Proċedura : 2014/2115(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0100/2015

Testi mressqa :

A8-0100/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.33
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0142

RAPPORT     
PDF 184kWORD 105k
30.3.2015
PE 539.703v02-00 A8-0100/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2115(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2115(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0100/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2115(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0100/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2115(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0100/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (''l-Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 9 216 900; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.     billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jinnota mir-rapport tal-Qorti li għal dak li għandu x'jaqsam ma' kumment li sar fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalih kienet immarkata bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa fir-rapport 2013 tal-Qorti hija mmarkata bħala "Ikkompletata"; jinnota barra minn hekk li għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa għal kumment minnhom l-azzjoni korrettiva hija mmarkata bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li għal kumment ieħor immarkata bħala ''Mhux applikabbli'';

2.      Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li din stabbiliet proċedura għall-previżjoni ta' utilizzazzjonijiet bil-quddiem bil-għan li tnaqqas il-livell tar-riporti; jistieden lill-Aġenzija tkompli tfittex modi li bihom tnaqqas il-livell ta' riporti u tevita kwalunkwe riport mhux ippjanat;

3.      Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni qed tingħata fuq il-websajt tagħha, l-aktar permezz tal-pubblikazzjoni annwali ta' dokumenti strateġiċi, pereżempju r-rapport ta' attività annwali tagħha jew ir-riżultati tal-kampanji ta' kontroll u ta' spezzjoni; jinnota li attwalment l-Aġenzija qed tiżviluppa websajt ġdida sabiex iżżid il-viżibilità u t-trasparenza;

4.      Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li din qed tkompli tivvaluta possibilitajiet ġodda sabiex tiżviluppa sinerġiji ma' aġenziji oħra, bħal pereżempju l-ftehim fil-livell ta' servizz għall-kondiviżjoni tal-kapaċità ta' awditjar intern, il-koordinazzjoni tal-korsijiet ta' taħriġ u kontrolli ex post li jsiru ma' aġenziji oħra li jinsabu fi Spanja u l-Portugall; jinnota barra minn hekk li l-Aġenzija bħalissa qed tassisti l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) b'konnessjoni addizzjonali ma' ''S-TESTA'', u qed taħseb sabiex il-websajt esterna tagħha tkun fuq is-sit sekondarju tal-IT tal-EMSA; jieħu nota tal-kollaborazzjoni li hemm bejn l-Aġenzija u l-EMSA dwar il-proġett konġunt tas-servizz ta' monitoraġġ kontra l-piraterija (MARSURV-1);

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.      Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,64 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,85 %; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-livell ġeneralment għoli ta' approprjazzjonijiet ta' impenn juri li l-impenji qegħdin isiru f'waqthom;

Impenji u riporti

6.      Jinnota bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien wieħed għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), li kien ta' 38 %, u għat-Titolu III (nefqa operattiva), li kien ta' 43 %; jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija li r-riporti tat-Titolu II min-naħa kienu minħabba l-ammont u l-waqt tal-pagamenti possibbli għall-aġġustamenti retroattivi tas-salarji għall-2011 u l-2013, u li dan ġie ċċarat f'Novembru 2013; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li r-riporti għat-Titolu III fil-maġġorparti kienu minħabba l-għadd kbir ta' proġetti tal-IT li jew tnedew jew kienu għadhom għaddejjin matul l-2013;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.      Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-Bord Amministrattiv tagħha adotta l-''Pjan ta' Politika Pluriennali għall-Persunal għall-2015-2017'' f'Marzu 2014, u dan f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni; josserva li fil-31 ta' Diċembru 2013, l-Aġenzija kellha 68 kariga awtorizzata fl-organigramma tagħha, li jikkonsistu minn aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati, u li minnhom kien hemm 65 kariga okkupata;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

8.      Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-politika komprensiva tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess ġiet adottata mill-Bord Amministrattiv f'Ottubru 2014 u tinsab disponibbli għall-pubbliku fuq il-websajt tagħha; jistieden lill-Aġenzija tinforma l-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu konkret tal-politika ġdida adottata u biex tipprovdi rekord tal-każijiet sa tmiem Ġunju 2015;

9.      Jinnota li dik il-politika timponi l-obbligu li jkunu ppubblikati biss id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv u l-Kapijiet tal-Unità, iżda mhux tas-CVs tagħhom li jiġu ppubblikati fuq bażi volontarja; jinnota mill-Aġenzija li l-obbligu ma japplikax għall-membri tal-Bord Konsultattiv tagħha, li l-indipendenza tagħhom għandha tiġi wkoll assigurata; jitlob lill-Aġenzija tirrevedi dik il-politika u tippubblika s-CVs tad-Direttur Eżekuttiv, tal-Kapijiet tal-Unità u tal-membri tal-Bord Amministrattiv fuq bażi obbligatorja; jitlob lill-Aġenzija tippubblika wkoll is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord Konsultattiv sabiex ikun hemm iżjed trasparenza; 

Awditjar intern

10.    Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditjar bil-għan li jevalwa l-adegwatezza tal-mod li bih hija mfassla s-sistema ta' kontroll intern (ICS) u l-applikazzjoni effikaċi tagħha fir-rigward tal-Ippjanar Strateġiku ta' Mobilitazzjonijiet Konġunti, kif implimentata mill-Aġenzija; jirrikonoxxi li l-IAS sab li l-ICS fis-seħħ qed tipprovdi livell raġonevoli ta' assigurazzjoni fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi tan-negozju għall-Ippjanar Strateġiku ta' Mobilitazzjonijiet Konġunti;

11.    Jirrikonoxxi li l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu lill-Aġenzija permezz ta' rieżami dokumentarju, u li fil-31 ta' Diċembru 2013 la kien hemm rakkomandazzjonijiet kritiċi u lanqas importanti ħafna li għadhom pendenti;

Kummenti oħra

12.    Jagħraf il-kwalità u l-importanza tal-kompiti mwettqa mill-Aġenzija u jilqa' l-effikaċja tagħha, il-konsistenza tagħha u r-riżultati eċċellenti li kisbet sa minn meta twaqqfet;

13.    Jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd (PKS) u fil-kisba tal-objettivi tagħha, partikolarment fid-dawl tal-obbligu tal-ħatt u l-ħtiġijiet f'termini ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;

14.    Jistieden lill-Aġenzija tiżgura li l-attivitajiet ta' kontroll ikunu kkoordinati u strutturati kif xieraq fl-Istati Membri kollha;

o

o       o

15.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

25.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2115(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Alain Cadec

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi l-kwalità u l-importanza tal-kompiti mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ("l-Aġenzija"); jilqa' l-effikaċja tagħha, il-konsistenza tagħha u r-riżultati tajbin ħafna li kisbet minn mindu twaqqfet;

2.  Jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd (PKS) u fil-kisba tal-objettivi tagħha, partikolarment fid-dawl tal-obbligu tal-ħatt u l-ħtiġijiet f'termini ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;

3.  Jirrimarka li l-Aġenzija teħtieġ tiżgura li l-attivitajiet ta' kontroll huma kkoordinati u strutturati kif xieraq fl-Istati Membri kollha;

4. Jirrimarka li l-objettivi politiċi tal-PKS riformata jinvolvu rwol kruċjali għall-kontroll u li għaldaqstant ikun meħtieġ li jissaħħu r-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli għall-Aġenzija fis-snin li ġejjin; jitlob assigurazzjoni fir-rigward tal-ammonti fil-baġits futuri, sabiex dawn ikunu jistgħu jindirizzaw l-eżiġenzi eżistenti u l-ambizzjonijiet iddikjarati; jistieden lill-Aġenzija u lill-Istati Membri, bl-għajnuna u l-appoġġ tal-Kummissjoni, jiżguraw il-koordinazzjoni tajba tal-kontroll u l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-approprjazzjonijiet, li jinkludu uħud mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd;

5. Jieħu nota tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013, kif ukoll ir-rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija;

6.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għad-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2013;

7. Jenfasizza r-rata ta' implimentazzjoni eċċellenti tal-approprjazzjonijiet ta' impenn C1 (99 %) u l-approprjazzjonijiet ta' pagament C1 (84 %), li t-tnejn li huma tjiebu mis-sena ta' qabel; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura l-użu ottimali tal-approprjazzjonijiet allokati;

8.  Josserva l-ammont ta' riporti ta' approprjazzjonijiet ippjanati għall-2013; jieħu nota tan-natura partikolari u kompletament normali ta' dawn ir-riporti; jilqa' b'mod favorevoli l-użu tal-approprjazzjonijiet riportati, b'rata ta' implimentazzjoni ta' 90 %;

9. Josserva li l-approprjazzjonijiet vvutati għall-attivitajiet kollha tal-Aġenzija huma użati biżżejjed u l-livelli tagħhom jikkorrispondu mal-ħtiġijiet eżistenti; jenfasizza li dawn jaf jiżdiedu fis-snin li ġejjin;

10. Jinnota li l-isforzi tal-Aġenzija biex jitjiebu l-proċeduri tagħha qed ikollhom effett;

11. Jipproponi li jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, João Ferreira, Raymond Finch, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Sylvie Goddyn

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 152.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 152.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 152.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 152.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA-PROV(2015)0000.

Avviż legali - Politika tal-privatezza