Proċedura : 2014/2087(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0079/2015

Testi mressqa :

A8-0079/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.25
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0134

RAPPORT     
PDF 189kWORD 108k
30.3.2015
PE 539.730v02-00 A8-0079/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2087(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2087(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta l-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0079/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2087(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta l-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0079/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2087(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0079/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 17 925 075, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 6,72 % meta mqabbel ma' dak għall-2012,

B.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2013 ammontat għal EUR 17 133 900, li tirrappreżenta żieda ta' 1,18 % meta mqabbla ma' dik għall-2012,

C.     billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u mmarkati bħala "Għadhom għaddejjin" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u, fir-rapport tal-Qorti, iż-żewġ rakkomandazzjonijiet huma mmarkati bħala "Ikkompletati"; jinnota barra minn hekk li għat-tliet kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu żewġ azzjonijiet korrettivi b'reazzjoni għall-kummenti tas-sena preċedenti u issa huma mmarkati bħala "Ikkompletati" filwaqt li waħda mmarkata bħala "Mhux applikabbli";

2.      Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:

-     wara li segwa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex jiżgura li l-Kumitat ta' Preselezzjoni jiffirma d-dikjarazzjonijiet tal-interessi sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess, il-proċess ta' reklutaġġ għal uffiċjali ta' livell għoli kien ta' suċċess;

-     irreveda u adatta l-politika dwar il-kunflitti ta' interess tiegħu; stieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati tar-reviżjoni ta' politika u dwar l-adattament magħmul għas-sitwazzjoni fiċ-ċentru;

-     qed jieħu azzjonijiet rigward il-pubblikazzjoni tal-curricula vitae tal-membri tal-Bord Governattiv u d-dikjarazzjonijiet dwar in-nuqqas ta' kunflitti ta' interess; jinnota bi tħassib li ċ-Ċentru għadu ma rrimedjax kompletament għal din il-kwistjoni, u jistieden liċ-Ċentru biex jimplimenta azzjonijiet korrettivi u jinforma b'mod urġenti lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati;

-     l-informazzjoni dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru hija pprovduta l-aktar lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali, u għaldaqstant l-impatt dirett tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni huwa limitat fuq terminu qasir; innota, barra minn hekk, li r-rapport annwali taċ-Ċentru huwa disponibbli pubblikament fil-websajt taċ-Ċentru;

-     fil-kuntest tal-qafas ta' kooperazzjoni, qed jikkoordina mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-kondiviżjoni tal-għarfien tagħhom;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.      Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,95 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,39 %;

4.      Jaċċerta miċ-Ċentru li n-nuqqas ta' utilizzazzjoni previst fit-Titolu I, minħabba ffrankar u posponiment ta' reklutaġġ, kopra n-nefqa fit-Titolu II u t-Titolu III, marbuta ma' rekwiżiti għas-servizzi u r-riżultati tanġibbli antiċipati fil-programm ta' ħidma; jirrikonoxxi li wara r-rimarki tal-Qorti fl-2012, ir-riporti tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tat-Titolu 2 tnaqqsu taħt il-limitu ta' 20 % għal 17 % fl-2013 meta mqabbla ma' 37 % fl-2012;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

5.      Jinnota li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist taċ-Ċentru fir-rapport tal-Qorti;

6.      Jirrikonoxxi mir-rapport annwali taċ-Ċentru li l-organigramma tiegħu għas-sena 2013 kellha 100 pożizzjoni, li minnhom 51 kienu pożizzjonijiet AD u 49 kienu pożizzjonijiet AST; jieħu nota, barra minn hekk, li kien hemm iktar postijiet temporanji milli permanenti fiż-żewġ gruppi ta' funzjoni;

7.      Jinnota li, fi tmiem is-sena, iċ-Ċentru impjega 96 persuna abbażi tal-organigramma u ħarġu żewġ offerti ta' xogħol għall-postijiet vakanti AD; jirrikonoxxi barra minn hekk li żewġ pożizzjonijiet tħallew vakanti sabiex ikunu jistgħu jitnaqqsu fl-2014, bi tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni għal tnaqqis ta' 5 % fil-persunal matul is-snin li ġejjin;

Kontrolli interni

8.      Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li miżuri ġodda ta' verifika ex post u ex ante ġew implimentati biex jirrispondu għat-tħassib espress mill-Qorti fl-2012; jinnota barra minn hekk li miżuri ex post jinkludu kontrolli dettaljati ta' spejjeż tal-persunal għal tliet benefiċjarji magħżula b'mod każwali fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni ta' sostenn kollha, inklużi l-iskedi ta' ħin, ir-rendikont tal-paga, il-kalkolu tar-rati ta' kuljum, il-kuntratti, il-fatturi u r-rendikonti tal-bank;

9.      Jieħu nota tal-fatt li ċ-Ċentru fl-aħħar żviluppa proċess biex iwettaq monitoraġġ u jirrapporta dwar il-legalità u r-regolarità u attwalment qed jiskjera l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi;

Awditjar intern

10.    Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq valutazzjoni sħiħa tar-riskju sabiex jiddetermina l-prijoritajiet ta' awditjar għat-tliet snin sussegwenti, li rriżultaw fil-pjan ta' awditjar strateġiku finali li jelenka s-suġġetti tal-awditjar proposti għall-2013-2015; jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-pjan ta' awditjar strateġiku finali ġie approvat mill-Bord Governattiv taċ-Ċentru f'Ġunju 2013;

11.    Josserva li tul l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu li jistgħu jiġu awditjati fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, billi l-kontrolli kienu evalwati bħala assenti jew insuffiċjenti; jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-maniġment tiegħu ressaq pjan ta' azzjoni bil-għan li jindirizza dawk in-nuqqasijiet, li se jkun hemm segwitu għalihom mill-IAS matul l-eżerċizzju approfondit ta' valutazzjoni tar-riskju li jmiss;

12.    Jinnota li l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' qabel tiegħu fl-2013 permezz ta' rieżami dokumentarju tal-informazzjoni pprovduta miċ-Ċentru dwar l-istatus ta' rakkomandazzjonijiet importanti ħafna, importanti jew mixtieqa; jirrikonoxxi li ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika jew importanti ħafna pendenti fil-31 ta' Diċembru 2013;

Kummenti oħra

13.    Jilqa' l-miżuri eżemplari meħuda miċ-Ċentru fir-rigward ta' soluzzjonijiet kosteffikaċi u li jiffavorixxu l-ambjent; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli b'din il-prassi tajba;

14.    Jinnota b'dispjaċir li x-xogħol ta' tiswija fuq il-bini taċ-Ċentru qed ikompli jittardja u se jitlesta biss fl-2014;

15.    Jenfasizza li l-ħidma taċ-Ċentru hija rilevanti ħafna għall-aġenda politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u f'dak tal-ħiliet; jinnota t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li jekk ma tinqalibx it-tendenza tad-domanda ekonomika baxxa li qiegħda twassal għal rata għolja ta' qgħad, din id-domanda se trawwem u tkompli żżid in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u l-obsolexxenza tal-ħiliet permezz tal-kwalifiki żejda u l-qgħad; jirrikonoxxi l-kisbiet ewlenin taċ-Ċentru fl-2013 fil-qasam ta' attività tiegħu; barra minn hekk jinnota li ċ-Ċentru qed iwettaq l-ewwel stħarriġ pan-Ewopew tiegħu dwar il-ħiliet (eu-SKILL);

16.    Jiġbed l-attenzjoni lejn l-esperjenza pożittiva ta' xi Stati Membri b'sistemi ta' edukazzjoni doppja; madankollu, jinnota li l-edukazzjoni doppja m'għandhiex titqies bħala xi duwa universali għall-qgħad għoli fost iż-żgħażagħ;

17.    Ifaħħar liċ-Ċentru dwar l-eżiti tal-evalwazzjoni tal-2013 mill-Kummissjoni, li rrikonoxxietu bħala ċentru ewlieni ta' għarfien espert madwar id-dinja dwar oqfsa u ħiliet għall-kwalifiki u li kellu impatt importanti fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati tal-politika tal-ETV fl-Ewropa;

o

o   o

18.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

10.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2087(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1   Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2013 kienu skont il-liġi u regolari u li l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2013 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jilqa' t-tlestija tal-azzjonijiet korrettivi miċ-Ċentru b'reazzjoni għall-kummenti tal-Qorti fis-sena preċedenti, kif ukoll għar-rakkomandazzjonijiet mill-Parlament;

3.  Jenfasizza li l-ħidma taċ-Ċentru hija rilevanti ħafna għall-aġenda politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u f'dak tal-ħiliet; jinnota t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li jekk ma tinqalibx it-tendenza tad-domanda ekonomika baxxa li qiegħda twassal għal rata għolja ta' qgħad, din se trawwem u tkompli żżid in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u l-obsolexxenza tal-ħiliet permezz tal-kwalifiki żejda u l-qgħad; jirrikonoxxi l-kisbiet ewlenin taċ-Ċentru fl-2013 fil-qasam ta' attività tiegħu; barra minn hekk jinnota li ċ-Ċentru qed iwettaq l-ewwel stħarriġ pan-Ewopew tiegħu dwar il-ħiliet (eu-SKILL);

4.  Jiġbed l-attenzjoni dwarl-esperjenza pożittiva ta' xi pajjiżi bis-sistemi ta' edukazzjoni doppja; madankollu, jinnota li l-edukazzjoni doppja m'għandhiex titqies bħala xi duwa universali għall-qgħad għoli fost iż-żgħażagħ;

5.  Jilqa' r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit li baqgħet għolja (99,71 %); japprezza li r-riport tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tat-Titolu II (17 % fl-2013) tnaqqas taħt is-soll ta' 20 %, b'paragun mas-37 % fl-2012;

6.  Jinnota b'dispjaċir li x-xogħol ta' tiswija fuq il-bini taċ-Ċentru qed ikompli jittardja u se jitlesta biss fl-2014;

7.   Ifaħħar liċ-Ċentru dwar l-eżiti tal-evalwazzjoni tal-2013 mill-Kummissjoni, li rrikonoxxietu bħala ċentru ewlieni ta' għarfien espert madwar id-dinja dwar oqfsa u ħiliet għall-kwalifiki u li kellu impatt importanti fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati tal-politika tal-ETV fl-Ewropa.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

6

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tania González Peñas, Richard Howitt, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Helga Stevens, Monika Vana

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 42.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 42.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

Ġ L 39, 13.2.1975, p. 1.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 42.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 42.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

Ġ L 39, 13.2.1975, p. 1.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000

Avviż legali - Politika tal-privatezza