, sabiex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art permezz tal-promozzjoni ta' bijokarburanti avvanzati. Tali impatti ta' bijokarburanti avvanzati b'riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art u tnaqqis kollu ta' gassijiet b'effett ta' serra huma mistennija jkollhom rwol importanti fid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-iżvilupp ta' teknoloġiji tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju lil hinn mill-2020.

Emenda  6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 7a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(7a) Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 u tal-24 ta' Ottubru 2014 il-Kunsill Ewropew saħaq fuq l-importanza tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u tar-riskji relatati mad-dipendenza fuq il-karburanti fossili fis-settur tat-trasport fi ħdan il-qafas tal-klima u l-enerġija tal-2030, u stieden lill-Kummissjoni teżamina strumenti u miżuri għal approċċ komprensiv u teknoloġikament newtrali għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-effiċjenza enerġetika fit-trasport, għat-trasport elettriku u għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport ukoll wara l-2020.

Emenda  7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 7b (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(7b) Il-koerenza bejn id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/28/KE u l-leġiżlazzjoni f'oqsma oħra tal-politika tal-Unjoni għandha tittejjeb sabiex jiġu sfruttati s-sinerġiji u titjieb iċ-ċertezza tad-dritt. Id-definizzjonijiet ta' skart u residwi għall-finijiet tad-Direttiva 98/70/KE u d-Direttiva 2009/28/KE għandhom jiġu armonizzati ma' dawk stabbiliti mid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-flussi ta' skart u ta' residwi elenkati fid-Direttiva 98/70/KE u d-Direttiva 2009/28/KE għandhom jiġu identifikati aħjar permezz tal-kodiċi tal-iskart fil-katalogu Ewropew ta' skart stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dawk id-Direttivi mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Il-promozzjoni tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi skont id-Direttiva 98/70/KE u d-Direttiva 2009/28/KE għandha tkun konsistenti mal-objettivi u l-fini tad-Direttiva 2008/98/KE. Sabiex jinkiseb l-għan tal-Unjoni li din toqrob lejn soċjetà ta' riċiklaġġ, il-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE għandha tiġi implimentata bis-sħiħ. Bil-għan li dan jiġi ffaċilitat, l-użu ta' skart u residwi għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi għandu jsir parti mill-pjanijiet ta' ġestjoni tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart stabbiliti mill-Istati Membri skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/98/KE. L-applikazzjoni tad-Direttiva 98/70/KE u d-Direttiva 2009/28/KE ma għandhiex tipperikola l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2008/98/KE.

 

_______________

 

1a Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

 

1bDeċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (notifikat bid-dokument numru K(2000) 1147) (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

Emenda  8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(8) Isiru distinzjonijiet fl-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art jirriżultaw mill-inputs ta' data differenti u s-suppożizzjonijiet ewlenin dwar żviluppi agrikolturali bħal tendenzi fir-rendimenti u l-produttività agrikolturali, l-allokazzjoni tal-koprodott u t-tibdil osservat fl-użu globali tal-art u r-rati ta' deforestazzjoni, li mhumiex taħt il-kontroll tal-produtturi tal-bijokarburanti. Waqt li l-biċċa l-kbira tal-materja prima tal-bijokarburant jiġu prodotti fl-Unjoni, l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art huma l-aktar mistennija li jseħħu barra l-Unjoni, f'oqsma li fihom il-produzzjoni addizzjonali x'aktarx titwettaq bl-inqas spiża. B'mod partikolari, is-suppożizzjonijiet fir-rigward tal-konverżjoni ta' foresti tropikali u l-iżvojtar ta' art tal-pit barra l-Unjoni jinfluwenzaw b'mod b'saħħtu l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art assoċjati mal-produzzjoni ta' biodiżil minn għelejjel taż-żejt, u bħala tali huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li tali data u suppożizzjonijiet jiġu riveduti skont l-aħħar informazzjoni disponibbli dwar il-konverżjoni tal-art u d-deforestazzjoni, inkluż it-teħid ta' kwalunkwe progress li jkun sar f'dawk l-oqsma permezz ta' programmi internazzjonali li għaddejjin bħalissa.

(8) Isiru distinzjonijiet fl-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art jirriżultaw mill-inputs ta' data differenti u s-suppożizzjonijiet ewlenin dwar żviluppi agrikolturali bħal tendenzi fir-rendimenti u l-produttività agrikolturali, l-allokazzjoni tal-koprodott u t-tibdil osservat fl-użu globali tal-art u r-rati ta' deforestazzjoni, li mhumiex taħt il-kontroll tal-produtturi tal-bijokarburanti. Huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li tali data u suppożizzjonijiet jiġu riveduti skont l-aħħar informazzjoni xjentifika disponibbli dwar il-konverżjoni tal-art u d-deforestazzjoni, inkluż it-teħid ta' kwalunkwe progress li jkun sar f'dawk l-oqsma permezz ta' programmi internazzjonali li għaddejjin bħalissa. Il-Kummissjoni għandha għalhekk teżamina mill-ġdid il-metodoloġija li tistma fatturi ta' emissjonijiet minn tibdil fl-użu tal-art inklużi fl-Annessi V u VIII għad-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE rispettivament fid-dawl ta' adattament għal progress tekniku u xjentifiku. Għal dan il-għan, u jekk ikun ġustifikat mill-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tirrevedi l-fatturi tal-grupp propost ta' għelejjel minn tibdil indirett fl-użu tal-art, kif ukoll tintroduċi fatturi f'livelli ulterjuri ta' diżaggregazzjoni u tinkludi valuri addizzjonali jekk materja prima tal-bijokarburant ġdid tidħolx fis-suq.

Emenda  9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(9) Biex tkun żgurata l-kompetittività fit-tul tas-setturi industrijali b'bażi bijoloġika, u f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2012 intitolata "Ninnovaw għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa" u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 intitolata "Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi" li jippromwovu bijoraffineriji integrati u diversifikati fl-Ewropa kollha, għandhom jiġu stabbiliti inċentivi mtejba skont id-Direttiva 2009/28/KE b'mod li tingħata preferenza lill-użu ta' materja prima ta' bijomassa li ma jkollhomx valur ekonomiku għoli għal użi oħra mhux ta' bijokarburanti.

(9) Biex tkun żgurata l-kompetittività fit-tul tas-setturi industrijali b'bażi bijoloġika, u f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-2012 "Ninnovaw għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa" u l-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, li jippromwovu bijoraffineriji integrati u diversifikati fl-Ewropa kollha, għandhom jiġu stabbiliti inċentivi mtejba skont id-Direttiva 2009/28/KE b'mod li tingħata preferenza lill-użu ta' materja prima ta' bijomassali ma jkollhiex valur ekonomiku għoli għal użi oħra mhux ta' bijokarburanti jew li ma tikkawżax impatt ambjentali b'mod li jiġu kompromessi l-ekosistemi lokali billi l-għelejjel tal-ikel jitħallew bla art u ilma.

Emenda  10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(10) Użu akbar ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli hu mezz kif jiġu indirizzati ħafna mill-isfidi fis-settur tat-trasport kif ukoll f'setturi oħrajn tal-enerġija. Huwa għalhekk xieraq li jingħataw inċentivi addizzjonali biex jiġi stimolat l-użu ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport, u li jiżdiedu l-fatturi ta' multiplikazzjoni għall-kalkolu tal-kontribut minn elettriku minn sorsi rinnovabbli kkunsmat minn trasport ferrovjarju elettriċizzat u vetturi tat-triq elettriċizzati sabiex itejbu l-użu tagħhom u l-penetrazzjoni fis-suq.

(10) Użu akbar ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli hu mezz kif jiġu indirizzati ħafna mill-isfidi fis-settur tat-trasport kif ukoll f'setturi oħrajn tal-enerġija. Huwa għalhekk xieraq li jingħataw inċentivi addizzjonali biex jiġi stimolat l-użu ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport. Barra minn hekk, il-miżuri ta' effiċjenza enerġetika u ta' ffrankar tal-enerġija fis-settur tat-trasport għandhom jiġu inkoraġġiti.

Emenda  11

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 13

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(13) Bħala tħejjija għat-tranżizzjoni għal bijokarburanti avvanzati u biex ikunu mminimizzati l-impatti kumplessivi minn tibdil indirett fl-użu tal-art fil-perijodu sal-2020, ikun adatt li jiġi limitat l-ammont ta' bijokarburanti u bijolikwidi miksubin minn għelejjel tal-ikel kif stabbilit fil-parti A tal-Anness VIII tad-Direttiva 2009/28/KE u fil-parti A tal-Anness V tad-Direttiva 98/70/KE, li jkunu jistgħu jingħaddu għall-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE, mingħajr ma jiġi ristrett l-użu kumplessiv ta' bijokarburanti u bijolikwidi.

(13) Bħala tħejjija għat-tranżizzjoni għal bijokarburanti avvanzati u biex ikunu mminimizzati l-impatti kumplessivi minn tibdil indirett fl-użu tal-art fil-perijodu sal-2020 u 'l quddiem, ikun adatt li jiġi limitat l-ammont ta' bijokarburanti u bijolikwidi miksubin minn għelejjel tal-ikel kif stabbilit fil-parti A tal-Anness VIII tad-Direttiva 2009/28/KE u fil-parti A tal-Anness V tad-Direttiva 98/70/KE, li jkunu jistgħu jingħaddu għall-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE, mingħajr ma jiġi ristrett l-użu kumplessiv ta' bijokarburanti u bijolikwidi.

Emenda  12

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(15) L-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art għandhom jiġu inklużi fir-rappurtar mill-Kummissjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-bijokarburanti skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE. Bijokarburanti magħmulin minn materja prima li ma jwasslux għal domanda addizzjonali ta' art, bħal dawk ta' materja prima minn skart, għandhom jiġu assenjati fattur ta' żero emissjonijiet.

(15) L-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art għandhom jingħaddu għall-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tad-Direttiva 98/70/KE sabiex jiġu pprovduti inċentivi għal dawk il-bijokarburanti b'impatti żgħar ta' tibdil fl-użu tal-art u biex jiġu żgurati l-eżattezza u l-kredibbiltà tal-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. L-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art għandhom ukoll jiġu inklużi fir-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-bijokarburanti skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE. Bijokarburanti magħmulin minn materja prima li ma jwasslux għal domanda addizzjonali ta' art, bħal dawk ta' materja prima minn skart, għandhom jiġu assenjati fattur ta' żero emissjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina perjodikament il-metodoloġija biex tistma l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art assoċajti mal-produzzjoni ta' bijokarburanti u bijolikwidi, ibbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli.

Emenda  13

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 15a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(15a) L-użu tal-art għall-kultivazzjoni ta' materja prima tal-bijokarburanti m'għandux iwassal għall-ispustament tal-komunitajiet lokali u indiġeni. Jeħtieġ, għalhekk, li jiġu introdotti miżuri speċjali biex jipproteġu l-art tal-komunitajiet indiġeni.

Emenda  14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 15b (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(15b) L-Artikolu 7d(8) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 19(8) tad-Direttiva 2009/28/KE jinkludu dispożizzjonijiet biex jinkoraġġixxu l-kultivazzjoni ta' bijokarburanti f'art degradata severament u mniġġsa ħafna bħala miżura temporanja ta' mitigazzjoni kontra tibdil indirett fl-użu tal-art. Dawk id-dispożizzjonijiet ma għadhomx adegwati fl-għamla attwali tagħhom u jeħtieġ li jiġu integrati fl-approċċ stipulat f'din id-Direttiva biex jiġi żgurat li azzjonijiet kumplessivi għall-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art jibqgħu koerenti.

Emenda  15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 16

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(16) Iż-żidiet tar-rendiment fis-setturi agrikoli permezz ta' riċerka intensifikata, żvilupp teknoloġiku u trasferiment tal-għarfien lil hinn mil-livelli li kienu jiddominaw fin-nuqqas ta' skemi għall-promozzjoni ta' skemi tal-produttività għall-bijokarburanti bbażati fuq l-ikel u fuq l-għelejjel tal-ikel, kif ukoll il-kultivazzjoni tat-tieni għelejjel annwali fuq żoni li qabel ma kinux użati għat-tkabbir tat-tieni għalla annwali, jistgħu jikkontribwixxu biex jimmitigaw it-tibdil indirett tal-użu tal-art. Sa fejn l-effett ta' mitigazzjoni tat-tibdil indirett tal-użu tal-art li jirriżulta fil-livell nazzjonali jew tal-proġett jista' jiġi kkwantifikat, miżuri introdotti b'din id-Direttiva jistgħu jirriflettu tali titjib fil-produttività kemm f'termini ta' valuri stmati ta' emissjonijiet tat-tibdil indirett tal-użu tal-art imnaqqsa kif ukoll il-kontribut ta' bijokarburanti bbażati fuq l-ikel u l-għalla tal-ikel lejn is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport li għandhom jinkisbu fl-2020.

(16) Iż-żidiet tar-rendiment fis-setturi agrikoli lil hinn mil-livelli li kienu jiddominaw fin-nuqqas ta' skemi għall-promozzjoni ta' skemi tal-produttività għall-bijokarburanti bbażati fuq l-ikel u fuq l-għelejjel tal-ikel, jew fejn il-produzzjoni tal-bijokarburanti sseħħet fuq l-art fejn seħħ tibdil dirett fl-użu tal-art mingħajr impatti negattivi fuq servizzi tal-ekosistemi preeżistenti ppovduti minn dik l-art, inkluża l-protezzjoni ta' ħażniet tal-karbonju u l-bijodiversità, jistgħu f'każijiet speċifiċi jikkontribwixxu biex jimmitigaw it-tibdil indirett tal-użu tal-art sal-punt li jmur lil hinn mill-effetti li diġà ttieħed kont tagħhom fl-immudellar eżistenti ta' tibdil indirett fl-użu tal-art. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibbiltà li jiġu mfassla l-kriterji għall-identifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi li huma prodotti fi skemi li jnaqqsu l-ispustament tal-produzzjoni għal finijiet oħra milli biex jiġu prodotti bijokarburanti u bijolikwidi, u skont il-kriterji xierqa ta' sostenibbiltà.

Emenda  16

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 17a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(17a) Bl-għan li tintlaħaq il-mira għal enerġiji rinnovabbli fis-settur tat-trasport filwaqt li jiġu mminimizzati l-impatti negattivi tat-tibdil fl-użu tal-art, l-użu tal-elettriku rinnovabbli, il-bidla modali, użu ikbar tat-trasport pubbliku u l-effiċjenza enerġetika għandhom jiġu inkoraġġuti. Skont il-White Paper dwar it-Trasport, l-Istati Membri għandhom għalhekk jagħmlu ħilithom biex jassiguraw żieda fl-effiċjenza enerġetika u jnaqqsu l-konsum globali ta' enerġija fil-qasam tat-trasport u fl-istess ħin isaħħu d-dħul fis-suq ta' vetturi elettriċi u l-użu tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-sistemi tat-trasport.

Emenda  17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 19

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(19) Għalkemm bijokarburanti bbażati fuq l-ikel u l-għalla tal-ikel huma ġeneralment assoċjati ma' riskji tat-tibdil indirett tal-użu tal-art, hemm ukoll eċċezzjonijiet. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp u l-użu ta' skemi li jistgħu b'mod affidabbli juru li ammont ta' materja prima ta' bijokarburanti prodotti fi proġett partikolari ma spostax il-produzzjoni għal finijiet oħra. Dan jista' jkun il-każ pereżempju, meta l-produzzjoni tal-bijokarburanti tkun ekwivalenti għall-ammont tal-produzzjoni addizzjonali miksub permezz ta' investimenti fi produttività mtejba 'l fuq mil-livelli li inkella kienu jinkisbu, jew meta l-produzzjoni tal-bijokarburanti sseħħ fuq art fejn ikun sar tibdil dirett fl-użu tal-art mingħajr impatti negattivi sinifikanti fuq is-servizzi tal-ekosistema pre-eżistenti mogħtija minn dik l-art, inklużi l-protezzjoni tal-ħażniet tal-karbonju u l-bijodiversità.

imħassar

Emenda  18

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 23

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(23) Sabiex tkun tista' sseħħ l-adattazzjoni għall-progress tekniku u xjentifiku tad-Direttiva 98/70/KE, is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward taż-żieda ta' valuri tipiċi u prestabbiliti għal mogħdijiet tal-bijokarburanti u l-adattazzjoni tal-metodi analitiċi permessi relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tal-karburant u l-eżenzjoni dwar il-pressjoni mill-fwar permessa għall-petrol li jkun fih il-bijoetanol.

(23) Sabiex tkun tista' sseħħ l-adattazzjoni għall-progress tekniku u xjentifiku tad-Direttiva 98/70/KE, is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-mekkaniżmu għall-monitoraġġ u t-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, tal-prinċipji metodoloġiċi u tal-valuri meħtieġa biex ikun ivvalutat jekk ikunux ġew issodisfati l-kriterji ta' sostenibbiltà b'rabta mal-bijokarburanti, tal-kriterji u l-firxiet ġeografiċi għad-determinazzjoni ta' bwar differenti ħafna minn xulxin, tal-metodoloġija għall-kalkolu u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijokarburanti, tal-metodoloġija għall-kalkolu ta' emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art, tal-livell permess tal-kontenut ta' addittivi metalliċi fil-karburanti, iż-żieda ta' valuri tipiċi u presta bbiliti stmati għall-mogħdijiet tal-bijokarburanti u l-adattazzjoni tal-metodi analitiċi permessi relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tal-karburanti u l-eżenzjoni dwar il-pressjoni mill-fwar permessa għall-petrol li jkun fih il-bijoetanol.

Emenda  19

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 24

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(24) Sabiex tkun tista' sseħħ l-adattazzjoni għall-progress tekniku u xjentifiku tad-Direttiva 2009/28/KE, is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' żidiet possibbli mal-lista ta' materja prima ta' bijokarburant u karburanti li l-kontribut tagħhom għall-miri fl-Artikolu 3(4) ta' dik id-Direttiva għandu jitqies li jkun darbtejn il-kontenut ta' enerġija tagħhom, u wkoll fir-rigward taż-żieda tal-valuri stmati tipiċi u prestabbiliti għal mogħdijiet tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi.

(24) Sabiex tkun tista' sseħħ l-adattazzjoni għall-progress tekniku u xjentifiku tad-Direttiva 2009/28/KE, is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista ta' materja prima ta' bijokarburanti li jingħaddu għal ħafna drabi għall-miri stabbiliti fl-Artikolu 3(4), tal-kontenut ta' enerġija ta' karburanti għat-trasport, tal-kriterji u l-firxiet ġeografiċi għad-determinazzjoni ta' bwar differenti ħafna bijoloġikament, tal-metodoloġija għall-kalkolu ta' emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art, u tal-prinċipji metodoloġiċi u tal-valuri meħtieġa biex ikun ivvalutat jekk ikunux ġew issodisfati kriterji ta' sostenibbiltà b'rabta ma' bijokarburanti u bijolikwidi.

Emenda  20

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 26

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(26) Il-Kummissjoni għandha terġa' tħares lejn l-effikaċja tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva, abbażi tal-aħjar u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, biex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mit-tibdil indirett fl-użu tal-art u jiġu indirizzati modi biex dak l-impatt jiġi mminimizzat aktar.

(26) Il-Kummissjoni għandha terġa' tħares lejn l-effikaċja tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva, abbażi tal-aħjar u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, biex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mit-tibdil indirett fl-użu tal-art u jiġu indirizzati modi biex dak l-impatt jiġi mminimizzat aktar. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina wkoll l-effettività tal-inċentivi pprovduti għall-bijokarburanti minn materja prima li ma tużax art u l-impatt tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi għal setturi oħra.

 

Emenda  21

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 26a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(26a) Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-bijokarburanti, fejn tikkunsidra possibbiltajiet differenti f'dak li jirrigwarda politika u l-kosteffettività tal-politika preżenti tas-sussidji versus il-promozzjoni tal-investiment fir-riċerka f'karburanti rinnovabbli innovattivi. Dik ir-reviżjoni għandha tinkludi stima tar-rwol tal-bijokarburanti sostenibbli, ukoll f'kuntest ta' wara l-2020, fir-rigward, inter alia, tad-disponibilità ta' materja prima għall-industrija, il-bidla indiretta fl-użu tal-art, il-kwalità tal-arja inkluż l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem, u d-dipendenza enerġetika.

Emenda  22

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 26b (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(26b) Huwa importanti li l-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien proposta komprensiva għal politika kosteffettiva u teknoloġikament newtrali għal wara l-2020 sabiex toħloq perspettiva fit-tul għal investimenti f'bijokarburanti sostenibbli b'riskju baxx li jikkawża tibdil indirett fl-użu tal-art u mezzi oħra ta' dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Il-proposta għandha tinkludi miżuri għal promozzjoni ta' bijokarburanti avvanzati sostenibbli wara l-2020 fi ħdan il-qafas tal-2030 għall-politiki tal-klima u tal-enerġija. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-possibbiltà li tintroduċi wara l-2020 mandat ta' għaqda fil-livell tal-Unjoni għal bijokarburanti avvanzati, u għandha tikkunsidra wkoll ir-reviżjoni tal-miri tad-Direttiva 98/70/KE u l-introduzzjoni ta' pjan ta' tnaqqis tal-gassijiet serra għal karburanti tat-trasport wara l-2020. Il-proposta tista' tinkludi wkoll l-introduzzjoni ta' fatturi ta' emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art fil-kriterji xierqa ta' sostenibbiltà.

Emenda  23

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 2 – punt 9a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(-1) Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

 

'9a. "karburanti rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika" tfisser il-karburanti gassużi jew likwidi, għajr il-bijokarburanti, li l-kontenut enerġetiku tagħhom joriġina minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għajr il-bijomassa, li jintużaw fit-trasport u li jiksbu ffrankar minimu tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta' kwalità ta' din id-Direttiva.'

Emenda  24

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 2 – punt 11

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

11. "bijokarburanti ta' riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art" tfisser bijokarburanti li l-materja prima tagħhom mhumiex elenkati fil-Parti A tal-Anness V jew huma elenkati fil-Parti A tal-Anness V, iżda li ġew prodotti fi skemi li jnaqqsu l-ispostament tal-produzzjoni għal finijiet minbarra dawk ta' produzzjoni ta' bijokarburanti u li ġew prodotti f'konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti stipulati fl-Artikolu 7b. Jista' jiġi kkunsidrat biss l-ammont ta' materja prima li jikkorrispondi mat-tnaqqis proprju fl-ispostament miksub permezz tal-iskema. Tali skemi jistgħu joperaw bħala proġetti individwali fil-livell lokali jew inkella bħala miżuri ta' politika li jkopru b'mod parzjali jew sħiħ it-territorju ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz. L-ispostament tal-produzzjoni għal finijiet għajr dawk ta' produzzjoni ta' bijokarburanti jista' jitnaqqas jekk l-iskema tikseb żidiet fil-produttività fiż-żona li hija tkopri lil hinn minn livelli li kieku kienu jiddominaw fin-nuqqas ta' tali skemi ta' promozzjoni tal-produttività;

imħassar

Emenda  25

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt -a (ġdid)

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7a – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(-a) fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

'Fil-każ ta' fornituri ta' bijokarburanti għall-użu fl-avjazzjoni, l-Istati Membri għandhom jippermettu li dawn il-fornituri jagħżlu li jsiru kontributuri għall-obbligu ta' tnaqqis stabbilit fil-paragrafu 2 sakemm il-bijokarburanti fornuti jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b.'

Emenda  26

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 2 – punt -aa (ġdid)

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7a – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(-aa) fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribut massimu ta' bijokarburanti prodotti minn ċereali u minn għelejjel oħra b'kontenut rikk ta' lamtu, għelejjel taz-zokkor u għelejjel li minnhom jiġi estratt iż-żejt, jew għelejjel imkabbra apposta għall-enerġija għall-fini ta' konformità mal-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunx jaqbeż il-kontribut massimu stabbilit fl-Artikolu 3(4)(d) tad-Direttiva 2009/28/KE."

Emenda  27

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt a

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7a – paragrafu 5

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

"5. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3) biex jiġu stabbiliti:

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a b'mod partikolari dwar:

(a) il-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-karburanti minbarra bijokarburanti u mill-enerġija;

(a) il-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-karburanti minbarra bijokarburanti u mill-enerġija; il-metodoloġiji għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn karburanti likwidi u gassużi rinnovabbli b'oriġini mhux bijoloġika u għall-qbid tal-karbonju u l-użu għal finijiet ta' trasport għandhom jiġu adottati sat-30 ta' Ġunju 2016;

(b) il-metodoloġija li tispeċifika, qabel l-1 ta' Jannar 2011, l-istandard tal-linja ta' bażi għall-karburanti dwar l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta' enerġija tal-karburanti fossili fl-2010 għall-finijiet tal-p aragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b) il-metodoloġija li tispeċifika, qabel l-1 ta' Jannar 2011, l-istandard tal-linja ta' bażi għall-karburanti dwar l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta' enerġija tal-karburanti fossili fl-2010 għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(c) regoli sabiex jiġi żgurat approċċ kemm jista' jkun uniformi għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(c) kwalunkwe regola neċessarja sabiex jiġi implementat il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(d) il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat il-kontribut tal-vetturi tat-triq tal-elettriku, li għandhom ikunu kompatibbli mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE.";

(d) il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat il-kontribut tal-vetturi tat-triq tal-elettriku, li għandhom ikunu kompatibbli mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE.";

Emenda  28

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7a – paragrafu 6

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

6. Bħala parti mir-rapportar skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-karburanti jirrapportaw kull sena lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru, dwar il-mogħdijiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti, il-volumi ta' bijokarburanti derivati mill-materja prima kif kategorizzati fil-Parti A tal-Anness V, u l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għal kull unità ta' enerġija prodotta tul iċ-ċiklu tal-ħajja. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw din id-data lill-Kummissjoni.

6. Bħala parti mir-rapportar skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-karburanti jirrapportaw kull sena lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru, dwar il-mogħdijiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti, il-volumi ta' bijokarburanti derivati mill-materja prima kif kategorizzati fil-Parti A tal-Anness V, u l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għal kull unità ta' enerġija prodotta tul iċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi l-emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw din id-data lill-Kummissjoni.

Emenda  29

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt -a (ġdid)

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7b – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. Irrispettivament minn jekk il-materja prima kenitx ikkultivata ġewwa jew barra t-territorji tal-Komunità, l-enerġija mill-bijokarburanti għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-Artikolu 7a biss jekk tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu.

"1. Irrispettivament minn jekk il-materja prima kenitx ikkultivata ġewwa jew barra t-territorji tal-Unjoni, l-enerġija mill-bijokarburanti għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 7a biss jekk tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu.

Madankollu l-bijokarburanti prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-foresterija, iridu jissodisfaw biss il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbilit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu sabiex jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 7a.

Madankollu l-bijokarburanti prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-foresterija, iridu jissodisfaw biss il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbilit fil-paragrafi 2 u 4a ta' dan l-Artikolu sabiex jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 7a.

Emenda  30

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt a

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7b – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta' bijokarburanti meqjusin għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-anqas ta' 60 % għall-bijokarburanti prodotti f'installazzjonijiet li jibdew joperaw wara …+ . Installazzjoni għandha titqies li "qed topera" jekk il-produzzjoni fiżika ta' bijokarburanti tkun seħħet.

2. It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta' bijokarburanti u bijolikwidi meqjusin għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-anqas ta' 60 % għall-bijokarburanti prodotti f'installazzjonijiet li jibdew joperaw wara …+ . Installazzjoni għandha titqies li "qed topera" jekk il-produzzjoni fiżika ta' bijokarburanti tkun seħħet.

__________________

__________________

+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  31

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt a

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7b – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta' bijokarburanti għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 7d(1).

It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta' bijokarburanti u bijolikwidi għandu jkun ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 7d(1).

Emenda  32

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt b

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7b – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

"Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema bur huwa kopert minn dak il-punt. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3).".

'Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema bur għandu jkun kopert mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.".

Emenda  33

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt ba (ġdid)

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7b – paragrafu 4a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ba) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"4a. Il-bijokarburanti meqjusa għall-finijiet previsti fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu magħmula minn skart li huma soġġetti għall-miri ta' użu mill-ġdid u riċiklaġġ skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tal-iskart u tar-residwi koperti mid-Direttiva 2008/98/KE għall-produzzjoni tal-bijokarburanti meqjusa għall-finijiet previsti fil-paragrafu 1 għandu jkun konformi mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu debitament kont tal-prinċipju tal-użu kaskat, b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi ekonomiċi u teknoloġiċi reġjonali u lokali."

Emenda  34

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt bb (ġdid)

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7b – paragrafu 4b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(bb) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"4b. Il-bijokarburanti u l-bijolikwidi meqjusa għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu magħmula minn materja prima miksuba mill-art, sakemm id-drittijiet ġuridiċi tal-partijiet terzi rigward l-użu u d-dritt ta' proprjetà jiġu rispettati, inkluż bil-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom u bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet rappreżentattivi tagħhom."

Emenda  35

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt c

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7c – paragrafu 6

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

6. Id-deċiżjonijiet taħt il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3). Tali deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin.

6. Id-deċiżjonijiet taħt il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3). Tali deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin.

Il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li kull skema volontarja, li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwarha skont il-paragrafu 4, tippreżenta sa ... +, u sussegwentement kull sena sat-30 ta' April, rapport lill-Kummissjoni li jkopri kull wieħed mill-punti stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Ġeneralment, ir-rapport għandu jkopri s-sena kalendarja preċedenti. L-ewwel rapport għandu jkopri mill-inqas sitt xhur minn …. Ir-rekwiżit li jiġi ppreżentat rapport għandu japplika biss għall-iskemi volontarji li jkunu operaw għal mill-inqas 12-il xahar.

Il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li kull skema volontarja, li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwarha skont il-paragrafu 4, tippreżenta sa ... +, u sussegwentement kull sena sat-30 ta' April, rapport lill-Kummissjoni li jkopri kull wieħed mill-punti stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Ġeneralment, ir-rapport għandu jkopri s-sena kalendarja preċedenti. L-ewwel rapport għandu jkopri mill-inqas sitt xhur minn …. Ir-rekwiżit li jiġi ppreżentat rapport għandu japplika biss għall-iskemi volontarji li jkunu operaw għal mill-inqas 12-il xahar.

Sa … il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li janalizza r-rapporti msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jeżamina mill-ġdid l-operat ta' ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 4 jew skemi volontarji li għalihom tkun ġiet adottata deċiżjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu, u li jidentifika l-aħjar prassi. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli, inkluż wara konsultazzjonijiet ma' partijiet interessati, u fuq esperjenza prattika fl-applikazzjoni tal-ftehimiet jew l-iskemi kkonċernati. Ir-rapport għandu janalizza dan li ġej:

Sa … il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li janalizza r-rapporti msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jeżamina mill-ġdid l-operat ta' ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 4 jew skemi volontarji li għalihom tkun ġiet adottata deċiżjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu, u li jidentifika l-aħjar prassi. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli, inkluż wara konsultazzjonijiet ma' partijiet interessati, u fuq esperjenza prattika fl-applikazzjoni tal-ftehimiet jew l-iskemi kkonċernati. Ir-rapport għandu janalizza dan li ġej:

b'mod ġenerali:

b'mod ġenerali:

(a) l-indipendenza, il-modalità u l-frekwenza tal-verifiki, fir-rigward kemm ta' dak espress fid-dokumentazzjoni tal-iskema meta l-iskema kkonċernata ġiet approvata mill-Kummissjoni kif ukoll kontra l-aħjar prattika tal-industrija;

(a) l-indipendenza, il-modalità u l-frekwenza tal-verifiki, fir-rigward kemm ta' dak espress fid-dokumentazzjoni tal-iskema meta l-iskema kkonċernata ġiet approvata mill-Kummissjoni kif ukoll kontra l-aħjar prattika tal-industrija;

(b) id-disponibbiltà, l-esperjenza u t-trasparenza fl-applikazzjoni ta' metodi għall-identifikazzjoni u l-indirizzar tan-non-konformità, b'attenzjoni partikolari biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet jew allegazzjonijiet ta' mġiba ħażina serja min-naħa tal-membri tal-iskema;

(b) id-disponibbiltà, l-esperjenza u t-trasparenza fl-applikazzjoni ta' metodi għall-identifikazzjoni u l-indirizzar tan-non-konformità, b'attenzjoni partikolari biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet jew allegazzjonijiet ta' mġiba ħażina serja min-naħa tal-membri tal-iskema;

(c) it-trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-iskema, id-disponibbiltà ta' traduzzjonijiet fil-lingwi applikabbli tal-pajjiżi u r-reġjuni minn fejn toriġina l-materja prima, l-aċċessibbiltà ta' lista ta' operaturi ċċertifikati u ċ-ċertifikati relevanti, u l-aċċessibbiltà ta' rapporti tal-awdituri;

(c) it-trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-iskema, id-disponibbiltà ta' traduzzjonijiet fil-lingwi applikabbli tal-pajjiżi u r-reġjuni minn fejn toriġina l-materja prima, l-aċċessibbiltà ta' lista ta' operaturi ċċertifikati u ċ-ċertifikati relevanti, u l-aċċessibbiltà ta' rapporti tal-awdituri;

(d) l-involviment tal-partijiet interessati, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni ma' komunitajiet indiġeni u lokali qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet matul l-abbozzar u l-analiżi tal-iskema kif ukoll waqt l-awditu u t-tweġiba li tingħata għall-kontributi tagħhom;

(d) l-involviment tal-partijiet interessati, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni ma' komunitajiet indiġeni u lokali qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet matul l-abbozzar u l-analiżi tal-iskema kif ukoll waqt l-awditu u t-tweġiba li tingħata għall-kontributi tagħhom;

(e) is-solidità ġenerali tal-iskema, b'mod partikolari fid-dawl ta' regoli dwar l-akkreditament, il-kwalifika u l-indipendenza tal-awdituri u tal-korpi rilevanti tal-iskema;

(e) is-solidità ġenerali tal-iskema, b'mod partikolari fid-dawl ta' regoli dwar l-akkreditament, il-kwalifika u l-indipendenza tal-awdituri u tal-korpi rilevanti tal-iskema;

(f) l-aġġornamenti tas-suq tal-iskema, l-ammont ta' materja prima u bijokarburanti ċċertifikati, skont il-pajjiż ta' oriġini u t-tip, in-numru ta' parteċipanti;

(f) l-aġġornamenti tas-suq tal-iskema, l-ammont ta' materja prima u bijokarburanti ċċertifikati, skont il-pajjiż ta' oriġini u t-tip, in-numru ta' parteċipanti;

(g) il-faċilità u l-effettività tal-implimentazzjoni ta' sistema ta' traċċar tal-provi ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà li l-iskema tagħti lill-membru(i) tagħha, tali sistema bl-intenzjoni li sservi bħala mezz ta' prevenzjoni tal-attività ta' frodi bil-ħsieb partikolari tal-identifikazzjoni, it-trattament u s-segwitu tal-frodi u irregolaritajiet oħrajn suspettati u fejn adatt, għadd ta' każijiet ta' frodi jew irregolaritajiet identifikati;

(g) il-faċilità u l-effettività tal-implimentazzjoni ta' sistema ta' traċċar tal-provi ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà li l-iskema tagħti lill-membru(i) tagħha, tali sistema bl-intenzjoni li sservi bħala mezz ta' prevenzjoni tal-attività ta' frodi bil-ħsieb partikolari tal-identifikazzjoni, it-trattament u s-segwitu tal-frodi u irregolaritajiet oħrajn suspettati u fejn adatt, għadd ta' każijiet ta' frodi jew irregolaritajiet identifikati;

u b'mod partikolari:

u b'mod partikolari:

(h) għażliet għall-entitajiet biex ikunu awtorizzati jirrikonoxxu u jissorveljaw il-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(h) għażliet għall-entitajiet biex ikunu awtorizzati jirrikonoxxu u jissorveljaw il-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(i) kriterji għar-rikonoxximent u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(i) kriterji għar-rikonoxximent u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(j) regoli dwar kif għandu jsir il-monitoraġġ tal-korpi ta' ċertifikazzjoni.

(j) regoli dwar kif għandu jsir il-monitoraġġ tal-korpi ta' ċertifikazzjoni.

Stat Membru jista' jinnotifika l-iskema nazzjonali tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-valutazzjoni ta' tali skema. Deċiżjoni dwar il-konformità ta' tali skema nazzjonali notifikata bil-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3), sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent bilaterali u multilaterali reċiproku ta' skemi għall-verifika tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà għall-bijokarburanti. Fejn id-deċiżjoni hija pożittiva, l-iskemi stabbiliti skont dan l-Artikolu m'għandhomx jirrifjutaw ir-rikonoxximent reċiproku mal-iskema ta' dak l-Istat Membru.";

Stat Membru jista' jinnotifika l-iskema nazzjonali tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-valutazzjoni ta' tali skema. Deċiżjoni dwar il-konformità ta' tali skema nazzjonali notifikata bil-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3), sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent bilaterali u multilaterali reċiproku ta' skemi għall-verifika tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà għall-bijokarburanti. Fejn id-deċiżjoni hija pożittiva, l-iskemi stabbiliti skont dan l-Artikolu m'għandhomx jirrifjutaw ir-rikonoxximent reċiproku mal-iskema ta' dak l-Istat Membru.";

 

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq fid-dawl tar-rapport li saret referenza għalih fit-tieni subparagrafu, tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-iskemi volontarji bl-għan li tiġi promossa l-aħjar prattika.";

Emenda  36

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt -a (ġdid)

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7d – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 7a u l-Artikolu 7b(2), l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja minn bijokarburanti għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

"1. Għall-finijiet tal-Artikolu 7a u l-Artikolu 7b(2), l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja minn bijokarburanti għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

(a) fejn valur awtomatiku għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra għall-mogħdija ta' produzzjoni tal-bijokarburant hija stabbilita fil-Parti A jew B tal-Anness IV u fejn il-valur el għal dawk il-bijokarburanti kkalkulat skont il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness IV huwa ugwali għal żero jew anqas, billi jintuża dak il-valur awtomatiku;

(a) fejn valur awtomatiku għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra għall-mogħdija ta' produzzjoni tal-bijokarburant hija stabbilita fil-Parti A jew B tal-Anness IV u fejn il-valur el għal dawk il-bijokarburanti kkalkulat skont il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness IV huwa ugwali għal żero jew anqas, billi jintuża dak il-valur awtomatiku;

(b) bl-użu ta' valur attwali kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV; jew

(b) bl-użu ta' valur attwali kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV; jew

(c) billi jintuża valur ikkalkulat bħala s-somma tal-fatturi tal-formola msemmija fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness IV, fejn il-valuri awtomatiċi diżaggregati fil-Parti D jew E tal-Anness IV jistgħu jintużaw għal xi fatturi, u valuri reali, ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV, għall-fatturi l-oħra kollha.

(c) billi jintuża valur ikkalkulat bħala s-somma tal-fatturi tal-formola msemmija fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness IV, fejn il-valuri awtomatiċi diżaggregati fil-Parti D jew E tal-Anness IV jistgħu jintużaw għal xi fatturi, u valuri reali, ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV, għall-fatturi l-oħra kollha.

 

Għall-finijiet tal-Artikolu 7a, mill-2020 'il quddiem l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra taċ-ċiklu tal-ħajja mill-bijokarburanti għandhom jiġu kkalkolati biż-żieda mar-riżultat tal-valur rispettiv fl-Anness V, miksub skont l-ewwel subparagrafu.

Emenda  37

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 5 – punt -aa (ġdid)

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7d – paragrafu 1a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(-aa) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

 

'1a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-inklużjoni fl-Anness IV ta' proċedura tal-kalkolu tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn karburanti likwidi u gassużi rinnovabbli b'oriġini mhux bijoloġika u bl-iskop ta' qbid tal-karbonju u tal-użu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sat-30 ta' Ġunju 2016.'

Emenda  38

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt a

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7d – paragrafu 5

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar il-valuri stmati tipiċi u prestabbiliti fil-Partijiet B u E tal-Anness IV, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali għal emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-trasport u mill-ipproċessar.

5. Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika rapport dwar il-valuri stmati tipiċi u prestabbiliti fil-Partijiet B u E tal-Anness IV, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali għal emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-trasport u mill-ipproċessar.

F'każ li r-rapporti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jindikaw li l-valuri tipiċi u prestabbiliti stmati fil-Partijiet B u E tal-Anness IV jistgħu jeħtieġu li jiġu aġġustati fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha, kif adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament u lill-Kunsill.";

F'każ li r-rapporti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jindikaw li l-valuri tipiċi u prestabbiliti stmati fil-Partijiet B u E tal-Anness IV jistgħu jeħtieġu li jiġu aġġustati fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a li jirrigwardaw il-korrezzjoni ta' dawk il-valuri.";

Emenda  39

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt b

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7d – paragrafu 6

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(b) il-paragrafu 6 huwa mħassar;

(b) il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej;

 

6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-adattament tal-Anness V għall-progress tekniku u xjentifiku, inkluż bir-reviżjoni tal-valuri tal-grupp propost ta' għelejjel minn tibdil indirett fl-użu tal-art abbażi tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli. Għall-fini tal-evalwazzjoni tal-mudelli ekonomiċi użati għall-istima ta' tali valuri tat-tibdil indirett fl-użu tal-art, il-Kummissjoni fl-eżami mill-ġdid tagħha għandha tinkludi l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli fir-rigward tas-suppożizzjonijiet ewlenin li jinfluwenzaw ir-riżultati tal-immudellar, inklużi tendenzi mkejla tal-prodott agrikolu u l-produttività, l-allokazzjoni tal-koprodotti u t-tibdil osservat fl-użu globali tal-art u r-rati ta' deforestazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet interessati jkunu involuti f'tali proċess ta' eżami mill-ġdid. L-ewwel eżami mill-ġdid ta' dan it-tip għandu jiġi konkluż sat-30 ta' Ġunju 2016.

 

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi valuri ġodda tat-tibdil indirett fl-użu tal-art f'aktar livelli ta' diżaggregazzjoni; tinkludi valuri addizzjonali, kif ikun xieraq, jekk materja prima ġdida għall-bijokarburant tidħol fis-suq; teżamina mill-ġdid il-kategoriji ta' bijokarburanti li huma assenjati emissjonijiet żero minn tibdil indirett fl-użu tal-art; u tiżviluppa fatturi għal materja prima minn għelejjel imkabbra apposta għall-enerġija fuq l-art.'

Emenda  40

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt c

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7d – paragrafu 7 – subparagrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(c) fil-paragrafu 7, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

(c) fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"7. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt analiżi l-Anness IV, bil-ħsieb, fejn iġġustifikat, taż-żieda ta' valuri għal aktar mogħdijiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal oħra. Dik l-analiżi għandha tqis ukoll il-modifika tal-metodoloġija stabbilita fil-Parti C għall-Anness IV, partikolarment fir-rigward ta':

"7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-adattament tal-Anness IV għall-progress tekniku u xjentifiku, inkluż biż-żieda ta' valuri għal aktar mogħdijiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal materja prima oħra u billi tkun immodifikata l-metodoloġija stabbilita fil-Parti C."

– il-metodu kif jiġu ttrattati l-iskart u r-residwi;

 

– il-metodu kif jiġu ttrattati l-prodotti sekondarji;

 

– il-metodu kif tiġi ttrattata l-koġenerazzjoni; kif ukoll

 

– l-istatus mogħti lir-residwi tal-għalla bħala prodotti sekondarji.

 

Il-valuri prestabbiliti għall-iskart veġetali jew il-bijodiżil miż-żejt tal-annimali għandhom jiġu riveduti malajr kemm jista' jkun. F'każ li r-reviżjoni tal-Kummissjoni tikkonkludi li għandhom isiru żidiet għall-Anness IV, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 10a biex iżżid, iżda mhux biex tneħħi jew temenda, il-valuri stmati tipiċi u prestabbiliti fil-Partijiet A, B, D u E tal-Anness IV għall-mogħdijiet tal-bijokarburanti li għalihom għadhom mhumiex inklużi valuri speċifiċi f'dak l-Anness.";

 

Emenda  41

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt d

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 7d – paragrafu 8

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(d) il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d) il-paragrafu 8 huwa mħassar.

"8. Fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-punt 9 tal-Parti C tal-Anness IV, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet u definizzjonijiet tekniċi dettaljati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3).".

 

Emenda  42

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 8a – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Fid-dawl tal-valutazzjoni mwettqa bl-użu tal-metodoloġija tat-test imsemmija fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jirrevedu l-limitu tal-kontenut tal-MMT tal-karburant speċifikat fil-paragrafu 2, abbażi ta' proposta leġislattiva mill-Kummissjoni.".

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tar-reviżjoni tal-limitu tal-kontenut tal-MMT tal-karburant speċifikat fil-paragrafu 2. Din ir-reviżjoni għandha ssir abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa bl-użu tal-metodoloġija ta' ttestjar imsemmija fil-paragrafu 1. Il-limitu jista' jitnaqqas għal żero fejn ikun ġustifikat mill-valutazzjoni tar-riskji. Dan, ma jistax jiġi miżjud jekk ma jkunx ġustifikat mill-valutazzjoni tar-riskji.

Emenda  43

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt k

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(k) il-mogħdijiet ta' produzzjoni, il-volumi u l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għal kull unità ta' enerġija prodotta tul iċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi l-valuri proviżorji medji tal-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi ta' sensittività skont l-Anness V, tal-bijokarburanti kkunsmati fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament d-data dwar l-emissjonijiet proviżorji stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi ta' sensittività.".

(k) il-mogħdijiet ta' produzzjoni, il-volumi u l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għal kull unità ta' enerġija prodotta tul iċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi l-valuri tal-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art skont l-Anness V, tal-bijokarburanti kkunsmati fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament id-data dwar l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art.".

Emenda  44

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(9a) Fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

'2a. Il-Kummissjoni għandha tibqa' tivverifika l-prestazzjoni tal-bijokarburanti fil-kundizzjonijiet staġjonali kollha eżistenti fl-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura li l-kwalità tal-bijokarburanti użati fil-vetturi ma twassalx għal żieda fl-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa, tas-CO2 jew f'deterjorament tal-prestazzjoni tal-vetturi b'mod ġenerali.

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a jekk ikun meħtieġ fir-rigward tal-adattament tal-Anness I jew II għall-progress tekniku u xjentifiku biex tintroduċi parametri, limiti ta' ttestjar u metodi ta' ttestjar speċifiċi.'

Emenda  45

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 11

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 10a – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 7d(7) u 10(1) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn ...+

2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 7a(5), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3), fl-Artikoli 7d(1a), 7d(5), 7d(6), 7d(7), 8a(3), 9(2a) u 10(1) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... + Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

Emenda  46

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 11

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 10a – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7d(7) u 10(1) tista' tkun irrevokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7a(5), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3), fl-Artikoli 7d(1a), 7d(5), 7d(6), 7d(7), 8a(3), 9(2a) u 10(1) tista' tkun irrevokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda  47

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 11

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 10a – paragrafu 5

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 7d(7) u 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.'.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7a(5), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3), l-Artikoli 7d(1a), 7d(5), 7d(6), 7d(7), 8a(3), 9(2a) u 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.'.

Emenda  48

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt 12

Direttiva 98/70/KE

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitati ma jagħtu ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Emenda  49

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt k

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

-1. Fl-Artikolu 2(2), il-punt k għandu jinbidel b'dan li ġej:

(k) "skema ta' sostenn" tfisser kull strument, skema jew mekkaniżmu applikat minn Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri, li jippromwovu l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli billi titnaqqas l-ispiża ta' dik l-enerġija, b'żieda tal-prezz li bih tista' tinbiegħ, jew b'żieda, permezz ta' obbligu ta' enerġija rinnovabbli jew b'mod ieħor, tal-volum ta' din l-enerġija mixtrija. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal, l-għajnuna għall-investiment, l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis mit-taxxi, ir-rifużzjonijiet tat-taxxa, l-iskemi ta' sostenn għall-obbligu ta' enerġija rinnovabbli, u l-iskemi ta' sostenn, inklużi dawk li jużaw ċertifikati ekoloġiċi, iżda wkoll l-iskemi diretti ta' sostenn għall-prezzijiet, inklużi tariffi "feed-in" u ħlasijiet ta' primjums;

(k) "(k) "skema ta' sostenn" tfisser kull strument, skema jew mekkaniżmu applikat minn Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri, li jippromwovu l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli billi titnaqqas l-ispiża ta' dik l-enerġija, b'żieda tal-prezz li bih tista' tinbiegħ, jew b'żieda, permezz ta' obbligu ta' enerġija rinnovabbli jew b'mod ieħor, tal-volum ta' din l-enerġija mixtrija; dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal, l-għajnuna għall-investiment, l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis mit-taxxi, ir-rifużjonijiet tat-taxxa, l-iskemi ta' sostenn għall-obbligu ta' enerġija rinnovabbli, u l-iskemi ta' sostenn, inklużi dawk li jużaw ċertifikati ekoloġiċi, iżda wkoll l-iskemi diretti ta' sostenn għall-prezzijiet, inklużi tariffi "feed-in" u ħlasijiet ta' primjums; skemi ta' sostenn ma għandhomx joħolqu distorsjonijiet fis-swieq tal-materja prima ta' setturi industrijali oħra li tradizzjonalment jużaw din l-istess materja prima.'

Emenda  50

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt p

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(p) "skart" għandha tkun iddefinita bħalma hi ddefinita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sustanzi li jkunu ġew modifikati jew kontaminati intenzjonalment biex ikunu skont id-definizzjoni ma jkunux koperti minn din id-definizzjoni;

(p) "skart" tfisser kull sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew ikun beħsiebu jew ikun meħtieġ li jarmi, bħalma hi ddefinita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li l-istat tagħhom ikun soġġett għal verifika indipendenti u għal ċertifikazzjoni fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita skont l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva, jew ma' programm komparabbli ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tal-iskart. Sustanzi li jkunu ġew modifikati jew kontaminati intenzjonalment biex ikunu skont id-definizzjoni ma jkunux koperti minn din il-kategorija;

Emenda  51

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt s

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(s) "materjal ċellulożiku mhux tal-ikel" tfisser materja prima prinċipalment magħmula minn ċelluloża u emiċelluloża, u b'kontenut aktar baxx ta' linjin minn materjal linjoċellulożiku; hija tinkludi residwi tal-ikel u tal-għalla tal-ikel (bħal tiben, magħlef, ħlief u qxur), għelejjel tal-enerġija ta' ħaxix b'kontenut baxx ta' lamtu (bħal switchgrass, miscanthus, kannamieli kbira), residwi industrijali (inklużi minn għelejjel għall-ikel u l-għalf wara li żjut veġetali, zokkrijiet, lamti u proteini jkunu ġew estratti), u materjal mill-bijoskart;

(s) "materjal ċellulożiku mhux tal-ikel" tfisser materja prima prinċipalment magħmula minn ċelluloża u emiċelluloża, u b'kontenut aktar baxx ta' linjin minn materjal linjoċellulożiku; hija tinkludi residwi tal-ikel u tal-għalla tal-ikel (bħal tiben, magħlef, ħlief u qxur), għelejjel tal-enerġija ta' ħaxix b'kontenut baxx ta' lamtu (bħal alfalfa u għelejjel oħra tal-iffissar tan-nitroġenu, għelejjel ta' kopertura qabel u wara l-għelejjel annwali taċ-ċereali u ż-żejt, il-kaktus u għelejjel oħra tal-CAM, sikrana, switchgrass, miscanthus, kannamieli kbira, eċċ), residwi industrijali (inklużi minn għelejjel għall-ikel u l-għalf wara li żjut veġetali, zokkrijiet, lamti u proteini jkunu ġew estratti), u materjal mill-bijoskart;

Emenda  52

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 2 - punt ta (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ta) "karburanti rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika" tfisser il-karburanti gassużi jew likwidi, għajr il-bijokarburanti, li l-kontenut enerġetiku tagħhom joriġina minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għajr il-bijomassa, li jintużaw fit-trasport u li jilħqu ffrankar minimu tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta' kwalità ta' din id-Direttiva.

Emenda  53

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 2 – punt v

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(v) "bijokarburanti u bijolikwidi ta' riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art" tfisser bijokarburanti u bijolikwidi, li l-materja prima tagħhom mhijiex elenkata fil-parti A tal-Anness VIII jew elenkata fil-parti A tal-Anness VIII, iżda li ġew prodotti fi skemi li jnaqqsu l-ispostament tal-produzzjoni għal finijiet minbarra dawk ta' produzzjoni ta' bijokarburanti u bijolikwidi u li ġew prodotti f'konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà għal bijokarburanti u bijolikwidi li huma stipulati fl-Artikolu 17. Jista' jiġi kkunsidrat biss l-ammont ta' materja prima li jikkorrispondi mat-tnaqqis proprju fl-ispostament miksub permezz tal-iskema. Tali skemi jistgħu joperaw bħala proġetti individwali fil-livell lokali jew inkella bħala miżuri ta' politika li jkopru b'mod parzjali jew sħiħ it-territorju ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz. L-ispostament tal-produzzjoni għal finijiet għajr dawk ta' produzzjoni ta' bijokarburanti u bijolikwidi jista' jitnaqqas jekk l-iskema tikseb żidiet fil-produttività fiż-żona li hija tkopri lil hinn minn livelli li kieku kienu jiddominaw fin-nuqqas ta' tali skemi ta' promozzjoni tal-produttività.

imħassar

Emenda  54

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2 – sottopunt a

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Għall-fini ta' konformità mal-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-kontribut konġunt massimu minn bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn ċereali u minn għelejjel oħra b'kontenut għoli ta' lamtu, u minn għelejjel taz-zokkor u taż-żejt ma għandux tkun aktar mill-kwantità ta' enerġija li tkun tikkorrispondi għall-kontribut massimu kif stabbilit fil-paragrafu 4(d).

Għall-fini ta' konformità mal-miri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-kontribut konġunt massimu minn bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn ċereali u minn għelejjel oħra b'kontenut għoli ta' lamtu, u minn għelejjel taz-zokkor u taż-żejt u għelejjel għall-enerġija oħra kkultivati fuq l-art ma għandux ikun aktar mill-kwantità ta' enerġija li tkun tikkorrispondi għall-kontribut massimu kif stabbilit fil-paragrafu 4(d).

Emenda  55

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2 – punt aa (ġdid)Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa) l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-forom kollha ta' trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10 % tal-konsum finali ta' enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru.

"4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli f'kull għamla ta' trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10 % tal-konsum finali ta' enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru. Stat Membru jista' jidderoga minn din il-mira jekk ikunu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

 

- l-Istat Membru jkun kiseb il-miri stipulati fil-paragrafi 1 u 2;

 

- il-konsum totali tal-enerġija fit-trasport fl-Istat Membru ma jaqbiżx it-tbassir fil-pjan ta' azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli;"

Emenda  56

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2 – punt b – punt iv

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt d

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(d) għall-kalkolu ta' bijokarburanti fin-numeratur, is-sehem ta' enerġija minn bijokarburanti prodotti minn ċereali u minn għelejjel oħra b'kontenut għoli ta' lamtu, u minn għelejjel taz-zokkor u taż-żejt ma għandux ikun aktar minn 7 % tal-konsum finali ta' enerġija fit-trasport fl-Istati Membri fl-2020;

(d) għall-kalkolu ta' bijokarburanti fin-numeratur, is-sehem ta' enerġija minn bijokarburanti prodotti minn ċereali u minn għelejjel oħra b'kontenut għoli ta' lamtu, u minn għelejjel taz-zokkor u taż-żejt u għelejjel għall-enerġija oħra kkultivati fuq l-art ma għandux ikun aktar minn 6 % tal-konsum finali ta' enerġija fit-trasport fl-Istati Membri fl-2020;

Emenda  57

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2 – punt b – punt iv

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt e

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(e) l-Istati Membri għandhom ifittxu li jilħqu l-għan ta' proporzjon minimu ta' bijokarburanti prodotti minn materja prima u karburanti oħra elenkati fil-parti A tal-Anness IX, li jiġu kkunsmati fit-territorju tagħhom. Għal dak l-għan, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira nazzjonali, li għandu jimpenja li jikseb. Valur ta' referenza għal din il-mira hija ta' 0,5 punti perċentwali f'kontenut ta' enerġija tas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-forom kollha ta' trasport fl-2020 msemmija fl-ewwel subparagrafu, li għandu jkun issodisfat b'bijokarburanti prodotti minn materja prima, u karburanti oħra elenkati fil-Parti A tal-Anness IX, u li għandu jitqies bħala darbtejn aktar mill-kontenut tal-enerġija tagħhom f'konformità mal-punt (f) ta' dan is-subparagrafu u l-parti A tal-Anness IX. Barra minn hekk, bijokarburanti magħmula minn materja prima mhux elenkati fl-Anness IX li ġew stabbiliti li huma skart, residwi, materjal taċ-ċelluloża mhux tal-ikel u materjal linjoċellulożiku mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u huma użati f'installazzjonijiet eżistenti qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE+ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, jistgħu jingħaddu għall-mira nazzjonali.

(e) Kull Stat Membru għandu jiżgura li jilħaq dik il-porzjoni ta' enerġija minn bijokarburanti prodotti minn materja prima u karburanti oħra elenkati fil-parti A tal-Anness IX, fil-mezzi kollha tat-trasport fl-2020 huwa ta' għall-inqas 1,25 % tal-konsum finali tal-enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mira nazzjonali aktar baxxa mill-valur ta' referenza ta' 0,5 punti perċentwali, ibbażata fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:

 

(i) fatturi oġġettivi bħal potenzjal limitat ta' produzzjoni sostenibbli ta' bijokarburanti minn materja prima għal ipproċessar industrijali u produttiv u karburanti oħra elenkati fil-parti A tal-Anness IX, jew id-disponibilità limitata ta' bijokarburanti bħal dawn fuq il-prezzijiet kosteffiċjenti fis-suq, filwaqt li jqisu l-valutazzjoni li tinsab fir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/…/UE;

 

(ii) il-karatteristiċi speċifiċi tekniċi jew klimatiċi tas-suq nazzjonali għall-karburanti għat-trasport, bħall-kompożizzjoni u l-kondizzjoni tal-flotta tal-vetturi tat-triq; jew

 

(iii) il-politiki nazzjonali jallokaw riżorsi finanzjarji proporzjonati biex iħeġġu l-użu tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-trasport.

 

Il-Kummissjoni għandha tippubblika:

 

- il-miri nazzjonali tal-Istati Membri u, meta applikabbli, ir-raġunijiet għal differenzjazzjoni tal-mira nazzjonali tagħhom meta mqabbla mal-valur ta' referenza, innotifikata f'konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/…/UE+;

 

- rapport ta' sintesi dwar il-kisbiet tal-Istati Membri lejn il-miri nazzjonali tagħhom.'

 

__________________

 

+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' din id-Direttiva.

 

Emenda  58

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2 – punt b – punt iv

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt ea (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ea) Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f'petrol fl-2020 ikun ta' mill-inqas 6.5% tal-konsum finali tal-enerġija f'petrol fit-trasport f'dak l-Istat Membru.

Emenda  59

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2 – punt b – punt iv

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt f

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(f) bijokarburanti prodotti minn materja prima elenkati fl-Anness IX għandhom jitqiesu bħala d-doppju tal-kontenut enerġetiku tagħhom.

imħassar

Emenda  60

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2 – sottopunt d

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 4

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Għall-finijiet ta' konformità mal-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u dan il-paragrafu, il-kontribut li jsir minn bijokarburanti prodotti minn materja prima elenkati fil-parti A tal-Anness IX għandhom jitqiesu bħala darbtejn il-kontenut tal-enerġija tagħhom.

Għall-finijiet ta' konformità mal-mira stabbilita fl-ewwel paragrafu ta' dan il-paragrafu, il-kontribut li jsir minn bijokarburanti prodotti minn materja prima elenkati fil-parti A tal-Anness IX għandhom jingħaddu għal ħafna drabi mill-kontenut ta' enerġija tagħhom skont ir-regoli stabbiliti f'dak l-Anness.

Emenda  61

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2 – sottopunt da (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(da) jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

Sa [sena mid-data li fiha din id-Direttiva tidħol fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet għal miżuri addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jippromwovu u jinkoraġġixxu l-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija fis-settur tat-trasport. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu stimi tal-kwantità ta' enerġija li tista' tiġi ffrankata bl-implimentazzjoni ta' kull waħda minn dawk il-miżuri. Il-kwantità tal-enerġija li tikkorrispondi għall-miżuri implimentati minn Stat Membru għandha titqies għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4."

Emenda  62

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2 – punt b – sottopunt db (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(db) jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"4b. Bil-għan li tintlaħaq il-mira stipulata fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-konsum globali tal-enerġija fis-settur tat-trasport sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika f'dak is-settur b'tal-inqas 12 % fir-rigward tal-previżjonijiet attwali għall-konsum globali tal-enerġija fis-settur tat-trasport sal-2020."

Emenda  63

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2 – sottopunt e

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 25 biex temenda l-lista ta' materja prima fil-parti A tal-Anness IX sabiex iżżid materja prima, iżda mhux biex tneħħiha. Il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat separata fir-rigward ta' kull materja prima li għandu jiżdied mal-lista fil-parti A tal-Anness IX. Kull att delegat għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-progress xjentifiku u tekniku l-aktar reċenti, b'kont debitu meħud tal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart, u li jappoġġa l-konklużjoni li l-materja prima inkwistjoni ma joħloqx domanda addizzjonali għall-art jew effetti distorsivi sinifikanti fuq is-swieq għal prodotti (sekondarji), skart jew residwi, li jipprovdi tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra meta mqabbel ma' karburanti fossili, u li ma għandux ir-riskju li joħloq impatti negattivi fuq l-ambjent u l-bijodiversità.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 25a biex temenda l-lista ta' materja prima fil-parti A tal-Anness IX. Il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat separat fir-rigward ta' kull materja prima. Kull att delegat għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-progress xjentifiku u tekniku l-aktar reċenti, b'kont debitu meħud tal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE, u li jappoġġa l-konklużjoni li l-materja prima inkwistjoni ma joħloqx domanda addizzjonali għall-art jew effetti distorsivi sinifikanti fuq is-swieq għal prodotti (sekondarji), skart jew residwi, li jipprovdi tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra meta mqabbel ma' karburanti fossili, u li ma għandux ir-riskju li joħloq impatti negattivi fuq l-ambjent u l-bijodiversità.

Emenda  64

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(2a) Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"3a. Kull Stat Membru għandu jippubblika u jinnotifika lill-Kummissjoni sa [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] dokument ta' tbassir li jindika l-miżuri addizzjonali li biħsiebu jieħu skont l-Artikolu 3(4b)."

Emenda  65

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(2b) Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

‘3b. Kull Stat Membru għandu jippubblika previżjonijiet li jindikaw il-miżuri li hu għandu l-intenzjoni li jieħu biex jilħaq il-mira stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) u jinnotifika lill-Kummissjoni dwaru, sa [sena wara d-data li fiha din id-Direttiva tidħol fis-seħħ].'

Emenda  66

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 3

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(3) Fl-Artikolu 5, jitħassar il-paragrafu 5.

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 5, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej:

 

'Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 a fir-rigward tal-adattament tal-kontenut ta' enerġija ta' karburanti tat-trasport kif stabbilit fl-Anness III għal progress xjentifiku u tekniku.'

Emenda  67

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 5 – sottopunt -a (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a) il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1. Irrispettivament minn jekk il-materja prima kinitx ikkultivata fit-territorju tal-Komunità jew barra minnu, l-enerġija mill-bijokarburanti u bijolikwidi għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) biss jekk tissodisfa l-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6:

"1. Irrispettivament minn jekk il-materja prima kinitx ikkultivata fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, l-enerġija mill-bijokarburanti u bijolikwidi għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) biss jekk tissodisfa l-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u ma jaqbżux il-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4)(d):"

(a) il-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-miri nazzjonali;

(a) il-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-miri nazzjonali;

(b) il-kejl tal-konformità mal-obbligi tal-enerġija rinnovabbli;

(b) il-kejl tal-konformità mal-obbligi tal-enerġija rinnovabbli;

(c) liġibbiltà għal sostenn finanzjarju għall-konsum ta' bijokarburanti u bijolikwidi.

(c) eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju għall-konsum ta' bijokarburanti u bijolikwidi.

Madankollu, il-bijokarburanti u l-bijolikwidi prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-foresterija, iridu jissodisfaw biss il-kriterju ta' sostenibbiltà stabbilit fil-paragrafu 2 sabiex jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

Madankollu, il-bijokarburanti u l-bijolikwidi prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-foresterija, iridu jissodisfaw biss il-kriterju ta' sostenibbiltà stabbilit fil-paragrafi 2 u 4a sabiex jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c)."

Emenda  68

Pożizzjoni tal-Kunsill

Article 2 – point 5 - point b

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

"Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema bur huwa kopert minn dak il-punt. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3).".

'Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25a biex tistabbilixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex ikun deċiż liema bur huwa kopert mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.'

Emenda  69

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 5 – sottopunt ba (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 17 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"4a. Bijokarburanti u l-bijolikwidi meqjusin għall-finijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu magħmulin minn skart li jkun soġġett għall-miri tal-użu mill-ġdid u riċiklaġġ skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tal-iskart u tar-residwi koperti mid-Direttiva 2008/98/KE għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u bijolikwidi meqjusa għall-finijiet previsti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandu jkun konformi mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu debitament kont tal-prinċipju tal-użu kaskat, b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi ekonomiċi u teknoloġiċi reġjonali u lokali."

Emenda  70

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 5 – sottopunt bb (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 17 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(bb) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"4b. Il-bijokarburanti u l-bijolikwidi meqjusin għall-finijiet previsti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrfau 1 m'għandhomx ikunu magħmulin minn materja prima miksuba mill-art, sakemm ma jiġux rispettati d-drittijiet legali tal-partijiet terzi rigward l-użu u d-dritt ta' proprjetà, fost l-oħrajn bil-ksib tal-kunsens liberu, infurmat u minn qabel tagħhom u bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet rappreżentattivi tagħhom."

Emenda  71

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 6 – punt –a (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(-a) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2a. Il-Eurostat għandu jiġbor u jippubblika informazzjoni dettaljata relatata mal-kummerċ dwar il-bijokarburanti prodotti mill-għelejjel tal-ikel, bħal dawk b'bażi ta' ċereali u għelejjel oħra b'kontenut rikk ta' lamtu, għelejjel ta' pjanti taz-zokkor u ta' pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt. Informazzjoni disponibbli għandha tkun dejta diżaggregata dwar il-kummerċ kemm għall-etanol kif ukoll għall-bijodiżil billi d-dejta attwali hija ppubblikata f'format aggregat b'importazzjonijiet u esportazzjonijiet tal-etanol u l-bijodiżil ikkombinati taħt sett tad-dejta wieħed ikklassifikat bħala bijokarburanti. Id-dejta tal-importazzjoni u l-esportazzjoni għandha tidentifika t-tipi u l-volumi ta' bijokarburanti importati u kkunsmati mill-Istati Membri. Id-dejta għandha tinkludi wkoll il-pajjiż tal-oriġini jew il-pajjiż li jkun qed jesporta dawk il-prodotti lejn l-Unjoni. Id-dejta dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' materja prima bijoloġika għall-ipproċessar industrijali u produttiv jew ta' prodotti pproċessati parzjalment għandha tittejjeb permezz tal-ġbir u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni tal-Eurostat dwar l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-materja prima, it-tip u l-pajjiż tal-oriġini, inkluża materja prima nnegozjata internament jew seminegozjata."

Emenda  72

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 6 – sottopunt d

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 18 – paragrafu 6 – subparagrafu 7

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Stat Membru jista' jinnotifika l-iskema nazzjonali tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-valutazzjoni ta' tali skema. Deċiżjoni dwar il-konformità ta' tali skema nazzjonali nnotifikata mal-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3), sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent bilaterali u multilaterali reċiproku ta' skemi għall-verifika tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi. Fejn id-deċiżjoni hija pożittiva, l-iskemi stabbiliti skont dan l-Artikolu m'għandhomx jirrifjutaw ir-rikonoxximent reċiproku mal-iskema ta' dak l-Istat Membru.

Stat Membru jista' jinnotifika l-iskema nazzjonali tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-valutazzjoni ta' tali skema. Deċiżjoni dwar il-konformità ta' tali skema nazzjonali nnotifikata mal-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3), sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent bilaterali u multilaterali reċiproku ta' skemi għall-verifika tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi.

Emenda  73

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 6 – sottopunt e

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 18 – paragrafu 8

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

"8. Fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 fir-rigward ta' sors ta' bijokarburant u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax jikkunsidra bijokarburant magħmul minn dak is-sors għall-finijiet tal-Artikolu 17(1).".

‘8. Fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 fir-rigward ta' sors ta' bijokarburant jew bijolikwidu u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax jikkunsidra bijokarburant jew bijolikwidu magħmul minn dak is-sors għall-finijiet tal-Artikolu 17(1).'.

Emenda  74

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 7 – sottopunt -a (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(-a) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

'1a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25a fir-rigward tal-inklużjoni fl-Anness V ta' proċedura tal-kalkolu tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn karburanti likwidi u gassużi rinnovabbli b'oriġini mhux bijoloġika u bl-iskop ta' qbid tal-karbonju u tal-użu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sat-30 ta' Ġunju 2016.'

Emenda  75

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 7 – sottopunt a

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 19 – paragrafu 5

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar il-valuri stmati tipiċi u awtomatiċi fil-partijiet B u E tal-Anness V, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-trasport u mill-ipproċessar.

5. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika rapport dwar il-valuri stmati tipiċi u awtomatiċi fil-partijiet B u E tal-Anness V, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-trasport u mill-ipproċessar.

Fil-każ li r-rapporti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jindikaw li l-valuri tipiċi u awtomatiċi stmati fil-partijiet B u E tal-Anness V jistgħu jeħtieġu li jiġu aġġustati fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha, kif adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament u lill-Kunsill.";

F'każ li r-rapporti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jindikaw li l-valuri tipiċi u prestabbiliti stmati fil-Partijiet B u E tal-Anness V jeħtieġu li jiġu aġġustati fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25a li jirrigwardaw il-korrezzjoni ta' dawk il-valuri.";

Emenda  76

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 7 – sottopunt b

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 19 – paragrafu 6

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(b) il-paragrafu 6 huwa mħassar;

(b) il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej;

 

'6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25a fir-rigward tal-adattament tal-Anness VIII għall-progress tekniku u xjentifiku, inkluż bir-reviżjoni tal-valuri tal-grupp propost ta' għelejjel minn tibdil indirett fl-użu tal-art abbażi tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli.

 

Għall-fini tal-evalwazzjoni tal-mudelli ekonomiċi użati għall-istima ta' tali valuri tat-tibdil indirett fl-użu tal-art, il-Kummissjoni fl-eżami mill-ġdid tagħha għandha tinkludi l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli fir-rigward tas-suppożizzjonijiet ewlenin li jinfluwenzaw ir-riżultati tal-immudellar, inklużi tendenzi mkejla tal-prodott agrikolu u l-produttività, l-allokazzjoni tal-koprodotti u t-tibdil osservat fl-użu globali tal-art u r-rati ta' deforestazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet interessati jkunu involuti f'tali proċess ta' eżami mill-ġdid. L-ewwel eżami mill-ġdid ta' dan it-tip għandu jiġi konkluż sat-30 ta' Ġunju 2016.

 

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi valuri ġodda tat-tibdil indirett fl-użu tal-art f'aktar livelli ta' diżaggregazzjoni; tinkludi emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra li jirriżultaw mit-trasport ta' materja prima; tinkludi valuri addizzjonali, jekk materja prima ġdida għall-bijokarburant tidħol fis-suq; u tiżviluppa fatturi għal materja prima minn għelejjel imkabbra apposta għall-enerġija fuq l-art.

Emenda  77

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 7 – sottopunt c

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 19 – paragrafu 7

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

"7. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt analiżi l-Anness V, bil-ħsieb, fejn iġġustifikat, taż-żieda ta' valuri għal aktar mogħdijiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal oħra. Dik l-analiżi għandha tqis ukoll il-modifika tal-metodoloġija stabbilita fil-parti C għall-Anness V, partikolarment fir-rigward ta':

'7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25a fir-rigward tal-adattament tal-Anness V għall-progress tekniku u xjentifiku, inkluż billi jingħaddu l-valuri għal aktar mogħdijiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal materja prima oħra u billi tkun immodifikata l-metodoloġija stabbilita fil-parti C'.

 

Dwar il-valuri awtomatiċi u l-metodoloġija stabbilita fl-Anness V, għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lil:

– il-metodu kif jiġu ttrattati l-iskart u r-residwi;

– il-metodu kif jiġu ttrattati l-iskart u r-residwi;

– il-metodu kif jiġu ttrattati l-prodotti sekondarji;

– il-metodu kif jiġu ttrattati l-prodotti sekondarji;

– il-metodu kif tiġi ttrattata l-koġenerazzjoni; kif ukoll

– il-metodu kif tiġi ttrattata l-koġenerazzjoni; kif ukoll

– l-istatus mogħti lir-residwi tal-għalla bħala prodotti sekondarji.

– l-istatus mogħti lir-residwi tal-għalla bħala prodotti sekondarji.

Il-valuri prestabbiliti għall-iskart veġetali jew il-bijodiżil miż-żejt tal-annimali għandhom jiġu riveduti malajr kemm jista' jkun. F'każ li r-reviżjoni tal-Kummissjoni tikkonkludi li għandhom isiru żidiet għall-Anness V, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 25a biex iżżid, iżda mhux biex tneħħi jew temenda, il-valuri stmati tipiċi u prestabbiliti fil-partijiet A, B, D u E tal-Anness V għall-mogħdijiet tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi li għalihom għadhom mhumiex inklużi valuri speċifiċi f'dak l-Anness.';

Il-valuri prestabbiliti għall-iskart veġetali jew il-bijodiżil miż-żejt tal-annimali għandhom jiġu riveduti malajr kemm jista' jkun.

Emenda  78

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 7 – sottopunt d

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 19 – paragrafu 8

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(d) il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d) il-paragrafu 8 huwa mħassar

"8. Fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-punt 9 tal-Parti C għall-Anness V il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet u definizzjonijiet tekniċi dettaljati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3).".

 

Emenda  79

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 9 – sottopunt -a (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a) Fl-Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

1. Kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress fil-promozzjoni u l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli sal-31 ta' Diċembru 2011, u kull sentejn wara dan. Is-sitt rapport, li għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta' Diċembru 2021, għandu jkun l-aħħar rapport meħtieġ.

'1. Kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress fil-promozzjoni u l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli sal-31 ta' Diċembru 2011, u kull sentejn wara dan.';

Emenda  80

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 9 – sottopunt a

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt i

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(i) l-iżvilupp u s-sehem tal-bijokarburanti magħmula minn materja prima elenkati fl-Anness IX inkluża valutazzjoni tar-riżorsi li tiffoka fuq l-aspetti ta' sostenibbiltà relatati mal-effett tas-sostituzzjoni ta' prodotti tal-ikel jew tal-għalf għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, waqt li jitqiesu b'mod debitu l-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE il-prinċipju tal-użu sussegwenti tal-bijomassa, iż-żamma tal-ħażna neċessarja ta' karbonju fil-ħamrija u l-kwalità tal-ħamrija u l-ekosistemi;

(i) l-iżvilupp u s-sehem tal-bijokarburanti magħmula minn materja prima elenkati fl-Anness IX inkluża valutazzjoni tar-riżorsi li tiffoka fuq l-aspetti ta' sostenibbiltà relatati mal-effett tas-sostituzzjoni ta' prodotti tal-ikel jew tal-għalf għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, waq t li jitqiesu b'mod debitu l-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE il-prinċipju tal-użu sussegwenti tal-bijomassa filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u teknoloġiċi reġjonali u lokali, iż-żamma tal-ħażna neċessarja ta' karbonju fil-ħamrija u l-kwalità tal-ħamrija u l-ekosistemi;

Emenda  81

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a) Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:.

2. Fil-valutazzjoni tal-iffrankar nett tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mill-użu ta' bijokarburanti, l-Istat Membru jista', għall-fini tar-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, juża l-valuri tipiċi mogħtija fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness V.

2. Fl-istima tat-tnaqqis nett ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta' bijokarburanti, l-Istat Membru jista', għall-fini tar-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, juża l-valuri tipiċi mogħtijin fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness V, u għandu jgħodd l-istimi ta' emissjonijiet għal tibdil indirett fl-użu tal-art stabbiliti fl-Anness VIII.

Emenda  82

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 10 – sottopunt b

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 23 – paragrafu 4

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

"4. Fir-rappurtar tagħha dwar emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art, il-Kummissjoni għandha tuża l-ammonti rappurtati mill-Istati Membri f'konformità mal-punt (o) tal-Artikolu 22(1), inklużi l-valuri medji proviżorji tal-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi ta' sensittività kif imsemmi fl-Anness VIII. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament d-data dwar l-emissjonijiet proviżorji stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi ta' sensittività.". Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk u kif tinbidel l-istima tal-iffrankar dirett fuq l-emissjonijiet jekk jittieħed kont tal-koprodotti bl-użu tal-approċċ ta' sostituzzjoni.";

"4. Fir-rappurtar tagħha dwar tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art, il-Kummissjoni għandha tuża l-ammonti rappurtati mill-Istati Membri f'konformità mal-punt (o) tal-Artikolu 22(1), inklużi l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art kif stabbilit fl-Anness VIII. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament id-data dwar l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art . Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk u kif tinbidel l-istima tal-iffrankar dirett fuq l-emissjonijiet jekk jittieħed kont tal-koprodotti bl-użu tal-approċċ ta' sostituzzjoni.";

Emenda  83

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 10 – sottopunt c

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt e

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(e) id-disponibbiltà u s-sostenibbiltà tal-bijokarburanti magħmula minn materja prima elenkati fl-Anness IX, inkluża valutazzjoni tal-effett tas-sostituzzjoni ta' prodotti tal-ikel jew tal-għalf għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, waqt li jitqiesu b'mod debitu l-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE, il-prinċipju tal-użu sussegwenti tal-bijomassa, iż-żamma tal-ħażna neċessarja ta' karbonju fil-ħamrija u l-kwalità tal-ħamrija u l-ekosistemi; kif ukoll

(e) id-disponibbiltà u s-sostenibbiltà tal-bijokarburanti magħmula minn materja prima elenkati fl-Anness IX, inkluża valutazzjoni tal-effett tas-sostituzzjoni ta' prodotti tal-ikel jew tal-għalf għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, waqt li jitqiesu b'mod debitu l-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE, il-prinċipju tal-użu sussegwenti tal-bijomassa, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u teknoloġiċi reġjonali u lokali, iż-żamma tal-ħażna neċessarja ta' karbonju fil-ħamrija u l-kwalità tal-ħamrija u l-ekosistemi; kif ukoll

Emenda  84

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 10 – sottopunt c

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt f

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(f) valutazzjoni dwar jekk il-firxa ta' inċertezza identifikata fl-analiżi li hija l-bażi tal-istimi ta' emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art tista' titnaqqas u jista' jitqies l-impatt possibbli tal-politiki tal-Unjoni, bħall-ambjent, il-klima u l-politiki agrikoli.";

(f) tibdil indirett fl-użu tal-art fir-rigward tal-mogħdijiet ta' produzzjoni kollha, inkluża valutazzjoni dwar jekk il-firxa ta' inċertezza identifikata fl-analiżi li hija l-bażi tal-istimi ta' emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art tista' titnaqqas u jista' jitqies l-impatt possibbli tal-politiki tal-Unjoni, bħall-ambjent, il-klima u l-politiki agrikoli.";

Emenda  85

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 11

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 25 – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitati ma jagħtu ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Emenda  86

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – punt 12

Direttiva 2009/28/KE

Artikolu 25 a

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

"Artikolu 25a

"Artikolu 25a

Eżerċizzju tad-delega

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1. Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(5) u 19(7) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn …+.

2. Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(5), 5(5), 17(3), 19(1a), 19(5), 19(6) u 19(7) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... +. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(5) u 19(7) tista' tkun irrevokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3. Id-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikoli 3(5), 5(5), 17(3), 19(1a), 19(5), 19(6) u 19(7) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 3(5) u 19(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.'.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(5), 5(5), 17(3), 19(1a), 19(5), 19(6) u 19(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.'.

Emenda  87

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn + , tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-kwantitajiet meħtieġa ta' bijokarburanti kosteffiċjenti fis-suq tal-Unjoni minn materja prima li ma jużawx art u minn għelejjel nonalimentari sal-2020, inkluża l-ħtieġa għal kriterji addizzjonali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, u tal-aħjar evidenza xjentifika disponibbli dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art assoċjati mal-produzzjoni tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk adatt, minn proposti għal aktar miżuri, b'kont meħud tal-konsiderazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Ir-rapport għandu wkoll jindika l-kriterji għall-identifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti u bijolikwidi ta' riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art, bil-ħsieb li jiġu aġġustati l-Anness V għad-Direttiva 98/70/KE u l-Anness VIII għad-Direttiva 2009/28/KE, jekk adatt.

1. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-kwantitajiet meħtieġa ta' bijokarburanti kosteffiċjenti fis-suq tal-Unjoni minn materja prima li ma jużawx art u minn għelejjel nonalimentari sal-2020 u tal-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tagħhom, inkluża l-ħtieġa għal kriterji addizzjonali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, u tal-aħjar evidenza xjentifika disponibbli dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art assoċjati mal-produzzjoni tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk adatt, minn proposti għal aktar miżuri, b'kont meħud tal-konsiderazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

2. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2017, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina mill-ġdid, abbażi tal-aqwa l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, l-effikaċja tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva biex jiġu limitati emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art assoċjati mal-produzzjoni ta' bijokarburanti u bijolikwidi. F'dan ir-rigward, ir-rapport għandu jinkludi wkoll l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli fir-rigward tas-suppożizzjonijiet ewlenin li jinfluwenzaw ir-riżultati tal-immudellar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art assoċjati mal-produzzjoni ta' bijokarburanti u bijolikwidi, inklużi tendenzi mkejla tar-rendimenti agrikoli u l-produttività, l-allokazzjoni tal-koprodotti globali u tibdil osservat fl-użu globali tal-art u r-rati ta' deforestazzjoni, u l-impatt possibbli tal-politiki tal-Unjoni, bħall-ambjent, il-klima u l-politiki agrikoli, li jinvolvu l-partijiet interessati f'tali proċess ta' reviżjoni. Ir-rapport għandu jeżamina wkoll l-iżviluppi fir-rigward ta' skemi ta' ċertifikazzjoni għal materja prima ta' bijokarburanti u bijolikwidi ta' riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art, elenkati fl-Anness V għad-Direttiva 98/70/KE u l-Anness VIII għad-Direttiva 2009/28/KE iżda prodotti taħt riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art permezz ta' miżuri ta' mitigazzjoni fil-livell ta' proġett, u l-effettività tagħhom.

2. Il-Kummissjoni għandha, qabel il-31 ta' Diċembru 2017, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina mill-ġdid, abbażi tal-aqwa u l-aħħar evidenza xjentifika:

 

(a) l-effikaċja tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva biex jiġu limitati emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art assoċjati mal-produzzjoni ta' bijokarburanti u bijolikwidi. F'dan ir-rigward, ir-rapport għandu jinkludi wkoll l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli għall-evalwazzjoni tal-immudellar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art assoċjati mal-produzzjoni ta' bijokarburanti u bijolikwidi, inklużi tendenzi mkejla tar-rendimenti agrikoli u l-produttività, l-allokazzjoni tal-koprodotti globali u tibdil osservat fl-użu globali tal-art u r-rati ta' deforestazzjoni, u l-impatt possibbli tal-politiki tal-Unjoni, bħall-ambjent, il-klima u l-politiki agrikoli, li jinvolvu l-partijiet interessati f'tali proċess ta' reviżjoni;

 

(b) l-effikaċja tal-inċentivi previsti għal bijokarburanti minn materja prima li ma jużawx art u minn għelejjel nonalimentari skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE u taħt l-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE;

 

(c) l-impatt tal-produzzjoni tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi għal setturi oħra li jużaw il-bijomassa;

 

(d) fid-dawl tar-rapporti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-effettività tal-miżuri meħuda għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

 

(e) il-possibbiltà li jiġu stabbiliti kriterji għall-identifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti u tal-bijolikwidi li huma prodotti fi skemi li jnaqqsu l-ispustament tal-produzzjoni għal finijiet oħra milli biex jiġu prodotti bijokarburanti u bijolikwidi, u skont il-kriterji ta' sostenibbiltà pprovduti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE, bil-għan li jiġi aġġornat l-Anness V għad-Direttiva 98/70/KE u l-Anness VIII għad-Direttiva 2009/28/KE, jekk adatt.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu, jekk ikun adatt, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva bbażata fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, biex ikunu introdotti fatturi aġġustati ta' emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art fil-kriterji adatti ta' sostenibbiltà u minn rieżami tal-effikaċja tal-inċentivi previsti għal bijokarburanti minn materja prima li ma jużawx art u minn għelejjel nonalimentari skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE. Bħala parti minn dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tar-rapporti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/28/KE, tevalwa l-effettività tal-miżuri mittieħda għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, u għandha, jekk adatt, tippreżenta proposti għal aktar miżuri, inkluż dwar miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Unjoni.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu, jekk ikun adatt, jiġi akkumpanjat minn proposti leġislattivi, bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, għal:

 

(a) l-introduzzjoni ta' fatturi aġġustati ta' emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art fil-kriterji adatti ta' sostenibbiltà tad-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE;

 

(b) l-istabbiliment ta' kriterji addizjonali xierqa ta' sostenibbiltà għal bijokarburanti minn materja prima li ma jużawx art u minn għelejjel nonalimentari;

 

(c) l-introduzzjoni ta' miżuri addizzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, inklużi miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Unjoni;

 

(d) il-promozzjoni ta' bijokarburanti avvanzati sostenibbli wara l-2020 b'mod teknoloġikament newtrali, fil-kuntest ta' qafas 2030 għall-politika tal-klima u l-enerġija, inkluża r-reviżjoni tal-miri tad-Direttiva 98/70/KE u l-introduzzjoni ta' pjan ta' tnaqqis tal-gassijiet serra għal karburanti tat-trasport wara l-2020, u l-kunsiderazzjoni tal-possibbiltà tal-introduzzjoni wara l-2020 ta' mandat ta' għaqda fil-livell tal-Unjoni għal bijokarburanti avvanzati li huma konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà tad-Direttiva 98/70/KE.

3. Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt fid-dawl tar-rapporti mill-iskemi volontarji skont ittieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(6) tad-Direttiva 98/70/KE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2009/28/KE, tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi dwar l-iskemi volontarji bil-ħsieb li tiġi promossa l-aħjar prattika.

3. Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt fid-dawl tar-rapporti mill-iskemi volontarji skont ittieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(6) tad-Direttiva 98/70/KE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2009/28/KE, tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi dwar l-iskemi volontarji bil-ħsieb li tiġi promossa l-aħjar prattika.

__________________

 

+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Emenda  88

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva …+. Dawn għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan .

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva …+. Dawn għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan .

_________

_________

+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 24 xahar wara d-data ta' adozzjoni ta' din id-Direttiva.

+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 12-il xahar wara d-data ta' adozzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  89

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Fl-2020, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-kisba rispettiva fir-rigward tal-miri nazzjonali tagħhom stabbiliti f'konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE, filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas.

Fl-2020, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-kisba rispettiva fir-rigward tal-miri nazzjonali tagħhom stabbiliti f'konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE.

Emenda  90

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – punt 1

Direttiva 98/70/KE

Anness IV – parti C – punt 7

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(1) Il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness IV huwa sostitwit b'dan li ġej:

(1) Fl-Anness IV, il-Parti C hija emendata kif ġej:

 

(a) il-punt 7 jinbidel b'dan li ġej:

"7. L-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs tal-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għall-kalkolu ta' dawk l-emissjonijiet għandha tiġi applikata r-regola li ġejja:

'7. L-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs tal-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għall-kalkolu ta' dawk l-emissjonijiet għandha tiġi applikata r-regola li ġejja:

el = (CSR – CSA) × 3,664 × 1/20 × 1/P ‑ eB,*

el = (CSR – CSA) × 3,664 × 1/20 × 1/P,

fejn

fejn

el = emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art (imkejla bħala massa (grammi) ekwivalenti għal CO2 għal kull unità ta' enerġija prodotta (megajoules) mill-bijokarburant). 'Raba'** u 'raba' perenni'*** għandhom jitqiesu bħala użu wieħed tal-art;

el = emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art (imkejla bħala massa (grammi) ekwivalenti għal CO2 għal kull unità ta' enerġija prodotta (megajoules) mill-bijokarburant).

CSR = il-ħażna ta' karbonju għal kull unità ta' erja assoċjata mal-użu tal-art ta' referenza (imkejla bħala massa (tunnellati) ta' karbonju għal kull unità ta' erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta' referenza għandu jkun l-użu tal-art f' Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma nkisbet il-materja prima, skont liema jiġi l-aħħar;

CSR = il-ħażna ta' karbonju għal kull unità ta' erja assoċjata mal-użu tal-art ta' referenza (imkejla bħala massa (tunnellati) ta' karbonju għal kull unità ta' erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta' referenza għandu jkun l-użu tal-art f'Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma l-materja prima tkun inkisbet, skont liema minnhom ikun seħħ l-aħħar;

CSA = il-ħażna ta' karbonju kull żona ta' unità assoċjata mal-użu attwali tal-art (imkejla bħala massa tal-karbonju kull żona ta' unità, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). F'każijiet fejn il-ħażna tal-karbonju takkumula għal aktar minn sena, il-valur attribwit għal CSA għandu jkun il-ħażna stmata kull unità ta' medda wara għoxrin sena jew meta l-kultivazzjoni tilħaq il-maturità, skont liema jiġi qabel;

CSA = il-ħażna ta' karbonju kull żona ta' unità assoċjata mal-użu attwali tal-art (imkejla bħala massa tal-karbonju kull żona ta' unità, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). F'każijiet fejn il-ħażna tal-karbonju takkumula għal aktar minn sena, il-valur attribwit għal CSA għandu jkun il-ħażna stmata kull unità ta' medda wara għoxrin sena jew meta l-għalla tilħaq il-maturità, skont liema jiġi qabel; kif ukoll

P = il-produttività tal-uċuħ (imkejla bħala enerġija mill-bijokarburant […] għal kull żona ta' unità kull sena); kif ukoll

P =il-produttività tal-uċuħ (imkejla bħala bijokarburant jew enerġija […] għal kull żona ta' unità kull sena).'

eB = bonus ta' 29 gCO2eq/MJ bijokarburant jekk il-bijomassa tinkiseb minn art degradata ristawrata skont il-kondizzjonijiet previsti fil-punt 8.'

 

_________

 

* Il-kwozjent li jinkiseb meta l-piż molekulari ta' CO2 (44,010 g/mol) jiġi diviż mill-piż molekulari tal-karbonju (12,011 g/mol) huwa ekwivalenti għal 3,664.

 

** Raba' kif definit mill-IPCC.

 

*** Għelejjel perenni huma ddefiniti bħala għelejjel pluriennali li z-zokk tagħhom ma jinħasadx kull sena bħal pereżempju msaġar ta' newba qasira u żejt tal-palm.

 

Emenda  91

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – punt 1 – punt aa (ġdid)

Direttiva 98/70/KE

Anness IV – parti C – punti 8 u 9

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(aa) il-punti 8 u 9 jitħassru.

Emenda  92

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – punt 2

Direttiva 98/70/KE

Anness V – parti A

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Parti A. Emissjonijiet proviżorji stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art minn materja prima ta' bijokarburanti (gCO2eq/MJ)+

Grupp tal-materja prima

Medja*

Firxa tal-interperċentil derivat mill-analiżi ta' sensittività**

Ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu

12

8 sa 16

Zokkor

13

4 sa 17

Għelejjel taż-żejt

55

33 sa 66

________________

* Il-valuri medji inklużi hawn jirrappreżentaw medja ppeżata tal-valuri tal-materja prima immudellati individwalment.

** Il-firxa inkluża hawn tirrifletti 90 % tar-riżultati bl-użu tal-ħames u tal-ħamsa u disgħin valuri perċentili li jirriżultaw mill-analiżi. Il-ħames perċentil jissuġġerixxi valur li 5% tal-osservazzjonijiet li nstabu huma inqas minnu (jiġifieri 5 % mid-data totali użata uriet riżultati taħt 8, 4 u 33 gCO2eq/MJ). Il-ħamsa u disgħin perċentil jissuġġerixxi valur li 95 % tal-osservazzjonijiet li nstabu huma aktar minnu (jiġifieri 5 % mid-data totali użata uriet riżultati taħt 16, 17 u 66 gCO2eq/MJ).

+ Il-valuri medji rrappurtati hawn jirrappreżentaw medja ppeżata tal-valuri tal-materja prima immudellati individwalment. Il-kobor tal-valuri fl-Anness huwa sensittiv għal għadd ta' suppożizzjonijiet (bħat-trattament ta' koprodotti, żviluppi tar-rendiment, ħażniet tal-karbonju u l-ispostament ta' prodotti bażiċi oħrajn, eċċ) użati fil-mudelli ekonomiċi żviluppati sabiex dawn jiġu stmati. Minkejja li għaldaqstant mhux possibbli li tiġi karatterizzata bis-sħiħ il-firxa ta' inċertezza assoċjata ma' dawn l-estimi, twettqet analiżi tas-sensittività li ssir fuq ir-riżultati abbażi tal-varjazzjoni każwali tal-parametri prinċipali, l-hekk imsejħa analiżi Monte Carlo.

 

Emenda

Parti A. Emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art minn materja prima ta' bijokarburanti (gCO2eq/MJ)

Grupp tal-materja prima

Emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art

Ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu

12

Zokkor

13

Għelejjel taż-żejt

55

Emenda  93

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – punt 1

Direttiva 2009/28/KE

Anness V – parti C – punt 7

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(1) Il-punt 7 tal-parti C tal-Anness V huwa sostitwit b'dan li ġej:

(1) Fl-Anness V, il-parti C hija emendata kif ġej:

 

(a) il-punt 7 jinbidel b'dan li ġej:

"7. L-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs tal-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għall-kalkolu ta' dawk l-emissjonijiet għandha tiġi applikata r-regola li ġejja:

'7. L-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs tal-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għall-kalkolu ta' dawk l-emissjonijiet għandha tiġi applikata r-regola li ġejja:

el = (CSR – CSA) × 3,664 × 1/20 × 1/P - eB,*

el = (CSR – CSA) × 3,664 × 1/20 × 1/P,

fejn

fejn

emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra annwalizzati minn tibdil ta' ħażna ta' karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art (imkejla bħala massa (grammi) ekwivalenti għal CO2 għal kull unità ta' enerġija prodotta (megajoules) mill-bijokarburant jew mill-bijolikwidi). 'Raba'** u 'raba' perenni'*** għandhom jitqiesu bħala użu wieħed tal-art;

emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art (imkejla bħala massa (grammi) ekwivalenti għal CO2 għal kull unità ta' enerġija prodotta (megajoules) mill-bijokarburant).

CSR = il-ħażna ta' karbonju għal kull unità ta' erja assoċjata mal-użu tal-art ta' referenza (imkejla bħala massa (tunnellati) ta' karbonju għal kull unità ta' erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta' referenza għandu jkun l-użu tal-art f' Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma nkisbet il-materja prima, skont liema jiġi l-aħħar;

CSR = il-ħażna ta' karbonju għal kull unità ta' erja assoċjata mal-użu tal-art ta' referenza (imkejla bħala massa (tunnellati) ta' karbonju għal kull unità ta' erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta' referenza għandu jkun l-użu tal-art f'Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma l-materja prima tkun inkisbet, skont liema minnhom ikun seħħ l-aħħar;

CSA = il-ħażna ta' karbonju kull żona ta' unità assoċjata mal-użu attwali tal-art (imkejla bħala massa tal-karbonju kull żona ta' unità, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). F'każijiet fejn il-ħażna tal-karbonju takkumula għal aktar minn sena, il-valur attribwit għal CSA għandu jkun il-ħażna stmata kull unità ta' medda wara għoxrin sena jew meta l-għalla tilħaq il-maturità, skont liema jiġi qabel;

CSA = il-ħażna ta' karbonju kull żona ta' unità assoċjata mal-użu attwali tal-art (imkejla bħala massa tal-karbonju kull żona ta' unità, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). F'każijiet fejn il-ħażna tal-karbonju takkumula għal aktar minn sena, il-valur attribwit għal CSA għandu jkun il-ħażna stmata kull unità ta' medda wara għoxrin sena jew meta l-għalla tilħaq il-maturità, skont liema jiġi qabel; kif ukoll

P = il-produttività tal-għalla (imkejla bħala enerġija minn bijokarburant jew bijolikwidu għal kull unità ta' erja kull sena); kif ukoll

P = il-produttività tal-għalla (imkejla bħala enerġija minn bijokarburant jew bijolikwidu għal kull unità ta' erja kull sena).'

eB = bonus ta' 29 gCO2eq/MJ bijokarburant jew bijolikwidu jekk il-bijomassa tinkiseb minn art degradata restawrata skont il-kondizzjonijiet previsti fil-punt 8.'

 

________________

 

* Il-kwozjent li jinkiseb meta l-piż molekulari ta' CO2 (44,010 g/mol) jiġi diviż mill-piż molekulari tal-karbonju (12,011 g/mol) huwa ekwivalenti għal 3,664.

 

** Raba' kif definit mill-IPCC.

 

***għelejjel perenni huma ddefiniti bħala għelejjel pluriennali li z-zokk tagħhom ma jinħasadx kull sena bħal pereżempju msaġar ta' newba qasira u żejt tal-palm.

 

Emenda  94

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – punt 1 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2009/28/KE

Anness V – Parti C – punti 8 u 9

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(aa) il-punti 8 u 9 jitħassru.

Emenda  95

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – punt 2

Direttiva 2009/28/KE

Anness VIII – parti A

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Parti A. Emissjonijiet proviżorji stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art minn materja prima ta' bijokarburanti u bijolikwidi (gCO2eq/MJ)+

Grupp tal-materja prima

Medja*

Firxa tal-interperċentil derivat mill-analiżi ta' sensittività**

Ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu

12

8 sa 16

Zokkor

13

4 sa 17

Għelejjel taż-żejt

55

33 sa 66

________________

* Il-valuri medji inklużi hawn jirrappreżentaw medja ppeżata tal-valuri tal-materja prima immudellati individwalment.

** Il-firxa inkluża hawn tirrifletti 90 % tar-riżultati bl-użu tal-ħames u tal-ħamsa u disgħin valuri perċentili li jirriżultaw mill-analiżi. Il-ħames perċentil jissuġġerixxi valur li 5% tal-osservazzjonijiet li nstabu huma inqas minnu (jiġifieri 5 % mid-data totali użata uriet riżultati taħt 8, 4 u 33 gCO2eq/MJ). Il-ħamsa u disgħin perċentil jissuġġerixxi valur li 95 % tal-osservazzjonijiet li nstabu huma aktar minnu (jiġifieri 5 % mid-data totali użata uriet riżultati taħt 16, 17 u 66 gCO2eq/MJ).

+ Il-valuri medji rrappurtati hawn jirrappreżentaw medja ppeżata tal-valuri tal-materja prima immudellati individwalment. Il-kobor tal-valuri fl-Anness huwa sensittiv għal għadd ta' suppożizzjonijiet (bħat-trattament ta' koprodotti, żviluppi tar-rendiment, ħażniet tal-karbonju u l-ispostament ta' prodotti bażiċi oħrajn, eċċ) użati fil-mudelli ekonomiċi żviluppati sabiex dawn jiġu stmati. Minkejja li għaldaqstant mhux possibbli li tiġi karatterizzata bis-sħiħ il-firxa ta' inċertezza assoċjata ma' dawn l-estimi, twettqet analiżi tas-sensittività li ssir fuq ir-riżultati abbażi tal-varjazzjoni każwali tal-parametri prinċipali, l-hekk imsejħa analiżi Monte Carlo.

 

Emenda

Parti A. Emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art minn materja prima ta' bijokarburanti u bijolikwidi (gCO2eq/MJ)

Grupp tal-materja prima

Emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art

Ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu

12

Zokkor

13

Għelejjel taż-żejt

55

Emenda  96

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – punt 3

Direttiva 2009/28/KE

Anness IX

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Anness IX

Anness IX

Parti A. Materja Prima u karburanti li l-kontribut tagħhom għall-mira/i msemmija fl- Artikolu 3(4) għandu jitqies li huwa darbtejn aktar mill-kontenut tal-enerġija tagħhom

Parti A. Materja Prima u karburanti li l-kontribut tagħhom għall-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) għandu jitqies li huwa darbtejn aktar mill-kontenut tal-enerġija tagħhom, u li jikkontribwixxu għall-mira msemmija fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(4)

(a) Alka jekk ikkultivata fuq l-art f'għadajjar jew fotobijoreatturi.

 

(b) Frazzjoni ta' bijomassa ta' skart muniċipali mħallat, iżda mhux skart domestiku soġġett għal miri ta' riċiklaġġ skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(b) Frazzjoni ta' bijomassa ta' skart muniċipali mħallat, iżda mhux skart domestiku soġġett għal miri ta' riċiklaġġ skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(c) Bijoskart kif definit fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2008/98/KE minn unitajiet domestiċi privati soġġetti għal ġbir separat kif definit fl-Artikolu 3(11) ta 'dik id-Direttiva.

(c) Bijoskart kif definit fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2008/98/KE minn unitajiet domestiċi privati soġġetti għal ġbir separat kif definit fl-Artikolu 3(11) ta 'dik id-Direttiva.

(d) Frazzjoni ta' bijomassa ta' skart industrijali li mhux adatt biex jintuża fil-katina alimentari jew tal-għalf, inklużi materjali mill-industrija tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa u dik agroalimentari u tas-sajd u l-akkwakultura, u esklużi l-materja prima elenkati fil-parti B ta' dan l-Anness.

(d) Frazzjoni ta' bijomassa ta' skart industrijali li mhux adatt biex jintuża fil-katina alimentari jew tal-għalf, inklużi materjali mill-industrija tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa u dik agroalimentari u tas-sajd u l-akkwakultura, u esklużi l-materja prima elenkati fil-parti B ta' dan l-Anness.

(e) Tiben.

(e) Tiben.

(f) Demel tal-annimali u ħama tad-drenaġġ.

(f) Demel tal-annimali u ħama tad-drenaġġ.

(g) Effluwent minn imtieħen taż-żejt tal-palm u għenieqed vojta tal-frott tal-palma.

(g) Effluwent minn imtieħen taż-żejt tal-palm u għenieqed vojta tal-frott tal-palma.

(h) Żift miż-żejt tal-arżnu.

(h) Żift miż-żejt tal-arżnu.

(i) Gliċerina mhux raffinata.

(i) Gliċerina mhux raffinata.

(j) Bagasse.

(j) Bagasse.

(k) Residwi tal-għasra u karfa tal-inbid.

(k) Residwi tal-għasra u karfa tal-inbid.

(l) Qxur tal-ġewż.

(l) Qxur tal-ġewż.

(m) Ħliefa.

(m) Ħliefa.

(n) Ċfaċagħ imnaddfa minn ħabb il-qamħirrum.

(n) Ċfaċagħ imnaddfa minn ħabb il-qamħirrum.

(o) Frazzjoni ta' bijomassa ta' skart u residwi mill-forestrija u l-industriji bbażati fuq il-forestrija, jiġifieri qxur tas-siġar, friegħi, żbir ta' qabel il-kummerċjalizzazzjoni, weraq, weraq tal-arżnu, qċaċet tas-siġar, serratura, fdalijiet mill-qtugħ tas-siġar, likur iswed, likur kannella, tajn tal-fibra, linjin u żejt tal-arżnu.

(o) Frazzjoni ta' bijomassa ta' skart u residwi mill-forestrija u l-industriji bbażati fuq il-forestrija, jiġifieri qxur tas-siġar, friegħi, żbir ta' qabel il-kummerċjalizzazzjoni, weraq, weraq tal-arżnu, qċaċet tas-siġar, serratura, fdalijiet mill-qtugħ tas-siġar, likur iswed, likur kannella, tajn tal-fibra, linjin u żejt tal-arżnu.

(p) Materjali ċellulożiku mhux tal-ikel ieħor kif definit fil-punt (s) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2.

(p) Materjali ċellulożiku mhux tal-ikel ieħor kif definit fil-punt (s) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2.

(q) Materjal linjoċellulożiku ieħor kif definit fil-punt (r) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 għajr zkuk maqtugħin u zkuk maqtugħin miksija b'fuljetta fina.

(q) Materjal linjoċellulożiku ieħor kif definit fil-punt (r) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 għajr zkuk maqtugħin u zkuk maqtugħin miksija b'fuljetta fina.

(r) Karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika.

 

 

Parti Aa. Materja Prima u karburanti li l-kontribut tagħhom għall-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) għandu jitqies li huwa erba' darbiet aktar mill-kontenut tal-enerġija tagħhom, u li jikkontribwixxu għall-mira msemmija fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(4):

 

(a) Alka (awtotrofika) jekk ikkultivata fuq l-art f'għadajjar jew fotobijoreatturi.

 

(b) Karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika.

 

(c) Il-qbid tal-karbonju u l-użu għal finijiet ta' trasport.

 

(d) Batterji.

Parti B. Materja prima li l-kontribut tagħha għall-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) għandu jitqies li huwa darbtejn aktar mill-kontenut tal-enerġija tagħha

Parti B. Materja prima li l-kontribut tagħha għall-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) għandu jitqies li huwa darbtejn aktar mill-kontenut tal-enerġija tagħha

(a) Żejt tal-ikel użat.

(a) Żejt tal-ikel użat.

(b) Xaħam tal-annimali kklassifikat bħala tal-kategoriji 1 u 2 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009*

(b) Xaħam tal-annimali kklassifikat bħala tal-kategoriji 1 u 2 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009*

 

(ba) materja prima li ġiet stabbilita li hija skart, residwi, materjal taċ-ċelluloża mhux tal-ikel jew materjal linjoċellulożiku mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u huma użati f'installazzjonijiet eżistenti qabel l-31 ta' Diċembru 2014.

________________

________________

*Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).".

*Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).".

(1)

ĠU C 198, xxx, 16.12.2014, p. xxx.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-bażi għal ħafna mill-emendi tar-rapporteur għal din id-Direttiva hija l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament Ewropew, li r-rapporteur jara li hija punt tat-tluq tajba għax-xogħol fuq din il-proposta mill-parlament ġdid elett. It-tressiq mill-ġdid ta' emendi mill-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament jagħti opportunità lill-kollegi sabiex jipparteċipaw iktar fid-dibattitu importanti filwaqt li jiġi rrispettat il-kompromess li ntlaħaq mill-parlament fil-pożizzjoni tal-ewwel qari tiegħu.

Id-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tistabbilixxi mira mandatorja li għandha tintlaħaq sal-2020, ta' sehem ta' 10 % għal enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport. Id-Direttiva 98/70/KE tintroduċi mira mandatorja li għandha tintlaħaq sal-2020 ta' tnaqqis ta' 6 % fl-intensità tal-gassijiet b'effett ta' serra ta' karburanti użati fit-trasport stradali u f'makkinarju mobbli mhux tat-triq.

Il-mira tal-proposta tal-Kummissjoni, li ġiet ippreżentata f'Ottubru 2012, hija li tibda t-tranżizzjoni lejn politika tal-bijokarburanti li twassal għal tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra meta huma kkunsidrati wkoll l-emissjonijiet assoċjati mat-tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC).

Sabiex isir dan, il-Kummissjoni ipproponiet, fost l-oħrajn, dan li ġej:

- tiġi limitata l-kontribuzzjoni li l-bijokarburanti konvenzjonali jagħmlu għall-kisba tal-miri fid-Direttiva 2009/28/KE;

- titjieb il-prestazzjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra ta' proċessi ta' produzzjoni ta' bijokarburanti billi jiżdied il-livell limitu ta' tnaqqis ta' gassijiet b'effett ta' serra għal installazzjonijiet ġodda bil-kundizzjoni li jiġu protetti l-installazzjonijiet li diġà jkunu qed joperaw fl-1 ta' Lulju 2014;

- titħeġġeġ penetrazzjoni akbar fis-suq ta' bijokarburanti avvanzati billi jkun permess li karburanti bħal dawn jikkontribwixxu aktar għall-miri tad-Direttiva 2009/28/KE minn bijokarburanti konvenzjonali.

Il-kontribuzzjoni li l-bijokarburanti jistgħu jagħtu lejn il-miri tal-2020 hija mistennija li tkun sinifikanti. Fl-istess waqt, l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport huma mistennija li jiżdiedu sal-2030. Ir-riforma tal-politika tal-Unjoni dwar il-bijokarburanti tipprovdi opportunità sabiex tiġi kkoreġuta din it-tendenza.

Ir-rapporteur jilqa' l-miri tal-Kummissjoni u jaqbel mal-parti l-kbira tagħhom. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari f'Settembru 2013. Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu f'Diċembru 2014. Filwaqt li hemm xi konverġenzi bejn iż-żewġ pożizzjonijiet, li r-Rapporteur jilqa', xorta jibqgħu bosta kwistjonijiet ewlenin. Dawn jiddeterminaw l-effettività ta' din il-leġiżlazzjoni. Ir-rapporteur ressaq emendi sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet ewlenin. Il-bażi għal ħafna minn dawn l-emendi hija l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament Ewropew.

Il-kwistjonijiet prinċipali mill-perspettiva tar-rapporteur huma:

- Limiti fuq bijokarburanti konvenzjonali

Il-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari tiegħu pożizzjoni li tintroduċi limitu ta' 6 % fuq is-sehem ta' bijokarburanti konvenzjonali li jista' jikkontribwixxi għall-miri tad-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE. Dan ammonta għal żieda meta mqabbel mal-limitu propost mill-Kummissjoni, li kien ta' 5 %, bil-għan li tingħata protezzjoni għall-investimenti li diġà saru. Skont il-Parlament, dan il-limitu għandu japplika wkoll għall-għajnuna finanzjarja mogħtija lil dawn il-bijokarburanti. Fl-opinjoni tar-rapporteur, huwa meħtieġ limitu qawwi fuq bijokarburanti bbażati fuq l-art sabiex jintlaħqu l-miri tal-2020 tad-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE u sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni lejn bijokarburanti avvanzati. Ir-rapporteur huwa kkonċernat biż-żieda ulterjuri tal-limitu introdott mill-Kunsill, u b'hekk għażel li jerġa' jressaq il-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. Dan il-limitu għandu japplika wkoll għall-mira tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburanti, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-politiki differenti.

- Fatturi ILUC

Nuqqas milli jiġi indirizzat l-effett ILUC jipperikola l-miri ambjentali tal-UE għas-settur tat-trasport. Fil-pożizzjoni tal-ewwel qari tiegħu, il-Parlament Ewropew introduċa emenda dwar l-inklużjoni tal-fatturi ILUC fil-kontabbiltà tal-karbonju għad-Direttiva 98/70/KE mill-2020 'il quddiem. Il-fatturi ILUC jibqgħu fid-Direttiva 2009/28/KE għall-finijiet ta' rappurtar, u l-Kummissjoni hija meħtieġa tirrevedi l-fatturi sal-2016. Din l-emenda ma ġietx approvata mill-Kunsill. Barra minn hekk, il-Kunsill naqqas ukoll ir-rekwiżiti għal rappurtar ta' emissjonijiet relatati mal-ILUC. Barra minn hekk, l-introduzzjoni tal-kunċett ġdid ta' "bijokarburanti ILUC b'riskju baxx" fil-pożizzjoni tal-Kunsill tqajjem kwistjonijiet dwar kif jista' jiġi implementat fil-prattika. Evidentement, huwa meħtieġ iktar xogħol fuq dan il-kunċett.

Fuq din il-kwistjoni, ir-rapporteur għażel ukoll li jerġa' jressaq il-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament sabiex jagħti sinjal b'saħħtu li l-fatturi ILUC iridu jiġu kkunsidrati serjament. Madankollu, hija meħtieġa reviżjoni bir-reqqa tal-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-fatturi ta' emissjonijiet minn tibdil fl-użu tal-art fid-dawl tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku.

- Mira għal bijokarburanti avvanzati

Il-Parlament Ewropew, fil-pożizzjoni tal-ewwel qari tiegħu introduċa sottomira vinkolanti għal bijokarburanti avvanzati ta' 0,5 % fl-2016 u 2,5 % fl-2020. L-għan ta' dawn il-miri ambizzjużi huwa li jiġu implimentati inċentivi b'saħħithom sabiex tiġi promossa l-penetrazzjoni fis-suq ta' tali karburanti, anki fit-tul. Ir-rapporteur huwa ta' konvinzjoni soda li huwa importanti li jinħoloq u jiġi rriżervat ċertu spazju għal bijokarburanti avvanzati fit-taħlita tal-karburanti tal-futur. Mod effettiv li jsir dan huwa permezz ta' mira speċifika u vinkolanti għal bijokarburanti avvanzati. F'dan ir-rigward, ġie milqugħ li l-Kunsill ukoll għamel pass f'din id-direzzjoni. Iżda, il-Kunsill jipproponi sottomira purament mhux vinkolanti bbażata fuq livell ta' referenza sostanzjalment iktar baxx (0,5 %). Hemm dubju serju jekk tali livell baxx ta' ambizzjoni, flimkien mat-tibdiliet l-oħra introdotti mill-Kunsill, humiex sejrin iwasslu għal xi inċentivi effettivi għat-trasformazzjoni neċessarja lejn karburanti iktar nodfa. - Politika għal wara l-2020

Fl-opinjoni tar-rapporteurs, waħda mill-ikbar sfidi fl-aġġornar tad-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE huwa n-nuqqas ta' perspettiva fit-tul. Sabiex tinħoloq perspettiva fit-tul għall-investimenti u sabiex jiġu sostnuti innovazzjonijiet f'bijokarburanti sostenibbli u mezzi oħra ta' dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, iridu jiġu eżaminati strumenti u miżuri għal approċċ komprensiv u teknoloġikament newtrali għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-effiċjenza enerġetika fit-trasport għal politika għal wara l-2020. Ir-rapporteur b'hekk għażel li jressaq emendi li jenfasizzaw il-ħtieġa ta' politika fit-tul li tista' ġġib investimenti fl-Ewropa.

Jekk ma nieħdux pożizzjoni, l-isfida ġenerali li l-Ewropa tiffaċċja hija dik li l-kontinent ikun teknoloġikament maħkum f'dak li jirrigwarda karburanti sostenibbli. Din hija ħaġa li ma nistgħux inħallu li tiġri – irrispettivament minn fejn ninsabu fl-istampa politika. Jekk ma nkunux f'sitwazzjoni li niffaċċjaw l-isfidi, dan ikun ifisser it-tmiem ta' Ewropa iktar ambjentali, kif ukoll Ewropa iktar favorevoli għall-ħolqien tal-impjiegi u Ewropa iktar favorevoli għall-investiment.


PROĊEDURA

Titolu

Emenda għad-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u għad-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli (Bidla Indiretta fl-Użu tal-Art)

Referenzi

10710/2/2014 – C8-0004/2015 – 2012/0288(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

11.9.2013                     T7-0357/2013

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2012)0595 - C7-0337/2012

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta' meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

15.1.2015

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.1.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Nils Torvalds

17.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.1.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

26

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Cristian-Silviu Bușoi, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D'Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Enrico Gasbarra, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Nicola Caputo, Mark Demesmaeker, Christofer Fjellner, Esther Herranz García, Merja Kyllönen, Jo Leinen, James Nicholson, Younous Omarjee, Alojz Peterle, Sirpa Pietikäinen, Bart Staes

Data tat-tressiq

26.2.2015

Avviż legali - Politika tal-privatezza