Proċedura : 2014/2109(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0069/2015

Testi mressqa :

A8-0069/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.30
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0139

RAPPORT     
PDF 188kWORD 105k
30.3.2015
PE 539.711v02-00 A8-0069/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2109(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2109(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0069/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2109(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0069/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2109(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0069/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 58 315 000, li jirrappreżenta żieda ta' 0,2 % meta mqabbel ma' dak għall-2012,

B.     billi l-kontribuzzjoni komplessiva tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2013 kienet tammonta għal EUR 56 727 000, li ma nbidlitx meta mqabbla ma' dik għall-2012, jisħaq fuq il-fatt li dan l-ammont jirrappreżenta 0,039 % tal-baġit komplessiv tal-Unjoni;

C.     billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward tat-tliet kummenti li saru fir-rapport ta' kwittanza 2012, il-Qorti mmarkat l-azzjonijiet korrettivi għal tnejn minnhom bħala "Mhux applikabbli" u l-azzjoni korrettiva għall-oħra bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstanta li l-kwistjoni li għadha għaddejja għandha x'taqsam ma' verifiki ex ante li ma ġewx sostnuti minn biżżejjed dokumentazzjoni rigward l-eliġibilità u l-preċiżjoni tal-ispejjeż iddikjarati; jikkonstata bi tħassib li ċ-Ċentru adotta strateġija ta' verifika ex post b'dewmien ta' għaxar xhur; jistenna li ċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza eżatt malli titlesta l-kwistjoni li għadha għaddejja;

2.      Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:

a.      il-verżjoni riveduta tal-politika ta' indipendenza komprensiva taċ-Ċentru, li kellha tiġi adottata mill-Bord tal-Amministrazzjoni taċ-Ċentru fl-2014, ġiet maqsuma f'politika li tapplika għall-esperti esterni u politika li tapplika għall-membri tal-persunal; jikkonstata li dawn il-politiki se jkunu lesti biex jiġu adottati mill-Bord tal-Amministrazzjoni taċ-Ċentru fl-2015; jappella liċ-Ċentru biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-adozzjoni tal-politiki msemmija hawn fuq;

b.      is-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni, il-Forum Konsultattiv u l-maniġment superjuri tiegħu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-websajt taċ-Ċentru;

c.      l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija pprovduta fuq il-websajt taċ-Ċentru, permezz tal-pubblikazzjoni ta' diversi tipi ta' dokumenti, inklużi stqarrijiet għall-istampa, bullettini, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika u rapporti speċifiċi;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.      Jikkonstata bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li, għalkemm iċ-Ċentru tejjeb il-ġestjoni tiegħu tal-proċeduri ta' akkwist, għal proċedura partikolari mnedija fl-2013, kien hemm informazzjoni konfliġġenti bejn l-avviż tal-kuntratt u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti li setgħu affettwaw il-proċess kompetittiv u l-eżitu tal-proċedura; jirrikonoxxi li, b'segwitu għall-awditu tal-Qorti, iċ-Ċentru ħa azzjoni korrettiva immedjata u l-kuntratt qafas ġie kkanċellat;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.      Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 92,96 % li hi relattivament baxxa u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 74,14 %; jikkonstata bi tħassib li l-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet dehru fit-titoli kollha tal-baġit u jindika li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament naqset bi 2,12 % meta mqabbla ma' dik tas-sena ta' qabel;

5.      Jaċċerta miċ-Ċentru li kien irriżerva fondi mill-baġit 2013 għal aġġustamenti retroattivi tas-salarji tal-persunal; jirrikonoxxi li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet fl-aħħar trimestru tas-sena li ċ-Ċentru ma setax juża dawn il-fondi għal finijiet oħrajn;

6.     Jikkonstata li fl-2013, iċ-Ċentru kellu eżitu tal-baġit pożittiv li, wara li ġie miżjud mal-eżitu negattiv tas-snin preċedenti, irriżulta biex l-eżitu kellu bilanċ komplessivament pożittiv; jinnota li, b'riżultat ta' dan, fl-2014 għandhom jitħallsu lura lill-Kummissjoni EUR 2 012 975 fir-rigward tal-baġit 2013;

Impenji u riporti                                                         

7.      Jikkonstata bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien wieħed relattivament għoli, b'EUR 1 714 484 (26 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 7 907 139 (44 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali); jirrikonoxxi li, għat-Titolu III, ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-akkwist ta' ħardwer u softwer informatiċi, u mal-evalwazzjoni esterna li qed issir liċ-Ċentru; jieħu nota li, għat-Titolu III, ir-riporti fil-biċċa l-kbira kellhom x'jaqsmu ma' proġetti pluriennali u ma' oġġetti informatiċi li għalihom l-attivitajiet ġew implimentati u l-pagamenti saru skont il-ħtiġijiet operattivi;

8.      Jiddispjaċih li l-Qorti identifikat dgħufijiet fir-rigward tal-ippjanar u l-eżekuzzjoni baġitarji għal-laqgħat operattivi, prinċipalment peress li ġew sopravvalutati l-livelli ta' attendenza u l-ispejjeż tal-lukandi u t-titjiriet; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, għal-linja rispettiva tal-baġit, 29 % tal-approprjazzjonijiet tal-2013 u 59 % tar-riporti mill-2012 ġew ikkanċellati, apparti li 38 % mill-approprjazzjonijiet impenjati għall-2013 għal-laqgħat operattivi ġew riportati għall-2014; jappella liċ-Ċentru biex jirrispetta l-prinċipju baġitarju tal-annwalità u jtejjeb il-ġestjoni finanzjarja tiegħu f'dan ir-rigward;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

9.      Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist taċ-Ċentru fir-rapport tal-Qorti;

10.    Jieħu nota tal-inizjattiva taċ-Ċentru biex isaħħaħ il-qasam tal-akkwist billi jistabbilixxi t-Taqsima għall-Akkwisti u t-Taqsima għas-Servizzi Legali u biex jirristruttura l-attivitajiet tiegħu fl-oqsma tal-akkwist u l-finanzi;

11.    Jikkonstata li r-rapport tal-Qorti għall-2013 ma kien fih l-ebda kumment fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ taċ-Ċentru;

12.    Jieħu nota li, kif previst fit-tabella tal-persunal, 190 kariga minn 198 imtlew sa tmiem l-2013; jirrikonoxxi t-titjib fir-rata ta' impjieg meta mqabbla ma' dik tal-2012;

Kontrolli interni

13.    Jieħu nota miċ-Ċentru li l-pjan ta' verifika ex post tal-għotjiet għall-2012 għadda minn dewmien u ngħaqad mal-pjan ta' verifika tal-għotjiet għall-2013; jirrikonoxxi li l-pjan ta' verifika tal-għotjiet għall-2013 qed jiġi implimentat bl-għajnuna ta' kumpanija esterna ta' awditjar, imqabbda skont il-kuntratt qafas tal-Kummissjoni għall-forniment ta' servizzi ta' għajnuna teknika fl-oqsma tal-awditjar u l-kontrolli; jappella liċ-Ċentru biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-awditi magħżula li jkunu qed jitwettqu skont il-pjan għall-2013;

Awditjar intern

14.    Jikkonstata li, fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq valutazzjoni sħiħa tar-riskju li rriżultat fil-Pjan ta' Awditjar Strateġiku Intern tiegħu għaċ-Ċentru, u li telenka s-suġġetti proposti għall-awditjar fil-perjodu 2014-2016; jirrikonoxxi li ma sar l-ebda xogħol ta' awditjar ulterjuri mill-IAS;

15.    Jikkonstata li l-IAS ta segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju; jirrikonoxxi miċ-Ċentru li, fil-31 ta' Diċembru 2013, la kien hemm rakkomandazzjonijiet kritiċi u lanqas importanti ħafna li kienu għadhom pendenti;

o

o   o

16.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

3.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2109(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni La Via

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li, fl-2013, ammont ta' EUR 58 315 356 tqiegħed għad-dispożizzjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("iċ-Ċentru") permezz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li dan l-ammont jirrappreżenta 0,039 % tal-baġit ġenerali tal-UE;

2.  Jerġa' jitlob liċ-Ċentru biex fil-komunikazzjoni interna u esterna tiegħu jiċċara l-fatt li qed jirċievi fondi mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-baġit tal-Unjoni (sussidji tal-Unjoni) minflok sussidji mill-Kummissjoni jew mill-Komunità;

3. Jinnota li fl-2013, iċ-Ċentru kellu eżitu pożittiv tal-baġit li, wara li ġie miżjud mal-eżitu negattiv tas-snin preċedenti, irriżulta f'bilanċ baġitarju globalment pożittiv; jinnota li, riżultat ta' dan, fl-2014 EUR 2 012 975 għandhom jitħallsu lura lill-Kummissjoni fir-rigward tal-baġit tal-2013;

4.  Jinnota li filwaqt li huwa konxju tal-attivitajiet pluriennali taċ-Ċentru li kkawżaw riporti, ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati kienu relattivament għoljin fl-2013 (EUR 9 621 623); jitlob liċ-Ċentru jagħmel sforz biex jirrispetta l-prinċipju tal-annwalità tal-baġit;

5.  Jilqa' l-isforzi taċ-Ċentru biex jara li ttieħdu l-azzjonijiet korrettivi rigward il-kummenti preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri, u speċjalment l-adozzjoni ta' strateġija ta' verifika ex post u l-impenn tiegħu li jissorvelja aktar mill-qrib l-ispejjeż tal-laqgħa operazzjonali biex jiġu evitati riporti jew kanċellazzjonijiet mhux meħtieġa;

6.  Jieħu nota li, kif previst fit-tabella tal-persunal, 190 kariga minn 198 imtlew sa tmiem l-2013; jirrikonoxxi t-titjib fir-rata ta' impjieg meta mqabbla mal-2012;

7.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2013 bħala legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

8.  Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, l-għoti tal-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2013.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

8

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Enrico Gasbarra, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Davor Škrlec, Renate Sommer, Tibor Szanyi, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Mark Demesmaeker, Herbert Dorfmann, Jan Huitema, Peter Jahr, Merja Kyllönen, Nuno Melo, Marijana Petir, Julia Reid, Bart Staes, Kay Swinburne

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Damian Drăghici

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 123.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 123.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 123.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 123.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

    Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000.

Avviż legali - Politika tal-privatezza