Proċedura : 2015/0026(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0134/2015

Testi mressqa :

A8-0134/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 17
CRE 28/04/2015 - 17

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0110

RAPPORT     ***I
PDF 598kWORD 113k
21.4.2015
PE 549.231v02-00 A8-0134/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward ta' żieda tal-ammont ta' prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

(COM(2015)0046 – C8-0036/2015 – 2015/0026(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Elisabeth Morin-Chartier

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 opINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS RIGWARD IL-KOMPATIBBILTÀ
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward ta' żieda tal-ammont ta' prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

(COM(2015)0046 – C8-0036/2015 – 2015/0026(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0046),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 164 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0036/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Marzu 2015(1),

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposta,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 41 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0134/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ilha għal diversi snin tilħaq livell drammatiku u li qed jiżdied kostantement. L-Unjoni Ewropea qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri diversi strumenti sabiex jiġġieldu kontra dan il-flaġell li jolqot lill-ġenerazzjonijiet żgħażagħ tagħna. L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija parti mill-għodod tal-Unjoni Ewropea biex jintlaħqu l-objettivi politiċi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fit-territorji l-aktar milquta mill-qgħad fost iż-żgħażagħ.

Sfortunatament, dan l-istrument li jippermetti lir-reġjuni li fihom ir-rata ta' qgħad taqbeż il-25 % għall-persuni bejn il-15 u l-25 sena ma ntużax biżżejjed mill-Istati Membri. Waħda mir-raġunijiet għal dan l-użu ħażin hija n-nuqqas ta' fondi pubbliċi sabiex jitnedew proġetti li joffru liż-żgħażagħ impjieg, traineeship, jew taħriġ. L-Istati Membri l-aktar milquta mill-qgħad fost iż-żgħażagħ huma wkoll dawk li l-iktar isibuha diffiċli li jsibu kofinanzjamenti.

Sabiex ikunu jistgħu jniedu dawn il-proġetti essenzjali, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet taġixxi malajr biex tirrilaxxa 1 biljun euro. Din is-somma mhijiex flus ġodda, billi diġà kienet allokata għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. Madankollu, il-proposta kuraġġuża tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tallokahom għall-prefinanzjament mill-2015. Din iż-żieda baġitarja tintuża biex jiżdiedu konsiderevolment il-prefinanzjamenti ta' programmi operazzjonali għall-2015, u dan jagħti nifs ġdid lill-Istati Membri. Din il-bidla minn rata ta' prefinanzjament ta' 1 % għal 30 % hija prova li għal darb'oħra l-Unjoni Ewropea hija minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra l-qgħad u fil-promozzjoni tal-impjieg u tat-taħriġ fl-Ewropa.

Ir-Rapporteur tilqa' l-miżura proposta mill-Kummissjoni Ewropea biex tħajjar lill-Istati Membri jużaw malajr ħafna l-allokazzjoni addizzjonali sabiex jiffinanzjaw il-proġetti fit-territorji tagħhom li l-aktar għandhom bżonn. Il-klawżola ta' rimborż imdaħħla fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 1 ta' din il-proposta għal regolament hija bbilanċjata u tiżgura li l-finanzjament addizzjonali jiġi impenjat mill-Istati Membri f'perjodi ta' żmien qosra ħafna u fi proporzjon raġonevoli.

Fid-dawl tal-prospettivi skoraġġanti tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, huwa d-dmir tar-Rapporteur li tippermetti l-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament mill-aktar fis possibbli. Ir-Rapporteur iddeċidiet ukoll li ma tagħmel ebda emenda għall-proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament 1304/2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew li jżid Arikolu fil-Kapitolu IV dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. Ir-Rapporteur tikkondividi l-objettivi politiċi tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-mezzi biex jiġu implimentati u għalhekk għażlet il-proċedura li tippermetti r-rilaxx rapidu ta' 1 biljun euro.

Ir-Rapporteur tixieq tifraħ lill-Kummissjoni Ewropea għall-impenn kostanti tagħha fil-ġlieda kontra l-qgħad u b'mod aktar partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ u għar-rieda tagħha li tara li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Tixtieq ukoll tirringrazzja lix-shadow rapporteurs għall-komprensjoni tagħhom minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni u għall-kollaborazzjoni tagħhom fit-teħid ta' din id-deċiżjoni importanti.

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


opINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS RIGWARD IL-KOMPATIBBILTÀ

Is-Sur Thomas Händel

President

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar mistoqsijiet rigward il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward ta' żieda tal-ammont ta' prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (COM(2015)0046 — C 8-0036/2015-2015/0026 (COD))

Għażiż Sur Händel,

Din il-proposta ġiet riferuta lill-Kumitat għall-Baġits għal opinjoni fil-5 ta' Frar 2015. Wara l-valutazzjoni tal-proposta, bħala rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat nistieden lill-Kumitat għall-Baġits biex jittratta mistoqsijiet dwar il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposta mal-QFP, f'konformità mal-Artikolu 41(4).

Il-Kumitat ikkunsidra l-kwistjoni msemmija hawn fuq fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Marzu 2015 u ddeċieda favur il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposta leġiżlattiva msemmija hawn fuq, li għandha l-għan li żżid ir-rata ta' prefinanzjament għall-programmi operazzjonali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għal 30 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-pagamenti fis-sena 2015.

Madankollu, il-Kumitat jixtieq ifakkar li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tirrappreżenta EUR 6,4 biljun matul il-perjodu ta' seba' snin tal-QFP, li minnhom EUR 3,2 biljun ġejjin mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-allokazzjoni speċifika ta' EUR 3,2 biljun minn linja baġitarja apposta fis-subintestatura 1b. L-approprjazzjonijiet ta' impenn speċifiċi kollha għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ġew forniti minn qabel fl-2014 u fl-2015, l-ewwel sentejn tal-perjodu ta' programmazzjoni. Il-Kumitat jinnota wkoll li fl-2014 intużaw EUR 34 miljun biss f'approprjazzjonijiet ta' pagament minn EUR 450 miljun previsti inizjalment. Fl-2015, l-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija ta' EUR 1,026 biljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament. Ir-rata ta' prefinanzjament ta' 30 % proposta mill-Kummissjoni tirrappreżenta madwar EUR 930 miljun (ikkalkulati abbażi tal-allokazzjoni speċifika kollha għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-perjodu 2014-2020), u tħalli madwar EUR 120 miljun biss disponibbli għal kwalunkwe pagament interim fl-2015.

F'dan l-isfond, il-Kumitat jinsab imħasseb dwar il-fatt li, f'każ ta' aċċellerazzjoni sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-proġett fl-2015, il-livell limitat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li tħalla fil-linja baġitarja tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jista' ma jkunx biżżejjed biex ikopri t-talbiet kollha ta' pagament f'dik is-sena u li, b'riżultat ta' dan, il-pagamenti riżervati għal komponenti oħra tal-FSE jistgħu jiġu affettwati b'mod negattiv. Għaldaqstant, il-Kumitat jirrakkomanda li l-Parlament jitlob lill-Kummissjoni biex tħejji pjan finanzjarju dettaljat għal dan ix-xenarju, fejn jiġi evitat nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-FSE kollu kemm hu, u biex tikkondividi dan il-pjan finanzjarju mal-Parlament u mal-Kunsill mingħajr dewmien. Barra minn hekk, sabiex tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom skont it-TFUE, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'informazzjoni regolari u dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, b'mod partikolari l-istat ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti interim u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tal-pagamenti.

Kif taf tajjeb, fi tmiem l-2014, il-livell ta' kontijiet pendenti, jiġifieri pagamenti li l-operaturi setgħu diġà jiddikjaraw legalment iżda li l-Kummissjoni ma setgħetx tonora minħabba n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, kien ta' EUR 24,7 biljun fis-subintestatura 1b biss, it-taqsima tal-baġit li fiha l-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ affettwati minn din il-proposta. Fid-dawl ta' dan, il-Kumitat jistenna b'interess li jirċievi l-proposta tal-Kummissjoni għal pjan ta' pagament mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ qabel il-preżentazzjoni tal-abbozz ta' baġit 2016 sabiex tkun salvagwardjata l-kredibbiltà tal-Unjoni f'termini ta' twassil għal riżultati fuq il-wegħdiet magħmula.

Fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' April 2015, il-Kumitat għall-Baġits qabel dwar il-punti ta' hawn fuq u għaldaqstant iddeċieda b'mod unanimu li jirrakkomanda li r-rapporteur ewlieni jqajjem il-kwistjoni dwar il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposta mal-Kummissjoni u l-Kunsill u jsegwi dawn il-kwistjonijiet matul in-negozjati f'kooperazzjoni mill-qrib miegħi, bħala r-rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits.

Il-Kumitat għall-Baġits ikun grat ħafna jekk tkun tista' tehmeż din l-ittra għar-rapport finali tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali.

Dejjem tiegħek,

Jean Arthuis


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, rigward iż-żieda tal-ammont ta' prefinanzjament inizjali mħallas lill-programmi operattivi appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

(COM(2015)0046 – C8-0036/2015 – 2015/0026(COD))

Rapporteur: Sylvie Guillaume

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) hija strument tal-Unjoni Ewropea li jsaħħaħ u jaċċelera l-miżuri ta' appoġġ għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-kwalifiki rilevanti u għat-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ. B'mod partikolari, l-YEI hija mmirata lejn żgħażagħ li mhumiex f'edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) f'reġjuni b'rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ogħla minn 25 %.

Minkejja miżuri reċenti, il-livell ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE għadu ta' aktar minn 20 % u l-proporzjon ta' NEET huwa ta' aktar minn 10 % f'ħafna Stati Membri. Barra minn hekk, ir-rati ta' dawk NEET għadhom ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel. Biex tindirizza din il-problema serja, il-Kummissjoni kienet ipproponiet emenda tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 bl-għan li jiżdied il-prefinanzjament inizjali mill-allokazzjoni speċifika għall-YEI għal 30 %.

Il-Kumitat CULT jenfasizza li l-miżuri meħudin fuq livell tal-UE u tal-Istati Membri fil-qafas tal-YEI jeħtieġ li jagħtu attenzjoni speċjali lil zgħażagħ li huma f'riskju akbar li jkunu NEET minn oħrajn (dawk b'livelli baxxi ta' edukazzjoni, bi sfond ta' immigrazzjoni, b'diżabilitajiet jew bi problemi ta' saħħa eċċ.). Jenfasizza wkoll li meta wieħed ikun NEET ikun hemm konsegwenzi serji u negattivi għall-individwu, għas-soċjetà u għall-ekonomija peress li jista' jwassal għal aljenazzjoni soċjali, nuqqas ta' sigurtà, nuqqas ta' impjieg fil-futur, twettiq ta' reati miż-żgħażagħ u problemi ta' saħħa mentali u fiżiċi.

Impjieg sostenibbli fil-futur jiddependi minn investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-preżent u minn riformi li jagħmlu aktar faċli l-mobilità ta' min ikun qed jitgħallem bejn tipi u livelli differenti ta' tagħlim u bejn it-tagħlim u l-impjieg. Ħiliet trasversali bħall-intraprenditorija, il-kompetenza diġitali u s-soluzzjoni tal-problemi, kemm jekk żviluppati permezz ta' tagħlim formali, nonformali jew informali, huma partikolarment importanti f'dan il-kuntest.

Il-Kumitat CULT jilqa' din l-inizjattiva tal-Kummissjoni u jappoġġa l-adozzjoni u l-implimentazzjoni rapidi tagħha. Għaldaqstant, ir-Rapporteur għal din l-opinjoni ddeċidiet li ma tipproponi l-ebda emenda għall-proposta tal-Kummissjoni biex temenda r-Regolament 1304/2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew, li jdaħħal artikolu rigward iż-żieda tal-ammont ta' prefinanzjament inizjali mħallas lill-programmi operattivi appoġġati mill-YEI.

******

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jipproponi li l-Parlament jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward ta’ żieda tal-ammont ta’ prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

Referenzi

COM(2015)0046 – C8-0036/2015 – 2015/0026(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.2.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

12.2.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sylvie Guillaume

5.3.2015

Allokazzjoni finanzjarja emendata

       Data tal-opinjoni tal-BUDG

BUDG

1.4.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.3.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

16.4.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Jill Evans, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Rikke Karlsson, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Fernando Maura Barandiarán, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sylvie Guillaume, Marc Joulaud, Dietmar Köster, Ilhan Kyuchyuk, Martina Michels, Michel Reimon, Hermann Winkler

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Remo Sernagiotto, Dario Tamburrano


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward ta’ żieda tal-ammont ta’ prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

Referenzi

COM(2015)0046 – C8-0036/2015 – 2015/0026(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

4.2.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.2.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.2.2015

CULT

12.2.2015

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

1.4.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Elisabeth Morin-Chartier

11.2.2015

 

 

 

Allokazzjoni finanzjarja emendata

       Data tal-opinjoni tal-BUDG

BUDG

1.4.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.3.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

16.4.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Danuta Jazłowiecka, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Ulla Tørnæs, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Amjad Bashir, Tania González Peñas, Sergio Gutiérrez Prieto, Eva Kaili, Neoklis Sylikiotis, Ivo Vajgl

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, Ivan Jakovčić

Data tat-tressiq

21.4.2015

Avviż legali - Politika tal-privatezza