Proċedura : 2014/2135(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0104/2015

Testi mressqa :

A8-0104/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.56
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0165

RAPPORT     
PDF 179kWORD 235k
31.3.2015
PE 541.307v02-00 A8-0104/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2135(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2135(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(5),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0104/2015),

1.      Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2135(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0104/2015),

1.      Jiddifferixxi l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2135(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0104/2015),

A. billi l-Impriża Konġunta ENIAC ("l-Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fl-20 ta' Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta "aġenda ta' riċerka" għall-iżvilupp ta' kompetenzi essenzjali għan-nanoelettronika f'oqsma ta' applikazzjoni differenti,

B.  billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Lulju 2010,

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, l-Isvezja u r-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Nanoelettroniċi Ewropej (AENEAS),

D. billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta hija ta' EUR 450 000 000, u din għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka,

E.  billi l-kontribuzzjoni massima tal-AENEAS għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 30 000 000 u l-Istati Membri għandhom jagħtu kontributi in natura għall-ispejjeż operattivi kif ukoll jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' mill-anqas 1,8 darba l-kontribuzzjoni tal-Unjoni,

F.  billi l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC ingħaqdu biex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (JTI ECSEL) li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' għaddejja għal 10 snin,

G.  billi r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 ġie prodott fuq il-prinċipju ta' negozju avvjat,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

2.  Jesprimi tħassib li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali, abbażi tal-fatt li ma setgħetx tikkonkludi jekk l-istrateġija ta' awditjar ex post, li tiddependi ħafna mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali (NFAs) għall-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż marbuta mal-proġetti, tipprovdix jew le assigurazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi; iqis li l-opinjoni kkwalifikata qiegħdet dubju dwar ir-rieda tal-Impriża Konġunta li tkun effikaċi u effiċjenti skont il-prinċipju tal-"valur għall-flus"; iħeġġeġ għalhekk lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-istrateġija tagħha biex tibdel malajr il-prattiki attwali;

3.  Jinnota li l-Qorti tqis li l-informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' awditjar ex post tal-Impriża Konġunta mhijiex suffiċjenti biex il-Qorti tasal għal konklużjoni dwar jekk din l-għodda ta' kontroll ewlenija hijiex qed tiffunzjona b'mod effikaċi; itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex, permezz tal-awditi indipendenti tagħha, tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza l-opinjoni tagħha stess dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta;

4.  Ifakkar li fl-2010 l-Impriża Konġunta adottat strateġija ta' awditjar ex post u li l-implimentazzjoni tagħha bdiet fl-2011; jinnota li l-awditjar tad-dikjarazzjonjiet tal-ispejjeż marbuta mal-proġetti ġie delegat lill-NFAs tal-Istati Membri; jinnota li l-istrateġija ta' awditjar ex post tal-Impriża Konġunta tiddependi ħafna mill-NFAs għall-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż marbuta mal-proġetti;

5.  Jinnota, barra minn hekk, li fl-2010 l-Impriża Konġunta wettqet analiżi limitata tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li kkonkludiet li r-rata ta' żball fil-programm hija taħt it-2 %; jinnota l-opinjoni tal-Qorti li l-eżerċizzju ma inkluda l-ebda awditjar u li ma pprovdiex assigurazzjoni għar-regolarità tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż analizzati;

6.  Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li ġie preżentat pjan ta' azzjoni bl-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fl-opinjoni kwalifikata tagħha; jikkonferma li rċieva mingħand l-Impriża Konġunta l-aħħar aġġornament fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-awditjar ex post fl-Impriża Konġunta; jistenna l-opinjoni tal-Qorti dwar il-formola l-ġdida proposta għall-kalkolu tal-istima tar-rata ta' erruri residwi fit-tranżazzjonijiet tal-Impriża Konġunta; jinnota li l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni bdiet fl-2014; jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni b'suċċess tal-pjan ta' azzjoni kollu kif ukoll l-opinjoni tal-Qorti dwar l-eżitu tiegħu; jirrimarka li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet dwar il-konfini bejn l-awtorità sovrana tal-NFAs u l-awtorità tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Impriża Konġunta biex tipprovdi l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni;

7.  Jieħu nota li fil-bidu l-baġit operattiv tal-Impriża Konġunta għas-sena 2013 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 115 600 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 59 700 000; jinnota li fi tmiem is-sena l-Bord ta' Tmexxija adotta baġit emendatorju, li żied l-approprjazzjonijiet ta' impenn għal EUR 170 000 000 u naqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal EUR 36 100 000 u li rriżulta f'rata ta' implimentazzjoni ta' 100 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn operattivi u ta' 95 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament;

8.  Jinsab imħasseb minħabba li hemm ftit informazzjoni dwar l-evalwazzjoni biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri jikkorrispondu għal-livell reali tal-pagamenti tal-Unjoni; skont l-informazzjoni li waslet, il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri hija taħt il-livell ta' 1,8 mitlub mill-Istatut tal-Impriża Konġunta; jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha apparti l-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-evalwazzjoni, flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

9.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġetti li diġà tlestew; jappella biex dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

Sistemi ta' kontroll intern

10. Jirrikonoxxi li fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni awditja l-adegwatezza u l-effikaċja tal-proċess ta' ġestjoni tal-għotjiet u kkonkluda li l-proċeduri fis-seħħ qed jipprovdu assigurazzjonijiet suffiċjenti; jinnota li r-rapport jinkludi għadd ta' rakkomandazzjonijiet u li l-Impriża Konġunta indirizzat it-tnejn prinċipali minnhom, jiġifieri t-twaqqif ta' proċess dokumentat għall-għażla tal-esperti u l-kontroll fuq id-drittijiet ta' aċċess;

11. Jieħu nota li l-Impriża Konġunta, flimkien mal-Impriżi Konġunti Clean Sky, ARTEMIS, FCH u IMI, kienet soġġetta għal valutazzjoni tar-riskju tal-IT imwettqa mill-IAS dwar l-infrastruttura tal-IT komuni kondiviża bejniethom; jinnota mir-rapport il-ħtieġa li jkunu formalizzati l-politiki ta' sigurtà tal-IT kif ukoll il-ħtieġa li jkunu inklużi proċeduri dettaljati f'kuntratti futuri mal-fornituri ta' servizz tal-IT;

12. Jinnota li d-deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar relatata mal-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment tar-riżultati ta' riċerka; jaċċerta li l-Impriża Konġunta żviluppat proċeduri f'dan ir-rigward sabiex jiġu mmonitorjati l-protezzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka tagħhom fi stadji differenti tal-proġett; jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li hemm aktar bżonn ta' żvilupp sabiex id-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni jiġu ssodisfati għalkollox;

13. Jirrikonoxxi li bejn Settembru 2012 u Frar 2013, il-Kummissjoni wettqet it-Tieni Evalwazzjoni Interim sabiex tivvaluta l-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta ARTEMIS f'termini ta' rilevanza, effikaċja, effiċjenza u kwalità tar-riċerka; jieħu nota li r-rapport inħareġ f'Mejju 2013 u kien fih diversi rakkomandazzjonijiet għall-Impriża Konġunta; ifakkar li l-miżuri jikkonċernaw l-effiċjenza tal-analiżijiet tal-proġetti, il-miżuri li għandhom jittieħdu biex ikun hemm tqabbil aħjar tal-portafoll tal-proġetti mal-miri strateġiċi tal-Unjoni u l-parametri xierqa għall-kejl tal-impatt u s-suċċess tal-proġetti tagħha;

Sejħiet għal proposti

14. Jirrikonoxxi li l-aħħar żewġ sejħiet għal proposti tnedew fl-2013 u ppermettew lill-Impriża Konġunta tuża l-EUR 170 000 000 li kien fadal;

Qafas ġuridiku

15. Jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li r-Regolament Finanzjarju ġdid applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ġie adottat fil-25 ta' Ottubru 2012 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013, filwaqt li l-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid ma daħalx fis-seħħ qabel it-8 ta' Frar 2014; jinnota li r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jikkunsidraw il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju minħabba l-fużjoni tagħha mal-Impriża Konġunta ECSEL;

16. Jikkonstata d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(17) u l-qbil politiku sussegwenti li ntlaħaq dwar ir-rilaxx separat għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju;

17. Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tippreżenta valutazzjoni finanzjarja kompluta u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sad-data meta l-Impriża Konġunta ECSEL bdiet l-attività tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

18. Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta adottat miżuri komprensivi biex tevita l-kunflitti ta' interess u ppubblikathom fuq is-sit web tagħha; jinnota mir-rapport tal-Qorti li għandu jitqies titjib addizzjonali bħall-ħolqien ta' bażi ta' data biex tinkludi l-informazzjoni kollha relatata mal-kunflitti ta' interess;

19. Jistieden lill-Aġenzija tinforma l-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li qed isir fil-bażi ta-data fir-rigward tal-kunflitti ta' interess;

20. Ifakkar li l-awtorità ta' kwittanza ġa talbet lill-Qorti tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex jiżguraw valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Fulvio Martusciello, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.

(2)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(6)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(7)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(8)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(9)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.

(10)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.

(11)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(12)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(13)

ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(14)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(15)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(16)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(17)

ĠU L 163, 29.5.2014, p. 21.

Avviż legali - Politika tal-privatezza