Proċedura : 2014/2125(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0077/2015

Testi mressqa :

A8-0077/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.37
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0146

RAPPORT     
PDF 183kWORD 236k
30.3.2015
PE 539.712v02-00 A8-0077/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2125(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0077/2015),

1.      Jipposponi d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0077/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0077/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 142 197 740 għal approprjazzjonijiet ta' impenn, li jirrappreżenta żieda ta' 47,05 % meta mqabbel mal-2012, u EUR 98 760 073 għal approprjazzjonijiet ta' pagament,

B.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni ġenerali tal-Unjoni għall-baġit tal-Istitut għall-2013 ammontat għal EUR 93 462 181, li tirrappreżenta żieda ta' 36,05 % meta mqabbla ma' dik għall-2012,

C.     billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli, iżda ma setgħetx tikseb biżżejjed evidenza xierqa għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' kumment li sar fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalih kienet immarkata bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa fir-rapport 2013 tal-Qorti hija mmarkata bħala "Ikkompletata"; jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdet azzjoni korrettiva u l-kumment issa huwa mmarkat bħala ''Ikkompletata'' u wieħed bħala "Għadha għaddejja";

2.      Jirrikonoxxi mill-Istitut li:

-  huwa ta struzzjonijiet imtejba lill-awdituri li jiċċertifikaw u f'Ġunju 2013 ikkomunika struzzjonijiet aġġornati għall-"Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni" (KKI), dawk li jirċievu l-għotjiet tal-Istitut; jinnota li l-istruzzjonijiet imtejba għandhom jirriżultaw f'livell miżjud ta' assigurazzjoni miksub minn ċertifikati tal-awditjar;

-  miri kwantifikabbli kienu implimentati fil-linji gwida maħruġa għall-KKI, li ġew riveduti fl-2013 u l-2014 sabiex ikomplu jtejbu l-kwalità tal-ippjanar u r-rappurtar mill-KKI;

-  awditi ex post dwar il-Ftehim tal-Għotja 2010 irriżultaw fl-irkupru tal-ammonti kollha mħallsa indebitament mill-Istitut;

-  il-politiki dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi qed jiġu riveduti mill-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Istitut u l-verżjonijiet riveduti tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-persunal tal-Istitut u l-Membri tal-Bord tat-Tmexxija tiegħu huma mistennija li jiġu implimentati; jinnota li l-Istitut se jintroduċi politika għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut u l-maniġment superjuri sabiex jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom; jappella lill-Uffiċċju biex isolvi din il-kwistjoni bħala kwistjoni ta' urġenza u biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-azzjonijiet ta' rimedju;

-  l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija pprovduta permezz tas-sit tal-internet tal-Istitut u hija saret aktar aċċessibbli permezz tal-użu tal-midja soċjali kif ukoll permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-attività u r-riżultati tal-ħidma tiegħu;

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

3.      Jinsab imħasseb ħafna li għat-tieni sena konsekuttiva, il-Qorti ma sabet l-ebda assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità ta' tranżazzjonijiet ta' għotjiet tal-Istitut; jinnota li madwar 87 % tan-nefqa għal għotjiet iddikkjarata mill-benefiċjarji hija koperta minn ċertifikati maħruġa minn kumpaniji ta' awditjar indipendenti li huma kkuntrattati mill-benefiċjarji stess u mis-sħab tagħhom; jiddispjaċih li għalkemm l-Istitut kompla jagħmel sforzi biex jimplimenta l-verifikazzjonijiet ex ante u jagħti gwida aħjar lil kumpaniji ta' awditjar indipendenti, il-Qorti sabet li l-kwalità tagħhom mhijiex suffiċjenti u nnotat li hemm lok għal aktar titjib fil-ħidma ġenerali tagħhom; jappella lill-Istitut biex jindirizza din il-kwistjoni u biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-passi li jkunu ttieħdu sal-1 ta' Settembru 2015;

4.      Jinnota li sabiex ikollu t-tieni saff ta' aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' għotjiet, l-Istitut introduċa verifikazzjonijiet ex post kumplementari għat-tranżazzjonijiet ta' għotjiet li twettqu minn kumpanija ta' awditjar indipendenti; jinnota barra minn hekk li d-dikjarazzjonijiet ta' spiża awditjati jikkorrispondu għal 29 % tat-tranżazzjonijiet totali ta' għotjiet li saru fl-2013; jiddispjaċih li r-riżultati tal-verifikazzjoni ex post ikkonfermaw li l-verifikazzjonijiet ex ante għadhom mhumiex kompletament effettivi; jinsab imħasseb li abbażi tal-iżbalji misjuba minn verifikazzjonijiet ex post, fl-2014 l-Istitut iddeċieda li jirkupra 3 % tal-għotjiet awditjati għall-2012; jappella lill-Istitut biex itejjeb l-effettività tal-verifikazzjonijiet ex ante u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-qagħda attwali fir-rigward tal-passi li jridu jittieħdu sal-1 ta' Settembru 2015;

5.      Jirrimarka bi tħassib li pagamenti fir-rigward ta' żewġ kuntratti qafas konklużi fl-2010 u l-2012 bl-użu ta' proċedura negozjata u li jammontaw għal EUR 770 000, ġew stabbiliti bħala irregolari peress li skont l-awditjar, l-użu ta' proċedura negozjata ma kienx ġustifikat; jappella lill-Istitut biex itejjeb il-proċeduri interni tiegħu fir-rigward tal-akkwist u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda sal-1 ta' Settembru 2015;

6.      Jirrimarka bi tħassib li r-rata ta' żball magħquda relatata ma' kwistjonijiet ta' għotjiet u pagamenti għal kuntratt qafas hija bejn 2 % u 3 % tan-nefqa totali tal-Istitut għall-2013;

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

7.      Jinnota li, skont il-Qorti, ħlief għall-kwistjonijiet deskritti hawn fuq, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għall-2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

8.      Jiddispjaċih li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-attivitajiet komplementari tal-KKI bħala benefiċjarji tal-għotjiet tal-Istitut mhumiex se jiġu awditjati qabel l-2015; jinsab imħasseb li ma kienx hemm evidenza xierqa li l-Qorti setgħet tuża waqt l-awditjar tagħha fir-rigward tal-finanzjament tal-Istitut li ma jaqbiżx il-limitu ta' 25 % tan-nefqa globali tal-KKI; jappella lill-Istitut biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sitwazzjoni attwali rigward l-awditjar imsemmi hawn fuq sal-1 ta' Settembru 2015;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

9.      Jinnota mill-kontijiet finali tal-Istitut li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 96,97 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni ta' pagamenti kontra approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 96,86 %;

10.    Jinnota bi tħassib, madankollu, li r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit għat-Titolu I (nefqa għall-persunal) kienet baxxa b'74 %; jaċċerta mir-rapport tal-Qorti li dan huwa l-aktar marbut ma' ċaqliq qawwi ta' persunal u l-adozzjoni pendenti tar-regolamenti dwar l-aġġustamenti tas-salarji; jappella lill-Istitut f'dan ir-rigward biex jindirizza b'mod effikaċi l-politiki tiegħu dwar il-persunal sabiex jevita ċ-ċaqliq qawwi ta' persunal;

Impenji u riporti

11.    Jinnota bi tħassib li l-Istitut irriporta approprjazzjonijiet impenjati taħt it-Titolu II (nefqa amministrattiva) li jammontaw għal EUR 193 420 jew 24 %; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċipalment jikkonċernaw fatturi li kienu għadhom ma waslux u proġetti tal-IT li kienu għadhom għaddejjin; jirrimarka bi tħassib li 29 % tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2012 sal-2013 ma ġewx implimentati, l-aktar minħabba l-ispejjeż stmati b'mod eċċessiv għal laqgħa tal-Bord ta' Tmexxija;

12.    Jinsab imħasseb li r-rata ta' eżekuzzjoni taħt it-Titolu III (nefqa operattiva) kienet relattivament baxxa bi 82 %, meta l-Istitut kellu baġit ta' EUR 34 078 025 għal għotjiet ta' KKI; jieħu nota li r-rata ta' eżekuzzjoni hija baxxa minħabba l-fatt li l-KKI ma assorbewx kompletament il-finanzjament disponibbli għal attivitajiet fl-2012; jappella lill-Istitut biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu sabiex iżid il-kapaċità ta' assorbiment tal-KKI sal-1 ta' Settembru 2015;

Awditjar intern

13.    Josserva, mir-rapport annwali tal-attività tal-Istitut li l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern irriżenja fil-31 ta' Diċembru 2012 u r-reklutaġġ ta' Awditur Intern ġdid għall-Istitut ħa aktar żmien milli kien mistenni, peress li l-avviż ta' pożizzjoni vakanti kellha tiġi ppubblikata mill-ġdid minħabba numru insuffiċjenti ta' kandidati adattati; jieħu nota li l-Awditur Intern il-ġdid beda fl-1 ta' Jannar 2014 u għalhekk, ma twettaq l-ebda awditjar mill-Uffiċċju tal-Awditjar Intern fl-2013;

14.    Jirrikonoxxi mill-Istitut li sabiex jimla l-vojt fiż-żmien bejn it-tluq tal-Awditur Intern preċedenti u l-wasla tal-Awditur il-ġdid, huwa ddeċieda li jistabbilixxi Kumitat ta' Awditjar tal-Bord ta' Tmexxija li jipprovdi appoġġ lill-Bord tat-Tmexxija biex tiżdied il-kwalità tas-segwitu u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar, li għalihom id-Direttur tal-Istitut għandu l-unika responsabbiltà;

15.    Jinnota li fl-2014, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni segwa l-istatus tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet aċċettati minn “Rieżami Limitat dwar il-Ġestjoni tal-Għotjiet – Tħejjija għal Ftehimiet ta' Għotjiet Annwali” (Limited Review on Grant Management – Preparation of Annual Grant Agreements) fl-Istitut; jinnota barra minn hekk li dan ir-rieżami limitat irriżulta f'sitt rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom hija mmarkata bħala "Kritika" u erbgħa bħala "Importanti Ħafna", u li l-Istitut wieġeb sitt rakkomandazzjonijiet minn pjan ta' azzjoni dettaljat li fih 25 azzjoni, li fosthom 13 kienu dovuti sal-31 ta' Awwissu 2013 jew qabel u 10 ġew irrappurtati bħala "Lesti għal Rieżami" sa din id-data;

16.    Jiddispjaċih għall-fatt li l-IAS wettaq rieżami dokumentarju dwar l-istatus tal-implimentazzjoni ta' dawn l-għaxar azzjonijiet u fl-24 ta' Settembru 2013, huwa kkonkluda li l-livell tal-implimentazzjoni kien insuffiċjenti jew kienu meħtieġa kontrolli addizzjonali fuq il-post biex tiġi kkonfermata l-implimentazzjoni fil-prattika; jieħu nota tal-fatt li sussegwentement l-Istitut ifformula mill-ġdid uħud mill-azzjonijiet u rreveda l-iskadenzi relatati biex jindirizza l-kummenti tal-IAS;

17.    Jinsab imħasseb dwar il-konklużjonijiet tal-IAS fir-rapport ta' segwitu tiegħu li jenfasizza r-riskju li l-Istitut ma jkunx jista' jimplimenta bis-sħiħ l-azzjonijiet kollha fil-ħin, b'mod partikolari dawk l-azzjonijiet skedati li jitlestew fit-tieni kwart tal-2014; iqis id-dewmien inaċċettabbli minħabba li l-IAS jikkunsidra li dewmien fl-implimentazzjoni jwassal għal livell ogħla ta' riskju għall-organizzazzjoni;

18.    Jirrikonoxxi l-impenn tal-Istitut biex jimmonitorja l-verifikazzjonijiet ex ante sabiex jikseb aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' għotjiet;

19.    Jappella lill-Istitut biex jagħti rapport dettaljat lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet tal-IAS kif ukoll dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Awditjar Intern tal-IAF sal-1 ta' Settembru 2015;

o

o   o

20.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000

Avviż legali - Politika tal-privatezza