RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea
23.4.2015 - (COM(2013)0794 – C7‑0414/2013 – 2013/0403(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea
(COM(2013)0794 – C7‑0414/2013 – 2013/0403(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013) 0794),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0414/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0140/2015),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt -1 Regolament (KE) Nru 861/2007 Titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 8 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(8) Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tista’ tkun ulterjorment imtejba billi jittieħed vantaġġ tal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-ġustizzja li jeliminaw id-distanza ġeografika u l-konsegwenzi tagħha f’termini ta’ spejjeż għoljin u t-tul tal-proċedimenti bħala fatturi li jiskoraġġixxu l-aċċess għall-ġustizzja. |
(8) Il-Proċedura Simplifikata Ewropea tista’ tkun ulterjorment imtejba billi jittieħed vantaġġ tal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-ġustizzja li għandhom jeliminaw id-distanza ġeografika u l-konsegwenzi tagħha f’termini ta’ spejjeż għoljin u t-tul tal-proċedimenti bħala fatturi li jiskoraġġixxu l-aċċess għall-ġustizzja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 12 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(12) Is-seduti orali kif ukoll il-ġbir tal-provi permezz ta’ smigħ ta’ xhieda, ta’ esperti jew tal-partijiet, għandhom jinżammu permezz ta' mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Dan m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ xi parti fil-proċedimenti li tidher quddiem il-qorti għas-seduta orali. Fil-kuntest tas-seduti orali u tal-ġbir tal-provi, l-Istati Membri għandhom jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod moderni, li jippermetti lill-persuni li jiġu mismugħa mingħajr il-ħtieġa li jivvjaġġaw lejn il-qorti jew it-tribunal. Meta persuna mismugħa tkun domiċiljata fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru fejn tinsab il-qorti li qed tippresjedi, is-seduti orali għandhom jinżammu skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1206/200117. Meta l-parti li trid tinstema' hija ddomiċiljata fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti jew tribunal kompetenti jew f’pajjiż terz, is-seduti orali jistgħu jsiru permezz ta’ vidjokonferenza, telekonferenza jew ta' teknoloġija oħra ta' komunikazzjoni mill-bogħod skont il-liġi nazzjonali. Parti għandha tkun dejjem intitolata li tidher quddiem il-qorti f’seduta orali jekk dik il-parti hekk titlob. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jużaw l-aktar metodu sempliċi u rħis għall-ġbir tal-provi. |
(12) Is-seduti orali kif ukoll il-ġbir tal-provi permezz ta’ smigħ ta’ xhieda, ta’ esperti jew tal-partijiet, għandhom jinżammu permezz ta' mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Dan m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ xi parti fil-proċedimenti li tidher quddiem il-qorti għas-seduta orali. Fil-kuntest tas-seduti orali u tal-ġbir tal-provi, l-Istati Membri għandhom jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod moderni, li jippermetti lill-persuni li jiġu mismugħa mingħajr il-ħtieġa li jivvjaġġaw lejn il-qorti jew it-tribunal. Meta persuna mismugħa tkun domiċiljata fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru fejn tinsab il-qorti li qed tippresjedi, is-seduti orali għandhom jinżammu skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1206/200117. Meta l-parti li trid tinstema' hija ddomiċiljata fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti jew tribunal kompetenti jew f’pajjiż terz, is-seduti orali jistgħu jsiru permezz ta’ vidjokonferenza, telekonferenza jew ta' teknoloġija oħra ta' komunikazzjoni mill-bogħod skont il-liġi nazzjonali. Parti li titlob dan għandu dejjem ikollha d-dritt li tidher u li tinstema' jew li jkollha xhud li jidher u li jinstema' quddiem qorti jew tribunal. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jużaw l-aktar metodu sempliċi u rħis għall-ġbir tal-provi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
17 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1.). |
17 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1.). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Meta jinstemgħu xhieda, in-natura diretta u n-natura orali tal-proċedimenti huma prinċipji li jeħtieġ li jiġu rrispettati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 13 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(13) L-ispejjeż potenzjali tal-kawża jista’ jkollhom sehem fid-deċiżjoni tar-rikorrent meta jikkunsidra proċedimenti bil-qorti. Fost spejjeż oħra, il-miżati tal-qorti tista' tiskoraġġixxu r-rikorrenti milli jibdew proċedimenti bil-qorti, b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri fejn il-miżati tal-qorti huma sproporzjonati. Il-miżati tal-qorti għandhom ikunu proporzjonali mal-valur tat-talba sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-ġustizzja tat-talbiet żgħar transfruntiera. Dan ir-Regolament m'għandux l-għan li jarmonizza l-miżati tal-qorti; minflok, jistabbilixxi livell massimu fuq il-miżati tal-qorti sabiex il-proċedura ssir aktar aċċessibbli għal numru sinjifikanti ta' rikorrenti, u fl-istess ħin jagħti diskrezzjoni wiesgħa lill-Istati Membri fl-għażla tal-metodu ta' kalkolazzjoni u l-prezz tal-miżati tal-qorti. |
(13) L-ispejjeż potenzjali tal-kawża huma wieħed mill-fatturi bażiċi li jinfluwenzaw id-deċiżjoni tar-rikorrent meta jikkunsidra proċedimenti bil-qorti. Fost spejjeż oħra, il-miżati tal-qorti jistgħu jiskoraġġixxu r-rikorrenti milli jibdew proċedimenti bil-qorti, b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri fejn il-miżati tal-qorti huma sproporzjonati. Il-miżati tal-qorti għandhom ikunu stabbiliti fʼlivell li ma jaqbiżx il-miżati mitluba għal proċeduri ekwivalenti li huma taʼ natura domestika. Huwa mistenni li miżati mitluba fʼlivell ugwali jew aktar baxx jinkoraġġixxu l-użu tal-Proċedura Simplifikata Ewropea, parzjalment permezz tal-pożizzjonament tagħha bħala strument effettiv fil-konfront tal-ispejjeż u komparabbli għal proċeduri domestiċi aktar familjari. Fi Stati Membri fejn proċeduri domestiċi ma jeżistux, il-miżati tal-qorti għandhom jiġu stabbiliti fʼlivell li mhuwiex sproporzjonat mal-valur tat-talba. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 14 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(14) Ir-rikorrent m'għandux ikollu għalfejn jivvjaġġa biex iħallas il-miżati tal-qorti jew biex iqabbad avukat għal dan l-għan. Bħala minimu, it-trasferimenti bankarji u s-sistemi ta’ pagamenti onlajn bil-karta ta’ kreditu jew debitu għandhom jiġu aċċettati mill-qrati u t-tribunali kollha b'ġuriżdizzjoni taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. |
(14) Ir-rikorrent m'għandux ikollu għalfejn jivvjaġġa biex iħallas il-miżati tal-qorti jew biex iqabbad avukat għal dan l-għan. Bħala minimu, it-trasferimenti bankarji, is-sistemi ta’ pagamenti onlajn bil-karta ta’ kreditu jew debitu jew tipi oħra taʼ metodi taʼ ħlas mill-bogħod għandhom jiġu aċċettati mill-qrati u t-tribunali kollha bʼġuriżdizzjoni taħt il-Proċedura Simplifikata Ewropea. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 2 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt f | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt h | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li d-drittijiet li huma marbuta mal-personalità ma għadhomx esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Brussell I, din l-eċċezzjoni wkoll ma għandhiex tibqa' tapplika għall-Proċedura għal Talbiet Żgħar. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt a Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 4 – paragrafu 4 – it-tieni subparagrafu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-qorti li ddeċidiet dwar il-kontenut tat-talba għandha tinforma lir-rikorrent bil-mezz ta’ appell possibbli kontra d-deċiżjoni meħuda. Dan il-mezz ta’ appell għandu jiġi stabbilit minn kull Stat Membru, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli tiegħu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt b Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 4 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-applikazzjoni tat-test tar-regolament kif propost tista’ toħloq xi problemi, b’mod partikolari fir-rigward tal-possibilità li l-formola standard tat-talba A tkun magħmula disponibbli għaċ-ċittadini fuq karta. Fir-Rumanija, pereżempju, jeħtieġ li jiġi stabbilit obbligu ċar għall-qrati biex jagħmlu l-formola standard tat-talba A disponibbli għaċ-ċittadini fuq karta permezz tar-reġistru, peress li l-qrati Rumeni għadhom ma adottawx dan il-metodu u ċ-ċittadini mhumiex ipprovduti b’talbiet, formoli, mudelli ta’ applikazzjoni standard għall-qrati, eċċ. fuq karta. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 5 – paragrafu 1 – it-tieni subparagrafu – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Is-seduti tal-qorti ma għandhomx ikunu obbligatorji għas-soluzzjonijiet bil-qorti. Huma għandhom isiru biss jekk ikunu neċessarji. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 8 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 9 – paragrafu 2b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proċedura għall-ħatra tal-espert għandha tkun speċifikata fit-test tar-regolament. It-test għandu jiddikkjara wkoll jekk il-partijiet humiex intitolati biex ikollhom l-espert tagħhom u jekk għandhomx il-possibilità li jistaqsu mistoqsijiet lill-espert. Fir-rigward tal-possibilità għall-partijiet li jindirizzaw mistosijiet lix-xhieda bil-miktub, dan id-dritt għandu jiġi regolat bl-għan li jiżgura li d-dritt tal-partijiet għad-difiża jkun irrispettat u tintlaħaq soluzzjoni ġusta għat-talba. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 7 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 11 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 13 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 13 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-referenza għad-dritt nazzjonali hija suffiċjenti hawn. Fil-livell Ewropew ma għandux ikun hemm rekwiżit ulterjuri li jitlob l-approvazzjoni tal-partijiet jekk ma jeżistix fil-livell nazzjonali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 15a – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-persentaġġ propost ta’ 10 % tal-valur tat-talba huwa għoli wisq. Ikun aktar xieraq li t-taxxa tal-boll tiġi stabbilita għal 5 % tal-valur tat-talba (jew saħansitra 3 %). F’każ ta’ talba b’valur sa massimu ta’ EUR 10 000, it-taxxa tal-boll għalhekk tkun ta’ EUR 500, jew madwar RON 2 21735. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 15 a – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-partijiet li l-introjtu tagħhom huwa baxx ħafna ma għandhomx ikunu obbligati jħallsu miżati tal-qorti. Madankollu, mhuwiex xieraq li tiġi stipulata ċifra unika mal-Ewropa kollha għal dan, billi s-salarju minimu u l-għoli tal-ħajja jvarjaw bejn l-Istati Membri differenti. Kull Stat Membru, għalhekk, għandu jistabbilixxi l-limitu minimu tiegħu stess, preferibbilment b'referenza għas-salarju minimu nazzjonali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 15a – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li l-miżati tal-qorti jkunu jistgħu jitħallsu mill-bogħod, sabiex ma jkunx meħtieġ ivvjaġġar għall-uniku skop ta' pagament. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jipprovdu iktar minn metodu wieħed ta' ħlas mill-bogħod. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 16 Regolament (KE) Nru 861/2007 Artikolu 28 – l-ewwel paragrafu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 2a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1896/2006 Artikolu 20 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 18 tar-Regolament 861/2007 jiġi emendat bʼmod konsistenti mad-dispożizzjoni korrispondenti tar-Regolament 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati maʼ obbligi taʼ manteniment, sabiex iġib aktar ċarezza u jiffaċilita l-applikazzjoni tiegħu fil-prattika. Minħabba li m’hemm l-ebda raġuni għaliex dawn id-dispożizzjonijiet dwar ir-reviżjoni, li għandhom eżattament l-istess għan, huma fformulati b’mod differenti fid-diversi regolamenti Ewropej huwa xieraq li jiġi emendat ukoll l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 korrispondenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 3 – it-tieni paragrafu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li l-artikoli msemmija joħolqu obbligi għall-Istati Membri li għandhom jiġu sodisfatti sad-data ta' applikazzjoni tal-bidliet, u jippermettu lill-Kummissjoni tadotta l-formoli meħtieġa permezz ta' delega, dawn l-artikoli nnifishom għandhom ikunu applikabbli aktar kmieni. |
NOTA SPJEGATTIVA
I. Introduzzjoni
Ir-Regolament (KE) 61/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, huwa maħsub biex jissimplifika u jħaffef il-litigazzjoni fir-rigward ta’ talbiet żgħar fil-każijiet bejn il-fruntieri u biex inaqqas l-ispejjeż. Dan ġie mfassal speċifikament biex jgħin lill-konsumaturi u lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jinfurzaw it-talbiet tagħhom, u b’hekk jiżgura l-aċċess għall-ġustizzja. Ir-rapporteur taqbel bis-sħiħ ma’ dan l-objettiv.
Meta jitqiesu r-riżultati wara ħames snin ta' applikazzjoni, il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jidher li tat prova tal-fatt li tikkostitwixxi għodda utli. Madankollu, għad hemm ħafna lok biex l-applikazzjoni tagħha titwessa' u tissaħħaħ, ħaġa li ġiet sottolinjata mir-rapport ta' applikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Novembru 2013. Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar naqqset l-ispejjeż tal-litigazzjoni ta’ talbiet żgħar transkonfinali sa 40 % u naqqset it-tul ta’ żmien ta’ litigazzjoni minn massimu ta' sentejn u ħames xhur għal medja ta’ ħames xhur. Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ applikazzjonijiet ivarja ħafna bejn l-Istati Membri, minn 3 applikazzjonijiet biss fil-Bulgarija għal 1 047 applikazzjoni fi Spanja fl-2012.
Il-Parlament innota fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2011 li ‘l-użu tal-qrati għal talbiet żgħar f’diversi Stati Membri għadu sinifikattivament baxx u li għandu jsir iktar f'termini taċ-ċertezza legali, l-ostakoli tal-lingwa u t-trasparenza tal-proċedimenti’. Hemm għaliex wieħed jitħasseb dwar kull talba żgħira li ma jkunx hemm azzjoni legali dwarha minħabba riluttanza jew nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni tal-għażliet disponibbli min-naħa tal-attur potenzjali. Dan jista’ jikkawża ħsara serja lill-fiduċja fis-suq intern, b’mod partikolari fir-rigward tal-ambitu transkonfinali tiegħu u l-opportunitajiet għall-kummerċ onlajn.
II. Il-proposta tal-Kummissjoni
II A. Il-kamp ta' applikazzjoni
Il-Kummissjoni tipproponi li l-limitu għal talbiet żgħar li jaqgħu taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jiżdied mill-ammont attwali ta’ EUR 2 000 għal EUR 10 000. Hija tikkunsidra li dan il-limitu huwa inqas importanti għall-konsumaturi minħabba li l-biċċa l-kbira tat-talbiet tagħhom ma taqbiżx EUR 2 000, iżda tqis li dan huwa titjib konsiderevoli għall-SMEs. Min dak li rriżulta lill-Kummissjoni, 20 % tat-talbiet tan-negozji biss huma vvalutati inqas minn EUR 2 000, filwaqt li madwar 30 % ta’ dawn it-talbiet huma vvalutati bejn EUR 2 000 u EUR 10 000. Dan ifisser li filwaqt li l-limitu ta' bħalissa jkopri biss 20 % tat-talbiet tan-negozji kollha, limitu ġdid ta’ EUR 10 000 iżid dan l-ammont għal madwar 50 %.
Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tiġi estiża d-definizzjoni ta’ dak li jikkostitwixxi każ transkonfinali, u għaldaqstant jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Ir-Regolament attwali japplika biss jekk ‘mill-inqas waħda mill-partijiet hija ddomiċiljata jew għandha r-residenza abitwali tagħha fi Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn tinsab il-qorti jew tribunal li quddiemha/u tressqet il-kawża’. Il-Kummissjoni tipproponi li minn issa ’l quddiem jiġu inklużi wkoll każijiet fejn iż-żewġ partijiet ikunu domiċiljati fl-istess Stat Membru, iżda li jkun fihom element transkonfinali ieħor, bħal-lok tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, il-lok fejn il-ħsara tkun saret, jew l-infurzar tad-deċiżjoni fi Stat Membru ieħor.
II B. Il-proċedura
Stħarriġ tal-Kummissjoni wera li 45 % tal-kumpaniji involuti f'tilwim transkonfinali ma jmorrux il-qorti, minħabba l-ispejjeż sproporzjonati tal-proċedimenti tal-qrati meta mqabbla mal-valur tat-talba, filwaqt li 27 % ma jmorrux il-qorti għaliex il-proċedura tal-qorti ddum wisq. Sabiex il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tirnexxi aktar, il-Kummissjoni tipproponi li jkomplu jitnaqqsu l-ispejjeż u t-tul tal-proċedura.
Ir-Regolament attwali jippermetti li r-rikors inizjali jintbagħat b’e-mail jekk l-Istat Membru li fih tinbeda l-proċedura iqis li dan huwa aċċettabbli (Artikolu 4(1)). Għal matul il-proċess, l-Artikolu 13 jiddisponi għal notifika bil-posta b’konferma ta’ riċevuta, filwaqt li notifika b’mezzi oħrajn, inkluż permezz ta’ servizz elettroniku, hija permessa biss jekk dan is-servizz postali ma jkunx possibbli. Fil-prattika, dan ifisser li f’ħafna Stati Membri l-komunikazzjoni kollha bejn il-partijiet u l-Qorti bħalissa jsiru bil-posta.
Il-Kummissjoni issa tipproponi li tqiegħed is-servizz postali u elettroniku għal dokumenti fuq livell ugwali, sakemm parti tkun espressament aċċettat minn qabel li d-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati b’mod elettroniku.
Minħabba li fil-prinċipju, il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija proċedura bil-miktub, seduti orali jsiru biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Skont ir-Regolament attwali, il-qorti tista’ tagħmel ‘seduta orali permezz ta’ konferenza video [...] jekk il-mezzi tekniċi jkunu disponibbli’. Dan ifisser li jekk il-mezzi tekniċi ma jkunux disponibbli, persuni mħarrka għal seduta orali jkunu obbligati jivvjaġġaw lejn il-qorti, possibilment fi Stat Membru ieħor. Ir-Regolament attwali ma fih l-ebda inċentiv jew obbligu biex l-Istati Membri jipprovdu dawn il-mezzi tekniċi.
Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni issa qed tipproponi li s-seduti orali jsiru permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, sakemm parti ma titlobx li tidher quddiem il-qorti u tinstema’ wiċċ imb'wiċċ.
II C. L-ispejjeż
Bħalissa, il-miżati tal-qorti mitluba fl-Istati Membri għal kawżi mressqa skont it-termini tal-Proċeduri Ewropej għal Talbiet Żgħar ivarjaw b’mod konsiderevoli, minn l-ebda miżata tal-qorti sa 57 %. Bħala regola, il-miżati tal-qorti huma imposti bil-quddiem meta jiddaħħal ir-rikors, u r-rikorrent jista’ jittama li eventwalment jirkuprahom biss f'każ li tintlaqa' t-talba (il-prinċipju ta’ “min jitlef iħallas”). F’dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni li jkun stabbilit limitu massimu fuq il-miżati tal-qorti ta’ 10 % tal-valur tat-talba hija utli ħafna, għax dan ikompli jwessa' l-aċċess għall-ġustizzja. Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li jkun dispost għal ammont massimu ta' EUR 35 f'miżati minimi tal-qorti.
Fl-aħħar nett, minħabba li f’għadd ta’ Stati Membri l-ħlas tal-miżati tal-qorti huwa meħtieġ fil-forma ta’ flus jew bolol, il-partijiet għandhom jew jivvjaġġaw biex iħallsu l-miżati jew iqabbdu avukat fl-Istat Membru tal-qorti, biż-żewġ alternattivi jiġġeneraw spejjeż u potenzjalment jiskoraġġixxu lill-partijiet milli jwettqu t-talba tagħhom. Il-Kummissjoni għalhekk għandha l-għan li tobbliga l-Istati Membri jipprovdu mezz ta' ħlas mill-bogħod għall-miżati tal-qorti.
Skont ir-Regolament attwali, il-parti li tkun qed titlob l-infurzar għandha tippreżenta kopja oriġinali tas-sentenza u tal-formola D, li hija ċ-ċertifikat relatat mas-sentenza. Il-Kummissjoni osservat li ġeneralment tiġi tradotta l-formola sħiħa, bi ħlas, fil-lingwa tal-Istat Membru li jkun qed jitlob l-infurzar.
Il-Kummissjoni issa qed tipproponi li tkun obbligatorja biss it-traduzzjoni tat-taqsima 4.3 tal-formola (dwar il-mertu tas-sentenza).
III. Il-valutazzjoni tar-rapporteur
III A. Il-kamp ta' applikazzjoni
Ir-rapporteur tilqa' ż-żieda fil-limitu minimu għall-użu tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Billi din il-proċedura ssimplifikata ssir disponibbli wkoll għal talbiet transkonfinali vvalutati bejn EUR 2 000 u EUR 10 000, l-ammont ta’ każijiet eliġibbli għal tnaqqis konsiderevoli fl-ispejjeż u t-tul tal-litigazzjoni jiżdied.
Ir-rapporteur tħoss li din il-bidla se tkompli żżid l-ammont ta' każijiet li fihom in-negozji u l-konsumaturi jistgħu jekonomizzaw. Il-limitu minimu għal talba żgħira jeħtieġ li jibqa’ f'livell li jkun inferjuri għall-ammont ta’ talba medja, sabiex jiġu żgurati l-garanziji proċedurali meħtieġa għal talbiet ikbar. Wieħed ma għandux jinsa wkoll li ż-żieda fl-użu tal-proċedura permezz ta' żieda fil-limitu minimu tfisser li l-proċedura ssir prattika ta' kuljum fil-ħidma tal-qorti. Dan jagħmilha iktar faċli għal utenti potenzjali, b'mod partikolari, biex ikollhom aċċess għall-informazzjoni neċessarja. Madankollu, żieda fil-limitu minimu 'l fuq minn EUR 10 000 ma tidhirx li hija fattibbli f'dan l-istadju; għalhekk, ir-rapporteur tappoġġja ċ-ċifra proposta mill-Kummissjoni.
III B. Il-proċedura
Iż-żamma ta' seduti orali permezz ta' vidjokonferenzi hija proposta f'waqtha għall-modernizzazzjoni. Il-ħtieġa li wieħed jivvjaġġa għal seduta orali u jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tista' tikkostitwixxi piż sinifikanti f’kawżi transkonfinali. Fi stħarriġ tal-Kummissjoni dwar il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, wieħed minn kull tlieta li wieġbu indikaw li jkunu iktar imħajra jressqu talba jekk il-proċeduri jkunu jistgħu jiġu konklużi mill-bogħod, jiġifieri ma jkunx hemm bżonn li jmorru personalment il-qorti.
Għandu jiġi nnutat li s-swali u t-tagħmir neċessarji jkunu jridu jiġu pprovduti u miżmuma f'kundizzjoni tajba mill-qorti. Tali infrastruttura spiss hija ineżistenti u l-fondi biex tinbena huma skarsi f'dawn iż-żminijiet ta' kriżi ekonomika. Ir-rapporteur, għalhekk, temmen li l-Istati Membri għandhom jingħataw sentejn oħra sabiex jiżguraw li tali infrastruttura tkun disponibbli meta meħtieġa madwar l-Ewropa.
Dwar is-suġġett tas-seduti orali, ir-rapporteur temmen ukoll li l-qrati jeħtieġ li jkollhom iktar diskrezzjoni biex jirrifjutaw talba għal seduta orali fejn din ma tkunx meħtieġa mill-fatti tal-kawża.
Ir-rapporteur tappoġġja l-proposta fejn din tfittex li tinkoraġġixxi l-użu tat-teknoloġija tal-informatika. L-evidenza turi li l-użu insuffiċjenti tat-teknoloġija tal-informatika qed jiskoraġġixxi liċ-ċittadini milli jużaw il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Wieħed minn kull ħamsa minn dawk li wieġbu l-istħarriġ tal-Kummissjoni indikaw li jkunu iktar imħajra jużaw il-proċedura jekk il-proċedimenti jsiru onlajn. Madankollu, is-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika stabbilita trid taħdem b’mod impekkabbli u tipprovdi l-istess sigurtà proċesswali bħas-servizz postali, pereżempju fir-rigward tal-konferma tar-riċevuta.
Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għandhom jissaħħu, iżda mingħajr ma jaffettwaw il-proċeduri nazzjonali indebitament.
III C. L-ispejjeż
Madankollu, ir-rapporteur tikkunsidra li spiża ta’ EUR 1 000 li, skont ir-regola l-ġdida , tista’ tkun imposta għal talba ta’ EUR 10 000 għadha pjuttost għolja. Madankollu, din tibqa' prinċipalment kwistjoni għall-Istati Membri.
Il-proposta tal-Kummissjoni biex ikun hemm ammont massimu ta’ EUR 35 fi spejjeż minimi tal-qorti tidher raġonevoli, peress li identifikat l-ispiża tal-qorti minima medja għal talba ta’ EUR 200 bħala EUR 34, u dik għal talba ta’ EUR 500 bħala EUR 44. Barra minn hekk, ir-rapporteur temmen li partijiet b'introjtu baxx għandhom jibbenefikaw minn eżenzjoni. Tista' ssir referenza għas-salarju minimu nazzjonali sabiex jiġi stipulat livell minimu għal tali eżenzjoni mill-miżata f'kull Stat Membru.
Ir-rapporteur tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu mezzi ta’ ħlas mill-bogħod, inklużi trasferimenti bankarji u sistemi ta’ ħlas onlajn bil-karta ta’ kreditu jew debitu. Dan jippermetti lir-rikorrenti jiffrankaw mill-ispejjeż tal-ħlas, li ġew identifikati mill-Kummissjoni li jvarjaw bejn EUR 400 u EUR 800 meta l-ivvjaġġar ikun meħtieġ. Fejn talba tkun ġiet ittrattata b'mod sodisfaċenti mill-bogħod, ikun ridikolu jekk il-partijiet ikunu mġiegħla jivvjaġġaw biex iħallsu l-miżati. Sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan l-iffrankar ta' spejjeż, l-infurzar ta’ dan ir-rekwiżit se jkun jeħtieġ attenzjoni speċifika. Fl-istess ħin, ir-rapporteur temmen li l-amministrazzjonijiet tal-qrati tal-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jipprovdu bosta mezzi differenti ta' ħlas mill-bogħod; wieħed huwa suffiċjenti.
Il-bidla fir-rekwiżit tat-traduzzjoni hija ħaġa tajba, peress li tirriżulta f'iffrankar ta' flus u ħin. Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni, l-ispiża medja tat-traduzzjoni għall-formula D hija ta' EUR 60, iżda din tista’ titnaqqas għal EUR 40 jekk tiġi tradotta biss it-taqsima 4.3. Dan ma joħloqx problemi ta' komprensjoni peress li l-partijiet kollha tal-formula għajr it-taqsima 4.3 diġà huma disponibbli fil-lingwi kollha uffiċjali fit-test tar-regolament. Il-possibbiltà li l-formoli jiġu pprovduti f’format elettroniku għandha tkun esplorata wkoll għall-fini ta' faċilitazzjoni tal-proċess.
IV. Sensibilizzazzjoni u assistenza
Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tista’ tkun ta’ suċċess biss jekk il-konsumaturi u n-negozji, il-qrati u l-assoċjazzjonijiet li jagħtu pariri jkunu konxji tagħha. Evidenza kkwotata mill-Kummissjoni turi li 86 % taċ-ċittadini u kważi nofs il-qrati qatt ma semgħu b'din il-proċedura. Huwa għalhekk kruċjali li l-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tipprovdi informazzjoni dwar il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, partikolarment permezz tal-Portal tal-Ġustizzja Elettronika. Huwa daqstant importanti li l-Istati Membri jikkumplementaw l-isforzi tal-Kummissjoni permezz ta’ kampanji nazzjonali ta' sensibilizzazzjoni.
Barra minn hekk, il-konsumaturi u n-negozji jeħtieġu wkoll informazzjoni konkreta ħafna dwar kif jistgħu jsegwu l-proċedura fil-prattika u kemm tiswihom. Għalhekk, jagħmel sens li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar il-miżati tal-qorti u l-metodi tal-ħlas għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Il-Kummissjoni se tippubblika din l-informazzjoni fuq l-internet, u dan jippermetti lill-konsumaturi u lin-negozji jieħdu deċiżjoni informata.
Il-konsumaturi u l-SMEs jista' jkollhom bżonn ta' assistenza prattika biex jimlew il-formoli għall-proċedura. F'dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għal assistenza prattika hija utli għall-aħħar. Madankollu, din l-assistenza tista’ tgħin biss jekk tkun immirata, prattika u speċifika. Jista’ jkun utli li jiġu esplorati l-possibilitajiet ta’ gwida onlajn, filwaqt li jitqies li pariri individwali u personali se jkunu meħtieġa wkoll. L-assistenza tista’ tkun ukoll ta’ benefiċċju fl-istadju tal-infurzar.
V. Konklużjoni
Kollox ma' kollox, ir-rapporteur għandha opinjoni favorevoli lejn it-tibdil propost mill-Kummissjoni. Hija temmen li t-tibdil propost fl-abbozz ta' rapport ikompli jtejjeb il-funzjonament tal-Proċedura għal Talbiet Żgħar, u tistenna bil-ħerqa l-ideat tal-Membri l-oħra li għandhom jitressqu fil-forma ta' emendi.
Il-proposta kif inhi tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha. Hija tibda tapplika minn sitt xhur wara dan. Ir-rapporteur tipproponi li d-delega leġiżlattiva lill-Kummissjoni għall-formoli meħtieġa, u l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu ċerta informazzjoni għandhom japplikaw mill-jum tad-dħul fis-seħħ, peress li dan jiżgura li l-qafas ikun stabbilit fid-data meta t-tibdil sostantiv jibda japplika.
Barra minn hekk, ir-rapporteur tipproponi perjodu addizzjonali ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ għall-Istati Membri biex jiġi żgurat li t-tagħmir neċessarju jkun disponibbli fis-swali tal-qrati qabel ma jkun obbligatorju li seduti orali jsiru permezz ta' vidjokonferenza.
PROĊEDURA
Titolu |
Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea |
||||
Referenzi |
COM(2013)0794 – C7-0414/2013 – 2013/0403(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
19.11.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 9.12.2013 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 9.12.2013 |
IMCO 9.12.2013 |
LIBE 9.12.2013 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 27.11.2013 |
IMCO 24.9.2014 |
LIBE 5.12.2013 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg 3.9.2014 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
24.9.2014 |
11.11.2014 |
20.1.2015 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
16.4.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Buda, Angel Dzhambazki, Jytte Guteland, Heidi Hautala, Victor Negrescu, Angelika Niebler, Virginie Rozière |
||||
Data tat-tressiq |
23.4.2015 |
||||