RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali
20.4.2015 - (COM(2013)0821 – C7‑0427/2013 – 2013/0407(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Nathalie Griesbeck
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali
(COM(2013)0821 – C7‑0427/2013 – 2013/0407(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0821),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0427/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0133/2015),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa -1 (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(-1) Skont l-Artikolu 82(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-"kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji..." filwaqt li rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonjiet f’materji kriminali jippresupponi li l-Istati Membri jafdaw is-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta’ xulxin. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa -1a (ġdida) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għalkemm din id-Direttiva jista’ jkollha impatt indirett fuq il-libertà tal-moviment taċ-ċittadini, ma hemm l-ebda element f’din il-proposta li speċifikament jimmira lejn dak il-għan. | |||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(2a) Għalkemm l-Istati Membri huma partijiet fil-KEDB u fl-ICCPR, l-esperjenza wriet li dan waħdu mhux dejjem jipprovdi grad suffiċjenti ta' fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta' Stati Membri oħra. | ||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(6) Din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-proċedimenti kriminali. Il-proċedimenti amministrattivi li jwasslu għal sanzjonijiet bħal pereżempju l-proċedimenti tal-kompetizzjoni, il-kummerċ, it-taxxa, is-servizzi finanzjarji u investigazzjonijiet oħra mill-awtoritajiet amministrattivi rigward dawn il-proċedimenti, u wkoll il-proċedimenti ċivili mhumiex koperti b'din id-Direttiva. |
(6) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-proċedimenti kriminali, kif ukoll proċedimenti simili ta' natura kriminali li jwasslu għal sanzjonijiet komparabbli ta' natura punittiva u ta' deterrent, bħat-tneħħija tal-libertà, irrispettivament minn jekk il-proċedimenti humiex ikklassifikati bħala kriminali jew le. Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), is-salvagwardji li jirrigwardaw proċess ġust japplikaw meta t-tilwima taqa' taħt "kwistjoni kriminali" kif definita mill-QEDB. B'mod korrispondenti, mhux dejjem huwa suffiċjenti, meta wieħed ifittex biex jiddetermina jekk ċerti proċedimenti jaqgħux fl-isfera kriminali, li jiġi kkunsidrat biss l-istatus tagħhom skont il-liġi nazzjonali iżda wkoll li titqies in-natura tar-reat involut u/jew il-ħruxija tal-piena li l-persuna akkużata tiffaċċja. Is-salvagwardji previsti minn din id-Direttiva għalhekk għandhom japplikaw fil-proċedimenti kollha ta' natura kriminali, fejn miżuri restrittivi, inkluża ċ-ċaħda tal-libertà, jistgħu jiġu imposti bħala piena, minbarra dawk li min-natura tagħhom, id-durata tagħhom u jew il-mod ta’ eżekuzzjoni tagħhom ma jkunux ta’ detriment sinifikanti , kif ukoll għal proċedimenti li jistgħu jwasslu biex jiddaħlu dettalji fil-kondotta. | ||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 7 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(7) Din id-Direttiva għandha tiffaċilita l-applikazzjoni prattika tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u l-aspetti differenti tiegħu kollha u wkoll id-dritt li persuna tkun preżenti fil-proċess tagħha, bl-iskop li jiġi ssalvagwardjat id-dritt għal proċess ġust. |
(7) Din id-Direttiva għandha tiffaċilita l-applikazzjoni prattika tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u l-aspetti differenti tagħha kollha u wkoll id-dritt li persuna tkun preżenti fil-proċess tagħha, bl-iskop li jiġi ssalvagwardjat id-dritt għal proċess ġust, fir-rispett dovut għall-prinċipju tal-kuntradittorju u għall-ekwilibriju bejn id-drittijiet tal-partijiet. | ||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(8) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni fiżiċi li jkunu suspettati jew akkużati li wettqu reat kriminali. Għandha tapplika f'kull stadju tal-proċedimenti, anki qabel ma l-persuni jiġu mgħarrfa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, permezz ta' notifika uffiċjali jew b'mod ieħor, li huma suspettati jew akkużati li wettqu reat kriminali, sal-konklużjoni tat-tali proċedimenti. |
(8) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni fiżiċi u, fejn applikabbli, għall-persuni ġuridiċi, li jkunu suspettati jew akkużati li wettqu reat kriminali. Għandha tapplika f’kull stadju tal-proċedimenti, minn meta dawn il-persuni jkunu suspettati jew akkużati li wettqu reat kriminali, sal-konklużjoni ta’ tali proċedimenti, li jfisser id-determinazzjoni finali tal-kwistjoni dwar jekk il-persuna suspettata jew akkużata wettqitx ir-reat. | ||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 8a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(8a) Bosta Stati Membri diġà għandhom il-kunċett tar-responsabilità kriminali ta' persuni ġuridiċi fid-dritt nazzjonali tagħhom. Din id-Direttiva għandha tapplika f'tali każijiet iżda ma teħtieġx l-introduzzjoni tar-responsabilità kriminali ta' persuni ġuridiċi fi Stati Membri li ma jużawx dan il-kunċett. | ||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(10) Fl-istat attwali ta’ żvilupp tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u tal-każistika fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa prematur li wieħed jilleġiżla fil-livell tal-Unjoni dwar id-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza tal-persuni ġuridiċi. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(11) Il-protezzjoni tad-dritt tal-persuni ġuridiċi għall-preżunzjoni tal-innoċenza għandha tiġi żgurata mis-salvagwardji leġiżlattivi u l-każistika eżistenti, li l-evoluzzjoni tagħhom fil-ġejjieni għandha tiddetermina valutazzjoni tal-ħtieġa għal azzjoni tal-Unjoni. |
(11) Fejn persuna li ma tkunx persuna suspettata jew akkużata, pereżempju xhud, issir persuna suspettata jew akkużata, id-dritt tagħha għall-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt li ma tikkontribwixxix għall-inkriminazzjoni tagħha stess għandhom ikunu protetti, u għandu jkollha d-dritt għas-silenzju, kif ikkonfermat mill-ġurisprudenza tal-QEDB. Għalhekk din id-Direttiva tagħmel referenza espliċita għas-sitwazzjoni prattika fejn tali persuna ssir persuna suspettata jew akkużata matul l-interrogazzjoni mill-pulizija jew minn awtorità oħra tal-infurzar tal-liġi fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali.
| ||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 11a (ġdida) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 12a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(12a) Id-dritt ta' aċċess għal rimedju effettiv jista' jinkludi, pereżempju, l-impożizzjoni ta' pieni, id-dritt ta' proċess ġdid jew miżuri ta' kumpens. | ||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 13 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(13) Il-preżunzjoni tal-innoċenza tinkiser jekk, qabel ma l-akkużat jinstab ħati skont il-liġi, deċiżjoni ġudizzjarja jew dikjarazzjoni pubblika minn awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet pubbliċi oħra tippreżenta lill-persuni suspettati jew akkużati bħala persuni kkundannati. |
(13) Il-preżunzjoni tal-innoċenza tinkiser jekk, qabel ma l-akkużat jinstab ħati skont il-liġi, deċiżjoni ġudizzjarja jew dikjarazzjoni pubblika minn awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet pubbliċi oħra tippreżenta lill-persuni suspettati jew akkużati bħallikieku l-ħtija tagħhom tkun diġà ġiet stabbilita lil hinn minn kull dubju. | ||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(13a) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, it-terminu "dikjarazzjoni pubblika" għandu jirreferi għal kwalunkwe dikjarazzjoni uffiċjali, mhux uffiċjali jew informali jew att ieħor minn awtorità ġudizzjarja jew pubblika, li tinkludi informazzjoni dwar proċedimenti kriminali li jkunu għaddejjin u li tikkonċerna reat kriminali. Dan jinkludi dikjarazzjonijiet dwar proċedimenti sussegwenti relatati, li ġew konklużi bil-ħelsien definittiv tal-persuna suspettata jew akkużata, u dikjarazzjonijiet fil-qorti waqt il-perjodu ta’ qabel il-proċess. | ||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 13b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(13b) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, it-terminu "awtoritajiet pubbliċi" għandu jinftiehem li jirreferi għal kwalunkwe persuna li jkollha kariga pubblika, sew ġudizzjarja, amministrattiva jew politika, jew kwalunkwe impjegat jew aġenti uffiċjali tal-awtoritajiet pubbliċi. | ||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 13c (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(13c) Mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-istampa u d-dritt ta' informazzjoni, il-preżunzjoni tal-innoċenza tista' tinkiser ukoll meta l-istampa tirreferi għall-persuni suspettati jew akkużati daqslikieku jkunu diġà ġew ikkundannati. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri li jipprojbixxu lill-awtoritajiet pubbliċi milli jiżvelaw lill-midja informazzjoni li tikkonċerna proċedimenti kriminali li jkunu għaddejjin li tista' timmina l-preżunzjoni ta' innoċenza, inklużi intervisti u f'komunikazzjonijiet maħruġa permezz tal-midja jew flimkien magħha, kif ukoll il-ħruġ sigriet ta' informazzjoni lill-istampa, li jista' joħloq preġudizzju jew opinjoni mxaqilba kontra l-persuna suspettata jew akkużata qabel il-kundanna finali fil-qorti. L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu persuna kontra dikjarazzjonijiet pubbliċi ta' ħtija qabel il-kundanna, u għandhom jippromwovu l-adozzjoni ta' kodiċi ta' prattika etika b'kooperazzjoni mal-midja. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iwettqu investigazzjonijiet indipendenti dwar kwalunkwe ħruġ ta’ informazzjoni minn proċedimenti kriminali lill-pubbliku. | ||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 13d (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(13d) Sabiex il-persuni suspettati jew akkużati jiġu protetti kif xieraq minn dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ ħtija qabel kundanna definittiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-apparenza jew il-preżentazzjoni tal-persuna suspettata jew akkużata fl-awla tal-qorti qabel u waqt il-proċess tkun xierqa, billi l-preżentazzjoni fil-midja tal-persuni suspettati jew akkużati fi kmamar tal-ħġieġ, separati permezz ta’ partizzjoni jew immanettjati, bi ktajjen mar-riġlejn jew lebsin ħwejjeġ tal-ħabs għandhom it-tendenza li joħolqu impressjoni ta’ ħtija mill-bidu. | ||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 15 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inverżjoni tal-oneru tal-provi fil-proċedimenti kriminali mhijiex aċċettabbli. Il-prinċipju skont liema l-oneru tal-provi jinfluwenza l-akkuża għandu jinżamm bħala tali. | |||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 15a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(15a) L-oneru tal-prova fl-istabbiliment tal-ħtija tal-persuni suspettati jew akkużati jaqa’ fuq il-prosekuzzjoni u kwalunkwe dubju għandu jibbenefika lill-persuna suspettata jew akkużata. Dan huwa bla ħsara għal kull obbligu fuq l-imħallef jew il-qorti kompetenti li jfittxu evidenza kemm inkriminanti kif ukoll li tiskaġuna. | ||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il est nécessaire d'insister davantage sur l'interdiction de contraindre ou forcer les personnes accusées ou poursuivies. Il faut qu'apparaisse clairement dans la Directive que toute utilisation de violence physique ou psychologique ou de menace contre une personne soupçonnée ou accusée est interdite, en ce qu'elle violerait le droit à la dignité humaine et à un procès équitable. Cet amendement se fonde sur la jurisprudence de la CEDH (arrêt Gäfgen c. Allemagne 2005, arrêt El-Masri c. Macédoine, 2012, arrêt El-Haski c. Belgique, 2012). | |||||||||||||
Il est également nécessaire de préciser clairement que le droit de garder le silence ne se borne pas aux affaires dans lesquelles l'accusé a été soumis à une pression ou bien dans lesquelles on a carrément passé outre sa volonté ; ce droit se trouve également compromis lorsque, le suspect ayant choisi de garder le silence pendant l'interrogatoire, les autorités usent d'un subterfuge pour lui soutirer des aveux ou d'autres déclarations l'incriminant qu'elles n'ont pu obtenir au cours de l'interrogatoire, selon la jurisprudence de la Cour Allan c. UK du 5 novembre 2002. | |||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 16a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(16a) Mingħajr ma jinkisru d-drittijiet tas-silenzju u l-privileġġ kontra l-awto-inkriminazzjoni, jista' jinkiseb materjal mill-persuni suspettati jew akkużati permezz tal-użu ta' setgħat legali u l-pussess ta' eżistenza indipendenti mir-rieda tal-persuni suspettati jew akkużati, bħal materjal miksub b'segwitu għal mandat ġudizzjarju, materjal li fir-rigward tiegħu jeżisti obbligu legali taż-żamma u l-produzzjoni, jew kampjuni tan-nifs, tad-demm u tal-awrina u t-tessut tal-ġisem. | ||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 17 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(17) Kull ġegħil użat biex tiġi obbligata l-persuna suspettata jew akkużata li tipprovdi informazzjoni għandu jkun limitat. Sabiex jiġi determinat jekk il-ġegħil ma kisirx dawk id-drittijiet, għandu jitqies dan li ġej, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ: in-natura u l-grad tal-ġegħil għall-kisba tal-evidenza, il-piż tal-interess pubbliku fl-investigazzjoni u l-piena tar-reat in kwistjoni, l-eżistenza ta' xi salvagwardji rilevanti fil-proċedura u kif jintuża l-materjal li jkun inkiseb b'dan il-mod. Madankollu, il-grad ta’ ġegħil impost fuq il-persuni suspettati jew akkużati bl-għan li dawn jiġu sfurzati biex jipprovdu informazzjoni dwar l-akkużi kontrihom ma għandux jeqred l-essenza stess tad-dritt tagħhom li ma jinkriminawx ruħhom u d-dritt tagħhom li jibqgħu siekta, anki għal raġunijiet ta’ sigurtà u ordni pubblika. |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Mhuwiex aċċettabbli li f'direttiva jissemma' l-fatt li l-awtoritajiet jistgħu jirrikorru għall-ġegħil sabiex tinkiseb informazzjoni minn persuna suspettata jew akkużata. Għandu jidher b'mod ċar f'din id-Direttiva li kwalunkwe użu ta' vjolenza fiżika jew psikoloġika jew theddid kontra persuna suspettata jew akkużata huwa pprojbit, peress li dan jikser id-dritt għad-dinjità umana u għal proċess ġust. | |||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 19 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(19) Id-dritt għas-silenzju huwa aspett importanti tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Għandu jservi bħala protezzjoni mill-awtoinkriminazzjoni. |
(19) Id-dritt għas-silenzju huwa aspett importanti tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Għandu jservi bħala protezzjoni mill-awtoinkriminazzjoni. Id-dritt għas-silenzju fl-ebda ċirkostanza ma jista' jiġi użat kontra l-persuna akkużata jew suspettata u lanqas ma jista' jitqies bħala konferma tal-kapijiet tal-akkuża. | ||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 19a (ġdida) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għandu jiġi kjarifikat xi jfisser l-eżerċizzju tad-dritt għas-silenzju u l-fatt li dan id-dritt ma jfissirx korroborazzjoni tal-fatti. | |||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 19b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(19b) Vjolazzjonijiet potenzjali tad-dritt għas-silenzju jew li persuna ma tinkriminax ruħha għandhom jiġu vvalutati b’referenza għall-fatturi rilevanti kollha, inkluż l-użu tal-ġegħil fiżiku, f’konformità mal-obbligi ta’ notifika skont id-Direttiva 2012/13/UE u r-referenza tal-awtoritajiet għal detenzjoni possibbli qabel il-proċess biex jiġi skoraġġut l-eżerċizzju tad-dritt għas-silenzju. | ||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 20a (ġdida) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Cet amendement est en lien avec l'amendement concernant l'article 10 sur les voies de droit. | |||||||||||||
Il se fonde sur la Convention des Nations Unis contre la torture et autres peines ou traitements cruels, inhumains ou dégradants du 10 décembre 1984 et son article 15 qui dispose que "tout Etat partie veille à ce que toute déclaration dont il est établi qu'elle a été obtenue par la torture ne puisse être invoquée comme un élément de preuve dans une procédure, si ce n'est contre la personne accusée de torture pour établir qu'une déclaration a été faite", sur l'observation générale n°20 du Comité des Droits de l'Homme des Nations Unis qui dispose qu'il "importe que la loi interdise d'utiliser ou déclare irrecevables dans une procédure judiciaire des déclarations et aveux obtenus par la torture ou tout autre traitement interdit", ainsi que sur la jurisprudence de la CEDH (arrêt de la Grande Chambre Gäfgen c. Allemagne 2005, arrêt El-Haski c. Belgique, 2012...). | |||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 20b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(20b) In-nuqqas ta’ ammissibbiltà ta’ kwalunkwe evidenza miksuba bi ksur tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li ma jikkooperax u d-dritt għas-silenzju għandu jiġi estiż ukoll għall-evidenza miġbura fi proċedimenti li ma jkunux proċedimenti kriminali formali iżda li jistgħu jwasslu għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni kriminali. | ||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 21 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(21) Id-dritt għal proċess ġust huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi f’soċjetà demokratika. Id-dritt ta’ persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess huwa bbażat fuq dak id-dritt u għandu jkun garantit fl-Unjoni kollha. |
(21) Id-dritt għal proċess ġust huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi f’soċjetà demokratika, kif minqux fl-Artikolu 47 tal-Karta u l-Artikolu 6 tal-QEDB. Id-dritt ta’ persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess huwa bbażat fuq dak id-dritt u għandu jkun garantit fl-Unjoni kollha. | ||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 21a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(21a) Id-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess tiegħu stess huwa dritt fundamentali. Għalhekk, proċedimenti fl-assenza tal-persuna suspettata jew akkużata jistgħu jitmexxew biss jekk il-persuna suspettata jew akkużata espressament u b’mod inekwivoku, wara li tkun ġiet mgħarrfa b'mod dovut, tirrinunzja d-dritt tagħha li tkun preżenti, u sakemm tkun rappreżentata fil-proċedimenti. Proċedimenti fl-assenza tal-persuna suspettata jew akkużata huma possibbli biss meta r-reat li kkawża l-proċedimenti jkun punibbli b’multa, u l-persuna suspettata jew akkużata dejjem għandha tkun preżenti jekk ir-reat huwa punibbli b'terminu ta' priġunerija. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
It-tmexxija ta' proċediment kriminali fl-assenza tal-akkużat tikkostitwixxi ksur lampanti tad-drittijiet proċedurali tal-persuna akkużata. Il-ġurisprudenza tal-QEDB (sentenza Sejdovic vs l-Italja tal-1 ta' Marzu 2006; Sentenza Stoichkov vs Bulgarija tal-24 ta' Marzu 2005) tistipula b'mod ċar li d-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti matul il-proċedimenti huwa dritt fundamentali protett bl-Artikolu 6(1) u 6(3) tal-KEDB. Għalhekk, il-każijiet fejn is-sentenza tingħata in absentia għandhom jinżammu strettament f'minimu. | |||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 22 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(22) Madankollu, id-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess mhuwiex assolut. Taħt ċerti kundizzjonijiet il-persuna akkużata tista’, espressament jew taċitament iżda inekwivokabbilment, tirrinunzja għal dan id-dritt. |
(22) Madankollu, id-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess mhuwiex assolut. Taħt ċerti kundizzjonijiet il-persuna akkużata tista’, espressament u inekwivokabbilment, tirrinunzja għal dan id-dritt. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Wieħed ma jistax jirrinunzja b'mod taċitu li jkun preżenti fil-proċess tiegħu. | |||||||||||||
It-tmexxija ta' proċediment kriminali fl-assenza tal-akkużat tikkostitwixxi ksur lampanti tad-drittijiet proċedurali tal-persuna akkużata. Il-ġurisprudenza tal-QEDB (sentenza Sejdovic vs l-Italja tal-1 ta' Marzu 2006; Sentenza Stoichkov vs Bulgarija tal-24 ta' Marzu 2005) tistipula b'mod ċar li d-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti matul il-proċedimenti huwa dritt fundamentali protett bl-Artikolu 6(1) u 6(3) tal-KEDB. Għalhekk, il-każijiet fejn is-sentenza tingħata in absentia għandhom jinżammu strettament f'minimu. | |||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 23a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(23a) Meta persuna suspettata jew akkużata ma titħalliex tkun preżenti fil-proċess għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-kontroll tagħha jew f’ċirkostanzi ta’ force majeure, din il-persuna suspettata jew akkużata dejjem għandu jkollha d-dritt li jerġa’ jsirilha l-proċess. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Id-Direttiva għandha tipprovdi d-dritt li jerġa’ jsir il-proċess għall-każijiet li fihom persuni ma jkunux jistgħu jkunu preżenti fi żmien qasir, minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom, bħal mard jew trasport serjament blokkat. | |||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 24 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(24) Din id-Direttiva ma għandhiex tirregola l-forom u l-metodi, inklużi r-rekwiżiti proċedurali, li jintużaw biex jinkisbu r-riżultati speċifikati fir-rigward tad-dritt li wieħed ikun preżenti fil-proċess tiegħu, li huma kwistjoni li tirrigwarda l-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 25 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(25) Meta jkun qed jitqies jekk il-mod kif l-informazzjoni tingħata hux biżżejjed biex jiżgura l-għarfien tal-persuna dwar il-proċess, tista’ tingħata wkoll, jekk ikun xieraq, attenzjoni partikolari lid-diliġenza eżerċitata mill-persuna kkonċernata sabiex tirċievi l-informazzjoni indirizzata lilha. |
(25) Meta jkun qed jitqies jekk il-mod kif l-informazzjoni tingħata hux biżżejjed biex jiżgura l-għarfien tal-persuna dwar il-proċess, għandha tingħata wkoll, jekk ikun xieraq, attenzjoni partikolari min-naħa, lid-diliġenza eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi biex jinfurmaw lill-persuna kkonċernata u, min-naħa l-oħra, lid-diliġenza eżerċitata mill-persuna kkonċernata sabiex tirċievi l-informazzjoni indirizzata lilha. | ||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 26 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(26) Il-prinċipju tal-effettività tal-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rimedji xierqa u effettivi fil-każ li jkun hemm ksur tad-dritt mogħti lill-individwi bil-liġi tal-Unjoni. Rimedju effettiv disponibbli fil-każ ta’ ksur tal-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva għandu jkollu, sa fejn hu possibbli, l-effett li jpoġġi lill-persuni suspettati jew akkużati fl-istess pożizzjoni li kienu jsibu ruħhom li kieku ma kienx seħħ il-ksur. |
(26) Il-prinċipju tal-effettività tal-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rimedji xierqa u effettivi fil-każ li jkun hemm ksur tad-dritt mogħti lill-individwi bil-liġi tal-Unjoni, inkluż dritt għall-appell. Rimedju effettiv disponibbli fil-każ ta’ ksur ta' kwalunkwe prinċipju stabbilit f’din id-Direttiva għandu jikkonsisti kemm f’mekkaniżmu xieraq ta’ kumpens għad-danni u jkollu l-effett li jpoġġi lill-persuni suspettati jew akkużati fl-istess pożizzjoni li kienu jsibu ruħhom fiha li kieku ma kienx seħħ il-ksur | ||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 27a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(27a) Il-persuni vulnerabbli għandhom jingħataw grad speċifiku ta’ protezzjoni u, għaldaqstant, b’rispett għal uħud mid-drittijiet previsti f’din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli salvagwardji proċedurali addizzjonali. It-tfal li huma l-aktar vulnerabbli għandhom jingħataw grad speċifiku ta' protezzjoni, għalhekk, fir-rigward ta' uħud mid-drittijiet previsti f'din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli salvagwardji proċedurali addizzjonali, stipulati fid-Direttiva dwar salvagwardji proċedurali għal tfal sospettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali. | ||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 29 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(29) Billi din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi, l-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva sabiex jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Dan il-livell ogħla ta’ protezzjoni ma għandux jikkostitwixxi ostakolu għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li dawk ir-regoli minimi huma mfassla li jiffaċilitaw. Il-livell ta’ protezzjoni qatt ma għandu jaqa’ taħt l-istandards previsti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
(29) Billi din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi, l-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva sabiex jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Il-livell ta’ protezzjoni qatt ma għandu jaqa’ taħt l-istandards previsti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. | ||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 29a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(29a) It-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ Spazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja fi ħdan l-Unjoni, li l-valur prevalenti tagħha hu r-rispett tad-drittijiet fundamentali. Konsegwentement, jekk hemm raġunijiet sostanzjali biex dak li jkun jemmen li din id-Direttiva jista’ jkollha l-effett li timmodifika l-obbligu li jaqa’ fuq l-awtoritajiet pubbliċi li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ġuridiċi kif imnaqqxa fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inklużi d-drittijiet tal-persuni suġġetti għal proċedimenti kriminali, tali obbligi għandhom jibqgħu mhux mimsusa. | ||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Din id-Direttiva tapplika għall-persuni fiżiċi li jkunu suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali sal-konklużjoni finali ta’ dawk il-proċedimenti. |
Din id-Direttiva tapplika għal-proċedimenti kriminali u proċedimenti simili ta' natura kriminali li jwasslu għal sanzjonijiet komparabbli ta' natura punittiva u ta' deterrent, kontra persuni ġuridiċi suspettati jew akkużati f'dawn il-proċedimenti, indipendentement min-nazzjonalità, il-post ta' residenza jew il-post ta' reġistrazzjoni jew inkorporazzjoni, f'kull stadju, mill-mument meta saru persuni suspettati jew akkużati sal-konklużjoni finali ta’ dawk il-proċedimenti, bl-għoti ta' sentenza definittiva. | ||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jitqiesu innoċenti sakemm jinstabu ħatja skont il-liġi. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jitqiesu innoċenti sakemm jinstabu ħatja permezz ta’ sentenza definittiva mogħtija skont il-liġi, fi proċess fejn ikunu ngħataw is-salvagwardji kollha meħtieġa għad-difiża tagħhom. | ||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 4 |
Artikolu 4 | ||||||||||||
Referenzi pubbliċi għall-ħtija qabel il-kundanna |
Referenzi pubbliċi għall-ħtija qabel ma tiġi ppruvata l-ħtija | ||||||||||||
L-Istati Membri jridu jiżguraw li, qabel kundanna definittiva, d-dikjarazzjonijiet pubbliċi u d-deċiżjonijiet uffiċjali mill-awtoritajiet pubbliċi ma jirriferux għall-persuni suspettati jew akkużati daqslikieku kienu ġew ikkundannati. |
1. L-Istati Membri jeħtiġilhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, qabel kundanna definittiva, jew qabel jew wara l-ħelsien tal-imputat, id-dikjarazzjonijiet pubbliċi u d-deċiżjonijiet uffiċjali, inklużi fiż-żmien ta' detenzjoni qabel il-proċess, u atti oħra mill-awtoritajiet pubbliċi ma jirriferux għall-persuni suspettati jew akkużati daqslikieku kienu ħatja. | ||||||||||||
|
B’mod partikolari, id-dikjarazzjonijiet ma għandhomx jirreflettu l-fehma li persuna hija ħatja u jkunu ta' tali natura li jservu bħala inkoraġġiment potenzjali lill-pubbliku biex jemmen li l-persuni suspettati jew akkużati huma ħatja u/jew li jippreġudikaw il-valutazzjoni tal-fatti mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti. | ||||||||||||
|
2. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa li jipprojbixxu lill-awtoritajiet pubbliċi milli jagħtu jew jiddivulgaw lill-midja kwalunkwe informazzjoni li tikkonċerna l-proċeduri kriminali li jkunu għaddejjin li tista' timmina l-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza. | ||||||||||||
L-Istati Membri jridu jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa fil-każ ta’ ksur ta’ dak ir-rekwiżit. |
3. Fil-każ ta' ksur ta' dawn ir-rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa, imexxu investigazzjonijiet indipendenti dwar il-ksur u jiżguraw li l-persuna suspettata jew akkużata, li d-dritt ta' preżunzjoni tal-innoċenza tagħha jkun ġie miksur, ikollha aċċess għal rimedju effettiv, kif iggarantit fl-Artikolu 10. | ||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 4a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 4a | ||||||||||||
|
Il-preżentazzjoni ta’ persuni suspettati jew akkużati | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati ma jiġux ippreżentati fil-qorti jew fil-pubbliku b’mod li jissuġġerixxi l-ħtija tagħhom qabel il-kundanna definittiva. | ||||||||||||
|
2. Dan m’għandux jipprevjeni Stat Membru milli japplika miżuri li jkunu ġenwinament meħtieġa għal raġunijiet ta’ sigurtà speċifiċi għall-każ, abbażi ta’ riskji speċifiċi identifikati mill-persuna individwali suspettata jew akkużata. | ||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 5 |
Artikolu 5 | ||||||||||||
Piż tal-provi u standard tal-provi meħtieġa |
Piż tal-provi u standard tal-provi meħtieġa | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-piż tal-provi fl-istabbiliment tal-ħtija tal-persuni suspettati jew akkużati jaqa' fuq il-prosekuzzjoni. Dan huwa bla ħsara għal kull setgħa ex officio għas-sejbien ta' fatti tal-qorti fejn isir il-proċess. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piż tal-provi fl-istabbiliment tal-ħtija tal-persuni suspettati jew akkużati jaqa' fuq il-prosekuzzjoni. Dan huwa bla ħsara għal kull setgħa ex officio għas-sejbien ta’ fatti tal-qorti fejn isir il-proċess u għad-dritt tad-difiża li tissottometti evidenza b'koformità mar-regoli nazzjonali applikabbli. | ||||||||||||
2. L-Istati Membri jridu jiżguraw li kull preżunzjoni li titfa’ l-piż ta’ provi fuq il-persuni suspettati jew akkużati tkun ta' importanza biżżejjed biex jiġi ġustifikat il-fatt li jitwarrab dak il-prinċipju u tkun konfutabbli. |
| ||||||||||||
Sabiex tiġi kkonfutata t-tali preżunzjoni jkun biżżejjed li d-difiża tagħti biżżejjed evidenza li tqajjem dubju raġonevoli dwar il-ħtija tal-persuni suspettati jew akkużati. |
| ||||||||||||
|
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe dubju dejjem jibbenefika lill-persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali. | ||||||||||||
3. L-Istati Membri jridu jiżguraw li meta qorti tal-proċess tagħmel valutazzjoni dwar l-ħtija ta' persuna suspettata jew akkużata u hemm dubju raġonevoli dwar il-ħtija ta’ dik il-persuna, il-persuna kkonċernata għandha tkun liberata. |
3. L-Istati Membri jridu jiżguraw li meta qorti tal-proċess tagħmel valutazzjoni dwar il-ħtija ta' persuna suspettata jew akkużata u hemm dubju dwar il-ħtija ta’ dik il-persuna, il-persuna kkonċernata għandha tkun liberata. | ||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 6 |
Artikolu 6 | ||||||||||||
Id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li ma jikkooperax |
Id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li ma jikkooperax | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li ma jinkriminawx ruħhom u li ma jikkoperawx f’kull proċediment kriminali. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li ma jinkriminawx ruħhom u li ma jikkooperawx f’kull proċediment kriminali. | ||||||||||||
|
1a. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-persuna suspettata jew akkużata bid-dritt tagħha li ma tinkriminax ruħha u li ma tikkooperax, u jispjegaw il-kontenut ta’ dan id-dritt u l-konsegwenzi taċ-ċaħda jew l-invokazzjoni tiegħu. Dan għandu jsir qabel kwalunkwe interrogazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi, qabel ma l-persuna suspettata jew akkużata tagħti xhieda fil-qorti kif ukoll fil-mument tal-arrest. | ||||||||||||
2. Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ma jestendix għall-użu fi proċedimenti kriminali ta’ materjal li jista’ jinkiseb mill-persuni suspettati jew akkużati permezz tal-użu ta’ setgħat legali ta' ġegħil iżda li jkollu eżistenza indipendenti mir-rieda tal-persuni suspettati jew akkużati. |
2. Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ma jestendix għall-użu fi proċedimenti kriminali ta’ materjal li jista’ jinkiseb leġittimament mill-persuni suspettati jew akkużati permezz tal-użu ta’ setgħat legali iżda li jkollu eżistenza indipendenti mir-rieda tal-persuni suspettati jew akkużati. | ||||||||||||
|
2a. L-eżerċizzju tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li ma jikkoperax qatt ma għandu jiġi kkunsidrat bħala korroborazzjoni tal-fatti jew bħala raġuni per se biex jiġu adottati jew jinżammu miżuri li jirristrinġu l-libertà qabel ma tingħata s-sentenza definittiva dwar il-kwistjoni tal-ħtija. | ||||||||||||
|
2b. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, iqisu l-imġiba ta’ kooperazzjoni tal-persuna suspettata jew akkużata, bħala fattur mitiganti, meta jkunu qed jiddeċiedu l-piena li għandhom jimponu. | ||||||||||||
3. L-eżerċizzju tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu jew tad-dritt li ma jikkooperax ma għandhux jintuża kontra persuna suspettata jew akkużata fi stadju aktar tard tal-proċedimenti u ma għandux jitqies bħala konferma tal-fatti. |
3. L-eżerċizzju tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu jew tad-dritt li ma jikkooperax ma għandhux jintuża kontra persuna suspettata jew akkużata fl-ebda stadju tal-proċedimenti. | ||||||||||||
4. Kull evidenza miksuba bi ksur ta’ dan l-Artikolu ma tkunx ammissibbli, sakemm l-użu tat-tali evidenza ma jkunx ta’ ħsara għall-ġustizzja kumplessiva tal-proċedimenti. |
| ||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 7 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 7 |
Artikolu 7 | ||||||||||||
Id-dritt għas-silenzju |
Id-dritt għas-silenzju | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li jibqgħu siekta meta jiġu interrogati, mill-pulizija jew awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew awtoritajiet ġudizzjarji oħra, fir-rigward tar-reat li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li jibqgħu siekta meta jiġu interrogati, mill-pulizija jew awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew awtoritajiet ġudizzjarji oħra, fir-rigward tar-reat li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu. | ||||||||||||
2. L-Istati Membri jridu jgħarrfu minnufih lill-persuna suspettata jew akkużata bid-dritt tagħha li tibqa' siekta, u jispjegaw il-kontenut ta’ dan id-dritt u l-konsegwenzi ta' jekk tirrinunzah jew tinvokah. |
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-persuna suspettata jew akkużata bid-dritt tagħha li tibqa’ siekta, u jispjegaw il-kontenut ta’ dan id-dritt u l-konsegwenzi legali ta’ jekk tirrinunzjah jew tinvokah. Din l-informazzjoni għandha tingħata immedjatament lill-persuni suspettati jew akkużati, qabel kull interrogazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi, fil-qorti kif ukoll fil-mument tal-arrest. | ||||||||||||
|
2a. L-eżerċizzju tad-dritt għas-silenzju qatt ma għandu jitqies bħala korroborazzjoni tal-fatti, u lanqas ma jista' bl-ebda mod jiġi vvalutat għall-iskop ta' dterminazzjoni tar-responsabilità kriminali, u lanqas bħala raġuni per se biex jiġu adottati jew jinżammu miżuri li jirristrinġu l-libertà qabel ma tingħata s-sentenza definittiva dwar il-kwistjoni ta' ħtija. | ||||||||||||
3. L-eżerċizzju tad-dritt għas-silenzju ma għandux jintuża kontra persuna suspettata jew akkużata fi stadju aktar tard tal-proċedimenti u ma għandux jitqies bħala konferma tal-fatti. |
3. L-eżerċizzju tad-dritt għas-silenzju ma għandux jintuża kontra persuna suspettata jew akkużata fi stadju aktar tard tal-proċedimenti. | ||||||||||||
4. Kull evidenza miksuba bi ksur ta’ dan l-Artikolu ma tkunx ammissibbli, sakemm l-użu tat-tali evidenza ma jkunx ta’ ħsara għall-ġustizzja kumplessiva tal-proċedimenti. |
| ||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 8 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 8 |
Artikolu 8 | ||||||||||||
Id-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess tagħha |
Id-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess tagħha | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li jkunu preżenti fil-proċess tagħhom. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li jkunu preżenti fil-proċess tagħhom. | ||||||||||||
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu possibbiltà li biha l-qorti tal-proċess tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-ħtija fl-assenza tal-persuna suspettata jew akkużata, sakemm il-persuna suspettata jew akkużata: |
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu possibbiltà li biha l-qorti tal-proċess tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-ħtija fl-assenza tal-persuna suspettata jew akkużata, sakemm il-persuna suspettata jew akkużata: | ||||||||||||
(a) fi żmien debitu: |
(a) fi żmien debitu: | ||||||||||||
(i) jew kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post ippjanati tal-proċess, jew b’mezzi oħra effettivament irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post ippjanati ta’ dak il-proċess b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-proċess ippjanat; |
(i) kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata b'mod ċar u inekwivokabbilment bid-data u l-post ippjanati tal-proċess; kif ukoll | ||||||||||||
kif ukoll |
| ||||||||||||
(ii) kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk ma tidhirx għall-proċess; jew |
(ii) kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk ma tidhirx għall-proċess u dwar il-konsegwenzi jekk ma tidhirx għall-proċess mingħajr ġustifikazzjoni; | ||||||||||||
(b) konxja mill-proċess ippjanat, kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien innominat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-proċess, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-proċess. |
(b) konxja mill-proċess ippjanat, kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien innominat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-proċess, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-proċess. | ||||||||||||
|
2a. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu possibbiltà li biha l-qorti tal-proċess tkun tista’ tiddeċiedi biss dwar il-ħtija fl-assenza tal-persuna suspettata jew akkużata, meta l-ksur li huwa s-suġġett tal-proċedimenti huwa punibbli b’multa u, taħt l-ebda ċirkostanza, fejn ir-reat huwa punibbli b'terminu ta' priġunerija. | ||||||||||||
3. Jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ma jkunux ġew issodisfati, Stat Membru jista' jipproċedi għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni maħsuba f’dak il-paragrafu jekk, wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u kienet infurmata espressament bid-dritt għal proċess mill-ġdid, jew appell, li fih il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti d-determinazzjoni mill-ġdid tal-merti tal-kawża, inkluża l-eżaminazzjoni ta’ evidenza ġdida, u li jista' jwassal biex id-deċiżjoni oriġinali tinbidel kompletament, il-persuna: |
3. Jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ma jkunux ġew sodisfatti, Stat Membru jista' jipproċedi għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni maħsuba f’dak il-paragrafu jekk, wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u kienet infurmata espressament bid-dritt għal proċess mill-ġdid, jew appell, li fih il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti d-determinazzjoni mill-ġdid tal-merti tal-kawża, inkluża l-eżaminazzjoni ta’ evidenza ġdida, u li jista' jwassal biex id-deċiżjoni oriġinali tinbidel kompletament, il-persuna: | ||||||||||||
(a) iddikjarat espressament li ma tikkontestax id-deċiżjoni; |
(a) iddikjarat espressament li ma tikkontestax id-deċiżjoni; | ||||||||||||
jew |
jew | ||||||||||||
(b) ma talbitx proċess mill-ġdid jew appell f'perjodu ta’ żmien raġonevoli. |
(b) ma talbitx proċess mill-ġdid jew appell f'perjodu ta’ żmien raġonevoli. | ||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 9 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
L-Istati Membri jridu jiżguraw li meta l-persuni suspettati jew akkużati ma jkunux preżenti fil-proċess imsemmi fl-Artikolu 8(1) u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u (3) ma ġewx issodisfati, il-persuni kkonċernati jkollhom id-dritt għal proċess ġdid li fih ikollhom id-dritt li jkunu preżenti u li jippermetti determinazzjoni mill-ġdid tal-merti tal-kawża, inkluża l-eżaminazzjoni ta’ evidenza ġdida, u li jista' jwassal biex id-deċiżjoni oriġinali tinbidel kompletament. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-persuni suspettati jew akkużati ma jkunux preżenti fil-proċess imsemmi fl-Artikolu 8(1) u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u (3) ma ġewx sodisfatti, il-persuni kkonċernati jkollhom id-dritt għal proċess ġdid li fih ikollhom id-dritt li jkunu preżenti u li jippermetti determinazzjoni mill-ġdid tal-merti tal-kawża – bil-possibbiltà li tinkiseb evidenza ġdida, u jekk ikun xieraq, terġa' tiġi diskussa l-evidenza preċedenti permezz ta' kontroeżami – u li jista’ jwassal biex id-deċiżjoni oriġinali tinbidel kompletament. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-possibbiltà li mhux biss tinkiseb evidenza ġdida iżda li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq evidenza (pereżempju testimonjali) miksuba preċedentement mingħajr il-parteċipazzjoni tal-persuna akkużata hija kundizzjoni essenzjali biex jiġu żgurat li l-prinċipji ta’ proċess dovut jiġu rispettati. | |||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 9a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 9a | ||||||||||||
|
Persuni vulnerabbli | ||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jimplimentaw din id-Direttiva, iqisu l-bżonnijiet partikolari ta’ persuni vulnerabbli meta jsiru persuni suspettati jew akkużati. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din id-dispożizzjoni, li għandha l-għan li tipproteġi lill-persuni vulnerabbli fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, hija meħtieġa. Barra minn hekk, din tidher f'bosta direttivi oħra tal-Pjan Direzzjonali dwar id-Drittijiet Proċedurali. | |||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 10 |
Artikolu 10 | ||||||||||||
Rimedji |
Rimedji | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom rimedju effettiv jekk id-drittijiet tagħhom taħt din id-Direttiva ma jiġux rispettati. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom rimedju effettiv jekk id-drittijiet tagħhom taħt din id-Direttiva ma jiġux rispettati. | ||||||||||||
2. Ir-rimedju jrid ikollu, sa fejn hu possibbli, l-effett li jpoġġi lill-persuni suspettati jew akkużati fl-istess pożizzjoni li kienu jsibu ruħhom fiha li kieku ma kienx seħħ it-tali ksur, bil-ħsieb li jiġi preservat id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal difiża. |
2. Ir-rimedju għandu jikkonsisti kemm f’mekkaniżmu xieraq ta’ kumpens għad-danni kif ukoll ikollu l-effett li jpoġġi lill-persuni suspettati jew akkużati fl-istess pożizzjoni li kienu jsibu ruħhom fiha li kieku ma kienx seħħ it-tali ksur, bil-ħsieb li jiġi preservat id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal difiża. | ||||||||||||
|
3. Kull evidenza miksuba bi ksur tal-Artikoli 6 u 7 mhijiex ammissibbli. | ||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 11a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 11a | ||||||||||||
|
Rapport | ||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mhux aktar tard minn... [sentejn wara d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni], rapport li jivvaluta l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Dan l-obbligu ta' rapport tal-Kummissjoni Ewropea jinsab fid-direttivi l-oħra tal-Pjan Direzzjonali dwar id-Drittijiet Proċedurali. | |||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Din id-Direttiva m’għandux ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet fundamentali u għall-prinċipji legali kif minquxa fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inklużi d-drittijiet ta’ persuni soġġetti għal proċedimenti kriminali, u kwalunkwe obbligu li jaqa’ fuq l-awtoritajiet pubbliċi f’dan ir-rigward ma għandux jiġi affettwat. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapporteur tilqa’ l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ "Pakkett finali dwar id- Drittijiet Proċedurali", li fih tliet proposti għal Direttiva jkomplu fuq l-ewwel tliet strumenti adottati fil-qafas tal-Pjan Direzzjonali tal-UE għat-Tisħiħ tad-Drittijiet Proċedurali[1]. Dawn it-tliet Direttivi se jwasslu għall-finalizzazzjoni tal-qafas legali Ewropew eżistenti fil-qasam tad-drittijiet ta’ difiża għall-persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali fl-Unjoni Ewropea kollha: Dawn huma tliet strumenti ewlenin biex jiggarantixxu proċess ġust madwar l-Unjoni Ewropea u rispett sħiħ għad-drittijiet tad-difiża kif minqux fit-Trattati tal-UE, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB).
Ir-rapportueur tilqa' b'hekk il-proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess tiegħu fi proċedimenti kriminali. Il-preżunzjoni tal-innoċenza hija dritt fundamentali u prinċipju essenzjali biex jiġu evitati sentenzi arbitrarji u kull abbuż fi proċedimenti kriminali, u fuqha hija bbażata l-protezzjoni tad-dritt għal proċess ġust, kif stipulat fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din il-proposta għal direttiva hija partikolarment importanti minħabba l-limitazzjoni tad-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati u t-tnaqqir tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza li fil-mument qed jidher f'bosta Stati Membri tal-UE.
Madankollu, ir-rapporteur hija tal-fehma li l-Kummissjoni adottat approċċ minimalist iż-żejjed dwar il-kwistjoni u qajmet dubji dwar in-nuqqas ta’ ambizzjoni f'din il-proposta inizjali, li tirriskja li tarmonizza d-dispożizzjonijiet nazzjonali “’l isfel”. Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet fil-proposta inizjali huma dibattibbli, jekk mhux inaċċettabbli, bħall-premessa 17 li ssemmi l-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom rikors għall-ġegħil. Għalhekk, ir-rapporteur tixtieq tipproponi numru ta’ emendi għall-proposta inizjali, li kollha għandhom l-objettiv ġenerali ta’ protezzjoni akbar ta’ persuni suspettati u akkużati fl-Ewropa.
L-ewwel emenda tenfasizza, mill-bidu, il-ħtieġa li ssir iktar referenza għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Serje oħra ta’ emendi tfittex li tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva billi tispeċifika: il-persuni li għalihom tapplika (id-Direttiva jeħtieġ li tapplika għal persuni ġuridiċi – peress li proċedimenti kriminali mmexxija kontra persuni ġuridiċi jibbenefikaw mill-istess approċċ komprensiv bħall-proċedimenti kontra persuni fiżiċi – u persuni mħarrka jew interrogati bħala xhieda, li jsiru, jew li jkunu suxxettibbli li jsiru, persuni suspettati matul l-interrogazzjoni); meta tapplika (id-direttiva jeħtieġ li tapplika mill-mument meta persuna ssir persuna suspettata jew akkużata, fl-istadji kolla tal-proċedimenti u sal-konklużjoni finali ta' dawk il-proċedimenti); u l-każijiet li għalihom tapplika (id-Direttiva jeħtieġ li tapplika għall-proċedimenti fi "kwistjonijiet kriminali" kif definit fil-QEDB).
L-Artikolu 4 tal-proposta għal Direttiva jipprevedi mezz ewlieni li jipproteġu lill-persuni suspettati jew akkużati minn dikjarazzjonijiet prematuri rigward il-ħtija. Madankollu, il-formulazzjoni ta’ dan l-Artikolu hija minimalista u tagħtix linji gwida biżżejjed ċari dwar l-applikazzjoni ta’ din il-protezzjoni. L-emendi proposti mir-rapporteur għandhom l-għan li jiċċaraw il-kontenut tal-Artikolu u l-persuni u l-awtoritajiet li għalihom tapplika l-projbizzjoni ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi qabel ma tingħata l-kundanna. Barra minn hekk, il-preżunzjoni tal-innoċenza hija miksura fuq bażi regolari mill-midja u l-istampa. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni xierqa biex jimpedixxu tali ksur.
Il-prinċipju li l-piż tal-provi jaqa' fuq il-prosekuzzjoni u li kull dubju potenzjali dwar il-ħtija ta' persuna jkun ta' benefiċċju għaliha, li jfisser il-prinċipju in dubio pro reo, huwa essenzjali biex jiġi żgurat id-dritt għal proċess ġust. Ir-rapporteur għalhekk tqis li l-inklużjoni fl-Artikolu 5(2) ta’ prinċipju li fil-verità jeqleb il-piż tal-provi fil-parti operattiva tat-test leġiżlattiv huwa perikoluż.
Id-dritt għas-silenzju, id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li ma jikkooperax, kif imsemmi fl-Artikoli 6 u 7 tal-proposta għal Direttiva, huma wkoll elementi ewlenin tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Huwa importanti li jiġi speċifikat li d-dritt għas-silenzju ma jfissirx li r-rifjut li wieħed jitkellem jikkostitwixxi reat, iżda li waqt is-seduta l-qorti ma tista' tiddeduċi xejn mis-silenzju meta tiddeċiedi dwar il-ħtija ta’ persuna. Ir-rapporteur tilqa’ b’sodisfazzjon l-Artikoli 6(4) u 7(4), li jistabbilixxu regola ta’ inammissibilità ta’ evidenza miksuba bi ksur tal-Artikoli 6 u 7 rispettivament. Dak il-prinċipju għandu jinżamm u jissaħħaħ. Kull evidenza miksuba bi ksur tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li ma jikkooperax, stabbilita fl-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva, jew bi ksur tad-dritt għas-silenzju, kif stabbilit fl-Artikolu 7 tagħha, għandha tkun iddikjarata inammissibbli. Dan jirriżulta mill-fatt li l-użu, fi proċedimenti kriminali, ta’ dikjarazzjonijiet jew evidenza miksuba bi ksur ta' dawn id-drittijiet, b’mod awtomatiku, iċaħħad il-ġustizzja fil-proċess kollu kemm hu.
Fl-aħħar nett, id-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess tagħha huwa element fondamentali tal-preżunzjoni tal-innoċenza, li bħalissa hija protetta biss mil-leġiżlazzjoni tal-UE b’rabta mal-Mandat ta’ Arrest Ewropew u d-Deċiżjoni Qafas dwar ir-rikonoxximent ta’ sentenzi mogħtija fl-assenza ta' persuni fi proċess. Il-proposta għal Direttiva hija opportunità biex titjieb il-protezzjoni mogħtija minn dan l-istrument u biex jiġi żgurat li l-persuni suspettati u akkużati kollha involuti fi proċedimenti kriminali jibbenefikaw minn dan id-dritt. L-Artikolu 8(2), li jirrigwarda l-każijiet fejn proċedimenti jistgħu jitmexxew fl-assenzia tal-persuna kkonċernata, għandu jżomm tal-każijiet f'numru kemm jista' jkun baxx.
- [1] Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali (2009/C 295/01).
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (25.3.2015)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali
(COM(2013)0821 – C7‑0427/2013 – 2013/0407(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Pascal Durand
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 82(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u timmira, b'mod partikolari, li tiggarantixxi ċertu livell minimu ta' protezzjoni tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza fl-Istati Membri kollha, kif ukoll li ssaħħaħ id-dritt tal-persuni akkużati li jkunu preżenti fil-proċess tagħhom.
L-elementi prinċipali tal-proposta huma b'hekk relatati mal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, mal-piż tal-provi, mad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li ma jikkooperax, mad-dritt għas-silenzju, mad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess tiegħu u mad-dritt għal proċess mill-ġdid.
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kien diġà eżamina din il-proposta fitmiem is-seba' leġiżlatura u ċertu numru ta' emendi kienu ġew adotatati b’unanimità. B'mod ġenerali, ir-rapporteur il-ġdid jilqa' b'mod pożittiv l-approċċ segwit dak iż-żmien u jistenna b'ħerqa li jkun jista' jikkonferma l-kważi totalità ta' dawn l-emendi, b'mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-impossibbiltà tal-inverżjoni tal-piż tal-provi għad-detriment tal-persuni suspettati jew akkużati u l-inammissibbiltà tal-provi miġbura bi ksur tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Huwa jipproponi wkoll emendi supplementari bil-għan li jiċċaraw aħjar il-portata tal-preżunzjoni tal-innoċenza, b'mod partikolari għal dak li jirrigwarda r-referenzi pubbliċi għall-ħtija qabel il-kundanna (ara l-Artikolu 4 tal-proposta), u sabiex b'hekk jiġi ggarantit li l-persuni suspettati jew dawk akkużati jibbenefikaw minn livell ta' protezzjoni suffiċjentement għoli fl-Unjoni kollha.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa -1 (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Jekk l-għan ta’ din id-Direttiva hu li tistabbilixxi bażi komuni għal standards minimi, kwalunkwe livell ta’ protezzjoni ogħla jew salvagwardji proċedurali ogħla li jkunu fis-seħħ f’ċerti Stati Membri għandhom dejjem jipprevalu. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 2 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(2) Billi tistabbilixxi regoli minimi dwar il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew akkużati, din id-Direttiva għandha ssaħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri l-oħra u b’hekk tista’ tgħin biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonjiet f’kwistjonijiet kriminali. Tali regoli minimi komuni għandhom ukoll ineħħu l-ostakoli għall-moviment ħieles taċ-ċittadini fit-territorju kollu tal-Istati Membri. |
(2) Skont l-Artikolu 82(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-"kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji..." filwaqt li rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonjiet f’materji kriminali jippresupponi li l-Istati Membri jafdaw is-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta’ xulxin. Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet l-oħra tal-awtoritajiet ġudizzjarji jirrappreżenta l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili u kriminali fi ħdan l-Unjoni. Billi tistabbilixxi regoli minimi dwar il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew akkużati, din id-Direttiva għandha ssaħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri l-oħra u b’hekk tista’ tgħin biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonjiet f’kwistjonijiet kriminali. Tali regoli minimi komuni jista’ jkollhom impatt fuq it-tneħħija tal-ostakoli għall-moviment ħieles taċ-ċittadini fit-territorju kollu tal-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 4 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(4) Fil-Programm ta' Stokkolma l-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina elementi ulterjuri tad-drittijiet proċedurali minimi għall-persuni suspettati jew akkużati, u biex tevalwa jekk elementi oħra bħal pereżempju l-preżunzjoni tal-innoċenza, jeħtieġx li jiġu indirizzati, biex tkun promossa koperazzjoni aħjar f’dak il-qasam. |
(4) Fil-Programm ta’ Stokkolma l-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina elementi ulterjuri tad-drittijiet proċedurali minimi għall-persuni suspettati jew akkużati, u biex tevalwa jekk elementi oħra bħal pereżempju l-preżunzjoni tal-innoċenza, jeħtieġx li jiġu indirizzati, biex tkun promossa koperazzjoni aħjar f’dak il-qasam fost l-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(6) Din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-proċedimenti kriminali. Il-proċedimenti amministrattivi li jwasslu għal sanzjonijiet bħal pereżempju l-proċedimenti tal-kompetizzjoni, il-kummerċ, it-taxxa, is-servizzi finanzjarji u investigazzjonijiet oħra mill-awtoritajiet amministrattivi rigward dawn il-proċedimenti, u wkoll il-proċedimenti ċivili mhumiex koperti b'din id-Direttiva. |
(6) Din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-proċedimenti kriminali u għall-proċedimenti amministrattivi li jistgħu jinkludu sanzjonijiet, b’mod partikolari ċ-ċaħda tal-libertà personali, u irrispettivament mill-kwalifikazzjoni kriminali tal-proċediment. | |||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 7 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(7) Din id-Direttiva għandha tiffaċilita l-applikazzjoni prattika tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u l-aspetti differenti tiegħu kollha u wkoll id-dritt li persuna tkun preżenti fil-proċess tagħha, bl-iskop li jiġi ssalvagwardjat id-dritt għal proċess ġust. |
(7) Din id-Direttiva għandha tiffaċilita l-applikazzjoni prattika tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u l-aspetti differenti tiegħu kollha u wkoll id-dritt li persuna tkun preżenti fil-proċess tagħha, bl-iskop li jiġi ssalvagwardjat id-dritt għal proċess ġust, fir-rispett tal-prinċipju tal-kuntradittorju u tal-ekwilibriju tad-drittijiet tal-partijiet. | |||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 8 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(8) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni fiżiċi li jkunu suspettati jew akkużati li wettqu reat kriminali. Għandha tapplika f'kull stadju tal-proċedimenti, anki qabel ma l-persuni jiġu mgħarrfa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, permezz ta' notifika uffiċjali jew b'mod ieħor, li huma suspettati jew akkużati li wettqu reat kriminali, sal-konklużjoni tat-tali proċedimenti. |
(8) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni fiżiċi li jkunu suspettati jew akkużati li wettqu reat kriminali. Għandha tapplika f’kull stadju tal-proċedimenti, anki qabel ma l-persuni jiġu mgħarrfa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, permezz ta’ notifika uffiċjali jew b’mod ieħor, li huma suspettati jew akkużati li wettqu reat kriminali, sal-konklużjoni tat-tali proċedimenti b’sentenza res judicata. | |||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 13 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(13) Il-preżunzjoni tal-innoċenza tinkiser jekk, qabel ma l-akkużat jinstab ħati skont il-liġi, deċiżjoni ġudizzjarja jew dikjarazzjoni pubblika minn awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet pubbliċi oħra tippreżenta lill-persuni suspettati jew akkużati bħala persuni kkundannati. |
(13) Il-preżunzjoni tal-innoċenza tinkiser jekk, qabel ma l-akkużat jinstab ħati skont il-liġi, persuni f'kariga pubblika, kemm ġudizzjarja, amministrattiva kif ukoll politika, joħorġu dikjarazzjoni jew referenza jew att jinħarġu minn awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet pubbliċi oħra liema dikjarazzjoni jew att ikunu ta’ tali natura li jippreżentaw lill-persuni suspettati jew akkużati bħala persuni ħatja. “Id-dikjarazzjonijiet pubbliċi” għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jfissru kwalunkwe dikjarazzjoni li l-kontenut tagħha huwa attribwibbli għal reat, u li ġej mill-awtorità ġudizzjarja, mill-pulizija u kull awtorità pubblika oħra bħal ministri u uffiċjali pubbliċi oħra. Minbarra l-libertà tal-istampa u d-dritt għall-informazzjoni, il-preżunzjoni tal-innoċenza hija miksura wkoll meta l-korpi tal-istampa jirreferu għall-persuni suspettati jew akkużati daqslikieku kienu ġew ikkundannati. | |||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 14 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(14) Il-piż tal-provi jaqa' fuq il-prosekuzzjoni, u kwalunkwe dubju għandu jibbenefika lill-persuna akkużata. Għalhekk, il-preżunzjoni tal-innoċenza tinkiser jekk il-piż tal-provi jkun trasferit mill-prosekuzzjoni għad-difiża, bla ħsara għal kull setgħa possibbli ex officio għas-sejbien ta' fatti tal-Qorti u bla ħsara għall-indipendenza tal-ġudikatura meta tiġi vvalutata l-ħtija tal-persuna suspettata jew akkużata. |
(14) Il-piż tal-provi jaqa' fuq il-prosekuzzjoni. Il-persuna suspettata għandha d-dritt li twettaq, billi tagħti mandat lill-avukat tagħha, investigazzjonijiet difensivi. Il-persuna akkużata dejjem għandha d-dritt li tippreżenta provi li jiskaġunawha, b’tali mod li l-prova tifforma skont il-prinċipju tal-kuntradittorju bejn il-partijiet. Jekk wara d-dibattitu ma joħorġux provi li jneħħu kull dubju raġonevoli, japplika l-prinċipju “in dubio pro reo”. Bla ħsara għal kull setgħa possibbli ex officio għas-sejbien ta’ fatti tal-Qorti u bla ħsara għall-indipendenza tal-ġudikatura meta tiġi vvalutata r-responsabbiltà kriminali tal-persuna suspettata jew akkużata. | |||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 15 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
(Ara l-emenda tal-Artikolu 5, paragrafu 2) | ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
L-inverżjoni tal-piż tal-provi fil-proċeduri kriminali li jeħtieġu element intenzjonat hija diffiċilment aċċettabbli u din il-kwistjoni ma tistax tiġi trattata b'mod ġenerali billi jiġi postulat il-prinċipju ta' possibbiltà ta' inverżjoni tal-piż tal-provi għall-benefiċċju tal-akkużat. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 16 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(16) Id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li ma jikkooperax huwa aspett importanti tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Il-persuni suspettati jew akkużati ma għandhomx ikunu sfurzati, meta jintalbu biex jagħmlu dikjarazzjoni jew iwieġbu mistoqsijiet, biex jipproduċu evidenza jew dokumenti jew biex jipprovdu informazzjoni li tista' twassal għall-inkriminazzjoni tagħhom. |
(16) Id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u d-dritt għas-silenzju huma aspetti fundamentali tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Il-persuni suspettati jew akkużati ma għandhom bl-ebda mod ikunu sfurzati, meta jintalbu biex jagħmlu dikjarazzjoni jew iwieġbu mistoqsijiet, biex jipproduċu evidenza jew dokumenti jew biex jipprovdu informazzjoni li tista’ twassal għall-inkriminazzjoni tagħhom. | |||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 17 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Huwa sempliċiment inaċċettabbli li dak li jkun jirrikorri għall-ġegħil sabiex jikseb informazzjoni minn persuna suspettata jew minn persuna akkużata , a fortiori sabiex "tiġi megħjuna" l-akkuża. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 18 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
(Ara l-emenda tal-Artikolu 6, paragrafu 2) | ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt – li hi element sostanzjali fil-qasam tal-liġi kriminali – in-nonestensjoni tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza għal elementi oħra li potenzjalment iwasslu għall-awtoinkriminazzjoni għandha tiġi limitata għal każijiet strettament identifikati. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 19 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(19) Id-dritt għas-silenzju huwa aspett importanti tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Għandu jservi bħala protezzjoni mill-awtoinkriminazzjoni. |
(19) Id-dritt għas-silenzju huwa aspett importanti tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Għandu jservi bħala protezzjoni mill-awtoinkriminazzjoni. Id-dritt għas-silenzju xorta ma jistax jiġi użat kontra l-persuna akkużata jew suspettata u lanqas meqjus bħala konferma tal-kapijiet tal-akkuża. | |||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 20 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(20) Id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li ma jikkooperax u d-dritt għas-silenzju għandhom japplikaw fir-rigward tal-mistoqsijiet relatati mar-reat li l-persuna tkun suspettata jew akkużata li wettqet u mhux, pereżempju, fir-rigward tal-mistoqsijiet relatati mal-identifikazzjoni personali ta' persuna suspettata jew akkużata. |
(20) Id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li ma jikkooperax u d-dritt għas-silenzju għandhom japplikaw fir-rigward tal-mistoqsijiet relatati mar-reat li l-persuna tkun suspettata jew akkużata li wettqet. | |||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 22 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Rinunzja taċita, bħala definizzjoni, ma tistax tkun inekwivokabbli, peress li mhix espressa. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 26 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(26) Il-prinċipju tal-effettività tal-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rimedji xierqa u effettivi fil-każ li jkun hemm ksur tad-dritt mogħti lill-individwi bil-liġi tal-Unjoni. Rimedju effettiv disponibbli fil-każ ta’ ksur tal-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva għandu jkollu, sa fejn hu possibbli, l-effett li jpoġġi lill-persuni suspettati jew akkużati fl-istess pożizzjoni li kienu jsibu ruħhom li kieku ma kienx seħħ il-ksur. |
(26) Il-prinċipju tal-effettività tal-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rimedji xierqa u effettivi fil-każ li jkun hemm ksur tad-dritt mogħti lill-individwi bil-liġi tal-Unjoni. Ir-rimedji għandhom ikunu inkorporati fil-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru u għandhom preferibbilment japplikaw b’mod uniformi madwar l-Unjoni. Rimedju effettiv disponibbli fil-każ ta’ ksur tal-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva għandu kemm jikkonsisti f’mekkaniżmu xieraq ta’ kumpens għad-danni u jkollu l-effett li jpoġġi lill-persuni suspettati jew akkużati fl-istess pożizzjoni li kienu jsibu ruħhom li kieku ma kienx seħħ il-ksur, bħal pereżempju t-tkomplija tal-prova mill-istadji inizjali fejn meħtieġ, jew il-bidu mill-ġdid tal-prova mill-istadju li fih ir-regoli u d-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva ġew miksura. | |||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 27a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(27a) Il-persuni vulnerabbli għandhom jingħataw grad speċifiku ta’ protezzjoni u, għaldaqstant, b’rispett ta’ xi drittijiet previsti għal din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli salvagwardji proċedurali addizzjonali. Fir-rigward tat-tfal, se japplikaw is-salvagwardji proċedurali addizzjonali stabbiliti fid-Direttiva dwar salvagwardji proċedurali għat-tfal suspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali. | |||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 29a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
(Ara l-emendi tal-Artikolu 12, titolu u subparagrafu 1a ġdid.) | ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa l-aqwa garanzija ta’ livell għoli biżżejjed ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tas-salvagwardji proċedurali mogħtija lill-persuni suspettati u lill-persuni akkużati fi ħdan l-UE. Id-drittijiet fundamentali ma jistgħux jiġu pperikolati mill-applikazzjoni indiskriminata ta’ din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt a | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(a) ċerti aspetti tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza fi proċedimenti kriminali; |
(a) ċerti aspetti tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza fi proċedimenti kriminali, bħad-dritt li individwu ma jkunx ippreżentat bħala ħati mill-awtoritajiet qabel is-sentenza finali, filwaqt li jiġi żgurat li l-oneru tal-prova jibqa’ tal-prosekuzzjoni u li l-akkużati jingħataw il-benefiċċju ta’ kwalunkwe dubju raġonevoli dwar il-ħtija tagħhom, id-dritt li persuna tkun informata bl-akkuża fil-proċedimenti kriminali, kif ukoll drittijiet relatati oħra, bħad-dritt ta’ dawk ikkonċernati biex ma jinkriminawx lilhom infushom, id-dritt li jirrifjutaw il-kooperazzjoni, id-dritt għas-silenzju, id-dritt li ma jammettux il-ħtija, id-dritt li ma wieħed ma jiġix imġiegħel jixhed kontrih innifsu, id-dritt għal-libertà u d-dritt li wieħed ma jinżammx f’arrest preventiv qabel il-proċess, fejn dawn id-drittijiet huma l-essenza ta’ x’jikkostitwixxi proċess ġust skont l-Artikolu 6 tal-KEDB; | |||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
L-emenda għandha l-għan li tenfasizza li din id-Direttiva hija ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini tal-UE biss u għandha l-għan li tiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta anke fir-rigward tal-istabbiliment futur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
L-Istati Membri jridu jiżguraw li, qabel kundanna definittiva, d-dikjarazzjonijiet pubbliċi u d-deċiżjonijiet uffiċjali mill-awtoritajiet pubbliċi ma jirriferux għall-persuni suspettati jew akkużati daqslikieku kienu ġew ikkundannati. |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li, qabel kundanna definittiva, persuni li jkollhom kariga pubblika, kemm jekk tkun ġudizzjarja, amministrattiva, politiċi jew oħrajn, joqogħdu lura minn azzjonijiet, referenzi jew dikjarazzjonijiet li x’aktarx li tippreżenta lill-persuni suspettati jew akkużati bħala persuni kkundannati jew misjuba ħatja. | |||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
(Ara l-emenda tal-Artikolu 4, paragrafu 1) | ||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
(Ara l-emenda tal-Premessa 15.) | ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
L-inverżjoni tal-piż tal-provi fi proċedimenti kriminali bil-kemm hija aċċettabbli u din il-kwistjoni tirrikjedi riflessjoni bir-reqqa. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li ma jinkriminawx ruħhom u li ma jikkoperawx f’kull proċediment kriminali. |
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li ma jinkriminaw ruħhom fl-ebda proċediment kriminali. | |||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
(Ara l-emenda tal-Premessa 18.) | ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt – li hija element kruċjali fil-qasam tal-liġi kriminali – in-nonestensjoni tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza għal elementi oħra li potenzjalment iwasslu għall-awtoinkriminazzjoni għandha tiġi limitata għal każijiet strettament identifikati. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
3. L-eżerċizzju tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu jew tad-dritt li ma jikkooperax ma għandhux jintuża kontra persuna suspettata jew akkużata fi stadju aktar tard tal-proċedimenti u ma għandux jitqies bħala konferma tal-fatti. |
3. L-eżerċizzju tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu ma għandux jintuża kontra persuna suspettata jew akkużata f’kull stadju tal-proċedimenti u ma għandux jitqies bħala konferma tal-fatti. | |||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
4. Kull evidenza miksuba bi ksur ta’ dan l-Artikolu ma tkunx ammissibbli, sakemm l-użu tat-tali evidenza ma jkunx ta’ ħsara għall-ġustizzja kumplessiva tal-proċedimenti. |
4. Kull evidenza miksuba bi ksur ta’ dan l-Artikolu ma tkunx ammissibbli f'ebda stadju tal-proċedimenti, u għandha titneħħa mill-fajl tal-każ. | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Evidenza miksuba b’mod illegali ma tistax tkun ammissibbli fl-ebda forma. Barra minn hekk, din l-evidenza m’għandiex tinżamm fil-fajl tal-każ għax tista’ tinfluwenza lill-imħallef, għalkemm jista’ jkun ma jkunx konxju tal-fatt. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
4a. Sabiex jiżguraw bilanċ ġust bejn il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza u tal-libertà tal-istampa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġurnalisti jiġu protetti fi kwalunkwe ħin fir-rigward tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tas-sigriet tas-sorsi tagħhom. | |||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li jibqgħu siekta meta jiġu interrogati, mill-pulizija jew awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew awtoritajiet ġudizzjarji oħra, fir-rigward tar-reat li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu. |
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt, matul il-proċedimenti kriminali, li jibqgħu siekta meta jiġu interrogati, mill-pulizija jew awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew awtoritajiet ġudizzjarji oħra, fir-rigward tar-reat li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu. | |||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
2. L-Istati Membri jridu jgħarrfu minnufih lill-persuna suspettata jew akkużata bid-dritt tagħha li tibqa' siekta, u jispjegaw il-kontenut ta’ dan id-dritt u l-konsegwenzi ta' jekk tirrinunzah jew tinvokah. |
2. L-Istati Membri jridu jgħarrfu minnufih lill-persuna suspettata jew akkużata, permezz tal-korpi kompetenti u b’lingwa li jifhmu, bid-dritt tagħha li tibqa’ siekta, u għandhom jispjegaw il-kontenut ta’ dan id-dritt u l-konsegwenzi ta’ jekk tirrinunzah jew tinvokah. | |||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
3. L-eżerċizzju tad-dritt għas-silenzju ma għandux jintuża kontra persuna suspettata jew akkużata fi stadju aktar tard tal-proċedimenti u ma għandux jitqies bħala konferma tal-fatti. |
3. L-eżerċizzju tad-dritt għas-silenzju ma għandux jintuża kontra persuna suspettata jew akkużata fl-ebda stadju tal-proċedimenti u ma għandux jitqies bħala konferma tal-fatti, jew fi kwalunkwe mod jitqies għall-iskop li tiġi żgurata l-ħtija, jew inkella ti[i użata għad-determinazzjoni tas-sentenza, anke biss b'implikazzjoni. | |||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
L-eċċezzjoni prevista mill-proposta jista’ jkun li tikkontradixxi l-għan ġenerali tat-tisħiħ tal-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet marbuta magħha. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
4а. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati m’għandhomx responsabbiltà kriminali biex jagħtu spjegazzjonijiet mhux veri fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali. | |||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – titolu | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Peress li l-Artikolu 8 tal-proposta huwa relatat ukoll maddeċiżjonijiet mogħtija in absentia, it-titolu tiegħu għandu jiġi emendat f’dak is-sens. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu possibbiltà li biha l-qorti tal-proċess tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-ħtija fl-assenza tal-persuna suspettata jew akkużata, sakemm il-persuna suspettata jew akkużata: |
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu possibbiltà li biha l-qorti tal-proċess tkun tista’ tiddeċiedi dwar ir-responsabbiltà kriminali fl-assenza tal-persuna akkużata, sakemm il-persuna akkużata: | |||||||||||||||||||||
(a) fi żmien debitu: |
(a) fi żmien debitu: | |||||||||||||||||||||
(i) jew kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post ippjanati tal-proċess, jew b’mezzi oħra effettivament irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post ippjanati ta’ dak il-proċess b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-proċess ippjanat; |
(i) jew kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata, permezz ta’ notifika, bid-data u l-post ippjanati ta’ kull seduta tal-proċess, jew b’mezzi oħra effettivament irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post ippjanati ta’ kull seduta tal-proċess b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-fatt li għaddej proċess kontriha; | |||||||||||||||||||||
u wkoll |
u wkoll | |||||||||||||||||||||
ii) kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk ma tidhirx għall-proċess; jew |
(ii) kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk ma tidhirx għall-proċess; | |||||||||||||||||||||
(b) konxja mill-proċess ippjanat, kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien innominat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-proċess, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-proċess. |
(b) konxja mill-proċess ippjanat, kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien innominat mill-persuna konċernata, biex jiddefendiha fil-proċess, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-proċess jew, fil-każ ta’ nuqqas ta’ nomina ta’ konsulent legali ta’ fiduċja, dan il-konsulent jiġi pprovdut għan-nomina ta’ konsulent legali imqabbad uffiċjalment, li jiggarantixxi bis-sħiħ lill-persuni suspettati jew akkużati fil-proċess. | |||||||||||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda deċiżjoni ma tingħata in absentia jekk, f’każijiet debitament iġġustifikati, il-persuni suspettati jew akkużati jistgħu joffru skuża valida għala ma jkunux f’pożizzjoni li jipparteċipaw fil-proċess tagħhom stess. | |||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
3. Jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ma jkunux ġew issodisfati, Stat Membru jista' jipproċedi għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni maħsuba f’dak il-paragrafu jekk, wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u kienet infurmata espressament bid-dritt għal proċess mill-ġdid, jew appell, li fih il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti d-determinazzjoni mill-ġdid tal-merti tal-kawża, inkluża l-eżaminazzjoni ta’ evidenza ġdida, u li jista' jwassal biex id-deċiżjoni oriġinali tinbidel kompletament, il-persuna: |
3. Stat Membru jista’ jipproċedi għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà kriminali tal-persuna akkużata jekk, wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u kienet infurmata espressament bid-dritt għal proċess mill-ġdid, jew appell, li fih il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti d-determinazzjoni mill-ġdid tal-merti tal-kawża, inkluża l-eżaminazzjoni ta’ evidenza ġdida, u li jista’ jwassal biex id-deċiżjoni oriġinali tinbidel kompletament, din il-persuna: | |||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(b) ma talbitx proċess mill-ġdid jew appell f'perjodu ta’ żmien raġonevoli. |
(b) ma talbitx proċess mill-ġdid jew ma ressqitx appell fil-limitu ta’ żmien għall-appell stabbilit bil-liġi. | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
L-appell għandu jitressaq fil-limitu ta’ żmien stabbilit bil-liġi, mhux ‘f’perjodu ta’ żmien raġonevoli’. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Mingħajr ħsara għall-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, id-durata u l-kumplessità tal-proċedimenti kriminali għandhom ikunu proporzjonati mas-serjetà tal-offiża. Għandha madankollu ssir dispożizzjoni għal miżuri sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri simplifikati ma jkunux użati b'mod abbużiv. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 9 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
L-Istati Membri jridu jiżguraw li meta l-persuni suspettati jew akkużati ma jkunux preżenti fil-proċess imsemmi fl-Artikolu 8(1) u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u (3) ma ġewx issodisfati, il-persuni kkonċernati jkollhom id-dritt għal proċess ġdid li fih ikollhom id-dritt li jkunu preżenti u li jippermetti determinazzjoni mill-ġdid tal-merti tal-kawża, inkluża l-eżaminazzjoni ta’ evidenza ġdida, u li jista' jwassal biex id-deċiżjoni oriġinali tinbidel kompletament. |
L-Istati Membri jridu jiżguraw li meta l-persuni suspettati jew akkużati ma jkunux preżenti fil-proċess imsemmi fl-Artikolu 8(1) u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u (3) ma ġewx issodisfati, il-persuni kkonċernati jkollhom id-dritt għal proċess ġdid jew appell, li fih ikollhom id-dritt li jkunu preżenti u li jippermetti determinazzjoni mill-ġdid tal-merti tal-kawża, inkluża l-eżaminazzjoni ta’ evidenza ġdida, u jista’ jwassal biex id-deċiżjoni oriġinali tinbidel kompletament. Il-proċess il-ġdid għandu jitwettaq f’konformità mal-preżunzjoni tal-innoċenza, sakemm tingħata sentenza irrevokabbli finali. | |||||||||||||||||||||
|
L-Istati Membri jiżguraw id-dritt għar-reviżjoni tad-deċiżjoni li taċċerta r-responsabbiltà kriminali tal-persuna akkużata fil-każ li jinqalgħu provi ġodda, li permezz tagħhom id-deċiżjoni kienet tkun aktar favorevoli għall-persuna kkonċernata, jiġifieri fil-każ li jintwera li l-kundanna hija konsegwenza ta’ żball ġudizzjarju. | |||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
2. Ir-rimedju jrid ikollu, sa fejn hu possibbli, l-effett li jpoġġi lill-persuni suspettati jew akkużati fl-istess pożizzjoni li kienu jsibu ruħhom fiha li kieku ma kienx seħħ it-tali ksur, bil-ħsieb li jiġi preservat id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal difiża. |
2. Ir-rimedju jrid ikollu, mekkaniżmu xieraq ta’ kumpens għad-danni kif ukoll ikollu l-effett li jpoġġi lill-persuni suspettati jew akkużati fl-istess pożizzjoni li kienu jsibu ruħhom fiha li kieku ma kienx seħħ it-tali ksur, bil-ħsieb li jiġi preservat id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal difiża. | |||||||||||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex iżommu d-dritt għal proċess ġust, persuna suspettata jew akkużata li d-drittijiet tagħha jkunu nkisru skont din id-Direttiva, għandha tibbenefika minn rimedji, li jistgħu jinkludu: | |||||||||||||||||||||
|
(a) Il-bidu mill-ġdid tal-proċess mill-istadju inizjali fejn meħtieġ, f’konformità mar-regoli minimi u d-drittijiet kollha stabbiliti f’din id-Direttiva: id-dritt li individwu ma jkunx ippreżentat bħala ħati mill-awtoritajiet qabel is-sentenza irrevokabbli finali, il-fatt li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-prosekuzzjoni u li kwalunkwe dubju raġonevoli fuq il-ħtija għandu jibbenefika lill-persuna akkużata , id-dritt li individwu ma jinkriminax ruħu, id-dritt li individwu ma jikkoperax u d-dritt għas-silenzju u d-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess; | |||||||||||||||||||||
|
(b) Il-bidu mill-ġdid tal-kawża mill-istadju li fih inkisru r-regoli u d-drittijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. | |||||||||||||||||||||
|
F’konformità mal-approċċ ta’ intervent ‘pass pass’ tal-liġi tal-Unjoni, fil-każ tal-proċedimenti kriminali segwiti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-inizjattivi futuri f’dan il-qasam jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati iktar tard, skont l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-każistika nazzjonali, li f’xi Stati Membri tista’ tkun ħafna iktar restrittiva mir-regoli minimi stabbiliti b’din id-Direttiva. | |||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – titolu | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
(Ara l-emendi tal-Premessa 29a u tal-Artikolu 12, subparagrafu 1a ġdid.) | ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Peress li t-titolu ta’ dan l-Artikolu jista’ jkun li jinstema’ mhux ċar u li jkun il-bogħod milli jirrifletti l-kontenut tad-dispożizzjoni, l-emenda hija ispirata mit-titolu tal-Artikolu 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jintroduċi prinċipju simili. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa l-aqwa garanzija ta’ livell għoli biżżejjed ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tas-salvagwardji proċedurali mogħtija lill-persuni suspettati u lill-persuni akkużati fi ħdan l-UE. Id-drittijiet fundamentali ma jistgħux jiġu pperikolati mill-applikazzjoni indiskriminata ta’ din id-Direttiva. |
PROĊEDURA
Titolu |
It-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali |
||||
Referenzi |
COM(2013)0821 – C7-0427/2013 – 2013/0407(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 13.1.2014 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 13.1.2014 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Pascal Durand 3.9.2014 |
||||
Eżami fil-kumitat |
20.1.2015 |
9.3.2015 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
24.3.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Andrzej Duda, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Buda, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Jytte Guteland, Heidi Hautala, Victor Negrescu |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
It-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali |
||||
Referenzi |
COM(2013)0821 – C7-0427/2013 – 2013/0407(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
27.11.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 13.1.2014 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 13.1.2014 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Nathalie Griesbeck 22.7.2014 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
16.10.2014 |
5.2.2015 |
5.3.2015 |
31.3.2015 |
|
Data tal-adozzjoni |
31.3.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
48 8 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Vicky Maeijer, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Laura Agea, Carlos Coelho, Pál Csáky, Dennis de Jong, Edouard Ferrand, Marek Jurek, Jean Lambert, Luigi Morgano, Artis Pabriks, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Dario Tamburrano, Janusz Wojciechowski |
||||
Data tat-tressiq |
21.4.2015 |
||||