RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iżvilupp tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
19.3.2015 - (05130/3/2015 – C8-0063/2015 – 2013/0165(COD)) - ***II
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Olga Sehnalová
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iżvilupp tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
(05130/3/2015 – C8-0063/2015 – 2013/0165(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05130/3/2015 – C8-0063/2015),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013[1],
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[2] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0316),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0053/2015),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] ĠU C 341, 21.11.2013, p. 47.
- [2] Testi Adottati tas-26.2.2014, P7_TA-PROV(2014)0154.
PROĊEDURA
Titolu |
Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura |
||||
Referenzi |
05130/3/2015 – C8-0063/2015 – 2013/0165(COD) |
||||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P |
26.2.2014 T7-0154/2014 |
||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2013)0316 - C7-0174/2013 |
||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari |
12.3.2015 |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 12.3.2015 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Olga Sehnalová 9.7.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
16.3.2015 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.3.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 4 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Dita Charanzová, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Antanas Guoga, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Eva Paunova, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Lucy Anderson, Jussi Halla-aho, Kaja Kallas, Othmar Karas, Jens Nilsson, Adam Szejnfeld, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrea Bocskor, Emilian Pavel |
||||
Data tat-tressiq |
19.3.2015 |
||||