Proċedura : 2014/2089(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0093/2015

Testi mressqa :

A8-0093/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.51
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0160

RAPPORT     
PDF 186kWORD 104k
30.3.2015
PE 539.733v01-00 A8-0093/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2089(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2089(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenera li tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0093/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2089(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenera li tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11),, u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0093/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2089(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0093/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 21 348 510, li jirrappreżenta żieda ta' 4,77 % meta mqabbel ma' dak għall-2012,

B.     billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li għat-tliet kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u tnejn mit-tliet rakkomandazzjonijiet huma mmarkati bħala "Ikkompletati", filwaqt li waħda hija mmarkata bħala "Mhux Applikabbli";

2.      Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li:

-  fl-2012 l-Aġenzija akkwistat servizzi ta' tindif, permezz ta' kuntratti qafas kumulattivi, lil żewġ fornituri, u li minħabba żball klerikali matul l-evalwazzjoni tal-offerti, il-klassifika tal-kuntratturi kienet żbaljata; jieħu nota li skont ir-rappurtar lill-Qorti, il-kuntratt ġie kkanċellat, il-klassifikazzjoni kkoreġuta u ġie ffirmat kuntratt ġdid mal-fornitur korrett rebbieħ;

-  l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tal-Aġenzija għaċ-ċittadini tal-Unjoni hija fornuta fis-sit web tagħha bis-saħħa ta' strumenti multipli u permezz tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti strateġiċi bħar-Rapport Annwali tal-Attività;

-  l-Aġenzija baqgħet tapplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta wara deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tagħha; jikkonstata li dawn il-linji gwida se jkunu sostitwiti hekk kif l-Aġenzija tadotta l-mudell ta' linji gwida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta tal-Aġenziji Regolatorji ;

-  ftehimiet ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib ġew stabbiliti mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, man-Nazzjonijiet Uniti, mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjoni fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mal-Istitut Universitarju Ewropew, mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u mal-Kunsill tal-Ewropa;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.      Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 70,27 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 11 % meta mqabbla mal-2012; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-livell ġeneralment għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn indika li l-impenji saru f'waqthom;

Impenji u riporti

4.      Jikkonstata bi tħassib il-livell għoli ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014, li kien 27 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 69 % għat-Titolu III (nefqa operattiva); jieħu nota li l-ammonti riportati taħt it-Titolu II huma prinċipalment relatati max-xiri ppjanat ta' oġġetti u servizzi tal-IT; jieħu nota, barra minn hekk, li r-riporti taħt it-Titolu III prinċipalment jirriflettu n-natura pluriennali tal-proġetti operattivi tal-Aġenzija, fejn il-pagamenti jsiru skont l-iskedi ppjanati; jaċċerta ruħu, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li l-fatt li l-livell ta' kanċellazzjonijiet huwa inqas minn 2 % huwa indikazzjoni ta' ppjanar tajjeb u mmaniġġjar tajjeb tar-riporti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

5.      Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti; jikkonstata, barra minn hekk, li fir-rapport 2013 il-Qorti ma għamlet ebda kumment fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

6.      Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li hija adottat regoli proviżorji qabel l-adozzjoni tal-politika rieżaminata tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess abbażi tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE; jikkonstata li l-Aġenzija tinsab fil-proċess li tarmonizza r-regoli tal-Bord ta' Tmexxija tagħha u teħtieġ li tadotta r-regoli rigward il-persunal tagħha; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati tar-rieżami u l-armonizzazzjoni ladarba dawn ikunu disponibbli;

7.      Itenni t-talba tiegħu lill-aġenziji u lill-impriżi konġunti kollha biex jehmżu sistematikament mudell standardizzat rigward il-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali definittivi li jinkludi d-data mressqa fir-rapporti tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u fir-rapporti tagħhom dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tarmonizza l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tagħha ma' dawk ta' Aġenziji oħra tal-Unjoni;

8.      Jirrikonoxxi li kull membru tal-Kumitat tal-Għażla involut fil-proċedura ta' reklutaġġ għandu jiffirma Dikjarazzjoni ta' Nuqqas ta' Kunflitt ta' Interess u Kunfidenzjalità;

Awditjar intern

9.      Jikkonstata li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju sabiex jistabbilixxi l-pjan il-ġdid tal-awditu strateġiku tal-IAS għall-2013-2015; jieħu nota li wara l-evalwazzjoni tar-riskju, il-proċessi kollha ġew meqjusa mill-IAS bħala kkontrollati b'mod sodisfaċenti u ebda proċess ma tpoġġa fiż-żona ta' riskju għoli; jaċċerta ruħu mill-Aġenzija li f'Mejju 2013 il-Bord ta' Tmexxija approva l-pjan tal-awditu strateġiku tal-IAS;

10.    Jieħu nota li l-IAS wettaq awditu fuq il-ġestjoni tar-riżorsi umani f'Settembru 2013, fejn l-objettiv tal-awditu kien li jivvaluta u jipprovdi assigurazzjoni indipendenti dwar l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistema ta' kontroll intern tal-ġestjoni tar-riżorsi umani; jikkonstata li, wara l-awditu, l-IAS ta sitt rakkomandazzjonijiet, tnejn ikklassifikati bħala "Importanti ħafna" u erbgħa bħala "Importanti"; jikkonstata, barra minn hekk, li l-Aġenzija ppreżentat pjan ta' azzjoni ġenerali, li kien aċċettat mill-IAS, bil-għan li jittaffew il-kwistjonijiet li nstabu u li l-Aġenzija qed tieħu azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet kollha;

11.    Jikkonstata li l-IAS wettaq rieżami limitat dwar il-ġestjoni tal-kuntratti f'Ottubru 2013, li ħareġ bi tliet rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom hija immarkata bħala "Importanti ħafna" u tnejn bħala "Importanti"; jikkonstata, barra minn hekk, li l-Aġenzija ppreżentat pjan ta' azzjoni ġenerali, li kien aċċettat mill-IAS, bil-għan li jittaffew il-kwistjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kuntratti u li l-Aġenzija qed tieħu azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet kollha;

12.    Jieħu nota li fl-2013, l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju, u li ma sab ebda rakkomandazzjoni pendenti fi tmiem is-sena;

o

o o

13.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

6.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2089(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Sylvie Guillaume

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jqisu li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013, kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus għas-sena finanzjarja li ntemmet f’dik id-data, u jispeċifikaw barra minn hekk li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-FRA għas-sena finanzjarja 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Josserva li jekk l-ammonti tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 għat-Titoli II (nefqa amministrattiva) u III (nefqa operattiva) huma għoljin, dan huwa dovut partikolarment, fir-rigward tat-Titolu III, għall-karattru pluriennali tal-proġetti operattivi tal-Aġenzija;

3.  Jifraħ li l-livell ta' approprjazzjonijiet riportati għall-2014 huwa għalkollox iġġustifikat u konformi mal-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija; kif maqbul mal-Qorti, l-Aġenzija pprevediet, fil-bidu tal-2013, ir-riporti għas-sena ta' wara u finalment osservat mill-viċin il-progress tagħhom; b'dan il-mod, il-livell tar-riporti għall-2013 baqa' konformi mal-ippjanar inizjali tal-Aġenzija; jifraħ li, skont id-data tal-Qorti tal-Awdituri, l-Aġenzija wriet ġestjoni baġitarja eċċellenti;

4.  Iqis li, bħala regola ġenerali, għandha tingħata aktar attenzjoni lill-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba tal-FRA bi qbil mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità, jiġifieri l-ekonomija, l-effikaċja u l-prestazzjoni li bihom l-Aġenzija użat l-approprjazzjonijiet li kellha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex twettaq il-kompiti konferiti lilha.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Heinz K. Becker, Bodil Ceballos, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Vicky Maeijer, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Petra Kammerevert, Ska Keller, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Jaromír Štětina, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Elisabetta Gardini, Charles Tannock

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

          ĠU C 442, 10.12.2014, p. 301.

(2)

          ĠU C 442, 10.12.2014, p. 301.

(3)

          ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.

(4)

          ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

          ĠU L 53, 22.02.2007, p. 1.

(6)

          ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

          ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

         ĠU C 442, 10.12.2014, p. 301.

(9)

          ĠU C 442, 10.12.2014, p. 301.

(10)

        ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.

(11)

        ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

        ĠU L 53, 22.02.2007, p. 1.

(13)

        ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

        ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

       Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000

Avviż legali - Politika tal-privatezza