RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjonijiet funivjarji
25.3.2015 - (COM(2014)0187 – C7-0111/2014 – 2014/0107(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Antonio López-Istúriz White
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjonijiet funivjarji
(COM(2014)0187 – C7-0111/2014 – 2014/0107(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0187),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0111/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0063/2015),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3a) Dan ir-Regolament japplika għal installazzjonijiet funivjarji ġodda u jkopri sottosistemi u komponenti tas-sikurezza li jkunu ġodda għas-suq tal-Unjoni meta jitqiegħdu fis-suq; jiġifieri, dawn jew ikunu sottosistemi u komponenti tas-sikurezza ġodda magħmula minn manifattur stabbilit fl-Unjoni, jew inkella jkunu sottosistemi u komponenti tas-sikurezza, kemm jekk ġodda kif ukoll jekk użati, importati minn pajjiż terz. Dan ir-Regolament ma japplikax għar-rilokazzjoni ta’ installazzjonijiet funivjarji installati fit-territorju tal-Unjoni jew għar-rilokazzjoni ta’ sottosistemi jew komponenti tas-sikurezza li ġew inkorporati f’dawn l-installazzjonijiet, ħlief meta din ir-rilokazzjoni timplika modifika maġġuri tal-installazzjoni li tkun teħtieġ awtorizzazzjoni amministrattiva. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Ir-Regolament (UE) Nru […/…] [dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti]16 jipprovdi regoli dettaljati dwar is-sorveljanza tas-suq u dwar il-kontrolli tal-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, inklużi s-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza. Jistabbilixxi wkoll proċedura ta’ klawżola ta’ salvagwardja. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq, jaħtru awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jispeċifikaw is-setgħat u d-dmirijiet tagħhom. Għandhom jistabbilixxu wkoll programmi ta’ sorveljanza tas-suq ġenerali u speċifiċi għas-settur. |
imħassar |
|
__________________ |
|
|
16 ĠU L […...]. |
|
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/9/KE għandu jinżamm. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ iddisinjati għat-trasport ta’ persuni użati f’resorts tat-turisti li jinsabu f’altitudni għolja jew f’faċilitajiet ta’ trasport urban. L-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ huma primarjament sistemi ta’ liftijiet, bħal linji tar-rotta b’kablaġġ, ropeways tal-ajru, cable cars, gondoli, chairlifts u drag lifts. It-trazzjoni b’kablaġġ u l-funzjoni tat-trasport tal-passiġġieri huma l-kriterji essenzjali li jistabbilixxu l-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ koperti minn dan ir-Regolament. |
(8) Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/9/KE għandu jinżamm. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-installazzjonijiet funivjarji ddisinjati għat-trasport ta’ persuni, tipikament użati f’resorts tat-turisti jew f’faċilitajiet ta’ trasport urban. L-installazzjonijiet funivjarji huma primarjament sistemi ta’ liftijiet, bħal funikulari, ropeways tal-ajru, cable cars, gondoli, chairlifts, drag lifts u installazzjonijiet oħra għal skopijiet ta' turiżmu jew sport. It-trazzjoni b’kejbil u l-funzjoni tat-trasport tal-passiġġieri huma l-kriterji essenzjali li jistabbilixxu l-installazzjonijiet funivjarji koperti minn dan ir-Regolament. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11) Il-liftijiet imħaddma b’kablaġġ, kemm jekk vertikali kif ukoll jekk inklinati, li jservu b’mod permanenti sulari speċifiċi ta’ binjiet u kostruzzjonijiet għajr l-istazzjonijiet, huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni u għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(11) Il-liftijiet, inklużi l-liftijiet imħaddma b'kejbil, kemm jekk vertikali kif ukoll jekk inklinati, li jservu b’mod permanenti sulari speċifiċi ta’ binjiet u kostruzzjonijiet u li ma jaħdmux bejn l-istazzjonijiet funivjarji, huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni u għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(11a) L-installazzjonijiet funivjarji mibnija fl-imgħoddi, kif identifikat bil-liġi nazzjonali, u s-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza tagħhom għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u tal-proprjetà li jikkonċernaw dawk l-installazzjonijiet funivjarji, jekk meħtieġ permezz tal-liġi nazzjonali tagħhom. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(14a) Il-prinċipju ta' prekawzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE u deskritt, inter alia, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2000 dwar il-prinċipju ta' prekawzjoni, huwa prinċipju fundamentali għas-sikurezza tal-prodotti u għas-sikurezza tal-konsumaturi u għandu jitqies kif xieraq meta jiġu stabbiliti l-kriterji għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-installazzjonijiet funivjarji u l-infrastruttura, is-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza tagħhom. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15) Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti li jqisu neċessarji fir-rigward tal-użu tal-art, l-ippjanar reġjonali u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u b’mod partikolari tal-ħaddiema meta jintużaw l-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ. |
(15) Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti li jqisu neċessarji fir-rigward tal-użu tal-art, l-ippjanar reġjonali u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u b’mod partikolari tal-ħaddiema u tal-operaturi meta jintużaw l-installazzjonijiet funivjarji. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(19a) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, huwa neċessarju li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll ta’ prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għal sottosistemi u komponenti tas-sikurezza koperti minn dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament m’għandhux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dawk il-ħidmiet. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ jibdew jitħaddmu biss jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u ma jkunux f’riskju li jheddu s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew il-proprjetà meta jiġu installati, issirilhom manutenzjoni jew operati skont l-iskop maħsub tagħhom. |
(20) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-installazzjonijiet funivjarji jibdew jitħaddmu biss jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u ma jkunux f’riskju li jheddu s-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew il-proprjetà meta jiġu installati, issirilhom manutenzjoni jew operati skont l-iskop maħsub tagħhom. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25) Is-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza għandhom ikunu jistgħu jiġu inkorporati f’installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ diment li jippermettu l-bini tal-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u ma jkunux jistgħu jipperikolaw is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew il-proprjetà meta jiġu installati, isirilhom manutenzjoni jew imħaddma kif suppost skont l-iskop maħsub tagħhom. |
(25) Is-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza għandhom ikunu jistgħu jiġu inkorporati f’installazzjoni funivjarja dment li jippermettu l-bini tal-installazzjonijiet funivjarji li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u ma jkunux jistgħu jipperikolaw is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew il-proprjetà meta jiġu installati, issirilhom manutenzjoni u mħaddma kif suppost skont l-iskop maħsub tagħhom. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 31 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(31) Jeħtieġ li jkun żgurat li s-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari li jkunu twettqu proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-manifatturi fir-rigward ta’ dawk is-sottosistemi u komponenti tas-sikurezza. Għalhekk għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li dawn ma jqegħdux fis-suq sottosistemi u komponenti tas-sikurezza li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex l-importaturi jiżguraw li jkunu saru l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u li l-marki u d-dokumentazzjoni tas-sottosistema u l-komponent tas-sikurezza mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti. |
(31) Jeħtieġ li jkun żgurat li s-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari li jkunu twettqu proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-manifatturi fir-rigward ta’ dawk is-sottosistemi u komponenti tas-sikurezza. Għalhekk għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li dawn ma jqegħdux fis-suq sottosistemi u komponenti tas-sikurezza li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex l-importaturi jiżguraw li jkunu saru l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u li l-marki u d-dokumentazzjoni tas-sottosistema u l-komponent tas-sikurezza mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33) Meta jqiegħed fis-suq sottosistema jew komponent ta' sikurezza, kull importatur għandu jindika fuq is-sottosistema jew il-komponent ta' sikurezza ismu, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tiegħu, u l-indirizz postali fejn ikun jista' jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti eċċezzjonijiet f’każijiet fejn id-daqs jew l-għamla tal-komponent tas-sikurezza ma jippermettux dan. Dan jinkludi każijiet li fihom l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex jindika l-isem u l-indirizz tiegħu fuq il-komponent tas-sikurezza. |
(33) Meta jqiegħed fis-suq sottosistema jew komponent tas-sikurezza, kull importatur għandu jindika fuq is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza ismu, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tiegħu, u l-indirizz postali fejn ikun jista' jsir kuntatt miegħu, kif ukoll websajt meta din tkun disponibbli. Għandhom jiġu pprovduti eċċezzjonijiet f’każijiet fejn id-daqs jew l-għamla tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sikurezza ma jippermettux dan. Dan jinkludi każijiet li fihom l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex jindika l-isem u l-indirizz tiegħu fuq is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza. F'tali każijiet l-informazzjoni għandha tkun indikata fuq l-imballaġġ u fl-istruzzjonijiet li jiġu mal-komponent tas-sikurezza. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 37 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(37) Dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-espressjoni tar-rekwiżiti essenzjali. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti hemm bżonn li jsiru provvedimenti għall-presuppożizzjoni ta’ konformità għall-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ li jkunu konformi mal-istandards armonizzati li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għall-iskop tal-espressjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati ta’ dawk ir-rekwiżiti, speċjalment fir-rigward tad-disinn, il-bini u t-tħaddim tal-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ. |
(37) Dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-espressjoni tar-rekwiżiti essenzjali. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti hemm bżonn li jsiru provvedimenti għall-presuppożizzjoni ta’ konformità għall-installazzjonijiet funivjarji, is-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza li jkunu konformi mal-istandards armonizzati li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għall-iskop tal-espressjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati ta’ dawk ir-rekwiżiti, speċjalment fir-rigward tad-disinn, il-bini u t-tħaddim tal-installazzjonijiet funivjarji. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 41 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(41) Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għal sottosistema jew komponent tas-sikurezza għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE. |
(41) Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għal sottosistema jew komponent tas-sikurezza għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul mid-dikjarazzjonijiet rilevanti individwali tal-konformità. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 43 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(43) Hemm bżonn li ssir verifika tal-konformità tas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza mar-rekwiżiti essenzjali previsti f’dan ir-Regolament sabiex tiġi pprovduta protezzjoni effettiva għall-utenti u l-partijiet terzi. |
(43) Hemm bżonn li ssir verifika tal-konformità tas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza mar-rekwiżiti essenzjali previsti f’dan ir-Regolament sabiex tiġi pprovduta protezzjoni effettiva għall-operaturi, l-utenti u l-partijiet terzi. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 46 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(46) L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2000/9/KE li l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex biżżejjed biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ prestazzjoni ta’ dawn il-korpi fl-Unjoni kollha. Madankollu, huwa essenzjali li l-korpi kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni leali. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ jkunu notifikati sabiex jipprovdu servizzi ta’ valutazzjoni tal-konformità. |
(46) L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2000/9/KE li korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex biżżejjed biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ prestazzjoni tal-korpi nnotifikati fl-Unjoni kollha. Madankollu, huwa essenzjali li l-korpi kollha nnotifikati jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni leali. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ jkunu nnotifikati sabiex jipprovdu servizzi ta’ valutazzjoni tal-konformità. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 54 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(54) Fl-interessi tal-kompetittività, huwa kruċjali li l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex jiġi żgurat trattament indaqs tal-operaturi ekonomiċi, għandha tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. L-aħjar mod kif jista’ jinkiseb dan huwa permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità. |
(54) Fl-interessi tal-kompetittività, huwa kruċjali li l-korpi nnotifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex jiġi żgurat trattament indaqs tal-operaturi ekonomiċi, għandha tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. L-aħjar mod kif jista’ jinkiseb dan huwa permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifkati. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 54a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(54a) Id-Direttiva 2000/9/KE diġà tipprevedi proċedura ta’ salvagwardja meħtieġa biex tippermetti l-possibbiltà tal-kontestazzjoni tal-konformità ta’ sottosistema jew komponent tas-sikurezza. Sabiex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja eżistenti, bl-għan li ssir aktar effiċjenti u sabiex jintuża l-għarfien espert li jista’ jinkiseb fl-Istati Membri. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 54b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(54b) Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin biex jittieħdu fir-rigward ta’ sottosistemi u komponenti tas-sikurezza li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta’ dawn is-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 56a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(56a) Meta jkunu qegħdin jiġu eżaminati kwistjonjiet marbuta ma’ dan ir-Regolament, għajr l-implimentazzjoni tiegħu jew il-ksur tiegħu, jiġifieri fi grupp ta’ esperti mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu, f’konformità mal-prattika eżistenti, jirċievi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha u stedina biex jattendi tali laqgħat. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 57 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(57) Jeħtieġ li jsir provvediment għall-arranġamenti transitorji li jippermettu t-tqegħid fis-suq u t-tħaddim ta’ sottosistemi u komponenti tas-sikurezza li diġà tqiegħdu fis-suq skont id-Direttiva 2000/9/KE. |
(57) Jeħtieġ li jsir provvediment għall-arranġamenti transitorji li jippermettu t-tqegħid fis-suq u l-bidu tat-tħaddim, mingħajr il-bżonn ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott, ta’ sottosistemi u komponenti tas-sikurezza li diġà tqiegħdu fis-suq skont id-Direttiva 2000/9/KE. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 59 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(59) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawk il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(59) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu infurzati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 60 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(60) Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiżgura li l-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu għal livell għoli ta’ protezzjoni u sikurezza tal-utenti filwaqt li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern għas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan. |
(60) Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiżgura li l-installazzjonijiet funivjarji jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni filwaqt li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern għas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri imma, minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar id-disinn u l-bini tal-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ iddisinjati għat-trasport ta’ persuni u dwar it-tqegħid fis-suq u l-moviment liberu tas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza għat-tali installazzjonijiet. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-tqegħid fis-suq u l-moviment liberu tas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet funivjarji. Fih ukoll regoli dwar id-disinn, il-bini u d-dħul fis-servizz ta’ installazzjonijiet funivjarji ġodda. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1a |
|
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bbażati fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) trams imħaddma b’kablaġġ mibnija b’mod tradizzjonali; |
(b) installazzjonijiet funivjarji mibnija fl-imħoddi, inklużi trams imħaddma b’kejbil u funikulari, kif identifikati bil-liġi nazzjonali, inklużi sottosistemi u komponenti tas-sikurezza ddisinjati b’mod speċifiku għalihom; |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) l-installazzjonijiet maħsubin għall-finijiet agrikoli u għall-manutenzjoni tax-xelters jew il-barrakki ta’ fuq il-muntanji li mhumiex maħsuba għat-trasport tal-pubbliku; |
(c) l-installazzjonijiet maħsubin għall-finijiet agrikoli jew forestali; |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) l-installazzjonijiet funivjarji għas-servizz tax-xelters u l-barrakki ta’ fuq il-muntanji maħsuba biss għat-trasport ta’ oġġetti u persuni speċifikament awtorizzati; |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) apparat fuq is-sit jew mobbli għall-użu f’fieri u/jew parks ta’ divertiment li huma ddisinjati esklussivament għal skopijiet ta’ divertiment u mhux bħala mezz għat-trasport ta’ persuni; |
(d) apparat fuq is-sit jew mobbli ddisinjati esklussivament għal skopijiet ta’ divertiment u rikreazzjoni u mhux bħala mezz għat-trasport ta’ persuni; |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) “infrastruttura” tfisser it-tqassim, id-dejta tas-sistema, l-istrutturi tal-istazzjonijiet u l-istrutturi tul il-linja ddisinjati b’mod speċjali għal kull installazzjoni u mibnija fuq il-post u li huma meħtieġa għall-bini u t-tħaddim tal-installazzjoni, inkluż l-pedamenti; |
(3) “infrastruttura” tfisser l-istrutturi tal-istazzjonijiet u l-istrutturi tul il-linja ddisinjati b’mod speċjali għal kull installazzjoni funivjarja u mibnija fuq il-post, li jqisu t-tqassim u d-dejta tas-sistema u li huma meħtieġa għall-bini u t-tħaddim tal-installazzjoni funivjarja, inklużi l-pedamenti; |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 18 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18) “speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn installazzjoni, infrastruttura, sottosistema jew komponent tas-sikurezza; |
(18) “speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn installazzjoni funivjarja, infrastruttura, sottosistema jew komponent tas-sikurezza; |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24) “sejħa lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħdu lura sottosistema jew komponent tas-sikurezza li diġà jkunu ġew inkorporati f’installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ; |
(24) “sejħa lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħdu lura sottosistema jew komponent tas-sikurezza li diġà kienu disponibbli għad-disinn u l-bini ta’ installazzjoni funivjarja; |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li s-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti imposti minn dan ir-Regolament. |
(1) Is-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti imposti minn dan ir-Regolament. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, skont l-Artikolu 9, biex jistabbilixxu l-proċeduri ħalli jiżguraw li s-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza jiġu inkorporati fl-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ jekk jippermettu biss il-bini ta’ installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ma jkunux jistgħu jipperikolaw is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew il-proprjetà meta jiġu inkorporati, issirlhom manutenzjoni jew jitħaddmu kif suppost skont l-iskop maħsub tagħhom. |
imħassar |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, skont l-Artikolu 9, biex jistabbilixxu l-proċeduri ħalli jiżguraw li l-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ jibdew jitħaddmu biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ma jkunux jistgħu jipperikolaw is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew il-proprjetà meta jiġu installati, issirilhom manutenzjoni jew jitħaddmu kif xieraq skont l-iskop maħsub tagħhom. |
(1) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, skont l-Artikolu 9, biex jistabbilixxu l-proċeduri ħalli jiżguraw li l-installazzjonijiet funivjarji jibdew jitħaddmu biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ma jkunux jistgħu jipperikolaw is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew il-proprjetà meta jiġu installati, issirilhom manutenzjoni u jitħaddmu kif suppost skont l-iskop maħsub tagħhom. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(1a) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, bi qbil mal-Artikolu 9, biex jistabbilixxu l-proċeduri ħalli jiżguraw li s-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza jiġu inkorporati fl-installazzjonijiet funivjarji biss jekk jippermettu l-bini ta’ installazzjonijiet funivjarji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ma jkunux jistgħu jipperikolaw is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew il-proprjetà meta jkunu inkorporati, issirilhom manutenzjoni u jitħaddmu kif suppost skont l-iskop maħsub tagħhom. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) L-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ li jkunu konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu supponuti li huma konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Anness II. |
(2) L-installazzjonijiet funivjarji li jkunu konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu supponuti li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-installazzjonijiet kollha ppjanati għandhom ikunu soġġetti għal analiżi tas-sikurezza kif iddefinita fl-Anness III li għandha tkopri l-aspetti kollha tas-sikurezza tal-installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ u l-ambjent tagħha fil-kuntest tad-disinn, il-binja u t-tħaddim u għandhom jagħmluha possibbli li jiġu identifikati mill-esperjenza fl-imgħoddi perikli li jistgħu jseħħu waqt it-tħaddim tal-installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ. |
1. Il-persuna responsabbli mill-installazzjoni funivjarja, stabbilita minn Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali, għandha twettaq analiżi ta' sikurezza tal-installazzjoni funivjarja ppjanata jew tara li t-tali analiżi ta' sikurezza titwettaq. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) L-analiżi tas-sikurezza għandha tiġi inkluża f’rapport tas-sikurezza. Dan ir-rapport għandu jirrakkomanda l-miżuri previsti biex jiġu indirizzati t-tali riskji u jinkludi lista tas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza li għandhom jiġu inkorporati fl-installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ. |
imħassar |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2a) L-analiżi tas-sikurezza meħtieġa għal kull installazzjoni funivjarja għandha tqis kull mod ta’ tħaddim previst. L-analiżi tas-sikurezza għandha ssegwi metodu rikonoxxut jew stabbilit u għandha tqis l-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u l-komplessità tal-installazzjoni funivjarja inkwistjoni. L-iskop ta’ dik l-analiżi tas-sikurezza għandu jkun li jiġi żgurat li d-disinn u l-konfigurazzjoni tal-installazzjoni funivjarja jqisu l-madwar lokali u l-agħar sitwazzjonijiet biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ sikurezza sodisfaċenti. L-analiżi tas-sikurezza għandha tkopri l-aspetti kollha tas-sikurezza tal-installazzjoni funivjarja u l-fatturi esterni tagħha fil-kuntest tad-disinn, il-bini u d-dħul fis-servizz u għandhom jagħmluha possibbli li jiġu identifikati mill-esperjenza fl-imgħoddi perikli li jistgħu jseħħu waqt it-tħaddim tal-installazzjoni funivjarja. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2b) L-analiżi tas-sikurezza għandha tkopri wkoll il-mekkaniżmi ta’ sikurezza u l-effett tagħhom fuq l-installazzjoni funivjarji u s-sottosistemi relatati li dawn iħaddmu sabiex: |
|
|
(a) ikunu kapaċi jirreaġixxu hekk kif tiġi identifikata xi ħaġa ma tibdiex tiffunzjona jew ikun hemm ħsara inizjali sabiex jibqgħu fi stat li jiggarantixxi s-sikurezza, f’mod ta’ tħaddim aktar baxx jew fi stat meqjus sikur; |
|
|
(b) ikunu superfluwi u jkunu sorveljati; jew |
|
|
(c) ikunu tali li l-probabbiltà tal-ħsara tagħhom tkun tista’ tiġi evalwata u jkunu ta’ standard ekwivalenti għal dak miksub minn mekkaniżmi ta’ sikurezza li jissodisfaw il-kriterji tal-ewwel u t-tieni inċiżi. |
|
|
Għandha tintuża analiżi tas-sikurezza biex jitħejja inventarju ta’ riskji u sitwazzjonijiet perikolużi, biex jiġu rakkomandati l-miżuri previsti biex jittrattaw dawn ir-riskji u biex tiġi stabbilita l-lista ta’ sottosistemi u komponenti tas-sikurezza li għandhom jiġu inkorporati fl-installazzjoni funivjarja. Ir-riżultat tal-analiżi tas-sikurezza għandu jiġi inkluż f’rapport ta’ sikurezza. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-analiżi tas-sikurezza, ir-rapport tas-sikurezza, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumenti l-oħra relatati mal-konformità tas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza kif ukoll id-dokumentazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ jiġu sottomessi lill-awtorità responsabbli għall-approvazzjoni tal-installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ. Id-dokumentazzjoni dwar l-installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ għandha tinkludi wkoll il-kundizzjonijiet meħtieġa, inklużi r-restrizzjonijiet fuq it-tħaddim, u d-dettalji sħaħ għas-superviżjoni tas-servizzjar, l-aġġustament u l-manutenzjoni tal-installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ. Għandha tinżamm kopja ta’ dawn id-dokument fl-installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ. |
2. Il-persuna responsabbli mill-installazzjoni funivjarja, stabbilita minn Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali, għandha tippreżenta r-rapport tas-sikurezza, kif imsemmi fl-Artikolu 8, id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumenti l-oħra relatati mal-konformità tas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza kif ukoll id-dokumentazzjoni rigward il-karatteristiċi tal-installazzjoni funivjarja lill-awtorità jew lill-korp responsabbli għall-approvazzjoni tal-installazzjoni funivjarja. Id-dokumentazzjoni dwar l-installazzjoni funivjarja għandha tinkludi wkoll il-kundizzjonijiet meħtieġa, inklużi r-restrizzjonijiet fuq it-tħaddim, u d-dettalji sħaħ għas-superviżjoni tas-servicing, l-aġġustament u l-manutenzjoni tal-installazzjoni funivjarja. Għandha tinżamm kopja ta’ dawn id-dokumenti fl-installazzjoni funivjarja. |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4) L-Istati Membri ma għandhomx jużaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu, minħabba raġunijiet relatati mal-aspetti koperti minn dan ir-Regolament, il-bini u t-tħaddim tal-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u li ma jippreżentawx riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew għall-proprjetà meta jiġu installati b’mod xieraq skont l-iskop maħsuba għalih. |
(4) L-Istati Membri ma għandhomx jużaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu, minħabba raġunijiet relatati mal-aspetti koperti minn dan ir-Regolament, il-bini u t-tħaddim tal-installazzjonijiet funivjarji li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u li ma jippreżentawx riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew għall-proprjetà meta jiġu installati b’mod xieraq skont l-iskop maħsuba għalih.
|
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) Jekk Stat Membru jsib li installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ approvata li hija użata skont l-iskop maħsub tagħha aktarx li tipperikola s-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni u, fejn ikun xieraq, il-proprjetà, għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi l-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ jew jipprojbixxi t-tħaddim tagħha. |
(2) Jekk Stat Membru jsib li installazzjoni funivjarja approvata li hija użata skont l-iskop maħsub tagħha aktarx li tipperikola s-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, jew tipperikola l-proprjetà, għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi l-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-installazzjoni funivjarja jew jipprojbixxi t-tħaddim tagħha. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sikurezza tagħhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u li jkollhom fuqhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti li jiġu identifikati. |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sikurezza li jkunu qiegħdu fis-suq ikollhom fuqhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje li jippermetti li jiġu identifikati. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn id-daqs jew l-għamla tal-komponent tas-sikurezza ma jippermettux hekk, il-manifatturi għandhom jiżġuraw li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew fl-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw il-komponent tas-sikurezza. |
Fejn id-daqs jew l-għamla tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sikurezza ma jippermettux hekk, il-manifatturi għandhom jiżġuraw li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6) Il-manifatturi għandhom jindikaw fuq is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ u fl-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw il-komponent tas-sikurezza. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. |
(6) Il-manifatturi għandhom jindikaw fuq is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati, kif ukoll websajt meta tkun disponibbli jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ u fid-dokument li jakkumpanja s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza huwa akkumpanjat mid-Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u mill-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti, kif stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. Tali struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli. |
(7) Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza huwa akkumpanjat minn kopja tad-Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u mill-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza kif stabbilit fl-Anness II, il-punt 7.1.1, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti, kif stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. Tali struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli. |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li sottosistema jew komponent tas-sikurezza li jkunu qiegħdu fis-suq mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa minnufih biex dik is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza jsir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza jippreżentaw riskju, il-manifatturi għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza għad-dispożizzjoni fis-suq għal dan l-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda. |
(8) L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li sottosistema jew komponent tas-sikurezza li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa minnufih biex dik is-sottosistema jew komponent tas-sikurezza jsiru konformi, jirtirawhom jew isejħuhom lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza jippreżentaw riskju, il-manifatturi għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza għad-dispożizzjoni fis-suq għal dan l-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9) Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza ma’ dan ir-Regolament, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni jistgħu jingħataw jew f’forma stampata jew f’forma elettronika. Għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mis-sottosistemi jew il-komponenti tas-sikurezza li huma jkunu qiegħdu fis-suq. |
(9) Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa f’forma stampata jew f’forma elettronika biex juru l-konformità tas-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza ma’ dan ir-Regolament, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mis-sottosistemi jew il-komponenti tas-sikurezza li huma jkunu qiegħdu fis-suq. |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) iżomm id-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal 30 sena wara li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza jkunu tqiegħedu fis-suq; |
(a) iżomm id-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal 30 sena wara li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza jkunu tqiegħdu fis-suq; |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Qabel ma jqiegħdu fis-suq sottosistema jew komponent tas-sikurezza, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa skont l-Artikolu 18. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza huwa akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, li jkollu fuqu t-tikketta CE u huwa akkumpanjat bl-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(5) u (6) rispettivament. |
Qabel ma jqiegħdu fis-suq sottosistema jew komponent tas-sikurezza, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa msemmija fl-Artikolu 18. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza huwa akkumpanjat minn kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, li jkollu fuqu t-tikketta CE u huwa akkumpanjat bl-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(5) u (6). |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza, jew jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu u fl-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw il-komponent tas-sikurezza. Id-dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. |
(3) Il-manifatturi għandhom jindikaw fuq is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati, kif ukoll websajt meta tkun disponibbli jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ u fid-dokument li jakkumpanja s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza. Id-dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5) L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li sottosistema jew komponent tas-sikurezza jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. |
(5) L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li sottosistema jew komponent tas-sikurezza jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II. |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6) Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn sottosistema jew komponent tas-sikurezza, l-importaturi għandhom, biex iħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-utenti, fuq talba ġġustifikata kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti, iwettqu testijiet kampjunarji tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sikurezza li jitqiegħdu fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti ta’ sottosistemi jew komponenti tas-sikurezza mhux konformi u tas-sejħiet lura ta’ tali sottosistemi jew komponenti tas-sikurezza, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ ta’ dan it-tip. |
(6) Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn sottosistema jew komponent tas-sikurezza, l-importaturi għandhom, biex iħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-passiġġieri, il-persunal u partijiet terzi, iwettqu testijiet kampjunarji tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sikurezza li jitqiegħdu fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti ta’ sottosistemi jew komponenti tas-sikurezza mhux konformi u tas-sejħiet lura ta’ tali sottosistemi jew komponenti tas-sikurezza, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ ta’ dan it-tip. |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9) Wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, l-importaturi għandhom jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta’ sottosistema jew komponent tas-sikurezza, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità nazzjonali kompetenti. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni jistgħu jingħataw jew f’forma stampata jew f’forma elettronika. Għandhom jikkoperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mis-sottosistemi jew il-komponenti tas-sikurezza li huma jkunu qiegħdu fis-suq. |
(9) Wara talba minn awtorità kompetenti nazzjonali, l-importaturi għandhom jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja f’forma stampata jew f’forma elettronika biex juru l-konformità ta’ sottosistema jew komponent tas-sikurezza, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità nazzjonali kompetenti. Għandhom jikkoperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mis-sottosistemi jew il-komponenti tas-sikurezza li huma jkunu qiegħdu fis-suq. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Qabel ma jagħmlu sottosistema jew komponent tas-sikurezza disponibbli fis-suq, id-distribituri għandhom jivverifikaw li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza jkollu fuqu t-tikketta CE u huwa akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti kif stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(5) u (6) u l-Artikolu 13(3). |
Qabel ma jagħmlu sottosistema jew komponent tas-sikurezza disponibbli fis-suq, id-distribituri għandhom jivverifikaw li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza jkollu fuqu t-tikketta CE u huwa akkumpanjat minn kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti kif stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(5) u (6) u l-Artikolu 13(3). |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5) Id-distributuri għandhom, wara talba motivata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta’ sottosistema jew komponent tas-sikurezza. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni jistgħu jingħataw jew f’forma stampata jew f’forma elettronika. Huma għandhom jikkoperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mis-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza li huma jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq. |
(5) Id-distributuri għandhom, wara talba motivata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja f’forma stampata jew f’forma elettronika biex juru l-konformità ta’ sottosistema jew komponent tas-sikurezza. Huma għandhom jikkoperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mis-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza li huma jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 17 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Is-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu supponuti konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Anness II. |
Is-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu supponuti konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom. |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) konformità bbażata fuq garanzija sħiħa tal-kwalità (Modulu H), stabbilita fl-Anness VIII. |
(c) konformità bbażata fuq garanzija sħiħa tal-kwalità flimkien ma’ eżami tad-disinn (Modulu H 1), stabbiliti fl-Anness VIII. |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5) Ir-reġistri u l-korrispondenza li għandhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jitfasslu bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp li jwettaq il-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 2, jew b’lingwa aċċettata minn dak il-korp. |
(5) Ir-reġistri u l-korrispondenza li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jitfasslu bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp li jwettaq il-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 2, jew b’lingwa aċċettata minn dak il-korp. |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness X u għandha tinkludi l-elementi speċifikati fil-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Annessi IV sa VIII u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha takkumpanja s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza u għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jkunu tqiegħdu jew saru disponibbli fis-suq is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza. |
(2) Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness X u għandha tinkludi l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Annessi IV sa VIII u għandha tiġi aġġornata meta s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza jitqiegħdu fis-suq. Għandha takkumpanja s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza u għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fih ikunu tqiegħdu jew saru disponibbli fis-suq is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) It-tikketta CE għandha titwaħħal fuq is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza jew fuq it-tikketta tagħhom tad-dejta b’mod li tkun tidher, tkun tista’ tinqara u ma titħassarx. |
(1) It-tikketta CE għandha titwaħħal fuq is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza jew fuq it-tikketta tagħhom tad-dejta b’mod li tkun tidher, tkun tista’ tinqara u ma titħassarx. Meta dan ma jkunx possibbli jew permess minħabba n-natura tas-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza, din għandha titwaħħal fuq il-pakkett u fuq id-dokumenti ta' akkumpanjament. |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) It-tikketta CE għandha tkun segwita min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni. |
(3) It-tikketta CE għandha tkun segwita min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni. In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq struzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 4a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4a) L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-reġim li jirregola l-marka CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dik il-marka. |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jwettqu kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ partijiet terzi skont l-Artikolu 18. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jwettqu kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ta' partijiet terzi skont dan ir-Regolament. |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi nnotifikati, inkluża l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26. |
(1) L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi nnotifikati, inkluża l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28. |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) Fejn l-awtorità notifikanti tiddelega jew inkella tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(1) sa (6). Barra minn hekk, dan għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu. |
(3) Fejn l-awtorità notifikanti tiddelega jew inkella tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24. Barra minn hekk, dan għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu. |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 25 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet notifikanti |
Obbligu ta’ informazzjoni fuq l-awtoritajiet notifikanti |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) Għall-finijiet tan-notifika, korp notifikat għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11. |
(1) Għall-finijiet tan-notifika, korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11. |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qegħdin iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont l-Annessi IV sa VIII jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħalhom fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu qegħdin isiru l-attivitajiet. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom jitħarsu. |
(10) Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkun qiegħed iwettaq ix-xogħlijiet tiegħu skont l-Annessi IV sa VIII jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħalha fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu qegħdin isiru l-attivitajiet. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom jitħarsu. |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 27 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Presuppożizzjoni ta’ konformità |
Presuppożizzjoni ta’ konformità ta’ korpi nnotifikati |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika. |
(6) L-awtorità notifikanti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika. |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati skont dan ir-Regolament, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata. |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) Fejn awtorità notifikanti taċċerta ruħha jew tkun mgħarrfa li korp notifikat ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26, jew li jkun qiegħed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità notifikanti għandha, kif ikun xieraq, tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan. |
(1) Fejn awtorità notifikanti taċċerta ruħha jew tkun mgħarrfa li korp notifikat ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26, jew li jkun qiegħed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità notifikanti għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif ikun xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan. |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel sottoparagrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). |
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) Fejn korp notifikat isib li ma ġewx issodisfati r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II jew l-istandards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn minn manifattur, għandu jesiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandu joħroġ ebda ċertifikat ta’ konformità. |
(3) (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 35 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati |
Il-korpi nnotifikati għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tagħhom. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 36 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Obbligu ta’ informazzjoni tal-korpi notifikati |
Obbligu ta’ informazzjoni fuq il-korpi nnotifikati |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati skont dan ir-Regolament u li dawn isiru kif xieraq f’forma ta’ grupp jew gruppi settorjali ta’ korpi notifikati . |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati skont dan ir-Regolament u li dawn jiġu operati korrettament f’forma tal-grupp ta' koordinazzjoni ta’ korpi nnotifikati għal installazzjonijiet funivjarji. |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-grupp jew ta’ dawk il-gruppi, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati. |
Il-korpi nnotifikati għandhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-grupp, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti magħżulin. |
Emenda 83 Proposta għal regolament Kapitolu IVa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
KAPITOLU IVa |
|
|
SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TAS-SOTTOSISTEMI U TAL-KOMPONENTI TAS-SIKUREZZA LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA TAL-UNJONI |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 38a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 38a |
|
|
Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tas-sottosistemi u tal-komponenti tas-sikurezza li jidħlu fis-suq tal-Unjoni |
|
|
L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza koperti minn dan ir-Regolament. |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 38b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 38b |
|
|
Proċeduri għat-trattament ta’ sottosistemi jew komponenti tas-sikurezza li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali |
|
|
1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed għandhom raġuni suffiċjenti sabiex jemmnu li xi sottosistema jew komponent tas-sikurezza kopert minn dan ir-Regolament jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sikurezza konċernat li jkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan. |
|
|
Fejn, tul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex iġib is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza mis-suq, jew li jieħdu lura fi żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu. |
|
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp innotifikat rilevanti kif meħtieġ. |
|
|
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. |
|
|
2. Fejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur ekonomiku li jieħu. |
|
|
3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tas-sottosistemi u l-komponenti ta' sikurezza kollha kkonċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha. |
|
|
4. Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sikurezza milli jitqiegħdu fis-suq nazzjonali tagħhom, jirtiraw is-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza minn dak is-suq jew jiġbruhom lura. |
|
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri. |
|
|
5. L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tas-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza mhux konformi, l-oriġini tas-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
|
|
(a) in-nuqqas tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sikurezza li jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew mal-protezzjoni tal-proprjetà; or |
|
|
(b) nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 17 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità. |
|
|
6. L-Istati Membri, għajr l-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas tal-konformità tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sikurezza kkonċernat, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom. |
|
|
7. Fejn, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni rigward miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata. |
|
|
8. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi adegwati, bħall-irtirar tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sikurezza mis-suq, fir-rigward tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sikurezza kkonċernat mingħajr dewmien. |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 38c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 38c |
|
|
Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni |
|
|
1. Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38b(3) u (4), jittressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-operatur(i) ekonomiku/ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le. |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti. |
|
|
2. Jekk il-miżura nazzjonali tkun ikkunsidrata ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza li ma jikkonformawx jiġu rtirati mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skont dan. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru interessat għandu jirtira dik il-miżura. |
|
|
3. Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nonkonformità tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sikurezza tkun attribwita għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38b(5) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 38 d(ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 38d |
|
|
Sottosistemi jew komponenti tas-sikurezza konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza |
|
|
1. Fejn Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 38b(1), isib li, għalkemm sottosistema jew komponent tas-sikurezza jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament, ikunu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jiżgura li s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza konċernat, meta jitqiegħdu fis-suq, ma jippreżentawx aktar dak ir-riskju, li jirtira s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza mis-suq jew joħodhom lura fi żmien perjodu raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif l-Istat Membru jistabbilixxi. |
|
|
2. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sikurezza kollha kkonċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha. |
|
|
3. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sikurezza kkonċernati, l-oriġini u l-katina ta’ forniment tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sikurezza, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda. |
|
|
4. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le u, fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adatti. |
|
|
5. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti. |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 38e (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 38e |
|
|
Nuqqas ta’ konformità formali |
|
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38b, meta Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata: |
|
|
(a) il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament; |
|
|
(b) il-marka CE ma tkunx twaħħlet; |
|
|
(c) in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat, fejn dak il-korp hu involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni jkun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 21 jew ma jkunx twaħħal; |
|
|
(d) id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx takkumpanja s-sottosistema jew il-komponent tas-sikurezza; |
|
|
(e) id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret; |
|
|
(f) id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx tfasslet b’mod korrett; |
|
|
(g) id-dokumentazzjoni teknika jew ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx kompluta. |
|
|
(h) l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(6) jew fl-Artikolu 13(3) tkun nieqsa, falza jew inkompleta; |
|
|
(i)kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 11 jew fl-Artikolu 13 ma jkunx issodisfat. |
|
|
2. Meta n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1 jippersisti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tas-sottosistema jew komponent ta' sikurezza jew jiżgura li dawn jissejħu lura jew jiġu rtirati mis-suq. |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. |
Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. Il-penali għandhom iqisu l-gravità, it-tul ta' żmien u, fejn applikabbli, il-karattru intenzjonali tal-ksur. Barra minn hekk, il-penali għandhom iqisu jekk l-operatur ekonomiku rilevanti ikunx wettaq ksur simili qabel. |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tħaddim tal-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ koperti mid-Direttiva 2000/9/KE, li huma konformi ma’ dik id-Direttiva u li nbnew qabel [id-data msemmija fl-Artikolu 43(2)]. |
L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tħaddim tal-installazzjonijiet funivjarji koperti mid-Direttiva 2000/9/KE, li huma konformi ma’ dik id-Direttiva u li ġew installati qabel [id-data msemmija fl-Artikolu 43(2)]. |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Għall-komponenti tas-sikurezza, iċ-ċertifikati u d-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni maħruġa skont id-Direttiva 2000/9/KE għandhom ikunu validi skont dan ir-Regolament. |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness X. |
Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XI. |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B’deroga mill-paragrafu 2, l-Artikoli 22 sa 38 għandhom japplikaw minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ]. |
B’deroga mill-paragrafu 2, l-Artikoli 22 sa 35 u l-Artikoli 39 u 40(3) għandhom japplikaw minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ]. |
Emenda 94 Proposta għal regolament Anness II – punt 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali, inkluż dawk ta' manutenzjoni u tħaddim, applikabbli għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-bidu tat-tħaddim tal-installazzjonijiet b'rotta b'kablaġġ. |
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali, inkluż dawk ta' manutenzjoni u tħaddim, applikabbli għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-bidu tat-tħaddim tal-installazzjonijiet funivjarji, u applikabbli għas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza. |
Emenda 95 Proposta għal regolament Anness II – parti 4 – punt 4.2 – punt 4.2.3 – punt 4.2.3.3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4.2.3.3. Fl-installazzjonijiet funivjarji kollha għandu jkun hemm żewġ sistemi jew aktar ta’ brejkijiet, u kull waħda minnhom għandha tkun tista’ twaqqaf l-installazzjoni funivjarja, u għandhom ikunu kkoordinati b’tali mod li awtomatikment jissostitwixxu s-sistema attiva meta l-effiċjenza tagħhom ma tibqax adegwata. L-aħħar sistema ta’ brejkijiet tal-kejbil tal-ġbid għandha taġixxi direttament fuq id-driving pulley. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għal-liftijiet ta’ tkaxkir (drag lifts). |
4.2.3.3. Fl-installazzjonijiet funivjarji kollha għandu jkun hemm żewġ sistemi jew aktar ta’ brejkijiet, u kull waħda minnhom għandha tkun tista’ twaqqaf l-installazzjoni funivjarja, u għandhom ikunu kkoordinati b’tali mod li awtomatikment jissostitwixxu s-sistema attiva meta l-effiċjenza tagħhom ma tibqax adegwata. L-aħħar sistema ta’ brejkijiet tal-installazzjoni għandha taġixxi kemm jista' jkun qrib il-kejbil tal-ġbid, jew fuq pulley wieħed jew diversi pulleys inkluż id-driving pulley. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għal-liftijiet ta’ tkaxkir (drag lifts). |
Emenda 96 Proposta għal regolament Anness III | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
ANNESS III |
imħassar |
|
ANALIŻI TA' SIGURTÀ |
|
|
L-analiżi ta’ sigurtà meħtieġa skont l-Artikolu 8 għal kull installazzjoni b’rotta b’kablaġġ għandha tqis kull mod ta’ tħaddim previst. L-analiżi għandha ssegwi metodu rikonoxxut jew stabbilit u għandha tqis l-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u l-kumplessità tal-installazzjoni b’rotta b’kablaġġ inkwistjoni. Il-mira hija wkoll li jiġi żgurat li d-disinn u l-konfigurazzjoni tal-installazzjoni b’rotta b’kablaġġ jqisu d-dintorni lokali u l-agħar sitwazzjonijiet biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ sigurtà sodisfaċenti. |
|
|
L-analiżi tas-sikurezza għandha tkopri wkoll il-mekkaniżmi ta’ sikurezza u l-effett tagħhom fuq l-installazzjoni tar-rotta b’kablaġġ u s-sottosistemi relatati li dawn iħaddmu sabiex jew: |
|
|
ikunu kapaċi jirreaġixxu għall-ħsara inizjali jew nuqqas skoperti biex jibqgħu fi stat jew li jiggarantixxi s-sikurezza, f’mod ta’ tħaddim aktar baxx jew fi stat ta’ sikurezza li ma jfallix; |
|
|
ikunu żejda u jkunu sorveljati, jew |
|
|
ikunu tali li l-probabbiltà tal-ħsara tagħhom tista’ tiġi evalwata u li jkunu ta’ standard ekwivalenti għal dak miksub minn mekkaniżmi ta’ sikurezza li jilħqu l-kriterji tal-ewwel u t-tieni inċiżi. |
|
|
Għandha tintuża analiżi ta’ sigurtà biex jitħejja inventarju tar-riskji u s-sitwazzjonijiet perikolużi skont l-Artikolu 8(1) u biex tiġi stabbilita l-lista ta’ komponenti tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 8(2) tagħha. Ir-riżultat tal-analiżi ta’ sigurtà għandu jinġabar fil-qosor f’rapport ta’ sigurtà. |
|
Emenda 97 Proposta għal regolament Anness IV – punt 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-eżami tat-tip tal-UE hija dik il-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp innotifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ sottosistema jew ta’ komponent tas-sigurtà u jivverifika u jikkonferma li din tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
1. L-eżami tat-tip tal-UE hija dik il-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp innotifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ sottosistema jew ta’ komponent tas-sigurtà u jivverifika u jikkonferma li d-disinn tekniku jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalih. |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-NLF | |
Emenda 98 Proposta għal regolament Anness IV – punt 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-eżami tat-tip tal-UE għandu jitwettaq bil-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tas-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà permezz tal-eżami tad-dokumentazzjoni teknika u ta’ evidenza ta’ sostenn imsemmija fil-punt 3, flimkien ma’ eżami ta’ kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni prevista, tas-sottosistema sħiħa jew il-komponent tas-sigurtà (tip ta’ produzzjoni). |
2. L-eżami tat-tip tal-UE għandu jitwettaq bil-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tas-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà permezz tal-eżami tad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3, flimkien ma’ eżami ta’ kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni prevista, tas-sottosistema sħiħa jew il-komponent tas-sigurtà (tip ta’ produzzjoni). |
Emenda 99 Proposta għal regolament Anness IV – punt 4 – punt 4.1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4.1. jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn biex jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn tekniku tas-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà; |
4.1. jeżamina d-dokumentazzjoni teknika biex jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn tekniku tas-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà; |
Emenda 100 Proposta għal regolament Anness IV – punt 4 – punt 4.3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4.3. fejn il-manifattur ikun applika l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandards armonizzati rilevanti, iwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika jekk, dawn ġewx applikati b’mod korrett; |
imħassar |
Emenda 101 Proposta għal regolament Anness IV – punt 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-korp innotifikat għandu jfassal rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu twettqu skont il-punt 1.4 u r-riżultati tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu lejn l-awtoritajiet notifikanti, il-korp innotifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur. |
5. Il-korp innotifikat għandu jfassal rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu twettqu skont il-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu lejn l-awtoritajiet notifikanti, il-korp innotifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur. |
Emenda 102 Proposta għal regolament Anness IV – punt 6 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Iċ-ċertifikat u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tas-sistemi manifatturati u l-komponenti tas-sigurtà mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi evalwata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern. |
Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tas-sistemi manifatturati u l-komponenti tas-sigurtà mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi evalwata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern. Dak iċ-ċertifikat għandu jindika kwalunkwe kundizzjoni li għaliha tista’ tkun soġġetta l-pubblikazzjoni tiegħu u jkun akkumpanjat mid-deskrizzjonijiet u tpinġijiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. |
Emenda 103 Proposta għal regolament Anness IV – punt 8 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti u l-korpi nnotifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda għalihom li jkun ħareġ. |
8. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda għalihom li jkun ħareġ jew irtira, u perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu, il-lista ta’ dawn iċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe żieda għalihom li ġew miċħuda, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati. |
Emenda 104 Proposta għal regolament Anness IV – punt 8 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-korp innotifikat li jirrifjuta li joħroġ jew jirtira, jissospendi jew inkella jirrestrinġi ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jrid jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu u l-korpi nnotifikati l-oħra b’dan, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. |
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar tali ċertifikati u/jew żieda għalihom li jkun ħareġ. |
Emenda 105 Proposta għal regolament Anness IV – punt 8 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi nnotifikati l-oħra jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet għalihom. Fuq talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp innotifikat. Il-korp innotifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni sottomessa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità taċ-ċertifikat. |
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi nnotifikati l-oħra jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet għalihom. Fuq talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp innotifikat. Il-korp innotifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni sottomessa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità ta’ dak iċ-ċertifikat. |
Emenda 106 Proposta għal regolament Anness V – punt 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2.2 u 2.5, u jiżgura, u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament applikabbli għalihom. |
1. Il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura, u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament applikabbli għalihom. |
Emenda 107 Proposta għal regolament Anness V – punt 2 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-manifattur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni tal-prodott finali u għall-ittestjar tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà kkonċernati kif speċifikat fil-punt 2.3, u din għandha tkun soġġetta għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 2.4. |
Il-manifattur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni tal-prodott finali u għall-ittestjar tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà kkonċernati kif speċifikat fil-punt 3, u din għandha tkun soġġetta għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4. |
Emenda 108 Proposta għal regolament Anness V – punt 3 – punt 3.3 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-post fejn huma mmanifatturati, spezzjonati jew ittestjati s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà. |
imħassar |
Emenda 109 Proposta għal regolament Anness V – punt 5 – punt 5.1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar fuq kull sottosistema jew komponent tas-sigurta individwali li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. Il-manifattur, jekk il-korp innotifikat jaqbel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jista’ jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat fuq is-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà waqt il-proċess tal-manifattura. |
5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar fuq kull sottosistema jew komponent tas-sigurta individwali li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 110 Proposta għal regolament Anness V – punt 5 – punt 5.2 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5.2. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull sottosistema jew komponent tas-sigurtà u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 30 sena wara li s-sottosistema jew il-kompenent tas-sigurtà jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell ta’ sottosistema jew komponent tas-sigurtà li għalih tkun tfasslet. |
5.2. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ sottosistema jew komponent tas-sigurtà u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 30 sena wara li s-sottosistema jew il-kompenent tas-sigurtà jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell ta’ sottosistema jew komponent tas-sigurtà li għalih tkun tfasslet. |
Emenda 111 Proposta għal regolament Anness V – punt 7 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità rtirati, u għandu, perjodikament jew fuq talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet notifikanti tiegħu, l-informazzjoni relatata mal-valutazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità. |
7. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u għandu, perjodikament jew fuq talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li ġew miċħuda, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati. |
Emenda 112 Proposta għal regolament Anness V – punt 7 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew b’xi mod ieħor illimita, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. |
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew b’xi mod ieħor illimita, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u, fuq talba, bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ. |
|
|
Fuq talba, il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu. |
|
|
Il-korp innotifikat għandu jżomm kopja ta’ kull deċiżjoni ta’ approvazzjoni maħruġa, l-annessi u ż-żieda għaliha. |
Emenda 113 Proposta għal regolament Anness VI – punt 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-konformità mat-tip, abbażi tal-verifika tas-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà hija l-parti ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 3.2, 3.5.1 u 3.6, u jiżgura, u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà uniku tiegħu li s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà kkonċernati, li ġew soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.3, huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
1. Il-konformità mat-tip, abbażi tal-verifika tas-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà hija l-parti ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 3.2, 3.5.1 u 3.6, u jiżgura, u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà uniku tiegħu li s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà kkonċernati, li ġew soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.3, huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalihom. |
Emenda 114 Proposta għal regolament Anness VI – punt 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-proċess tal-manifatturar u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tas-sottosistemi manifatturati jew il-komponenti tas-sigurtà mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-proċess tal-manifatturar u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tas-sottosistemi manifatturati jew il-komponenti tas-sigurtà mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalihom. |
Emenda 115 Proposta għal regolament Anness VI – punt 3 – punt 3.1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3.1. Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-verifika tas-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà lill-korp innotifikat tal-għażla tiegħu. |
imħassar |
|
L-applikazzjoni għandha tinkludi: |
|
|
(a) l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz tiegħu wkoll; |
|
|
(b) dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lil ebda korp innotifikat ieħor; |
|
|
(c) l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà approvati taħt il-modulu B; |
|
|
(d) id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat(i) tal-eżami tat-tip tal-UE; |
|
|
(e) id-dettalji tal-post fejn is-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà (huwa manifatturat) jistgħu jiġu eżaminati. |
|
Emenda 116 Proposta għal regolament Anness VI – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-korp innotifikat għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jikkontrolla l-konformità tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti xierqa ta’ dan ir-Regolament. |
Il-korp innotifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet adegwati sabiex jikkontrolla l-konformità tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti xierqa ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 117 Proposta għal regolament Anness VI – punt 5 – punt 5.2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5.2. Minn kull lott għandu jittieħed kampjun fuq bażi każwali, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Is-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà kollha fil-kampjun għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandard(s) armonizzat(i) rilevanti u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti, biex tiġi vverifikata l-konformità mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u biex jiġi ddeterminat jekk il-lott jiġix aċċettat jew irrifjutat. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat, il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jiddeċiedi fuq it-testijiet xierqa li għandhom jitwettqu. |
5.2. Minn kull lott għandu jittieħed kampjun fuq bażi każwali, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Is-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà kollha fil-kampjun għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandard(s) armonizzat(i) rilevanti u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti, biex tiġi vverifikata l-konformità mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u jiġi ddeterminat jekk il-lott jiġix aċċettat jew irrifjutat. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat, il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jiddeċiedi fuq it-testijiet xierqa li għandhom jitwettqu. |
Emenda 118 Proposta għal regolament Anness VI – punt 6 – punt 6.1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull sottosistema jew komponent tas-sigurta individwali li hu f’konformità mat-tip approvat fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
6.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull mudell ta’ sottosistema jew komponent tas-sigurta individwali li hu f’konformità mat-tip approvat fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 119 Proposta għal regolament Anness VI – punt 6 – punt 6.2 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6.2. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull sottosistema jew komponent tas-sigurtà u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 30 sena wara li s-sottosistena jew il-kompenent tas-sigurtà jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika s-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà li għalih tkun tfasslet. |
6.2. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull sottosistema jew komponent tas-sigurtà u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 30 sena wara li s-sottosistena jew il-kompenent tas-sigurtà jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell ta’ sottosistema jew komponent tas-sigurtà li għalih tkun tfasslet. |
Emenda 120 Proposta għal regolament Anness VI – punt 6 – punt 6.2 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fuq talba, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE. Jekk il-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3 jaqbel, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ wkoll iwaħħal mas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat. |
Jekk il-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3 jaqbel, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ wkoll iwaħħal mas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat. |
Emenda 121 Proposta għal regolament Anness VI – punt 8 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-obbligi tal-manifattur kif stabbiliti fil-punti 2 u 5.1, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
L-obbligi tal-manifattur kif stabbiliti fil-punti 2 u 5.1, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat jista’ ma jissodisfax l-obbligi tal-manifattur kif stabbiliti fil-punti 2 u 5.1. |
Emenda 122 Proposta għal regolament Anness VII – punt 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-konformità abbażi tal-verifika ta’ unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 4.2, 4.3 u 4.5, u jiżgura, u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li s-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà kkonċernat, li ġie soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4.4, huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
1. Il-konformità abbażi tal-verifika ta’ unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 4.2, 4.3 u 4.5, u jiżgura, u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li s-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà kkonċernat, li ġie soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4.4, huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalih. |
Emenda 123 Proposta għal regolament Anness VII – punt 3 – punt 3.1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3.1. Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-verifika tal-unità ta’ sottosistema jew komponent tas-sigurtà lill-korp innotifikat tal-għażla tiegħu. |
imħassar |
|
L-applikazzjoni għandha tinkludi: |
|
|
(a) l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz tiegħu wkoll; |
|
|
(b) dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lil ebda korp innotifikat ieħor; |
|
|
(c) id-dokumentazzjoni teknika għas-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà skont l-Anness IX; |
|
|
(d) id-dettalji tal-post fejn is-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà (huwa manifatturat) jistgħu jiġu eżaminati. |
|
Emenda 124 Proposta għal regolament Anness VII – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-korp innotifikat għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika għas-sottosistema jew il-komponenti tas-sigurtà u għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti , jew testijiet ekwivalenti, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat u/jew speċifikazzjoni teknika, il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom jitwettqu. |
Il-korp innotifikat għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika għas-sottosistema jew il-komponenti tas-sigurtà u għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, stabbiliti fl-istandards armonizzati u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti, jew testijiet ekwivalenti, sabiex tiġi kkontrollata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat u/jew speċifikazzjoni teknika, il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom jitwettqu. |
Emenda 125 Proposta għal regolament Anness VII – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jekk il-korp innotifikat jirrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat ta’ konformità, dan għandu jiddikjara fid-dettall ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut u għandu jindika l-miżuri korrettivi meħtieġa li għandhom jittieħdu. |
imħassar |
Emenda 126 Proposta għal regolament Anness VII – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-manifattur jerġa’ japplika għall-verifika tal-unità tas-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà kkonċernat, hu għandu japplika għand l-istess korp innotifikat. |
imħassar |
Emenda 127 Proposta għal regolament Anness VII – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità. |
imħassar |
Emenda 128 Proposta għal regolament Anness VII – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika u kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 30 sena wara li s-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà jkun tqiegħed fis-suq. |
Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika u ċ-ċertifikat ta’ konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 30 sena wara li s-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà jkun tqiegħed fis-suq. |
Emenda 129 Proposta għal regolament Anness VIII – intestatura | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ GĦAS-SOTTOSISTEMI U L-KOMPONENTI TAS-SIGURTÀ: IL-MODULU H: KONFORMITÀ ABBAŻI TAL-ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TAL-KWALITÀ |
PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ GĦAS-SOTTOSISTEMI U L-KOMPONENTI TAS-SIGURTÀ: IL-MODULU H1: KONFORMITÀ ABBAŻI TAL-ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TAL-KWALITÀ FLIMKIEN MAL-EŻAMI TAD-DISINN |
Emenda 130 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-konformità abbażi tal-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika li s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
1. Il-konformità abbażi tal-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità flimkien mal-eżami tad-disinn hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika li s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalihom. |
Emenda 131 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 3 – punt 3.1 – paragrafu 2 - punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà li għandhom jiġu manifatturati; |
imħassar |
Emenda 132 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 3 – punt 3.1 – paragrafu 2 - punt e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) id-dettalji tal-post fejn is-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà huma ddisinjati, manifatturati, spezzjonati u ttestjati; |
imħassar |
Emenda 133 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 3 – punt 3.3 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-post fejn huma ddisinjati, immanifatturati, spezzjonati u ttestjati s-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà. |
imħassar |
Emenda 134 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 3 – punt 3.3 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, it-tim ta’ verifika għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza bħala assessur fil-qasam tal-installazzjonijiet b’rotta b’kablaġġ u fit-teknoloġija tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà kkonċernati, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1, biex jivverifika l-kapaċità tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u biex jagħmel l-eżamijiet meħtieġa bil-għan li jiżgura l-konformità tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà ma’ dawk ir-rekwiżiti. |
Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, it-tim ta’ verifika għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza bħala assessur fil-qasam tal-installazzjonijiet b’rotta b’kablaġġ u fit-teknoloġija tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà kkonċernati, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-post fejn huma ddisinjati, immanifatturati, spezzjonati jew ittestjati s-sottosistemi jew il-komponenti ta' sikurezza. It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1, biex jivverifika l-kapaċità tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u biex jagħmel l-eżamijiet meħtieġa bil-għan li jiżgura l-konformità tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà ma’ dawk ir-rekwiżiti. |
Emenda 135 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 3 – punt 3.3 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-korp innotifikat għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni. |
Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiġi notifikat bid-deċiżjoni. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni. |
Emenda 136 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 3 – punt 3.5 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bl-eżitu tal-evalwazzjoni. F’każ ta’ valutazzjoni ġdida, għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni. |
Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni. |
Emenda 137 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 3 – punt 3.5a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3.5a. Eżami tad-disinn |
|
|
3.5a.1. Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-eżami tad-disinn għand il-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1. |
|
|
3.5a.2. L-applikazzjoni għandha tippermetti li dak li jkun jifhem id-disinn, il-manifattura u l-funzjonament tas-sottosistema jew tal-komponent tas-sigurtà, u li jivvaluta l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament applikabbli għaliha. |
|
|
Din għandha tinkludi: |
|
|
(a) l-isem u l-indirizz tal-manifattur; |
|
|
(b) dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lil ebda korp innotifikat ieħor; |
|
|
(c) id-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Anness IX. |
|
|
3.5a.3. Il-korp innotifikat għandu jeżamina l-applikazzjoni, u fejn id-disinn jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għas-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà, dan għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat. Dak iċ-ċertifikat jista’ jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu. |
|
|
Dak iċ-ċertifikat u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha rilevanti biex il-konformità tas-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà manifatturati tkun tista’ tiġi evalwata mad-disinn eżaminat, u biex ikun hemm lok għal kontroll intern, fejn ikun applikabbli. |
|
|
Fejn id-disinn ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tal-UE tad-disinn u għandu jinforma lill-applikant b’dan, waqt li jipprovdi raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu. |
|
|
3.5a.4. Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu nformat dwar kull tibdil fit-teknoloġija l-aktar avvanzata rikonoxxuta ġeneralment li jindika li d-disinn approvat jista’ jkun ma baqax konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, u għandu jiddetermina jekk dan it-tibdil jirrikjedix investigazzjoni ulterjuri. Jekk ikun il-każ, il-korp innotifikat għandu jinforma lill-manifattur b’dan. |
|
|
Il-manifattur għandu jżomm lill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE mgħarraf b'kull modifika lid-disinn approvat li jistgħu jaffettwaw il-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali ta’ dan ir-Regolament jew il-kundizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jirrikjedu l-approvazzjoni addizzjonali – mill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE – fil-għamla ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tad-disinn tal-UE. |
|
|
3.5a.5. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda magħmula lilhom, li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista ta’ dawn iċ-ċertifikati u/jew kull żieda li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita. |
|
|
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi l-oħra innotifikati dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE u/jew kull żieda magħhom rifjutata, irtirata, sospiża jew b’xi mod ieħor limitata, u, fuq talba, dwar iċ-ċertifikati u/jew żidiet magħhom maħruġa minnu. |
|
|
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi nnotifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE u/jew ż-żidiet magħhom. Fuq talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet imwettqa mill-korp notifikat. |
|
|
Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tiegħu, kif ukoll il-fajl tekniku li jinkludi d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sakemm tiskadi l-validità taċ-ċertifikat. |
|
|
3.5a.6. Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tiegħu flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 30 sena wara li s-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà jkun ġie introdott fis-suq. |
Emenda 138 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull sottosistema jew komponent tas-sigurta individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fl-UE fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull sottosistema jew komponent tas-sigurta individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 139 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-manifattur, jekk il-korp innotifikat jaqbel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jista’ jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat fuq is-sottosistemi jew il-komponenti tas-sigurtà waqt il-proċess tal-manifattura. |
imħassar |
Emenda 140 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 5 – punt 5.2 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5.2. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull sottosistema jew komponent tas-sigurtà u jżomm kopja tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 30 sena wara li s-sottosistema u l-kompenent tas-sigurtà jkunu tqiegħdu fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika s-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà li għalih tkun tfasslet. |
5.2. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ sottosistema jew komponent tas-sigurtà u jżomm kopja tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 30 sena wara li s-sottosistema u l-kompenent tas-sigurtà jkunu tqiegħdu fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell ta' sottosistema jew komponent tas-sigurtà li għalih tkun tfasslet. |
Emenda 141 Proposta għal regolament Anness VIII – punt 6 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) id-dokumentazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata; |
(c) l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata; |
Emenda 142 Proposta għal regolament Anness X – punt 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha takkumpanja s-sottosistema jew il-komponent tas-sigurtà. Għandha titfassal bl-istess lingwa jew lingwi bħall-manwal imsemmi fil-punt 7.1.1 tal-Anness II. |
imħassar |
Emenda 143 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin: |
imħassar |
Emenda 144 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) Il-mudell tas-sottosistema/komponent tas-sigurtà (prodott, lott, tip jew in-numru tas-serje). |
(a) Is-sottosistema/komponent tas-sigurtà jew il-mudell tas-sottosistema/komponent tas-sigurtà (prodott, tip, lott jew in-numru tas-serje). |
Emenda 145 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni: (referenza għall-Atti tal-Unjoni l-oħrajn applikati): |
(e) L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni |
Emenda 146 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) Ir-referenzi għall-istandards ta’ armonizzazzjoni rilevanti użati jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li fir-rigward tagħhom hi ddikjarata l-konformità: |
(f) Ir-referenzi għall-istandards ta’ armonizzazzjoni rilevanti użati jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li fir-rigward tagħhom hi ddikjarata l-konformità: |
Emenda 147 Proposta għal regolament Anness X – punt 2 – punt h | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(h) l-identifikazzjoni tal-persuna bis-setgħa li tiffirma f’isem il-manifattur jew tar-rappreżentant maħtur minnu;. |
imħassar |
NOTA SPJEGATTIVA
Kummenti ġenerali
Ir-Rapporteur jappoġġja l-proposta għal Regolament dwar l-installazzjonijiet funivjarji li huwa eżempju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Il-proposta għandha l-għan li tarmonizza t-tqegħid fis-suq ta’ sottosistemi u komponenti tas-sigurtà għall-installazzjonijiet funivjarji u li tiżgura l-moviment liberu ta' dawn il-prodotti fl-UE. Il-komponenti tas-sikurezza u s-sottosistemi kollha għandhom jiġu ddisinjati u mmanifatturati f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali previsti fir-Regolament. Fir-rigward tal-installazzjonijiet funivjarji, ir-Regolament jipprevedi wkoll armonizzazzjoni totali tar-rekwiżiti essenzjali li magħhom għandhom ikunu konformi. Ir-Regolament għandu jħassar u jissostitwixxi d-Direttiva 2000/9/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta' persuni.
L-istrument legali
Ir-Rapporteur huwa konvint li l-bidla tal-istrument legali minn Direttiva għal Regolament hija konformi mal-impenn politiku ġenerali li jissokta l-isforz għal regolamentazzjoni aħjar u li jiġi ssimplifikat l-ambjent regolatorju. Il-bidla tqis il-ħtieġa li tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi fl-Unjoni kollha. Billi r-Regolament jipprevedi armonizzazzjoni totali, l-Istati Membri mhumiex permessi jimponu rekwiżiti iżjed stretti jew rekwiżiti addizzjonali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri għandhom madankollu jibqgħu kompetenti biex jirregolaw aspetti oħra relatati mal-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ bħall-użu tal-art, l-ippjanar reġjonali u l-protezzjoni ambjentali. F’dan ir-igward, jilqa’ l-għażla ta’ Regolament għaliex jevita spejjeż tat-traspożizzjoni mhux meħtieġa u jimponi regoli ċari u dettaljati li jsiru applikabbli b’mod uniformi fl-Unjoni kollha. Barra minn hekk, l-għażla ta’ Regolament tevita r-riskju ta’ traspożizzjoni diverġenti li tista’ twassal għal livelli differenti ta’ protezzjoni tas-sikurezza u tfixkel is-suq intern. F’dan ir-rigward ir-Rapporteur jixtieq jirrimarka li l-kwistjoni tat-traspożizzjoni diverġenti kienet ġiet identifikata bħala problema fir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/9/KE.
Il-konsistenza mal-NLF
Ir-Rapporteur jappoġġja l-allinjament tad-dispożizzjonijiet għall-pakkett dwar il-prodotti adottat fl-2008 u b’mod partikolari għad-Deċiżjoni KE 768/2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Il-qafas stabbilit mill-NLF jikkonsisti f’dispożizzjonijiet li jintużaw b’mod komuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti. Ir-Rapporteur jixtieq ikompli l-ħidma ta’ dan il-kumitat wara l-adozzjoni ta’ disa’ proposti li flimkien jiffurmaw il-“pakkett ta’ allinjament”. F’dan ir-rigward l-abbozz tar-Rapport jagħmel sforx biex jirrispetta, fejn possibbli, il-kliem maqbul bejn il-koleġiżlaturi matul il-leġiżlatura preċedenti. Wara analiżi bir-reqqa tal-proposta u tqabbil komprensiv mad-Direttiva 2014/29/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni, ir-Rapporteur jipproponi diversi emendi li għandhom l-għan li jtejbu l-konsistenza tat-test mal-NLF.
Is-sorveljanza tas-suq
Oriġinarjament, kien previst li d-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq għall-installazzjonijiet funivjarji kienu se jiġu indirizzati bir-Regolament il-ġdid dwar is-Sorveljanza tas-Suq (Proposta għal Regolament tat-13 ta’ Frar 2013 (COM(2013) 75 finali)). Billi din il-proposta aktarx li mhux se tiġi adottata fil-ħin, kellhom jiddaħħlu regoli speċifiċi dwar is-sorveljanza tas-suq. Ir-Rapporteur għalhekk jappoġġja l-inklużjoni ta’ Kapitolu IV ġdid dwar is-Sorveljanza tas-Suq tal-Unjoni, Kontroll tas-Sottosistemi u tal-Komponenti tas-Sikurezza li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u Proċedura ta’ Salvagwardja tal-Unjoni.
Kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta
Ir-Rapporteur jilqa’ l-fatt li l-proposta tindirizza l-kwistjoni li tikkonċerna l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/9/KE relatat mal-installazzjonijiet funivjarji. Kif stabbilit fil-valutazzjoni tal-impatt, li ġie evalwat b’mod pożittiv mill-Unità tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ex-Ante tal-Parlament, il-maġġoranza tal-partijiet interessati jidentifikaw it-tisħiħ fiċ-ċarezza legali bħala l-għan primarju. F’dan ir-rigward il-proposta tipprevedi li għandha tkun applikabbli għall-installazzjonijiet funivjarji ddisinjati għat-trasport ta’ persuni u għas-sottosistemi u l-komponenti tas-sikurezza għal tali installazzjonijiet (l-Artikolu 2, il-paragrafu 1) u b’mod ċar telenka l-esklużjonijiet (l-Artikolu 2, il-paragrafu 2). B’mod partikolari fir-rigward tal-installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ iddisinjati kemm għat-trasport kif ukoll għal skopijiet ta’ divertiment, il-proposta ddaħħal ċarezza. L-esklużjoni tal-installazzjonijiet funivjarji użati għal skopijiet ta’ divertiment f’fieri jew parks ta’ divertiment m’għandhiex tapplika għall-installazzjonijiet funivjarji li huma maħsuba għal funzjoni doppja. Fir-rigward ta’ installazzjonijiet storiċi, li spiss ikollhom livell għoli ta’ interess turistiku, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.
Sottosistemi
Finalment, ir-Rapporteur jappoġġja l-allinjament tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità disponibbli għas-sottosistemi ma’ dawk diġà użati għall-komponenti tas-sigurtà. Ir-Rapporteur ma jara l-ebda raġuni valida biex jittratta s-sottosistemi b’mod differenti mill-komponenti tas-sikurezza hekk kif approċċi diverġenti jistgħu joħolqu distorsjonijiet fis-suq u differenzi fit-trattament. Il-proposta żżomm il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-komponenti tas-sikurezza previsti fid-Direttiva 2000/9/KE u tintroduċihom għas-sottosistemi. Madankollu, il-moduli korrispondenti ta’ valutazzjoni tal-konformità qed jiġu aġġornati bid-Deċiżjoni NLF.
PROĊEDURA
|
Titolu |
L-installazzjonijiet funivjarji |
||||
|
Referenzi |
COM(2014)0187 – C7-0111/2014 – 2014/0107(COD) |
||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
27.3.2014 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 2.4.2014 |
|
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 2.4.2014 |
TRAN 2.4.2014 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 22.7.2014 |
TRAN 16.7.2014 |
|
|
|
|
Relatur Data tal-ħatra |
Antonio López-Istúriz White 17.7.2014 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
3.12.2014 |
5.2.2015 |
16.3.2015 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.3.2015 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 1 2 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Pascal Durand, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Antanas Guoga, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Eva Paunova, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Lucy Anderson, Jussi Halla-aho, Kaja Kallas, Othmar Karas, Jens Nilsson, Julia Reda, Adam Szejnfeld, Lambert van Nistelrooij, Josef Weidenholzer, Kerstin Westphal |
||||
|
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
José Blanco López, Andrea Bocskor, Roger Helmer, György Hölvényi, Emilian Pavel |
||||
|
Data tat-tressiq |
25.3.2015 |
||||