RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina

24.3.2015 - (COM(2014)0386 – C8‑0039/2014 – 2014/0197(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Goffredo Maria Bettini


Proċedura : 2014/0197(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina

(COM(2014)0386 – C8‑0039/2014 – 2014/0197(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0386),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0039/2014),

-      wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0060/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ma jipprovdi l-ebda possibbiltà biex temporanjament tiġi sospiża l-għotja ta’ miżuri kummerċjali eċċezzjonali f’każ ta’ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt mill-benefiċjarji tagħha. Huwa xieraq li tkun introdotta din il-possibbiltà, sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni malajr f’każ li jseħħ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt f’wieħed mill-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew li huma marbutin miegħu.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ma jipprovdi l-ebda possibbiltà biex temporanjament tiġi sospiża l-għotja ta’ miżuri kummerċjali eċċezzjonali f’każ ta’ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt mill-benefiċjarji tagħha. Huwa xieraq li tkun introdotta din il-possibbiltà, sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni malajr f’każ li jseħħ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt f’wieħed mill-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew li huma marbutin miegħu. Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi huma meħtieġa biex isir progress fil-proċess ta' adeżjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Minn meta tnieda l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ġew konklużi Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi kollha kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, bl-eċċezzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo.3 F’Ġunju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tibda n-negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo.

(5) Minn meta tnieda l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ġew konklużi Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi kollha kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, bl-eċċezzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo.3 F’Mejju 2014, intemmu n-negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo u l-Ftehim ġie inizjalat f'Lulju 2014.

______________

_______________

3 Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

3 Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

Emenda   3

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Madankollu, il-Bosnja-Ħerzegovina għadha ma aċċettatx li tadatta l-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija skont il-Ftehim Interim sabiex tqis il-kummerċ tradizzjonali preferenzjali bejn il-Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA). F'każ li, sal-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, ma jkunx ġie ffirmat u applikat provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Interim mill-Unjoni Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina, il-preferenzi mogħtija lill-Bosnja-Ħerzegovina għandhom jiġu sospiżi mill-1 ta’ Jannar 2016. Ladarba l-Bosnja-Ħerzegovina u l-Unjoni Ewropea jiffirmaw u japplikaw provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali fil-Ftehim Interim, dawn il-preferenzi jiġu stabbiliti mill-ġdid.

(7) Madankollu, il-Bosnja-Ħerzegovina għadha ma aċċettatx li tadatta l-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija skont il-Ftehim Interim sabiex tqis il-kummerċ tradizzjonali preferenzjali bejn il-Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA). F'każ li, sal-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, ma jkunx ġie ffirmat u applikat provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Interim mill-Unjoni Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina, il-preferenzi mogħtija lill-Bosnja-Ħerzegovina għandhom jiġu sospiżi mill-1 ta’ Jannar 2016. Ladarba l-Bosnja-Ħerzegovina u l-Unjoni Ewropea jiffirmaw u japplikaw provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali fil-Ftehim Interim, dawn il-preferenzi jiġu stabbiliti mill-ġdid. L-awtoritajiet tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kummissjoni għandhom jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex, qabel l-1 ta' Jannar 2016 u bi qbil mal-Ftehim Interim, isibu soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat, speċjalment fir-rigward tal-kummerċ transfruntier.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Jeħtieġ li jitqies il-progress kostanti lejn sħubija mal-Unjoni Ewropea mill-pajjiżi u t-territorji kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, kif ukoll l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni u l-ħtieġa konsegwenti li l-Ftehim Interim mal-Bosnja-Ħerzegovina jiġi adattat. F'dan il-kuntest, jeħtieġ ukoll li jitqies l-impenn ċar tal-Unjoni favur il-prospettiva tal-UE tal-Bosnja-Ħerzegovina, kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-15 ta' Diċembru 2014. F'dawk il-konklużjonijiet, ġiet imtennija l-ħtieġa li l-mexxejja politiċi tal-Bosnja-Ħerzegovina jankraw ir-riformi meħtieġa għall-integrazzjoni fl-UE fil-ħidma tal-istituzzjonijiet relevanti kollha, u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-funzjonalità u l-effiċjenza fil-livelli kollha tal-gvern sabiex il-Bosnja-Ħerzegovina tkun tista' tħejji għal sħubija futura mal-UE.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) L-Unjoni Ewropea għadha impenjata li tappoġġa l-prospettiva Ewropea tal-Bosnja-Ħerzegovina u tistenna li t-tmexxija politika tal-pajjiż iddaħħal riformi bl-għan li jippromwovu istituzzjonijiet funzjonali kif ukoll li jiżguraw drittijiet indaqs għat-tliet popli kostitwenti u għaċ-ċittadini kollha tal-Bosnja-Ħerzegovina.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu –1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1215/2009

Premessa 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Tiddaħħal il-premessa li ġejja:

 

"(14a) Sabiex tkun tista' ssir sorveljanza demokratika xierqa tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi u l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa għall-Annessi I u II wara l-emendi għall-kodiċijiet CN u għas-sottodiviżjonijiet TARIC, fir-rigward tal-aġġustamenti meħtieġa wara l-għoti ta' preferenzi kummerċjali skont ftehimiet oħra bejn l-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji koperti b'dan ir-Regolament, u fir-rigward tas-sospensjoni tal-benefiċċji skont dan ir-Regolament f'każ ta' nonkonformità mal-kundizzjoni ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva sabiex tiġi evitata l-frodi, il-kundizzjoni tar-rispett għall-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt kif ukoll il-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni f'riformi ekonomiċi effettivi u f'kooperazzjoni reġjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament jiġi involut kif xieraq, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattiki miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew;"

Ġustifikazzjoni

Sa mill-adozzjoni tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 kien soġġett għal diversi emendi. L-użu tal-atti delegati ddaħħal bir-Regolament (UE) Nru 1336/2011 li, madankollu, ma daħħalx premessa li tispjega l-użu tal-atti delegati. Ir-Rapporteur jipproponi l-użu tal-atti delegati f'każijiet oħra, sabiex tkun żgurata sorveljanza demokratika xierqa tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku mill-Kummissjoni. Dan għandu jiġi stabbilit b'mod ċar fi premessa korrispondenti, skont il-Qbil Komuni dwar l-Użu tal-Atti Delegati, miftiehem bejn il-Parlament u l-Kunsill.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1215/2009

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

3. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ pajjiż jew territorju mal-paragrafi 1 jew 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, totalment jew parzjalment, id-dritt tal-pajjiż jew it-territorju kkonċernat għall-benefiċċji ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).

3. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ pajjiż jew territorju mal-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, totalment jew parzjalment, id-dritt tal-pajjiż jew it-territorju kkonċernat għall-benefiċċji ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).

Ġustifikazzjoni

Fl-emenda 6, ir-Rapporteur jipproponi li tiġi applikata l-proċedura bl-atti delegati għas-sospensjoni tal-preferenzi f'każ ta' nonkonformità mal-kundizzjoni ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva sabiex tiġi evitata l-frodi, mal-kundizzjoni tar-rispett tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt kif ukoll mal-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni f'riformi ekonomiċi effettivi u f'kooperazzjoni reġjonali. Għalhekk, l-Artikolu 2(3) irid jiġi emendat biex jiġi eskluż l-użu tal-atti ta' implimentazzjoni f'dawk it-tliet każijiet.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1215/2009

Artikolu 7 – punt c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

(c) sospensjoni, sħiħa jew parzjali, tal-intitolament ta' pajjiż jew territorju kkonċernat għal benefiċċji skont dan ir-Regolament, f'każ ta' nonkonformità minn dak il-pajjiż jew territorju mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) u (2) ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi li tiġi applikata l-proċedura bl-atti delegati għas-sospensjoni tal-preferenzi f'każ ta' nonkonformità mal-kundizzjoni ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva sabiex tiġi evitata l-frodi, mal-kundizzjoni tar-rispett tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt kif ukoll mal-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni f'riformi ekonomiċi effettivi u f'kooperazzjoni reġjonali. Ir-Rapporteur tal-fehma li l-marġni ta' diskrezzjoni tal-Kummissjoni f'dawn it-tliet każijiet huwa wiesa' wisq u li l-involviment tal-koleġiżlaturi huwa neċessarju. (Ara wkoll in-nota spjegattiva).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1215/2009

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1c) Fl-Artikolu 10(1), il-parti introduttorja hija emendata kif ġej:

1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi jew nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġ għall-verifika tal-evidenza ta’ oriġini, jew li hemm żieda sostanzjali ta’ esportazzjonijiet ġewwa l-Komunità 'l fuq mil-livell ta’ produzzjoni normali u kapaċità ta’ esportazzjoni jew nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) minn pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1, din tkun tista’ tieħu miżuri biex tissospendi għal kollox jew in parti l-arranġamenti stabbiliti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ tliet xhur, sakemm hi l-ewwel:

1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi jew nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġ għall-verifika tal-evidenza ta’ oriġini, jew li hemm żieda sostanzjali ta’ esportazzjonijiet ġewwa l-Komunità 'l fuq mil-livell ta’ produzzjoni normali u kapaċità ta’ esportazzjoni jew nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1) minn pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1, din tkun tista’ tieħu miżuri biex tissospendi għal kollox jew in parti l-arranġamenti stabbiliti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ tliet xhur, sakemm hi l-ewwel:

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-użu propost tal-atti delegati għas-sospensjoni tal-preferenzi f'każ ta' nonkonformità mal-kundizzjonijiet ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva sabiex tiġi evitata l-frodi kif ukoll mal-kundizzjoni tar-rispett tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt mill-pajjiż jew mit-territorju parteċipanti, id-dispożizzjoni ta' salvagwardja li tikkonċerna s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi permezz tal-atti ta' implimentazzjoni għandha tiġi emendata skont dan.

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond tal-proposta tal-Kummissjoni

Il-kummerċ bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huwa liberalizzat permezz ta' għadd ta' Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) u ta' Ftehim Interim (FI) fil-każ tal-Bosnja-Ħerzegovina. Barra minn hekk, il-Kosovo (li għad m'għandux l-FSA tiegħu) u r-reġjun kollu jibbenefikaw minn Miżuri ta' Kummerċ Awtonomu (MKA), li l-UE ilha tagħti mis-sena 2000. Dawn il-preferenzi unilaterali jippermettu aċċess illimitat ħieles mid-dazju għall-UE għall-biċċa l-kbira tal-prodotti. Kuntrarju għall-FSA – li fihom il-preferenzi jingħataw minn kull parti – l-MKA huma reġim preferenzjali unilaterali favur il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-liberalizzazzjoni tat-tariffi taħt l-FSA u l-preferenzi mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 jvarjaw, speċjalment fir-rigward tal-prodotti agrikoli. Il-livell ta' liberalizzazzjoni fil-prodotti agrikoli taħt ir-reġim tal-MKA huwa akbar minn dak taħt ir-reġim tal-FSA/FI.

Il-proposta tal-Kummissjoni li qed tiġi kkunsidrata tipproponi tliet bidliet ewlenin

fir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 bażiku:

1. L-estensjoni tal-preferenzi attwali sa tmiem l-2020:

L-għan tal-estensjoni huwa li l-pajjiżi benefiċjarji jingħataw żmien addizzjonali biex jallinjaw il-preferenzi taħt ir-Regolament bażiku ma' dawk previsti fl-FSA/FI.

2. L-introduzzjoni tal-hekk imsejħa "klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem" fir-Regolament dwar l-MKA

Din il-klawżola tippermetti sospensjoni tal-preferenzi f'każ ta' ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji.

3. Is-sospensjoni possibbli tal-MKA għall-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) mill-1 ta' Jannar 2016

Wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE fl-1 ta' Lulju 2013, il-BiH għadha ma aċċettatx li tadatta l-Ftehim Interim sabiex jitqies il-kummerċ tradizzjonali preferenzjali bejn il-Kroazja u l-BiH skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA) li kien jorbot liż-żewġ pajjiżi qabel l-1 ta' Lulju 2013. B'riżultat ta' dan, il-kwoti preferenzjali miftiehma fl-2008 fil-Ftehim Interim għas-27 Stat Membru tal-UE issa qed jintużaw minn 28 Stat Membru (fuq bażi "first come, first served"). Il-metodoloġija tal-UE biex temenda l-ftehimiet kummerċjali tagħha wara tkabbir tal-UE hija stabbilita fuq il-kunċett ta' kummerċ tradizzjonali bejn il-membru l-ġdid tal-UE u l-pajjiż bil-ftehim ta' kummerċ mal-UE. Il-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent li huma membri tas-CEFTA minbarra l-BiH qablu dwar din il-metodoloġija u kkonkludew negozjati biex jemendaw il-ftehimiet tagħhom mal-UE.

Wara tliet ċikli ta' negozjati mal-BiH, baqa' ma ntlaħaqx ftehim. Kuntrarju għall-metodoloġija tal-UE, il-BiH tqis li ma tistax iżżid il-preferenza tagħha għall-ammont ta' kummerċ tradizzjonali. Skont il-BiH dan jista' jsir biss f'każ li l-UE toffri aktar konċessjonijiet.

B'riżultat ta' dan l-impass u tal-ħsara lill-interess kummerċjali tal-UE, il-Kummissjoni tipproponi li estensjoni tal-MKA għall-BiH ma tkunx awtomatika, iżda għandha tiddependi fuq il-fatt li l-BiH taċċetta l-metodoloġija tal-UE rigward l-adattament tal-Ftehim Interim. Ladarba l-BiH u l-UE jaqblu dwar, jiffirmaw u japplikaw provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali, il-preferenzi għall-BiH jerġgħu jiġu stabbiliti.

Kundizzjonijiet għal intitolament għall-preferenzi

Ir-Regolament bażiku, partikolarment fl-Artikolu 2(1) tiegħu, jistabbilixxi diversi kundizzjonijiet għal intitolament għall-arranġamenti preferenzjali:

(a) konformità mad-definizzjoni ta’ “prodotti li joriġinaw” kif prevista fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

(b) l-astensjoni tal-benefiċjarji milli jintroduċu dazji ġodda jew ħlasijiet li jkollhom effett ekwivalenti fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw mill-UE;

(c) l-involviment tal-benefiċjarji f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Komunità sabiex jiġi evitat riskju ta’ frodi.

Il-proposta tal-Kummissjoni li qed tiġi kkunsidrata tintroduċi r-raba' kundizzjoni, l-hekk imsejħa "klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem". L-intitolament għall-arranġamenti preferenzjali huwa għalhekk soġġett ukoll għal:

(d) l-astensjoni tal-benefiċjarji milli jinvolvu ruħhom fi ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ewlenin tax-xogħol, il-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u l-istat tad-dritt.

Barra minn hekk, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku fih kundizzjoni oħra għal intitolament għall-preferenzi – id-disponibbiltà tal-pajjiżi benefiċjarji sabiex iwettqu riformi ekonomiċi effettivi u f’kooperazzjoni reġjonali ma’ pajjiżi oħra tal-Punent tal-Balkani, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żoni ta’ kummerċ ħieles.

Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, f'każ ta' nonkonformità ma' xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami, tissospendi (bis-sħiħ jew parzjalment), l-intitolament għall-arranġamenti preferenzjali.

Emendi proposti:

Atti delegati:

Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-emendi proposti mir-Rapporteur huwa li jibdel l-użu tal-atti ta' implimentazzjoni bl-użu tal-atti delegati għad-deċiżjoni dwar is-sospensjoni tal-preferenzi f'każijiet ta' nonkonformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) punti (ċ) u (i) u fl-Artikolu 2(2), i.e.

Artikolu 2(1):

(c) l-involviment tal-benefiċjarji f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Komunità sabiex jiġi evitat riskju ta’ frodi

(d) l-astensjoni tal-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 1 milli jinvolvu ruħhom fi ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ewlenin tax-xogħol, il-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u l-istat tad-dritt (imdaħħla mill-proposta tal-Kummissjoni li qed tiġi kkunsidrata)

Artikolu 2(2):

"id-disponibbiltà tal-pajjiżi benefiċjarji sabiex iwettqu riformi ekonomiċi effettivi u f’kooperazzjoni reġjonali ma’ pajjiżi oħra tal-Punent tal-Balkani, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żoni ta’ kummerċ ħieles".

Meta jagħżlu bejn l-atti delegati (Artikolu 290 TFUE) u l-atti ta' implimentazzjoni (Artikolu 291 TFUE), il-koleġiżlaturi għandhom iqisu, bħala l-kriterju ewlieni, il-marġni ta' diskrezzjoni mogħti lill-Kummissjoni, b'mod partikolari billi jqisu l-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-politika li huwa involut.

Ir-Rapporteur tal-fehma li l-Kummissjoni, meta tiddeċiedi dwar is-sospensjoni tal-preferenzi għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, għandha marġni ta' diskrezzjoni kbir li jmur ferm lil hinn minn eżekuzzjoni sempliċi tad-dispożizzjonijiet tal-att bażiku abbażi ta' valutazzjoni oġġettiva, partikolarment għar-raġunijiet li ġejjin:

•       il-kriterji preċiżi għall-valutazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ġewx imħarsa jew le mhumiex stabbiliti fl-att bażiku u għalhekk inevitabbilment trid issir valutazzjoni soġġettiva li tmur lil hinn mis-sempliċi implimentazzjoni;

•       skont l-Artikolu 2(3), il-kamp ta' applikazzjoni tas-sospensjoni mhuwiex definit b'mod ċar (il-preferenzi li għandhom jiġu sospiżi bis-sħiħ jew parzjalment), mingħajr ma jkun hemm kriterji preċiżi dwar kif jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni tas-sospensjoni;

•       l-Artikolu 2(3) jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tista' tissospendi l-arranġamenti preferenzjali – il-Kummissjoni għaldaqstant tista' tiddeċiedi wkoll li ma tissospendix il-preferenzi.

Ir-Rapporteur tal-fehma li kombinazzjoni tat-tliet kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq twassal għal marġni ta' diskrezzjoni sinifikanti ferm li jkun disponibbli għall-Kummissjoni meta tiddeċiedi li tissospendi l-preferenzi. Dan jinvolvi valutazzjoni soġġettiva u jeċċedi l-limiti tal-implimentazzjoni. Tali deċiżjoni għalhekk għandha tittieħed permezz ta' atti delegati li jiggarantixxu s-sorveljanza xierqa mill-koleġiżlaturi.

Il-marġni ta' diskrezzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament bażiku huwa aktar limitat, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet huma ferm aktar oġġettivi bħal fil-każ tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(c) u (d) u fl-Artikolu 2(2). Għalhekk, ir-Rapporteur huwa sodisfatt li l-użu tal-atti ta' implimentazzjoni huwa aċċettabbli f'dawk il-każijiet.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur idaħħal fir-Regolament bażiku premessa li tispjega l-użu tal-atti delegati. Sa mill-adozzjoni tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 kien soġġett għal diversi emendi. L-użu tal-atti delegati ddaħħal bir-Regolament (UE) Nru 1336/2011 li, madankollu, ma daħħalx premessa li tispjega l-użu tal-atti delegati. Ir-Rapporteur jipproponi l-użu tal-atti delegati f'każijiet oħra, sabiex tkun żgurata sorveljanza demokratika xierqa tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku mill-Kummissjoni. Dan għandu jiġi stabbilit b'mod ċar fi premessa korrispondenti, skont il-Qbil Komuni dwar l-Użu tal-Atti Delegati, miftiehem bejn il-Parlament u l-Kunsill.

Emendi oħrajn:

L-UE u l-BiH huma mħeġġa jagħmlu ħilithom biex jilħqu ftehim rigward l-adattament tal-Ftehim Interim mal-UE wara l-adeżjoni tal-Kroazja, sabiex tiġi evitata s-sospensjoni tal-preferenzi għall-BiH mill-1 ta' Jannar 2016.

Ir-Rapporteur iqis ukoll li għandu jittenna l-fatt li l-progress li sar mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent lejn integrazzjoni aktar profonda mal-UE kif ukoll il-konklużjonijiet reċenti tal-Kunsill fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina.

.

Konklużjonijiet:

L-objettiv ewlieni tal-emendi proposti mir-Rapporteur huwa li jiġi kkonfermat l-impenn reali u profond tal-UE favur l-integrazzjoni Ewropea futura tal-pajjiżi u t-territorji koperti b'dan ir-Regolament bl-għoti ta' preferenzi kummerċjali unilaterali. Il-proċess ta' integrazzjoni tal-UE kien bla dubju proċess diffiċli għall-pajjiżi li għaddew minnu, iżda wera li huwa l-istrument l-aktar effettiv għall-istabbiltà tar-reġjun. F'din il-perspettiva, tali konċessjonijiet jew is-sospensjoni possibbli tagħhom iridu jiġu aċċettati bħala stimolu biex jitħaffef il-proċess ta' riformi politiċi u soċjoekonomiċi sottolinjati fil-"Patt għal Tkabbir", indispensabbli għall-kisba mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, tar-rekwiżiti tal-kriterji ta' Kopenħagen u tal-aquis communautaire. Għal dan il-għan, ir-Rapporteur iħeġġeġ lill-BiH tadatta l-Ftehim Interim għall-kummerċ preferenzjali mal-Kroazja wara l-adeżjoni ta' din tal-aħħar mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013 u, fl-istess ħin, jistieden lill-partijiet iqisu l-interessi reċiproċi sabiex jintlaħaq ftehim sodisfaċenti kemm għall-Istati Membri tal-UE kif ukoll għall-membri tas-CEFTA.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (11.3.2015)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina
(COM(2014)0386 – C8‑0039/2014 – 2014/0197(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Cristian Dan Preda

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni li l-miżuri kummerċjali awtonomi għall-pajjiżi u t-territorji tal-Balkani tal-Punent li qed jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jiġu estiżi għal ħames snin oħra, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2020, għandha tintlaqa' b'sodisfazzjon. Dan ir-reġim kummerċjali preferenzjali kkontribwixxa sabiex tiżdied l-esportazzjoni mill-Balkani tal-Punent, lejn l-UE. Fl-2013 l-UE kienet l-akbar sieħeb kummerċjali tar-reġjun, kemm mil-lat ta' importazzjoni (72,7 %) u kemm mil-lat ta' esportazzjoni (81,8 %). Flimkien mal-ftehimiet bilaterali li hemm fis-seħħ, dawn il-preferenzi kummerċjali jappoġġjaw l-integrazzjoni ekonomika mal-UE u b'hekk isaħħu l-istabilità politika u l-progress ekonomiku fir-reġjun kollu. Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fil-kuntest usa' tal-politiki tagħna dwar il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, billi l-għan aħħari tagħna huwa li nressquhom eqreb tal-UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan ukoll li timla' lakuna li teżisti fir-Regolament 1215/2009, jiġifieri n-nuqqas ta' klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem, li tippermetti li jiġu sospiżi l-preferenzi kummerċjali f'każ ta' ksur tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt li jseħħu f'wieħed mill-pajjiżi u t-territorji tal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Filwaqt li din l-idea għandha tintlaqa' b'sodisfazzjon, skont ir-Rapporteur il-formulazzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni mhijiex kompletament sodisfaċenti għall-applikazzjoni prattika tal-Artikolu 21(1) TUE, u lanqas ma twassal sabiex l-obbligu li d-drittijiet tal-bniedem jiġu integrati fl-azzjoni esterna tal-UE, isir obbligu tanġibbli. Ikun aħjar li din il-klawsola tiġi fformulata b'mod pożittiv, u f'konformità mal-kriterji ta' Kopenħagen. Barra minn hekk, jekk il-livell limitu stabbilit għal din il-klawsola jkun għoli wisq, jista' jagħti l-każ li jsir inoperabbli. Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza li bħala koleġiżlatur u fergħa tal-awtorità baġitarja, u billi għandu rwol ewlieni fir-rigward tal-pajjiżi tat-tkabbir, il-Parlament Ewropew huwa intitolat li jeżerċita kompletament il-prerogattivi tiegħu f'każ li trid tittieħed deċiżjoni dwar is-sospensjoni tal-preferenzi kummerċjali. F'perspettiva aktar wiesgħa, skont ir-Rapporteur jidher li huwa importanti li l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem ikunu abbozzati b'mod aktar ċar u konsistenti fir-reġimi kummerċjali preferenzjali awtonomi.

Fl-aħħar nett, il-proposta tal-Kummissjoni tqis il-fatt li l-Bosnja-Ħerzegovina s'issa għadha m'aċċettatx li tadatta l-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija skont il-Ftehim Interim dwar kwistjonijiet kummerċjali u relatati mal-kummerċ mal-UE, b'segwitu għall-adeżjoni tal-Kroazja. Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim dwar din il-kwistjoni sa tmiem is-sena, il-preferenzi mogħtija lill-Bosnja-Ħerzegovina skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi mill-1 ta' Jannar 2016.

Madankollu, ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza li s-sospensjoni tal-preferenzi kummerċjali għall-Bosnja-Ħerzegovina għandha titqies bħala inċentiv sabiex jissolva n-nuqqas ta' ftehim li hemm bħalissa mal-UE dwar l-adattament tal-Ftehim Interim. Ir-Rapporteur jittama li l-awtoritajiet il-ġodda fil-Bosnja-Ħerzegovina se jisfruttaw l-impetus pożittiv li offriet l-adozzjoni tal-Approċċ il-ġdid tal-UE għal dan il-pajjiż mill-Kunsill Affarijiet Barranin fil-15 ta' Diċembru 2014, biex tissolva wkoll din il-kwistjoni pendenti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ma jipprovdi l-ebda possibbiltà biex temporanjament tiġi sospiża l-għotja ta’ miżuri kummerċjali eċċezzjonali f’każ ta’ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt mill-benefiċjarji tagħha. Huwa xieraq li tkun introdotta din il-possibbiltà, sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni malajr f’każ li jseħħ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt f’wieħed mill-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew li huma marbutin miegħu.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ma jipprovdi l-ebda possibbiltà biex temporanjament tiġi sospiża l-għotja ta’ miżuri kummerċjali eċċezzjonali f’każ ta’ ksur tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt mill-benefiċjarji tagħha. Huwa xieraq li tkun introdotta din il-possibbiltà, sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni malajr f’każ li jseħħ ksur tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt f’wieħed mill-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew li huma marbutin miegħu. Biex isir progress fil-proċess ta' adeżjoni jeħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien tal-minoranzi.

Ġustifikazzjoni

Billi l-pajjiżi li qed ifittxu li jissieħbu mal-UE jridu jikkonformaw mal-Kriterji ta' Kopenħagen, huwa importanti li tiġi introdotta klawsola li tiżgura li tista' tittieħed azzjoni f'każ ta' ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. Klawsola bħal din għandha tiġi estiża sabiex tinkludi standards ewlenin tax-xogħol u l-ambjent, bil-ħsieb li jiġu promossi u mħarsa d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli, u l-pajjiżi jiġu megħjuna jallinjaw mal-acquis tal-Komunità.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Minn meta tnieda l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ġew konklużi Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi kollha kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, bl-eċċezzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo3. F’Ġunju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tibda n-negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo.

(5) Minn meta tnieda l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ġew konklużi Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi kollha kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, bl-eċċezzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo3. F’Mejju 2014 intemmu n-negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo, u l-Ftehim ġie inizjalat f'Lulju 2014.

______________

_______________

3 Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

3 Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) L-istituzzjonijiet li għadhom kemm ġew eletti tal-Bosnja-Ħerzegovina għandhom jaħtfu l-opportunità tal-approċċ imġedded tal-politika tal-Unjoni fir-rigward ta' dan il-pajjiż biex jikkonkludu l-Ftehim dwar l-adattament tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim, filwaqt li jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE u ż-żamma tal-kummerċ tradizzjonali preferenzjali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1215/2009

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(d) “(d) l-astensjoni tal-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 1 milli jinvolvu ruħhom fi ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ewlenin tax-xogħol, il-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u l-istat tad-dritt.”

"(d) ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett tal-prinċipju tal-istat tad-dritt mill-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 1.”

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina

Referenzi

COM(2014)0386 – C8-0039/2014 – 2014/0197(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

3.7.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

3.7.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Cristian Dan Preda

22.9.2014

Eżami fil-kumitat

24.2.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

15

21

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Eugen Freund, Michael Gahler, Richard Howitt, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Jean-Luc Mélenchon, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Kati Piri, Andrej Plenković, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Alyn Smith, Charles Tannock, Eleni Theocharous, László Tőkés, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicolas Bay, Reinhard Bütikofer, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Gabrielius Landsbergis, Juan Fernando López Aguilar, Antonio López-Istúriz White, David Martin, Helmut Scholz, Traian Ungureanu, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u s-sospensjoni tal-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina

Referenzi

COM(2014)0386 – C8-0039/2014 – 2014/0197(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.6.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

3.7.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

3.7.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Goffredo Maria Bettini

3.9.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2014

24.2.2015

19.3.2015

 

Data tal-adozzjoni

19.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Santiago Fisas Ayxelà, Yannick Jadot, Ska Keller, Alexander Graf Lambsdorff, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Viviane Reding, Matteo Salvini, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Bendt Bendtsen, Goffredo Maria Bettini, Victor Boștinaru, Dita Charanzová, Aymeric Chauprade, Danuta Maria Hübner, Pedro Silva Pereira, Davor Ivo Stier, Jarosław Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Seb Dance, Jean-Luc Schaffhauser, Marco Valli

Data tat-tressiq

24.3.2015