RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina

19.3.2015 - (COM(2015)0005 – C8-0005/2015 – 2015/0005(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Gabrielius Landsbergis


Proċedura : 2015/0005(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0056/2015
Testi mressqa :
A8-0056/2015
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina

(COM(2015)0005 – C8-0005/2015 – 2015/0005(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0005),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0005/2015),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat Affarijiet Barranin (A8-0056/2015),

1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

L-ekonomija Ukraina għaddejja minn kriżi akuta u serja, li għandha l-għeruq tagħha fi problemi strutturali li ilhom jeżistu u li ġew aggravati mill-kunflitt armat fir-reġjuni tal-Lvant u minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja. Wara l-ħatra ta' gvern ġdid fi Frar 2014, il-programm ta’ riforma strutturali u ta’ aġġustament makroekonomiku ambizzjuż kien sostnut minn programm ta’ assistenza finanzjarja tal-FMI u minn żewġ operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja (MFA) tal-UE.

Madankollu, l-isforzi ta’ riforma tal-Ukraina ġew ikkumplikati minħabba t-tkomplija tal-kunflitt armat fil-Lvant, gwerra ibrida mhux iddikjarata u restrizzjonijiet kummerċjali min-naħa tar-Russja, u l-iskalar tat-tilwima dwar il-gass naturali bejn iż-żewġ pajjiżi. Minħabba f'hekk, ir-reċessjoni ekonomika u d-delokalizzazzjoni tal-kapital kienu aktar gravi minn dak li kien mistenni fil-bidu, li rriżultaw f'deprezzament qawwi tal-munita u fit-tnaqqis tar-riżervi internazzjonali. Għaldaqstant ħarġet diskrepanza addizzjonali sinifikanti fil-finanzjament estern għall-2015 u kmieni fl-2016. Peress li l-Ukrajna tilfet l-aċċess għal swieq ta’ dejn internazzjonali, din id-diskrepanza tista’ timtela biss permezz ta' għajnuna finanzjarja uffiċjali addizzjonali.

Il-Parlament Ewropew esprima b’mod konsistenti l-appoġġ tiegħu għal assistenza għall-Ukraina, bħala msieħba assoċjata tal-UE, fl-istabbilizzazzjoni ekonomika u politika u fir-riformi tagħha. Fir-riżoluzzjoni l-aktar riċenti tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina, il-Parlament Ewropew laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għall-għoti ta' ammont addizzjonali ta’ EUR 1.8 biljun f’għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukraina u talab l-iżvilupp ta’ pjan ta' assistenza ewlieni għall-Ukraina. Il-proposta tal-Kummissjoni hija bbażata wkoll fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jappellaw "lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex iħejju ruħhom biex ikomplu jiffaċilitaw u jappoġġaw il-proċess ta’ riforma tal-Ukraina, flimkien ma’ donaturi oħrajn u f’konformità mal-kundizzjonalità tal-FMI”.

L-MFA hu mekkaniżmu ta’ rispons għall-kriżijiet eċċezzjonali tal-UE li hu disponibbli għall-pajjiżi sħab tal-UE li jesperjenzaw problemi akuti fil-bilanċ tal-pagamenti. L-MFA addizzjonali propost mill-Kummissjoni fit-8 ta’ Jannar 2015 jista’ tagħti kontribut importanti għall-pakkett l-ġdid ta’ appoġġ internazzjonali lill-Ukraina, kemm direttament permezz tal-ammont propost ta’ EUR 1.8 biljun u indirettament billi jimmobilizza l-kontribuzzjonijiet ta' sħab oħrajn. Għandu jaġixxi wkoll bħala katalist għal ritorn gradwali tal-fiduċja u ta' appoġġ għall-isforzi ta' riforma fil-pajjiż permezz ta’ programm ta’ politika ta’ akkumpanjament li għandu jiġi miftiehem mal-awtoritajiet tal-Ukraina. L-MFA tikkumplimenta assistenza minn donaturi oħra fil-kuntest tal-programm ekonomiku sponsorjat mill-FMI. Dan se jikkontribwixxi għall-objettivi tal-UE għall-promozzjoni tal-istabbiltà ekonomika u l-iżvilupp fl-Ukraina, u b’mod aktar ġenerali tal-Viċinat tal-Lvant Ewropew. Permezz tal-kundizzjonalità, il-Programm se jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-impenji ta’ riforma ekonomika tal-gvern tal-Ukraina. Huwa wkoll sinjal li l-UE hija lesta tappoġġa pajjiżi li jkunu qed jaqbdu t-triq lejn riformi fi żminijiet ta’ diffikultà ekonomika u politika kif ukoll il-kredibbiltà tal-impenji politiċi tagħha.

Skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li tingħata aktar assistenza makrofinanzjarja lill-Ġeorġja, iż-żewġ koleġiżlaturi impenjaw ruħhom "biex jirriflettu għal kollox il-kunsiderazzjonijiet u l-prinċipji [imniżżla fid-Dikjarazzjoni Konġunta] fid-deċiżjonijiet individwali futuri dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni".

Għandu jiġi enfasizzat li l-proposta tal-Kummissjoni tirrifletti bis-sħiħ il-kunsiderazzjonijiet u l-prinċipji mniżżla f’dikjarazzjoni konġunta msemmija hawn fuq, li dwarha kien hemm qbil f’proċedura ta’ konċiljazzjoni bejn iż-żewġ koleġiżlaturi. Għaldaqstant ir-rapporteur jista’ jaqbel bis-sħiħ mal-proposta tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, f’din il-qagħda estremament diffiċli li tinsab fiha l-Ukraina, l-approvazzjoni f'waqtha tal-proposta tal-Kummissjoni għal assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina hija importanti għaliex tippermetti li jitħallsu tnejn mit-tliet segmenti (ta’ EUR 600 miljun kull wieħed) li jridu jinħarġu fl-2015. Din l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tixhed li l-UE tista’ taġixxi b’ħeffa u b’deċiżjoni u b'mod proporzjonat mal-impenji politiċi tagħha.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ir-rapporteur jipproponi li l-Parlament Ewropew japprova l-proposta tal-Kummissjoni mingħajr emendi.

OPINJONI GĦALL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (12.3.2015)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina
(COM(2015)0005 – C8‑0005/2015 – 2015/0005(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jacek Saryusz-Wolski

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Il-Parlament Ewropew għandu jaqbel mad-deċiżjoni favur l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina bi proċedura mħaffa, mingħajr emendi, peress li din tafferma mill-ġdid l-impenn li ilu stabbilit min-naħa kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Unjoni Ewropea favur il-proċess ta' riforma tal-Ukraina. Ladarba tiġi adottata, din l-assistenza makrofinanzjarja se tagħti kontribut tanġibbli għall-appoġġ fil-konfront tat-tmexxija leġittima tal-Ukraina. L-għoti ta' assistenza f'waqtha lill-Ukraina jaf itaffi dik li xorta tibqa' kriżi serja ta' bilanċ tal-pagamenti li thedded l-istabbiltà finanzjarja tal-pajjiż.

L-Ukraina mhijiex pajjiż fqir. Hija sabet ruħha f'sitwazzjoni finanzjarja drastika minħabba nuqqas ta' riformi strutturali li ilhom pendenti, governanza ħażina u telf ekonomiku u finanzjarju li huwa riżultat tal-gwerra u tal-invażjoni u l-okkupazzjoni barranija.

L-Ukraina għandha bżonn appoġġ immedjat, imsaħħaħ u f'waqtu, hekk kif qed tiġġieled kontra l-aggressjoni Russa fil-Lvant tal-pajjiż, filwaqt li fl-istess ħin qed tipprova tirriforma l-Istat u l-ekonomija tagħha. Qatt qabel fl-istorja Ewropea ma kien hemm pajjiż jiffaċċja żewġ sfidi bħal dawn b'mod parallel.

L-Ukraina qed tiffaċċja kriżi finanzjarja u ekonomika li qed tiddestabbilizzaha, parzjalment minħabba li l-aggressur tagħha fatamha minn parti mill-ekonomija tagħha (sa 20 %) u minħabba l-konsegwenzi finanzjarji u l-ispejjeż involuti fl-isforz tagħha biex tiddefendi ruħha fil-kuntest ta' gwerra.

Barra l-assistenza makrofinanzjarja, li hija meħtieġa b'mod urġenti u li trid tkun ġeneruża kemm jista' jkun, l-UE għandha tkun kreattiva u tesplora wkoll toroq mhux finanzjarji li jkunu kapaċi jtaffu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Ukraina u b'hekk inaqqsulha l-bżonn ta' assistenza finanzjarja fil-futur. L-UE għandha tikkunsidra diversi għażliet:

•       L-Istati Membri tal-UE għandhom jaġevolaw, bis-saħħa tal-mezzi legali u amministrattivi kollha possibbli, ir-ritorn f'idejn l-Ukraina ta' dawk l-assi li kienu detenuti b'mod illegali mit-tmexxija politika ta' qabel u li issa huma moħbija u ffriżati f'banek fl-UE.

•       L-UE għandha tiżgura li, jekk l-Ukraina tirkupra l-assi li kienu detenuti b'mod illegali mit-tmexxija preċedenti, dawk l-assi ma jkunux ridiretti u użati biex jissodisfaw xi pretensjoni Russa, iżda minflok jiġu devoluti għall-benefiċċju tal-Istat Ukrain li jinsab fil-bżonn.

•       L-UE għandha tappoġġa ulterjorment lill-Ukraina fil-ġlieda tagħha kontra l-korruzzjoni endemika, peress li dan itejjeb bil-kbir id-dħul fiskali tal-Istat.

•       L-UE tista' wkoll tgħin l-istabbiltà finanzjarja tal-Ukraina permezz tat-twaqqif ta' korp investigattiv konġunt li jissorvelja l-assistenza finanzjarja tal-UE lejn l-Ukraina. Tali korp għandu mhux biss jiżgura li l-fondi tal-UE jintefqu tajjeb, iżda jservi wkoll ta' istituzzjoni għall-bini tal-kapaċità, peress li jkun magħmul minn uffiċjali tal-Ukraina u minn esperti mill-UE kontra l-korruzzjoni, u b'hekk tiġi trasferita lejn l-Ukraina l-aqwa prattika tal-UE fil-qasam tal-kontroll finanzjarju u tal-awditjar.

•       L-assistenza tal-UE għandha tkun immirata lejn it-tisħiħ tal-aktar oqsma vulnerabbli tal-ekonomija Ukraina, li jinfluwenzaw l-ekwilibriju finanzjarju tagħha, bħas-suq tal-enerġija, l-ambjent tan-negozju, u l-amministrazzjoni u l-politika fiskali. Jekk timmira lejn dawn l-oqsma, l-UE għandha timmassimizza l-kontribut tagħha biex ittaffi l-istress finanzjarju tal-Ukraina.

‘Amicus certus in re incerta cernitur.’

Ennju, fi: Ċiċerun, Laelius de Amicitia, 44 q.K., p. 64.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi li l-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina

Referenzi

COM(2015)0005 – C8-0005/2015 – 2015/0005(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.1.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.1.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jacek Saryusz-Wolski

26.1.2015

Data tal-adozzjoni

9.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Michael Gahler, Richard Howitt, Pablo Iglesias, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Jean-Luc Mélenchon, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Kati Piri, Andrej Plenković, Cristian Dan Preda, Sofia Sakorafa, Alyn Smith, Charles Tannock, Eleni Theocharous, László Tőkés, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicolas Bay, Reinhard Bütikofer, Gabrielius Landsbergis, Antonio López-Istúriz White, David Martin, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Traian Ungureanu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu

PROĊEDURA

Titolu

Assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina

Referenzi

COM(2015)0005 – C8-0005/2015 – 2015/0005(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.1.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.1.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.1.2015

BUDG

15.1.2015

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

20.1.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Gabrielius Landsbergis

21.1.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.2.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Santiago Fisas Ayxelà, Yannick Jadot, Ska Keller, Alexander Graf Lambsdorff, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Viviane Reding, Matteo Salvini, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Bendt Bendtsen, Goffredo Maria Bettini, Victor Boștinaru, Dita Charanzová, Aymeric Chauprade, Danuta Maria Hübner, Fernando Ruas, Pedro Silva Pereira, Davor Ivo Stier, Jarosław Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Seb Dance, Jean-Luc Schaffhauser, Marco Valli

Data tat-tressiq

19.3.2015