Proċedura : 2014/2116(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0073/2015

Testi mressqa :

A8-0073/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.31
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0140

RAPPORT     
PDF 199kWORD 124k
30.3.2015
PE 539.706v01-00 A8-0073/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2116(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2013 – C8–0045/2015)

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0073/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2013 – C8–0045/2015)

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0073/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0073/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (''l-Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 107 270 800;

B.     billi l-Aġenzija rċeviet sussidji tal-Unjoni li ammontaw għal EUR 7 632 000 mill-Kummissjoni u prefinanzjament mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni li ammonta għal EUR 103 524, kif ukoll kontribuzzjonijiet u finanzjamenti oħrajn mill-Kummissjoni li ammontaw għal EUR 920 900,

C.     billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

1.      Jinnota li, sa mill-2012, l-Aġenzija ngħatat il-kompitu li tiġġestixxi u twettaq l-aspetti tekniċi, xjentifiċi, u amministrattivi tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR))(15) kif ukoll kompiti simili relatati mal-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar Kunsens Informat minn Qabel (PIC))(16);

Segwitu għall-kwittanza 2012

2.      Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li għal dak li għandu x'jaqsam maż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2012 tagħha, ittieħdet azzjoni korrettiva u llum, fir-rapport 2013 tagħha, hija mmarkata bħala "Ikkompletata" mentri oħra bħala "Mhux applikabbli"; jikkonstata, barra minn hekk, li għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdet azzjoni korrettiva bħala tweġiba u l-kumment huwa mmarkat bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li l-kumment l-ieħor huwa mmarkat bħala ''Mhux applikabbli'';

3.      Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li:

a.  fl-2013, ġiet stabbilita u implimentata politika formali dwar il-ġestjoni tal-assi fissi; josserva li l-Qorti qieset bħal ikkompletata r-rakkomandazzjoni pertinenti fir-rapport tagħha;

b.  l-Aġenzija ppubblikat il-curricula vitae u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija fuq is-sit web tagħha;

c.  l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tal-Aġenzija għaċ-ċittadini tal-Unjoni hija fornuta fis-sit web tagħha bis-saħħa ta' strumenti multipli u permezz tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti strateġiċi bħar-rapporti ġenerali u r-rapporti dwar il-valutazzjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.      Jinnota li, fir-rigward tar-Regolament BPR, in-nefqiet tal-prodotti bijoċidali tal-Aġenzija huma parzjalment iffinanzjati permezz tat-tariffi mħallsa mill-industrija u parzjalment permezz ta' sussidju tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002; jinnota li fl-2013, il-maġġoranza tal-baġit tan-nefqa tal-Aġenzija ġiet iffinanzjata minn sussidju tal-Unjoni, għax tat bidu għall-iffatturar tar-reġistranti skont ir-Regolament BPR mill-1 ta' Settembru 2013;

5.      Jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ġiet appoġġata minn ammont ta' EUR 920 900 mill-Kummissjoni bħala kumpens għad-dħul mhux materjalizzat u li rċeviet kontribuzzjoni volontarja eċċezzjonali ta' darba ta' EUR 177 057 min-Norveġja fit-30 ta' Diċembru 2013 (biex tintuża għall-iżvilupp ta' servizzi bijoċidali fl-Aġenzija);

6.      Jinnota li, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament REACH")(17), l-Aġenzija hi ffinanzjata permezz tat-tariffi mħallsa mill-industrija għar-reġistrazzjonijiet ta' sustanzi kimiċi u minn sussidju ta' bilanċjar possibbli tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002; jinnota, madankollu, li fl-2013, għat-tielet sena konsekuttiva, l-Aġenzija kienet kompletament iffinanzjata permezz ta' introjtu mit-tariffi għar-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi kif ukoll għall-operazzjonijiet ta' klassifikazzjoni, tikkettar u imballaġġ;

7.      Jinnota li, b'konformità mar-Regolament PIC, in-nefqa tal-Aġenzija fl-2013 ġiet iffinanzjata minn sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni;

8.      Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dħul baġitarju mit-tariffi u l-imposti f'termini ta' flus kontanti riċevuti kien jammonta għal EUR 86 113 139; jenfasizza li għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet fl-ambitu tar-Regolament BPR u tar-Regolament PIC, ġie fornut ammont ta' EUR 7 632 000 mill-baġit ġenerali tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li dan l-ammont jirrappreżenta 0,005 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni;

9.      Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,64 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 86,18 %; jikkonstata li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament żdiedet bi 3,28 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jikkonstata, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li jqis li r-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit Titolu I u II sodisfaċenti;

Impenji u riporti

10.    Jikkonstata bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati baqa' għoli għat-Titolu III, IV u V (nefqa operattiva) f'livell ta' 46 %; jieħu nota madankollu mir-rapport tal-Qorti li tali riporti huma prinċipalment konsegwenza tan-natura pluriennali tal-proġetti ta' żvilupp fis-settur informatiku ppjanati, tal-ispejjeż ta' traduzzjonijiet ordnati fl-2013 iżda mhux ikkonsenjati sa tmiem is-sena u tal-valutazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi bi skadenza stabbilita mir-regolamenti fi Frar 2014; jistieden lill-Aġenzija tkompli tagħti attenzjoni lil-livell ta' riporti fit-titoli operattivi;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

11.    Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti; jikkonstata, barra minn hekk, li r-rapport 2013 tal-Qorti ma kien fih l-ebda kumment fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Aġenzija;

12.    Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ispejjeż relatati mall-persunal żdiedu bi 11 % bejn 2012 u l-2013; jindika barra minn hekk li 468 mill-503 karigi disponibbli ġew okkupati u li ġew impjegati 95 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali ssekondat sal-aħħar tal-2013;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.    Josserva li l-Aġenzija tat segwitu lir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-Rapport Speċjali Nru 15/2012 dwar il-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi f'aġenziji magħżula tal-UE u jistenna li l-Aġenzija tapplikahom b'mod rigoruż;

14.    Josserva bi tħassib li l-Aġenzija tagħti numri ta' reġistrazzjoni – il-kundizzjoni preliminari għall-awtorizzazzjoni għat-tkomplija tal-produzzjoni jew tat-tqegħid fis-suq ta' sustanza kimika – wara sempliċi kontroll awtomatiku tal-kompletezza; josserva, madankollu, li ma tirrevokax numri ta' reġistrazzjoni lanqas meta jinstab nuqqas ta' konformità ċara u persistenti tad-dossiers ta' reġistrazzjoni

15.    Josserva bi tħassib il-livell għoli ta' dossiers ta' reġistrazzjoni mhux konformi u li l-Aġenzija tastjeni milli xxandar l-isem tal-kumpaniji mhux konformi;

16.    Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija għandha dikjarazzjonijiet trasparenti ta' interessi u jistieden lill-Aġenzija tirrevedi kontinwament il-proċessi interni tagħha u tkompli ttejjeb il-politiki tagħha sabiex tiżgura l-indipendenza u t-trasparenza fl-oqsma kollha ta' ħidma tal-Aġenzija li jkopru kemm il-persunal estern kif ukoll dak interim;

17.    Jieħu nota tal-pjattaforma ta' diskussjoni bejn l-Aġenzija u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, bħala forum utli għad-diskussjoni dwar il-kwistjonijiet prinċipali ta' interess għas-soċjetà ċivili;

Implimentazzjoni ta' REACH

18.    Jieħu nota tal-ħatra ta' ambaxxatur tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) li jiddefendi l-interessi tal-iżgħar impriżi fi ħdan l-Aġenzija u esternament; jikkonstata, barra minn dan, li l-prijorità tal-Aġenzija hija dik li tforni sostenn intensiv biex l-SMEs ikunu jistgħu jirrispettaw ir-rekwiżiti mingħajr ma dan jimponilhom piż sproporzjonat;

19.    Jieħu nota tal-azzjonijiet meħuda bil-għan li titjieb l-komunikazzjoni bejn l-Aġenzija u l-benefiċjarji tagħha; josserva, f'dan ir-rigward, l-iżvilupp ta' strumenti informatiċi bħat-taqsima Mistoqsijiet frekwenti jew l-assistenza teknika u l-pubblikazzjoni ta' pjan direzzjonali fil-fażi qrib l-iskadenza għar-reġistrazzjoni, kif ukoll is-sostenn għall-helpdesks nazzjonali; iqis li l-Aġenzija għandha tfittex aktar id-djalogu mal-utenti downstream;

20.    Josserva bi tħassib il-mod li bih l-Aġenzija tapplika l-proċedura ta' awtorizzazzjoni fil-qafas tar-Regolament REACH, b'enfasi partikolari fuq il-forniment ta' għajnuna lill-impriżi biex jiksbu l-awtorizzazzjoni ħalli jużaw is-sustanzi b'riskju għoli pjuttost milli fuq l-għajnuna lill-impriżi, sal-istess punt, bil-għan titħeġġeġ is-sostituzzjoni tas-sustanzi kimiċi l-aktar perikolużi u l-innovazzjoni permezz tal-iskambju ma' alternattivi aktar sikuri;

21.    Josserva bi tħassib li l-Aġenzija ma tivvalutax korrettament it-talbiet ta' kunfidenzjalità fil-kuntest tal-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni; 

Awditjar intern

22.    Jikkonstata, abbażi tar-Rapport Ġenerali tal-Aġenzija, li fl-2013 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu fuq il-"Ġestjoni tal-Kumitati fl-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi", li wassal biex jiġu formulati seba' rakkomandazzjonijiet, li minnhom waħda hija mmarkata bħala "Importanti ħafna";

23.    Jikkonstata li r-rakkomandazzjoni importanti ħafna tirrigwarda rieżami tal-mod li bih l-Aġenzija tinterpreta l-kalendarju għat-tlestija tal-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji fir-rigward tas-sustanzi li għalihom jiġu proposti l-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ armonizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18);

24.    Jieħu nota tal-fatt li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija wettqet awditu fuq l-affidabbiltà tal-implimentazzjoni tal-vidjosorveljanza fil-bini tal-Aġenzija, fuq is-segretarjat tal-forum kif ukoll fuq il-ġestjoni tal-arkivji u tad-dokumenti; jaċċerta li l-pjanijiet ta' azzjoni ġew elaborati f'risposta għar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u tal-IAC;

25.    Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Aġenzija wettqet awditu biex iżżid l-effiċjenza tal-proċessi ta' ġestjoni tal-kuntratti tal-akkwist li rriżultaw f'azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fl-2014;

Kummenti oħra

26.    Jikkonstata bi tħassib li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija esprima riserva fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni tiegħu għas-sena 2013 billi l-mandat tal-Aġenzija ma jipprevedix kontrolli jew ispezzjonijiet f'livell nazzjonali u li għaldaqstant ma kienx possibbli li jiġi kkonfermat li s-sustanzi u l-prodotti fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq tal-Unjoni Ewropea kienu biss dawk li ġew reġistrati jew awtorizzati u li għalihom sar il-pagament tal-ħlas lill-Aġenzija;

27.    Jilqa' favorevolment il-miżuri eżemplari adottati mill-Aġenzija għal dak li għandu x'jaqsam mas-soluzzjonijiet effikaċi f'termini ta' kostijiet u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tkompli din il-prassi;

28.    Jerġa' jitlob lill-Aġenzija biex fil-komunikazzjoni interna u esterna tagħha tiċċara l-fatt li qiegħda tirċievi fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni ("sussidju tal-Unjoni") minflok sussidju "mill-Kummissjoni" jew "mill-Komunità";

o

o   o

29.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(19) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

3.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2116(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni La Via

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Ifakkar li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") hi entità kkonsolidata skont l-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(20);

2.      Jinnota li, sa mill-2012, l-Aġenzija ngħatat il-kompitu li tiġġestixxi u twettaq l-aspetti tekniċi, xjentifiċi, u amministrattivi tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR))(21) kif ukoll kompiti simili relatati mal-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar Kunsens Informat minn Qabel (PIC))(22);

3.      Jinnota li, fir-rigward tar-Regolament BPR, in-nefqiet tal-prodotti bijoċidali tal-Aġenzija huma parzjalment iffinanzjati permezz tat-tariffi mħallsa mill-industrija u parzjalment permezz ta' sussidju tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002; jinnota li fl-2013, il-maġġoranza tal-baġit tan-nefqa tal-Aġenzija ġie ffinanzjat minn sussidju tal-Unjoni, għax tat bidu għall-iffatturar tar-reġistranti skont ir-Regolament BPR mill-1 ta' Settembru 2013;

4.      Jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ġiet appoġġjata minn ammont ta' EUR 920 900 mill-Kummissjoni bħala kumpens għad-dħul mhux materjalizzat u li rċeviet kontribuzzjoni volontarja eċċezzjonali ta' darba ta' EUR 177 057 min-Norveġja fit-30 ta' Diċembru 2013 (biex tintuża għall-iżvilupp ta' servizzi bijoċidali fl-Aġenzija);

5.      Jinnota li, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament REACH")(23), l-Aġenzija hi ffinanzjata permezz tat-tariffi mħallsa mill-industrija għar-reġistrazzjonijiet ta' sustanzi kimiċi u minn sussidju ta' bilanċjar possibbli tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002; jinnota, madankollu, li fl-2013, għat-tielet sena konsekuttiva, l-Aġenzija kienet kompletament iffinanzjata permezz ta' introjtu mit-tariffi għall-operazzjonijiet tagħha b'rabta mar-REACH u mal- klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġar tas-sustanzi;

6.      Jinnota li, b'konformità mar-Regolament PIC, in-nefqa tal-Aġenzija, fl-2013, ġiet iffinanzjata minn sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni;

7.      Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dħul baġitarju mit-tariffi u l-imposti f'termini ta' flus kontanti riċevuti kien jammonta għal EUR 86 113 139; jenfasizza li għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet bijoċidali u tal-PIC, ġie pprovdut ammont ta' EUR 7 632 000 mill-baġit ġenerali tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li dan l-ammont jirrappreżenta 0,005 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni;

8.      Jerġa' jitlob lill-Aġenzija biex fil-komunikazzjoni interna u esterna tagħha tiċċara l-fatt li qiegħda tirċievi fondi mill-baġit tal-Unjoni (sussidju tal-Unjoni) minflok sussidju mill-Kummissjoni jew mill-Komunità;

9.      Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ispejjeż relatati mall-persunal żdiedu bi 11 % bejn 2012 u l-2013; jindika wkoll li 468 mill-503 karigi disponibbli ġew okkupati u li ġew impjegati 95 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali ssekondat sal-aħħar tal-2013;

10.    Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija għandha dikjarazzjonijiet trasparenti ta' interess u jistieden lill-Aġenzija tirrevedi kontinwament il-proċessi interni tagħha u tkompli ttejjeb il-politiki tagħha sabiex tiżgura l-indipendenza u t-trasparenza fl-oqsma kollha ta' ħidma tal-Aġenzija li jkopru kemm il-persunal estern kif ukoll dak interim;

11.    Jilqa' l-impenn tal-Aġenzija li ssegwi l-kummenti tas-sena l-oħra u li tkompli toqgħod attenta biex tevita operazzjonijiet ta' riporti mhux ġustifikati;

12.    Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija wettqet awditu biex iżżid l-effiċjenza tal-proċessi ta' ġestjoni tal-kuntratti tal-akkwist li rriżultaw f'azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fl-2014;

13.    Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 bħala legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

14. Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, l-għoti tal-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

59

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Enrico Gasbarra, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Davor Škrlec, Renate Sommer, Tibor Szanyi, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Mark Demesmaeker, Herbert Dorfmann, Jan Huitema, Peter Jahr, Merja Kyllönen, Nuno Melo, Marijana Petir, Julia Reid, Bart Staes, Kay Swinburne

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Damian Drăghici

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 132.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 132.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 132.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 132.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(16)

  Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).

(17)

  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(18)

Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(19)

   Testi adottati, P8_TA-PROV(2015).

(20)

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(21)

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(22)

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).

(23)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE ta-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Avviż legali - Politika tal-privatezza