RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013

30.3.2015 - (2014/2102(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Ryszard Czarnecki

Proċedura : 2014/2102(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0075/2015
Testi mressqa :
A8-0075/2015
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2102(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[3],

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6],

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0075/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013.

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2102(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[8],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10],

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[13],

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0075/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2102(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0075/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 251 560 000, li jirrappreżenta żieda ta' 13,07 % meta mqabbel ma' dak għall-2012,

B.   billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit 2013 tal-Aġenzija ammontat għal EUR 40 937 951, (17,03 %), li tirrappreżenta tnaqqis ta' 3,54 % meta mqabbla ma' dik għall-2012,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

D.  billi l-Aġenzija topera permezz ta' netwerk u tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi magħmula disponibbli mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura l-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew użu veterinarju,

1.   Itenni r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tivvaluta u tissorvelja l-mediċini għall-użu mill-bniedem jew veterinarju;

Segwitu għall-kwittanza 2012

2.   Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tat-tliet kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalihom kienet mmarkata bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa, fir-rapport 2013 tal-Qorti dawk il-kummenti huma mmarkati bħala "Ikkompletata"; jikkonstata, barra minn hekk, li fir-rigward tas-sitt kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdet żewġ azzjonijiet korrettivi, u issa żewġ kummenti huma mmarkati bħala ''Ikkompletata'' u tlieta bħala "Mhux applikabbli" u wieħed bħala "Għadha għaddejja";

3.   Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li:

-    is-sistema kontabilistika tagħha fil-qasam tal-assi fissi intanġibbli, li hija totalment parti integrali tas-sistema globali kontabilistiku u finanzjarju ta' ppjanar tar-riżorsi tal-impriża tal-Aġenzija, kienet ivvalidata matul l-2013;

-    l-involviment ta' pazjenti individwali, konsumaturi u professjonisti tal-kura tas-saħħa fl-evalwazzjoni ta' prodotti speċifiċi huwa suġġett għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interess skont il-politika tal-Aġenzija dwar il-kunflitti ta' interess;

-  sabiex ittejjeb il-komunikazzjoni tagħha maċ-ċittadini tal-Unjoni, l-Aġenzija reċentement implimentat diversi inizjattivi bħall-pubblikazzjoni ta' dokumenti strateġiċi, li jinkludu sommarji għall-pubbliku, dokument bil-punti saljenti tal-laqgħat, newsletters jew rapporti annwali; jikkonstata barra minn hekk, f'dan ir-rigward, l-iżvilupp ta' għodod ta' komunikazzjoni tal-IT bħal "Komunikazzjoni dwar is-Saħħa Pubblika" li tipprovdi lill-pubbliku b'informazzjoni fundamentali dwar il-mediċini, prinċipalment dwar is-sikurezza tagħhom; jinkoraġġixxi f'dan ir-rigward lill-Aġenzija tiffissa s-seduti ta' smigħ pubbliku ta' farmakoviġilanza;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.   Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 96,76 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 83,49 %;

5.   Josserva li 83 % tal-baġit tal-Aġenzija ġej mill-ħlasijiet tal-impriżi, u dan jirrappreżenta żieda progressiva; jenfasizza l-importanza ta' trasparenza kompleta rigward dan l-aspett tal-baġit biex jiġu evitati eventwali riskji askapitu tad-drittijiet tal-konsumaturi jew tar-reputazzjoni tal-Aġenzija;

Impenji u riporti

6.   Jieħu nota li l-awditu annwali tal-Qorti tal-Awdituri ma sab xejn partikolari fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2013; jieħu nota tal-konformità tal-Aġenzija mal-prinċipju ta' annwalità u ta' eżekuzzjoni puntwali tal-baġit tagħha;

Trasferimenti

7.   Jikkonstata b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-awditu tal-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2012 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.   Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li matul l-2013, total ta' 30 kuntratt ta' akkwist ġdid, li kull wieħed jeċċedi l-EUR 25 000, ġew konklużi wara proċeduri ta' akkwist meta mqabbel mat-43 fl-2012 u mat-28 fl-2011; jikkonstata li l-valur totali ta' dawn il-kuntratti kien EUR 36 789 410;

9.   Jilqa' pożittivament il-fatt li 583 mis-611-il post disponibbli kienu mtlew sa tmiem l-2013 u li 144 aġent kuntrattwali, espert nazzjonali ssekondat u persunal tal-aġenzija tal-impjiegi ġew impjegati mill-Aġenzija; jinnota li r-rata ta' okkupazzjoni naqset meta mqabbla mal-2012 u li l-proporzjon ta' aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati u persunal tal-aġenzija tal-impjiegi naqas meta mqabbel mal-2012; jinnota li l-Aġenzija qiegħda tiddedika 81 % tar-riżorsi umani tagħha għal kompiti operattivi u li dan jirrappreżenta żieda ċkejkna meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2012; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tagħmel progress f'din id-direzzjoni;

10.  Josserva li fil-passat l-Aġenzija kienet imqabbda f'polemika minħabba bosta każiijiet marbuta mal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-persunal; jistieden lill-Aġenzija tiggarantixxi f'kull mument it-trasparenza u ċ-ċarezza totali fil-proċeduri ta' reklutaġġ tal-persunal tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

11.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li l-kriterji tat-trasparenza għall-organizzazzjonijiet tas-sħab, tal-pazjenti, tal-kura tas-saħħa u tal-konsumaturi ġew riveduti matul l-2014 bil-għan li tiżdied it-trasparenza fil-finanzjamenti; jikkonstata l-adozzjoni tad-dokument bi kriterji dettaljati dwar l-evalwazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja mingħand organizzazzjonijiet tal-pazjenti, tal-konsumaturi u tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa; jikkonstata, barra minn hekk, li dan id-dokument jintuża għall-valutazzjoni tal-eleġibbiltà tal-organizzazzjonijiet biex jipparteċipaw fid-djalogu mal-Aġenzija; ifakkar li d-dokument isemmi wkoll li l-organizzazzjonijiet għandhom jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta' interess fil-bidu tal-laqgħat li permezz tagħhom dan id-djalogu jinbeda; jikkonstata b'dispjaċir it-taqsir tal-perjodu ta' riflessjoni minn ħames snin għal tlieta; josserva b'dispjaċir li nżammet id-distinzjoni arbitrarja bejn il-kunflitti ta' interessi diretti u indiretti; jistieden barra minn hekk lill-Aġenzija tintroduċi elenku tal-organizzazzjonijiet ta' pazjenti li tikkollabora magħhom u tippubblikah fuq is-sit web tagħha, b'kollegament mal-għejun ta' finanzjament tal-imsemmjin organizzazzjonijiet, bil-għan li tiżdied it-trasparenza;

12.  Tirrikonoxxi li l-Aġenzija rispettat ir-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta' kwittanza biex tiddedika taqsima speċifika tar-Rapport Annwali ta' Attività tagħha għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi;

13.  Jikkonstata li l-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija approva r-reviżjoni tal-politika dwar il-ġestjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interess tal-membri tal-kumitati xjentifiċi u esperti; josserva b'sodisfazzjon li tali politika daħlet fis-seħħ fit-30 ta' Jannar 2015; jiddispjaċih mill-fatt li l-lakuni l-aktar importanti, bħad-distinzjoni bejn kunflitti ta' interessi diretti u indiretti, jipprevalu u li l-Aġenzija tieħu kont kważi esklużivament tal-kunflitti ta' interessi diretti; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tieħu ħsieb din il-kwistjoni b'mod attiv; jikkonstata li l-formula elettronika tad-dikjarazzjonijiet tal-interess u l-linji gwida proċedurali kellhom jiġu ffinalizzati fl-2014; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżiti malli dawn ikunu disponibbli;

14. Jilqa' favorevolment il-fatt li r-reviżjoni tal-politika tipprevedi distinzjoni aħjar tal-interessi dikjarati: lil dawk li żvolġew rwol eżekuttiv jew ta' tmexxija fl-iżvilupp ta' mediċina f'impjieg preċedenti jkunilhom ipprojbit, għal perjodu indefinit, li jkollhom kwalunkwe rabta mal-impriża jew mal-prodott inkwistjoni u għall-maġġoranza tal-interessi dikjarati huwa previst perjodo ta' riflessjoni ta' tliet snin;

15. Jiddispjaċih mill-fatt li l-politiki fil-qasam tal-pubblikazzjoni proattiva tad-data dwar il-provi kliniċi, adottati dan l-aħħar mill-Aġenzija, imeru d-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza tar-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15] (ir-Regolament dwar il-Provi Kliniċi), inkwantu jippermettu lill-impriżi jingassaw id-data abbażi tal-periklu potenzjali għall-interessi kummerċjali; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar din il-kwistjoni; 

16.  Josserva b'dispjaċir li l-kunċett ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali espress mill-Aġenzija huwa eċċessivament wiesa' u jinkludi impriżi li jingassaw data fundamentali rigward id-disinn u l-metodoloġija tal-prova, u jistieden lill-Aġenzija timplimenta b'mod adegwat id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Provi Kliniċi, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mad-data tal-provi klimiċi li ma jitqisux informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali;

17.  Jistieden lill-Aġenzija tippubblika fuq is-sit web tagħha, fil-mument tal-awtorizzazzjoni għall-prova u, f'kul każ, mhux iktar tard minn 12-il xahar mit-tmiem il-prova, ir-rapporti dettaljati tal-konsulenzi xjentifiċi li forniet lill-kumpaniji farmaċewtiċi matul il-fażi ta' żvilupp u prereġistrazzjoni tal-mediċina; Josserva li l-konsulenzi offruti mill-kumpaniji mir-regolaturi rigward il-pjanijiet ta' żvilupp u ta' prereġistrazzjoni tal-mediċina ma jistgħux jitqiesu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, peress li jissussisti interess pubbliku prevalenti għad-divulgazzjoni;

Awditjar intern

18. Jieħu nota li fl-2013, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq attività ta' konsulenza u attività ta' segwitu skont il-Pjan tal-Awditu Strateġiku tal-Aġenzija għall-2012 – 2014 dwar il-Ġestjoni u l-Komunikazzjoni tal-Partijiet Interessati;

19. Jieħu nota li matul l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu reviżjonabbli fl-ambitu tal-pjan tal-awditjar, billi l-kontrolli kienu assenti jew insuffiċjenti; jikkonstata barra minn hekk li, bi tweġiba għal dawn in-nuqqasijiet, il-maniġment tal-Aġenzija ppreżenta pjan ta' azzjoni; jirrikonoxxi li l-azzjonijiet se jingħataw segwitu mill-IAS matul l-analiżi profonda tar-riskju li jmiss;

20. Jikkonstata mir-rapport tal-IAS li s-segwitu tiegħu sar permezz ta' awditu fuq ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti mmarkati bħala "Importanti ħafna" jew "Importanti" u permezz ta' analiżi dokumentarja dwar l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti mmarkati bħala "Importanti" jew "Mixtieqa"; jikkonstata barra minn hekk, li l-impenn ta' segwitu wera li ebda rakkomandazzjoni "Kritiċi" jew "Importanti ħafna" ma nfetħu mill-31 ta' Diċembru 2013;

21. Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija adottat sensiela ta' standards ta' kontroll intern (ICS) maħsuba biex jiggarantixxu livell omoġenju ta' kontroll intern tal-attivitajiet kummerċjali kollha tal-Aġenzija u jiddefinixxu r-regoli ta' ġestjoni li s-servizzi kollha jkollhom jirrispettaw fl-amministrazzjoni tar-riżorsi tagħhom;

Kontrolli interni

22. Jieħu nota li mill-2012, l-"Uffiċċju ta' Verifika" tal-Aġenzija wettaq kontrolli ex ante ffukati fuq l-impenji ta' valur, kuntratti sensittivi u proċeduri kumplessi fejn kienu ġew identifikati riskji ogħla; jikkonstata li matul l-2013, ebda dewmien ma ġie rappurtat mill-"Uffiċċju ta' Verifika" u li t-tranżazzjonijiet kollha kienu verifikati permezz ta' listi ta' kontroll f'konformità mar-regolamenti finanzjarji u l-Karta tal-uffiċjal tal-verifika;

23. Jieħu nota li l-Aġenzija, wara li wettqet sensiela ta' kontrolli ex post matul l-2013, ma sabet ebda nuqqas sinifikanti fil-kontrolli interni tagħha;

24. Jieħu nota li fl-2013, il-funzjoni tal-awditu intern tal-Aġenzija wettaq awditi f'diversi oqsma; jikkonstata li r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-funzjoni tal-awditu intern diġà ġew parzjalment indirizzati filwaqt li oħrajn qegħdin jiġu implimentati;

o

o  o

25. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015[16] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

2.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2102(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni La Via

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.      Jinnota li l-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit inizjali għall-2013 tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("l-Aġenzija") ammontaw għal EUR 231 560 000, li jirrappreżentaw żieda ta' 4,08 % fuq il-baġit inizjali tal-2012 (EUR 222 489 000); jinnota li baġit emendatorju wieħed ġie introdott fl-2013 biex titqies żieda fid-dħul minn servizzi mogħtija ta' EUR 20 000 000, biex b'hekk il-baġit totali ammonta għal EUR 251 560 000 li rrappreżenta żieda ta' 13,1 % fuq il-baġit finali tal-2012 (EUR 222 489 000); jinnota li n-nefqa ta' bbilanċjar kienet allokata għall-proġett li għaddej bħalissa ta' tagħmir tal-kwartieri ġenerali l-ġodda tal-Aġenzija;

2.      Jinnota li fl-2013, mir-riżorsi totali ta' EUR 251 560 000 disponibbli għall-Aġenzija, 16,3 % (EUR 40 937 454) kienu kontribuzzjonijiet baġitarji tal-Unjoni (inkluża kontribuzzjoni speċjali, importanti u meħtieġa, għal tnaqqis fil-miżati għal mediċini orfni ta' EUR 6 509 360); jixtieq jenfasizza li dan l-ammont jirrappreżenta 0,027 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni;

3.      Jilqa' l-fatt li 583 mis-611-il post disponibbli kienu mtlew sa tmiem l-2013 u li 144 aġent kuntrattwali, espert nazzjonali ssekondat u persunal tal-aġenzija tal-impjiegi ġew impjegati mill-Aġenzija; jinnota li r-rata ta' okkupazzjoni naqset meta mqabbla mal-2012 u li l-proporzjon ta' aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati u persunal tal-aġenzija tal-impjiegi naqas meta mqabbel mal-2012; jinnota li l-Aġenzija qed tiddedika 81 % tar-riżorsi umani tagħha għal kompiti operattivi u li dan jirrappreżenta żieda żgħira ħafna meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2012; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tagħmel progress f'din id-direzzjoni;

4.      Itenni r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tivvaluta u tissorvelja l-mediċini għall-użu mill-bniedem jew veterinarju; jilqa' d-dikjarazzjonijiet annwali u l-politika dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, li ġiet aġġornata u approvata l-aħħar mill-Bord ta' Tmexxija f'Marzu 2012; jistieden lill-Aġenzija tkompli ssaħħaħ il-politika tagħha dwar l-immaniġġjar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess biex tiżgura indipendenza u trasparenza fl-oqsma kollha ta' ħidma tal-Aġenzija;

5.      Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 bħala legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

6.      Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, li tingħata l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

9

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Enrico Gasbarra, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Davor Škrlec, Renate Sommer, Tibor Szanyi, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Mark Demesmaeker, Jan Huitema, Peter Jahr, Merja Kyllönen, Nuno Melo, Marijana Petir, Julia Reid, Bart Staes, Kay Swinburne

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Damian Drăghici

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

  • [1]           ĠU C 442, 10.12.2014, p. 193.
  • [2]            ĠU C 442, 10.12.2014, p. 193.
  • [3]            ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.
  • [4]            ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [5]            ĠU L 136, 30.04.2004, p. 1.
  • [6]           ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [7]            ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [8]           ĠU C 442, 10.12.2014, p. 193.
  • [9]            ĠU C 442, 10.12.2014, p. 193.
  • [10]          ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.
  • [11]          ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [12]          ĠU L 136, 30.04.2004, p. 1.
  • [13]         ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [14]          ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [15]  Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).
  • [16]     Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000.