Proċedura : 2014/2114(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0095/2015

Testi mressqa :

A8-0095/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.53
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0162

RAPPORT     
PDF 179kWORD 98k
30.3.2015
PE 539.699v02-00 A8-0095/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2114(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

         wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

         wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0095/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-GNSS għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea tal-GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0095/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0095/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 80 449 967, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 23,76 % meta mqabbel mal-2012,

B.      billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 ammontat għal EUR 13 973 518, li jirrappreżenta żieda ta' 9,69 % meta mqabbel mal-2012,

C.     billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jinnota mir-rapport tal-Qorti li għal dak li għandu x'jaqsam ma' kumment li sar fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalih kienet immarkata bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa hija mmarkata bħala "Ikkompletata"; jinnota barra minn hekk li għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdet azzjoni korrettiva waħda u issa għal kumment minnhom l-azzjoni korrettiva hija mmarkata bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li għal kumment ieħor immarkata bħala ''Mhux applikabbli'';

2.      Jiddispjaċih ferm dwar il-fatt li l-Aġenzija ma weġbitx għall-kwestjonarju tal-awtorità ta' kwittanza rigward il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi bħala kwistjoni urġenti u sabiex tiżviluppa u timplimenta politiki u proċeduri komprensivi u indipendenti sa tmiem Settembru 2015; iħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar u dwar il-perjodu stabbilit għat-tlestija tagħha;

3.      Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija għadha ma ppubblikat ebda CV u ebda Dikjarazzjoni ta' Interessi tad-Direttur Eżekuttiv, tal-Bord tal-Amministrazzjoni jew ta' maniġment superjuri minkejja r-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta' kwittanza tal-2014; jistieden lill-Aġenzija tirrimedja din is-sitwazzjoni b'urġenza sa tmiem Settembru 2015;

4.      Jinnota li l-Aġenzija naqset milli twieġeb b'mod sodisfaċenti l-mistoqsija tal-awtorità ta' kwittanza dwar soluzzjonijiet li jkunu kosteffikaċi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fuq il-post tax-xogħol tagħha; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità dwar din il-kwistjoni;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

5.      Jirrikonoxxi li l-Aġenzija hija inkarigata li torganizza u tmexxi l-isfruttament tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS); jinnota li abbażi ta' ftehim ta' delega mal-Kummissjoni, l-Aġenzija ffirmat kuntratt fl-2013 għall-isfruttament ta' EGNOS għall-2014-2021, u għal EUR 588 000 000; jinsab imħasseb dwar il-fatt li għalkemm il-Qorti mhijiex qed tiddubita mill-kompetittività tal-proċedura, kriterju ta' eliġibbiltà li ġie applikat fl-ewwel fażi tal-proċedura ta' akkwist li jeskludi applikazzjonijiet minn konsorzji, ma kienx f'konformità mar-regoli dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju(15)(16);

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.      Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2012 irriżultaw f'rata ġenerali ta' approprjazzjonijiet impenjati qrib il-100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,53 %;

Impenji u riporti

7.      Jinnota bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (Nefqa amministrattiva) kien wieħed għoli, u li kien jammonta għal EUR 1 800 000 jew 52 %; jirrikonoxxi li l-fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għal dan il-livell għoli huma l-kuntratti speċifiċi ffirmati fl-aħħar tas-sena li jammontaw għal EUR 900 000, u dan minħabba li baġit emendatorju ġie approvat tard, f'Settembru 2013; jinnota barra minn hekk li madwar EUR 400 000 huma marbuta ma' servizzi fornuti iżda mhux fatturati fl-2013;

8.      Jesprimi diżappunt dwar il-ġestjoni fqira li rriżultat minn rata għolja ta' riporti ta' approprjazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Aġenzija tieħu nota ta' dan u tirrimedja l-istrateġija ta' ġestjoni li wasslet għal dawn l-iżbalji serji;

Trasferimenti

9.        Jikkonstata li skont ir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija kif ukoll ir-rapport tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

10.    Jinnota li għall-2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas riżultati oħra tal-awditjar ma wasslu għal kummenti fir-rapport tal-Qorti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija;

11.    Jieħu nota li l-Aġenzija ffirmat kuntratt għall-isfruttar ta' EGNOS għall-perjodu mill-2014 sal-2021 għal ammont li jlaħħaq madwar EUR 588 miljun; jinnota li l-kriterju ta' eliġibbiltà applikat fl-ewwel fażi tal-proċedura ta' akkwist li jeskludi applikazzjonijiet minn konsorzji, ma kienx f'konformità mar-regoli dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju;

12.    Jirrikonoxxi l-introduzzjoni ta' limitu ta' 65% bħala riżultat meħtieġ li kandidat irid jikseb biex jista' jkun mistieden għal intervista; jistieden lill-Aġenzija tikkunsidra s-sitwazzjoni fejn kandidat jew kandidati jkunu ġabu l-istess ammont ta' punti u jitlob lill-Aġenzija tfassal politika ċara biex tiddikjara l-eliġibbiltà tal-kandidati u tispeċifika l-għadd minimu u massimu ta' kandidtati li se jkunu mistiedna għal intervista bi qbil ma' kriterji oġġettivi u trasparenti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tadotta r-regoli interni msemmija hawn fuq sa tmiem Settembru 2015 u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tas-segwitu;

13.    Jesprimi tħassib dwar is-setgħat diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra li jġiegħlu kandidat li jkun għadda li jersaq għat-tieni intervista; jistieden lill-Aġenzija tippubblika kriterji ċari u komprensivi użati mill-Awtorità tal-Ħatra li jiġġustifikaw l-organizzazzjoni tat-tieni intervista u l-ħatra uffiċjali ta' kandidat fuq il-lista ta' riserva għall-kariga;

Awditjar intern

14.    Jirrikonoxxi li fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditjar f'konformità mal-Ippjanar Strateġiku tal-Awditjar tiegħu għall-2013-2015; jinnota barra minn hekk li l-IAS wettaq valutazzjoni tar-riskju operattiv li wassal għal Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern tal-IAS għall-Aġenzija, li jelenka s-suġġetti proposti għall-awditjar għall-2014-2016;

         Josserva li tul l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu li jistgħu jiġu awditjati fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, billi l-kontrolli kienu evalwati bħala assenti jew insuffiċjenti;

16.    Jieħu nota tal-fatt li l-IAS wettaq rieżami dokumentarju ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu; jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2013 la kien hemm rakkomandazzjonijiet "Ferm importanti" u lanqas "Kritiċi" li għadhom pendenti;

17.    Jirrikonoxxi li fl-2013 l-IAS wettaq awditjar dwar ''Il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani fl-Aġenzija''; jieħu nota tal-fatt li dan kopra l-oqsma ewlenin tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, b'enfasi fuq ir-reklutaġġ, il-valutazzjoni u l-iżvilupp tal-persunal, is-superviżjoni u l-kontroll kif ukoll l-ippjanar u l-allokazzjoni tar-riżorsi; jaċċerta ruħu mill-IAS li s-sistema ta' ġestjoni u kontroll li hemm fis-seħħ fl-Aġenzija tipprovdi biżżejjed assigurazzjoni fir-rigward tal-konformità mal-qafas ġuridiku applikabbli u l-proċeduri interni;

Kummenti oħra

18.    Jilqa' l-miżuri meħuda mill-Aġenzija fir-rigward tal-viżibbiltà; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tkompli l-prattika tajba;

o

o   o

19.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Fulvio Martusciello, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 318.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 318.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 318.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 318.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

L-Artikolu 116(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

(16)

L-Artikolu 121(5) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(17)

Testi adottati ta' tali data, P8_TA-PROV(2015)0000

Avviż legali - Politika tal-privatezza