Proċedura : 2014/2121(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0096/2015

Testi mressqa :

A8-0096/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.36
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0145

RAPPORT     
PDF 190kWORD 113k
30.3.2015
PE 539.717v02-00 A8-0096/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2121(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2121(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0096/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2121(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0096/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013

Il-Parlament Ewropew

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0096/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 18 767 470, li jirrappreżenta żieda ta' 19,88 % meta mqabbel mal-2012, u dan minħabba li l-Awtorità ġiet stabbilita dan l-aħħar,

B.     billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jinnota mir-rapport tal-Qorti li għal dak li għandu x'jaqsam ma' tliet kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalihom kienet immarkata bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa fir-rapport tal-Qorti huma mmarkati bħala "Ikkompletati"; jinnota barra minn hekk li għat-tliet kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa għal kumment minnhom l-azzjoni korrettiva hija mmarkata bħala ''Ikkompletata'', għal kumment ieħor immarkata bħala ''Mhux applikabbli'' u għal ieħor bħala ''Pendenti'';

2.      Jirrikonoxxi mill-Awtorità li:

-     din saħħet il-kapaċità ta' appoġġ fil-qasam tal-akkwist fil-livell korporattiv, permezz ta' definizzjoni ċara tar-rwoli u r-responsabbiltajiet kemm għall-uffiċjali fil-qasam tal-akkwist u kemm għall-persunal operattiv, kif ukoll permezz ta' taħriġ varjat dwar l-akkwist għall-kategoriji rilevanti kollha tal-persunal;

-     adottat regoli dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi li ġew riveduti skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interessi għall-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE;

-     ġeddedt il-websajt tagħha bl-għan li ttejjeb it-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni provduta;

-     ġew ippubblikati s-CVs tal-membri tal-Bord Maniġerjali u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-President u d-Direttur Eżekuttiv;

Jistieden lill-Awtorità tippubblika wkoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord Maniġerjali kif ukoll tal-Bord tas-Superviżuri;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.      Jinnota bi tħassib li l-livell tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati, li kien ta' 28 %, kien wieħed għoli, speċjalment fir-rigward tat-Titolu II li kellu livell ta' 30 %, u t-Titolu III li kellu livell ta' 85 %, u li dan juri li kien hemm żieda meta mqabbel mas-snin ta' qabel;

Impenji u riporti

4.      Jirrikonoxxi li r-riporti rriżultaw mill-pjan ta' implimentazzjoni u ta' strateġija pluriennali għall-IT u mill-kuntratti speċifiċi għal servizzi li kellhom jiġu pprovduti fl-2014; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-impenji relatati huma legali, regolari kif ukoll stmati tajjeb skont ir-rati ta' kanċellazzjoni baxxi għar-riporti mill-2012;

5.      Jaqbel bis-sħiħ mal-osservazzjoni li għamlet il-Qorti li l-livell li bih l-approprjazzjonijiet tal-2013 intużaw biex ikopru attivitajiet tal-2014 imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li ser tieħu biex tnaqqas l-ammont ta' riporti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.      Jinnota li ma kienx hemm kummenti fir-rapport tal-Qorti dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Awtorità;

Kontrolli interni

7.      Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li matul l-2013 il-Bord Maniġerjali adotta s-sittax-il Standard ta' Kontroll Intern (ICS); jaċċerta li l-implimentazzjoni tal-ICS hija mmarkata li għadha għaddejja abbażi tal-pjan ta' azzjoni miftiehem mas-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni;

8.      Jiddispjaċih li l-impenji legali tal-Awtorità mhux dejjem ġew awtorizzati minn uffiċjali b'delega xierqa u ma kinux konsistentement preċeduti minn impenn baġitarju awtorizzat b'mod xieraq. ifakkar lill-Awtorità li huwa fundamentali li jkun hemm konformità maċ-ċirkwiti finanzjarji kif definit fir-Regolament Finanzjarju; jirrikonoxxi li ttieħdu miżuri korrettivi sabiex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet u jistieden lill-Awtorità tinforma fid-dettall lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' dawk l-azzjonijiet b'rabta mal-ġestjoni taċ-ċirkwiti finanzjarji;

Awditjar intern

9.      Jirrikonoxxi mill-Awtorità li fl-2013 l-IAS wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-ICS, li rriżulta mill-Pjan ta' Awditjar Strateġiku kif ukoll mill-valutazzjoni tar-riskju preċedenti tal-IAS;

10.    Jinnota li b'segwitu għar-rieżami, l-Awtorità ħejjiet pjan ta' azzjoni sabiex tindirizza l-għoxrin rakkomandazzjoni identifikati mill-IAS, u li tlieta minnhom kienu mmarkati bħala ''Importanti Ħafna''; jirrikonoxxi li l-IAS iqis li l-pjan ta' azzjoni se jindirizza r-riskji identifikati b'mod adegwat u se jtaffihom jekk jiġi implimentat kif ippjanat;

11.    Jinnota mill-Awtorità li l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu, u li fil-31 ta' Diċembru 2013 la kien hemm rakkomandazzjonijiet kritiċi u lanqas importanti ħafna li għadhom pendenti;

Kummenti oħra

12.    Ifakkar li l-Parlament kellu rwol ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien, bħala parti minn din is-sistema, tal-Awtorità fl-2011;

13.    Jinnota l-kumment tal-Kummissjoni fir-rapport reċenti tagħha dwar il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u tas-SESF, li jgħid li l-ASE, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, stabbilixxew malajr organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u li, b'mod ġenerali, issodisfaw il-varjetà wiesgħa ta' kompiti li għandhom, għalkemm iffaċċjaw talbiet dejjem akbar b'riżorsi umani limitati;

14.    Jenfasizza li r-rwol tal-Awtorità biex ikun promoss reġim superviżorju komuni fis-Suq Uniku kollu huwa essenzjali biex jiġi żgurat settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet aktar integrat, effiċjenti u sikur fl-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku u għall-ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir fl-Ewropa, kif ukoll biex jiġu evitati kriżijiet futuri fis-settur finanzjarju;

15.    Jirrikonoxxi li s-SESF għadha fi stadju ta' twaqqif u jenfasizza li l-kompiti diġà mogħtija lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti futuri previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal u ta' baġit li jippermettu superviżjoni ta' kwalità għolja; jenfasizza li għandha dejjem tiġi kkunsidrata bir-reqqa l-ħtieġa li jiġu kkombinati kompiti addizzjonali ma’ riżorsi addizzjonali; jenfasizza, madankollu, li kull żieda potenzjali fil-mezzi tagħha għandha tkun preċeduta minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni adegwati kull fejn hu possibbli u/jew ikkomplimentata minnhom; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol koordinatur tal-Awtorità u l-ħtieġa li tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex tissodisfa l-mandat tagħha;

16.    Jenfasizza li, minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-Awtorità jeħtiġilha żżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mill-koleġiżlaturi tal-Unjoni; jissottolinja l-fatt li l-Awtorità għandha twettaq dawn il-kompiti kompletament, imma li m'għandhiex tfittex li tmur lil hinn mill-mandat tagħha, u li jeħtiġilha tibqa' indipendenti; jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tikkontrolla l-ħtieġa li tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

17.    Jenfasizza li l-Awtorità għandha tisfrutta kompletament is-setgħat tagħha fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur li huma mogħtija lilha bis-saħħa tal-mandat tagħha; jenfasizza li, f'dan il-qasam, l-Awtorità għandha tikkoordina l-azzjoni tagħha aktar mill-qrib mal-ASE permezz tal-Kumitat Konġunt;

18.    Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-Awtorità hu inflessibbli, ta' piż u theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni, jekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tagħti prova, tipproponi sal-2017 sistema ta' finanzjament għall-Awtorità li tkun ibbażata biss fuq l-introduzzjoni ta' tariffi mill-parteċipanti fis-suq, jew abbażi tal-kumbinazzjoni ta' tariffi mill-parteċipanti fis-suq b'finanzjament bażiku minn linja baġitarja separata tal-baġit ġenerali tal-Unjoni;

o

o       o

19.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

26.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2121(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Markus Ferber

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew kien mutur ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva fil-perjodu ta' wara l-kriżi finanzjarja, u biex tinħoloq – bħala parti minn din is-sistema – l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) fl-2011;

2.  Jinnota l-kumment tal-Kummissjoni fir-rapport reċenti tagħha dwar il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u tas-SESF, li jgħid li l-ASE, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, stabbilixxew malajr organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u li, b'mod ġenerali, issodisfaw il-varjetà wiesgħa ta' kompiti li għandhom, għalkemm iffaċċjaw talbiet dejjem akbar b'riżorsi umani limitati;

3.  Jenfasizza li r-rwol tal-EIOPA biex ikun promoss reġim superviżorju komuni fis-Suq Uniku kollu huwa essenzjali biex jiġi żgurat settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet aktar integrat, effiċjenti u sikur fl-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku u għall-ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir fl-Ewropa, kif ukoll biex jiġu evitati kriżijiet futuri fis-settur finanzjarju;

4.  Jirrikonoxxi li, fl-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, it-tranżazzjonjiet tal-EIOPA li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

5.  Jirrikonoxxi li s-SESF għadha fi stadju ta' twaqqif u jenfasizza li l-kompiti diġà mogħtija lill-EIOPA, kif ukoll il-kompiti futuri previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal u ta' baġit li jippermettu superviżjoni ta' kwalità għolja; jenfasizza li għandha dejjem tiġi kkunsidrata bir-reqqa l-ħtieġa li jiġu kkombinati kompiti addizzjonali ma’ riżorsi addizzjonali; jenfasizza, madankollu, li kull żieda potenzjali fil-mezzi tagħha għandha tkun preċeduta minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni adegwati kull fejn hu possibbli u/jew ikkomplimentata minnhom; jenfasizza r-rwol ta’ koordinazzjoni tal-EIOPA u l-ħtieġa ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex twettaq il-mandat tagħha;

6.  Jenfasizza li, minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-EIOPA trid iżżomm mal-kompiti assenjati lilha mill-koleġiżlaturi tal-Unjoni; jenfasizza li l-EIOPA għandha twettaq dawn il-kompiti b'mod sħiħ, madankollu fil-prattika m'għandhiex tfittex li twessa' l-mandat tagħha lil hinn minn dak assenjat u trid tibqa' indipendenti; jenfasizza li l-EIOPA għandha tivverifika l-bżonn li jkunu mfassla linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

7.  Jenfasizza li l-EIOPA għandha tagħmel użu sħiħ mis-setgħat tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur li huma mogħtija lilha mill-mandat eżistenti; jenfasizza li, f’dan il-qasam, l-EIOPA għandha tikkoordina aktar mill-qrib ma' ASE oħrajn permezz tal-Kumitat Konġunt;

8.  Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-EIOPA hu inflessibbli, tqil u huwa theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex, jekk il-valutazzjoni tagħha tikkonferma dan, tipproponi sal-2017 sistema ta' finanzjament li:

-    tkun ibbażata esklużivament fuq l-introduzzjoni ta' tariffi mill-parteċipanti tas-suq, jew

-    tkun tikkombina tariffi minn parteċipanti tas-suq b'finanzjament bażiku li ġej minn linja baġitarja separata fil-baġit ġenerali tal-Unjoni;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Neena Gill, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Luděk Niedermayer, Patrick O’Flynn, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Dariusz Rosati, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Renato Soru, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Sampo Terho, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Steven Woolfe, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Ashley Fox, Eva Kaili, Syed Kamall, Barbara Kappel, Thomas Mann, Siegfried Mureșan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gesine Meissner

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 174.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 174.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 174.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 174.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Testi adottati ta' dik id-data, P7_TA-PROV(2015)0000.

Avviż legali - Politika tal-privatezza