RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward tagħmir li juża l-gass
30.4.2015 - (COM(2014)0258 – C8‑0006/2014 – 2014/0136(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Catherine Stihler
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward tagħmir li juża l-gass
(COM(2014)0258 – C8‑0006/2014 – 2014/0136(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0258),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0006/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0147/2015),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3a | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(3a) Dan ir-Regolament ikopri apparati li jaħarqu fjuwils gassużi ("apparati") u fittings li jkunu ġodda għas-suq tal-Unjoni meta jitqiegħdu fis-suq; jiġifieri jkunu apparati jew fittings ġodda magħmula minn manifattur stabbilit fl-Unjoni jew apparati jew fittings, indipendentement minn jekk ikunux ġodda jew użati, importati minn pajjiż terz. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-test miżjud jallinja l-premessa mad-Deċiżjoni tal-NLF u/jew il-Pakkett ta' Allinjament. | ||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3b (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(3b) L-apparati li jkollhom valur storiku u artistiku fis-sens tal-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u li ma jintużawx, bħal apparati antiki jew li jservu għal skopijiet ta' wiri jew ta' kollezzjoni, m'għandhomx jitqiesu bħala apparati kopert b'dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3c (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(3c) Dan ir-Regolament għandu japplika għall-forom kollha ta’ provvista madwar l-Unjoni, inkluż il-bejgħ mill-bogħod. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-test miżjud jallinja l-premessa mad-Deċiżjoni tal-NLF u/jew il-Pakkett ta' Allinjament. | ||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(6) Regulation (EC) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti26 jistabbilixxi dispożizzjonijiet orizzontali dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità [,sorveljanza tas-suq ta’ prodotti u kontrolli fuq prodotti minn pajjiżi terzi,] u l-marka CE. |
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti26 jistabbilixxi regoli dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq ta' prodotti u għal kontrolli fuq prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE. | |||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||
26 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30). |
26 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30). | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-test miżjud jallinja l-premessa mad-Deċiżjoni tal-NLF u/jew il-Pakkett ta' Allinjament. | ||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(7) Ir-Regolament (UE) Nru […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 [dwar sorveljanza tas-suq ta’ prodotti] jipprovdi regoli dettaljati dwar is-sorveljanza tas-suq u fuq il-kotnrolli ta’ prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, inklużi apparati li jaħarqu fjuwils gassużi. Jistabbilixxi wkoll proċedura ta’ klawżola ta’ salvagwardja. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jagħmlu sorveljanza tas-suq, jaħtru awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u jispeċifikaw is-setgħat u d-dmirijiet tagħhom. Għandhom jistabbilixxu wkoll programmi ta’ sorveljanza tas-suq speċifiċi għas-setturi u oħrajn ġenerali. |
imħassar | |||||||||||||||
__________________ |
| |||||||||||||||
27 ĠU L […], […], p. […]. |
| |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Pakkett dwar is-Sikurezza tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq li għadha ma ġietx adottata, u li qed tiġi diskussa fil-Kunsill. | ||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 8 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(8) Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/142/KE għandu jinżamm. Dan ir-Regolament għandu japplika għal apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u għal fittings inkorporati f’apparat li jaħaraq fjuwils gassużi. Apparati li jaħarqu fjuwils gassużi huma apparati domestiċi u mhux domestiċi maħsubin għal numru ta’ applikazzjonijiet speċifiċi. |
(8) Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/142/KE għandu jinżamm. Dan ir-Regolament għandu japplika għal apparati domestiċi u mhux domestiċi maħsuba għal għadd ta' applikazzjonijiet speċifiċi li jaħarqu fjuwils gassużi u għal fittings maħsuba biex jiġu inkorporati f'dawn l-apparati. | |||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 10 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(10) Dan ir-Regolament ma għandux japplika meta leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni oħra tal-Unjoni tkun tkopri b’mod iktar speċifiku l-aspetti koperti minn dan ir-Regolament. Dan jinkludi l-miżuri maħruġin mid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28 li tistabbilixxi qafas għar-rekwiżiti għall-ekodisinn. |
(10) Dan ir-Regolament ma għandux japplika fir-rigward ta' aspetti koperti b’mod iktar speċifiku b'leġiżlazzjoni armonizzata oħra tal-Unjoni. Dan jinkludi l-miżuri maħruġin mid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28 li tistabbilixxi qafas għar-rekwiżiti għall-ekodisinn. | |||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||
28 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10). |
28 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10). | |||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 11 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(11) L-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament iżomm lill-Istati Membri milli jimponi rekwiżiti aktar stretti dwar is-saħħa, is-sikurezza u l-konservazzjoni tal-enerġija li jwasslu għal projbizzjoni, restrizzjoni jew trażżin tad-disponibbiltà fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' apparat li jkun konformi ma' dan ir-Regolament. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma taffettwax il-possibbiltà li l-Istati Membri, meta jkunu qed jimplimentaw Direttiva oħra tal-UE, jimponu rekwiżiti li jolqtu l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti, inkluż l-apparat tal-gass, sakemm dawn il-miżuri jkunu kompatibbli mat-Trattat. |
(11) L-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament iżomm lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti aktar stretti dwar is-saħħa, is-sikurezza u l-konservazzjoni tal-enerġija li jwasslu għal projbizzjoni, restrizzjoni jew trażżin tad-disponibbiltà fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' apparat li jkun konformi ma' dan ir-Regolament. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma taffettwax il-possibbiltà li l-Istati Membri, meta jkunu qed jimplimentaw Direttiva oħra tal-UE, jimponu rekwiżiti li jolqtu l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti, inkluż l-apparat tal-gass, sakemm dawn il-miżuri jkunu kompatibbli mat-TFUE. | |||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 13a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(13a) Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, jeħtieġ li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għall-apparati u l-fittings koperti b'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament m’għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu dawk il-kompiti. | |||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 14 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(14) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq u jitħaddmu biss meta ma jkunux ta’ periklu għas-sikurezza ta’ persuni, annimali domestiċi u proprjetà, meta użati b’mod normali. |
(14) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq u jitħaddmu biss meta ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni, annimali domestiċi jew proprjetà, meta użati b’mod normali. | |||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 15 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(15) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jaffettwawx l-intitolament tal-Istati membri sabiex jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw kummissjonar jew spezzjonijiet perjodiċi ta’ apparati li jaħarqu fjuwils gassużi sabiex jiżguraw l-installazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni korretti tagħhom. |
(15) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jaffettwawx l-intitolament tal-Istati Membri sabiex jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw kummissjonar jew spezzjonijiet perjodiċi ta’ apparati li jaħarqu fjuwils gassużi, jew miżuri oħra bħal taħriġ jew ċertifikazzjoni għall-installaturi, sabiex jiżguraw l-installazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni korretti tagħhom, inklużi miżuri prekawzjonarji ta’ sikurezza. Dawk ir-regoli u l-miżuri huma essenzjali biex jiġu evitati l-avvelenament bil-gass, inkluż bil-monossidu tal-karbonju (CO) u t-tnixxija ta’ kwalunkwe sustanza ta’ ħsara għas-saħħa u għas-sikurezza. | |||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 17 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(17) Peress li dan ir-Regolament ma jkoprix it-tali riskji kkaġunati minn apparati li jaħarqu fjuwils gassużi fil-każ ta’ installazzjoni, manutenzjoni jew użu skorretti, l-Istati Membri huma mħeġġin jieħdu miżuri li jiżguraw li l-pubbliku jkun jaf bir-riskji marbutin mal-prodotti ta’ kombustjoni u b’mod partikolari l-monossidu tal-karbonju. |
(17) Peress li dan ir-Regolament ma jkoprix it-tali riskji kkaġunati minn apparati li jaħarqu fjuwils gassużi fil-każ ta’ installazzjoni, manutenzjoni jew użu skorretti, l-Istati Membri huma mħeġġin bil-qawwa jieħdu miżuri li jiżguraw li l-pubbliku jkun jaf bir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza marbutin mal-prodotti ta’ kombustjoni u l-ħtieġa ta' miżuri prekawzjonarji ta’ sikurezza xierqa, b’mod partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju. | |||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 26 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(26) Il-marka tal-kategorija ta’ apparati indikata fuq il-pjanċa tad-dejta tal-apparat tistabbilixxi rabta diretta mal-familji ta’ gass u/jew gruppi ta’ gass li għalihom apparat li jaħraq fjuwils gassużi intgħażel bħala wieħed li jaħraq b’mod sikur fil-livell ta’ prestazzjoni meħtieġ u b’hekk jiżgura l-kompatibbiltà tal-apparat mal-kundizzjonijiet lokali tal-provvista tal-gass. |
(26) Il-marka tal-kategorija ta’ apparati indikata fuq l-apparat jew fuq il-pjanċa tad-dejta tiegħu tistabbilixxi rabta diretta mal-familji ta’ gass u/jew gruppi ta’ gass li għalihom apparat li jaħraq fjuwils gassużi ntgħażel bħala wieħed li jaħraq b’mod sikur fil-livell ta’ prestazzjoni meħtieġ u b’hekk jiżgura l-kompatibbiltà tal-apparat mal-kundizzjonijiet lokali tal-provvista tal-gass. | |||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 29 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(29) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u tal-fittings mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa, is-sikurezza, l-użu razzjonali tal-enerġija u l-protezzjoni tal-konsumaturi u utenti oħrajn, annimali domestiċi u proprjetà u biex tkun garantita kompetizzjoni leali fis-suq tal-Unjoni. |
(29) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u tal-fittings mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u l-annimali domestiċi, il-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-proprjetà, u użu razzjonali tal-enerġija, u biex tkun garantita kompetizzjoni leali fis-suq tal-Unjoni. | |||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 30 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(30) L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiġi żgurat li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq biss dawk l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi li huma konformi ma’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-katina tal-forniment u tad-distribuzzjoni. |
(30) L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiġi żgurat li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq biss dawk l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi jew fittings li huma konformi ma’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-katina tal-forniment u tad-distribuzzjoni. | |||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 34 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(34) Hemm bżonn li jiġi żgurat li l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u l-fittings minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dawk l-apparati u l-fittings. Għaldaqstant għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi sabiex jaraw li l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u l-fittings li jqiegħdu fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li ma jqegħdux fis-suq apparati u fittings li ma jikkonformawx mat-tali rekwiżiti jew jippreżentaw riskju. Għandha ssir dispożizzjoni wkoll għall-importaturi sabiex jaraw li saru l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u li l-marka tal-apparat u d-dokumentazzjoni tiegħu mfassla mill-manifatturi huma disponibbli għal spezzjoni mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti. |
(34) Hemm bżonn li jiġi żgurat li l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u l-fittings minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dawk l-apparati u l-fittings. Għaldaqstant għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi sabiex jaraw li l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u l-fittings li jqiegħdu fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li ma jqegħdux fis-suq apparati u fittings li ma jikkonformawx mat-tali rekwiżiti jew jippreżentaw riskju. Għandha ssir dispożizzjoni wkoll għall-importaturi sabiex jaraw li saru l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u li l-marka CE fuq l-apparati u l-fittings u d-dokumentazzjoni mfassla mill-manifatturi huma disponibbli għal spezzjoni mill-awtoritajiet superviżorji jew nazzjonali kompetenti. | |||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 36 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(36) Meta jqiegħed fis-suq apparat li jaħaraq fjuwils gassużi jew fitting, kull importatur għandu jindika fuq l-apparat jew il-fitting ismu, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz postali fejn jista’ jiġi kkuntattjat. Għandhom ikunu pprovduti eċċezzjonijiet f’każijiet fejn id-daqs u l-għamla tal-apparat jew il-fitting ma jippermettux li dan isir. Dan jinkludi każijiet li fihom l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex iqiegħed l-isem u l-indirizz tiegħu fuq il-prodott. |
(36) Meta jqiegħed apparat li jaħaraq fjuwils gassużi jew fitting fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq l-apparat jew il-fitting ismu, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz postali fejn jista’ jiġi kkuntattjat. Għandhom ikunu pprovduti eċċezzjonijiet f’każijiet fejn id-daqs u l-għamla tal-apparat jew il-fitting ma jippermettux li dan isir. Dan jinkludi każijiet li fihom l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex iqiegħed l-isem u l-indirizz tiegħu fuq il-prodott. | |||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 39 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(39) L-iżgurar ta’ traċċabbiltà ta’ tagħmir li jaħraq fjuwils gassużi jew fitting fi ħdan il-katina sħiħa tal-provvista jgħin sabiex is-sorveljanza tas-suq issir eħfef u iktar effiċjenti. Sistema ta’ traċċabbiltà effiċjenti tħaffef il-kompitu tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq ta’ traċċar tal-operaturi ekonomiċi li għamlu apparati li jaħarqu fjuwils gassużi jew fittings mhux konformi disponibbli fis-suq. |
(39) L-iżgurar ta’ traċċabbiltà ta’ tagħmir li jaħraq fjuwils gassużi jew fitting fi ħdan il-katina sħiħa tal-provvista jgħin sabiex is-sorveljanza tas-suq issir eħfef u iktar effiċjenti. Sistema ta’ traċċabbiltà effiċjenti tħaffef il-kompitu tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq ta’ traċċar tal-operaturi ekonomiċi li għamlu apparati li jaħarqu fjuwils gassużi jew fittings mhux konformi disponibbli fis-suq. Meta l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament tinżamm għall-identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi oħrajn, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu meħtieġa jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu pprovdewlhom apparat jew fitting jew viċi versa. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-test miżjud jallinja l-premessa mad-Deċiżjoni tal-NLF u/jew il-Pakkett ta' Allinjament. | ||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 43 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(43) Il-manifatturi ta’ apparati li jaħarqu fjuwils gassużi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu t-tagħrif meħtieġ skont dan ir-Regolament dwar il-konformità ta’ apparat mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni oħra relevanti tal-Unjoni. |
(43) Il-manifatturi ta’ apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u fittings għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu t-tagħrif meħtieġ skont dan ir-Regolament dwar il-konformità ta’ apparat jew fitting mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni oħra relevanti tal-Unjoni. | |||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 44 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(44) Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għat-tagħrif għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq, it-tagħrif meħtieġ biex jiġu identifikati l-Atti kollha applikabbli tal-Unjoni għal apparat li jaħraq fjuwils gassużi għandu jkun disponibbli f’dikjarazzjoni waħda ta’ konformità tal-UE. |
(44) Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għat-tagħrif għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq, it-tagħrif meħtieġ biex jiġu identifikati l-Atti kollha applikabbli tal-Unjoni għal apparat li jaħraq fjuwils gassużi u fittings għandu jkun disponibbli f’dikjarazzjoni ta’ konformità unika tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni ta' konformità unika tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet ta' konformità individwali rilevanti. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-test miżjud jallinja l-premessa mad-Deċiżjoni tal-NLF u/jew il-Pakkett ta' Allinjament. | ||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 45 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(45) Il-manifatturi ta’ fittings għandhom joħorġu Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting biex jipprovdu tagħrif meħtieġ skont dan ir-Regolament fuq il-konformità tal-fitting mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. F’każ li l-fitting huwa soġġett anki għal leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni oħra tal-Unjoni, il-manifatturi tal-fittings għandhom, fejn relevanti joħorġu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE anki ma’ dik il-leġiżlazzjoni. |
imħassar | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Iż-żieda ta' ċertifikat ta' konformità għall-fittings iġġib biss iżjed xogħol u saħansitra iktar konfużjoni fost l-operaturi ekonomiċi fit-twettiq tal-obbligi tagħhom. Kif huwa l-każ għal leġiżlazzjoni armonizzata oħra tal-prodotti, il-fittings u l-aċċessorji għandhom jissodisifaw ir-rekwiżiti essenzjali u jkollhom il-marka CE. | ||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 46 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(46) Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ apparat li jaħraq fjuwils gassużi hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinvolvi valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE u r-relazzjoni tagħha ma’ marki oħrajn huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’dan ir-Regolament. |
(46) Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ apparat li jaħraq fjuwils gassużi jew fitting hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinvolvi valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE u r-relazzjoni tagħha ma’ marki oħrajn huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 47 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(47) Il-fittings mhumiex apparati li jaħarqu fjuwils gassużi, iżda prodotti intermedji mqegħdin għad-dispożizzjoni bejn professjonisti u maħsubin sabiex jiġu inkorporati f’apparat. Peress li d-disinn xieraq ta’ fitting jikkontribwixxi għall-funzjonament korrett u sikur ta’ apparat lest u peress li r-riskji relatati mal-gass ta’ apparat jistgħu jiġu valutati biss wara l-inkorporazzjoni tal-fitting, huwa xieraq li l-fittings ma jkollhomx il-marka CE fuqhom. |
(47) Il-fittings mhumiex apparati li jaħarqu fjuwils gassużi, iżda prodotti intermedji maħsubin għall-manifatturi tal-apparati u ddisinjati sabiex jiġu inkorporati f’apparat. Madankollu, il-fittings għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali sabiex jaqdu korrettament l-iskop intiż tagħhom meta jiġu inkorporati f’apparat jew jiġu mmuntati sabiex jikkostitwixxu tali apparat. Bl-għan tas-simplifikazzjoni u sabiex jiġu evitati kwalunkwe konfużjoni u nuqqas ta’ ftehim għall-manifatturi fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom, huwa meqjus ġustifikat li l-fittings ukoll għandu jkollhom il-marka CE fuqhom. Għandhom ikunu previsti eċċezzjonijiet f’każijiet fejn id-daqs jew in-natura tal-fitting ma jippermettux li jkollhom il-marka CE fuqhom. | |||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 48 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(48) Kontroll tal-konformità ta’ apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u tal-fittings mar-rekwiżiti essenzjali pprovduti f’dan ir-Regolament huwa neċessarju sabiex tiġi pprovduta protezzjoni effettiva għal utenti u partijiet terzi. |
(48) Kontroll tal-konformità ta’ apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u tal-fittings mar-rekwiżiti essenzjali previsti f’dan ir-Regolament huwa neċessarju sabiex jiġu pprovduti protezzjoni effettiva tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u l-annimali domestiċi u protezzjoni tal-proprjetà. | |||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 49 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(49) Sabiex tkun żgurata konformità tal-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi mar-rekwiżiti essenzjali, hemm bżonn li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandhom ikunu segwiti mill-manifattur. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu stabbiliti mill-moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. |
(49) Sabiex tkun żgurata konformità ta' apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u fittings mar-rekwiżiti essenzjali, hemm bżonn li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandhom ikunu segwiti mill-manifattur. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu stabbiliti mill-moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. | |||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 56 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(56) Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat livell għoli ta’ protezzjoni meħtieġ għall-apparat li jaħraq karburanti gassużi li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, huwa essenzjali li s-subappaltaturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi li trid tiġi notifikata u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati jkopru wkoll l-attivitajiet mwettqa minn subappaltaturi u sussidjarji. |
(56) Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat livell għoli ta’ protezzjoni meħtieġ għall-apparati li jaħarqu karburanti gassużi u l-fittings li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, huwa essenzjali li s-subappaltaturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi li trid tiġi notifikata u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati jkopru wkoll l-attivitajiet imwettqa minn subappaltaturi u sussidjarji. | |||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 58 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(58) Ladarba korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa, għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati. |
(58) Ladarba l-korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa, għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati. | |||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 59a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(59a) Il-partijiet interessati għandu jkollhom id-dritt ta' appell kontra r-riżultat ta' valutazzjoni mwettqa minn korp notifikat. Għal dik ir-raġuni, huwa importanti li jiġi żgurat li tkun disponibbli proċedura ta' appell kontra deċiżjonijiet meħuda minn korpi notifikati. | |||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 59b (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(59b) Id-Direttiva 2009/142/KE diġà tipprevedi proċedura ta' salvagwardja, li hija neċessarja sabiex tingħata l-possibbiltà li tiġi kkontestata l-konformità ta' apparat jew fitting. Sabiex tiżdied it-trasparenza u jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja eżistenti, bl-għan li ssir aktar effiċjenti u filwaqt li jintuża l-għarfien espert disponibbli fl-Istati Membri. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-test miżjud jallinja l-premessa mad-Deċiżjoni tal-NLF u/jew il-Pakkett ta' Allinjament. | ||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 59c (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(59c) Is-sistema eżistenti għandha tkun issupplementata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri li jkunu maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' apparati u fittings li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni, jew għal annimali domestiċi jew proprejtà. Għandha tippermetti wkoll li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju iktar bikri fir-rigward ta' tali apparati u fittings. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-test miżjud jallinja l-premessa mad-Deċiżjoni tal-NLF u/jew il-Pakkett ta' Allinjament. | ||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 59d (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(59d) Meta l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma għandu jkun meħtieġ l-ebda involviment ulterjuri mill-Kummissjoni, ħlief meta n-nuqqas ta’ konformità jkun attribwibbli għal nuqqasijiet ta' standard armonizzat. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-test miżjud jallinja l-premessa mad-Deċiżjoni tal-NLF u/jew il-Pakkett ta' Allinjament. | ||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 64 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(64) Hemm bżonn li jiġi pprovdut għal arranġamenti transitorji li jippermettu t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew it-tħaddim ta’ apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u fittings li diġà tqiegħdu fis-suq skont id-Direttiva 2009/142/KE. |
(64) Hemm bżonn li jiġu previsti arranġamenti transitorji raġonevoli li jippermettu t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq u t-tħaddim mingħajr il-ħtieġa ta' konformità ma' rekwiżiti addizzjonali tal-prodott, ta’ apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u fittings li diġà tqiegħdu fis-suq skont id-Direttiva 2009/142/KE qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu prodotti li tqiegħdu fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-test miżjud jallinja l-premessa mad-Deċiżjoni tal-NLF u/jew il-Pakkett ta' Allinjament. | ||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 66 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(66) Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiżgura li l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-utenti u protezzjoni ta’ annimali domestiċi jew proprjetà u għal użu razzjonali tal-enerġija, filwaqt li jkun iggarantit il-finzjonament tas-suq intern ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(66) Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiżgura li l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi u l-fittings fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u protezzjoni ta’ annimali domestiċi jew proprjetà u għal użu razzjonali tal-enerġija, filwaqt li jkun iggarantit il-funzjonament tas-suq intern ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. | |||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(b) jintuża b’varjazzjoni normali fil-kwalità tal-gass u bidla normali fil-pressjoni tal-provvista. |
(b) jintuża b’varjazzjoni normali fil-kwalità tal-gass u bidla normali fil-pressjoni tal-provvista kif stabbilit mill-Istati Membri fil-komunikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 4. | |||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, apparat għandu jitqies li huwa "ddisinjat b’mod speċifiku" meta d-disinn ikun maħsub biss sabiex jindirizza bżonn speċifiku għal użu jew proċess speċifiku. | |||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(5) Ir-rekwiżit essenzjali dwar l-użu razzjonali tal-enerġija fil-punt 3.5 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-apparati koperti minn miżura maħruġa skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE. |
(5) Ir-rekwiżit essenzjali dwar l-użu razzjonali tal-enerġija fil-punt 3.5 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-apparati koperti minn miżura adottata skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE. | |||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(5a) Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-possibilità li l-Istati Membri jipprevedu miżuri fir-rigward tal-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika tal-bini, skont id-Direttivi 2009/28/KE, 2010/31/UE u 2012/27/UE. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-TFUE. | |||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) ‘apparati’ tfisser apparati li jaħarqu fjuwils gassużi użati għat-tisjir, it-tħessih, il-kundizzjonament tal-arja, it-tisħin tal-post, il-produzzjoni ta’ ilma sħun, it-tidwil u l-ħasil, peress li anki forced draught burners u korpi ta’ tisħin għandhom ikunu mgħammrin bit-tali burners; |
(1) ‘apparati’ tfisser apparati li jaħarqu fjuwils gassużi użati għat-tisjir, it-tkessiħ, il-kundizzjonament tal-arja, it-tisħin tal-post, il-produzzjoni ta’ ilma sħun, it-tidwil jew il-ħasil, kif ukoll forced draught burners u korpi ta’ tisħin li se jiġu mgħammrin bit-tali burners; | |||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(2) ‘fittings’ tfisser strumenti ta’ sikurezza, strumenti ta’ kontroll jew strumenti ta’ regolamentazzjoni u sottoassemblaġġi tagħhom, imqegħdin fis-suq b’mod separat għal użu kummerċjali u mfasslin sabiex jiġu inkorporati f’apparat li jaħraq fjuwils gassużi jew li għandhom jiġu mmuntati biex jikkostitwixxu t-tali apparat; |
(2) ‘fittings’ tfisser strumenti ta’ sikurezza, strumenti ta’ kontroll jew strumenti ta’ regolamentazzjoni u sottoassemblaġġi tagħhom, iddisinjati sabiex jiġu inkorporati f’apparat li jaħraq fjuwils gassużi jew li għandhom jiġu mmuntati biex jikkostitwixxu t-tali apparat; | |||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(4a) 'tisjir' tfisser l-arti jew il-prattika ta’ preparazzjoni jew tisħin ta’ ikel għall-konsum bl-użu ta’ sħana u medda wiesgħa ta’ metodi; | |||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(5) ‘fjuwil gassuż’ tfisser kwalunkwe fjuwil li huwa fi stat gassuż b’temperatura ta’ 15 °C taħt pressjoni ta’ 1 bar; |
(5) ‘fjuwil gassuż’ tfisser kwalunkwe fjuwil li huwa fi stat gassuż b’temperatura ta’ 15°C taħt pressjoni assoluta ta’ 1 bar; | |||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(7) ‘‘disinn speċifiku’ tfisser disinn għal apparat meta dak id-disinn ikun maħsub biss sabiex jindirizza bżonn speċifiku għal proċess speċifiku; |
imħassar | |||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(12) ‘kategorija ta’ apparat’ tfisser l-identifikazzjoni ta’ familji ta’ gass u/jew gruppi ta’ gass li apparat huwa mfassal biex jaħraq b’mod sikur u bil-livell ta’ prestazzjoni mixtieq, kif indikat mill-marka ta’ kategorija tal-apparat, iddeterminata mis-CEN; |
(12) ‘kategorija ta’ apparat’ tfisser l-identifikazzjoni ta’ familji ta’ gass u/jew gruppi ta’ gass li apparat huwa mfassal biex jaħraq b’mod sikur u bil-livell ta’ prestazzjoni mixtieq, kif indikat mill-marka ta’ kategorija tal-apparat; | |||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(13) ‘tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ apparati fis-suq’ tfisser kwalunkwe provvista ta’ apparati għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas jew b’xejn; |
(13) ‘tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq’ tfisser kwalunkwe provvista ta’ apparati jew fittings għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas jew b’xejn; | |||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(14) ‘tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fittings fis-suq’ tfisser kwalunkwe provvista għal użu kummerċjali ta’ fittings għad-distribuzzjoni fis-suq tal-Unjoni fid-dawl tal-inkorporazzjoni f’apparat jew immuntat sabiex jikkostitwixxi t-tali apparat, kemm jekk bi ħlas jew b’xejn; |
imħassar | |||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(17) ‘tħaddim’ tfisser l-ewwel użu ta’ apparat jew l-ewwel użu tiegħu għall-iskopijiet tal-manifattur stess; |
(17) ‘tħaddim’ tfisser l-ewwel użu ta’ apparat fl-Unjoni mill-utent finali tiegħu; | |||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(18) ‘manifattur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura apparat jew fitting jew li tiddisinja jew timmanifattura t-tali apparat jew fitting, u tqiegħed fis-suq dak il-prodott bl-isem jew il-marka kummerċjali tiegħu; |
(18) ‘manifattur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura apparat jew fitting jew li tiddisinja jew timmanifattura t-tali apparat jew fitting, u tqiegħed fis-suq dak il-prodott bl-isem jew il-marka kummerċjali tiegħu jew tuża l-apparat għall-iskopijiet tagħha stess; | |||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 29 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(29) ‘‘sejħa lura’ tfisser kwalunkwe miżura mmirata sabiex tikseb ir-ritorn ta’ apparat li diġà tqiegħed għad-dispożizzjoni għall-utent finali; |
(29) ‘sejħa lura’ tfisser kwalunkwe miżura mmirata sabiex tikseb ir-ritorn ta’ apparat li diġà tqiegħed għad-dispożizzjoni għall-utent finali jew ta’ fitting li jkun diġà sar disponibbli għal manifattur ta' apparat; | |||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(30a) 'leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni' tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti; | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Dan is-subparagrafu jallinja t-test mad-Deċiżjoni tal-NLF u/jew il-Pakkett ta' Allinjament. | ||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 31 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(31) ‘‘marka CE’ tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-apparat huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha. |
(31) ‘marka CE’ tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-apparat jew il-fitting huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha. | |||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 32 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(32) ‘leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni’ tfisser kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti. |
imħassar | |||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-apparati jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq u mħaddmin biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
(1) L-apparati għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq u jitħaddmu biss jekk, meta jintużaw b’mod normali, dawn jikkonformaw ma' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(2) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-fittings jistgħu jsiru disponibbli fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti imposti minn dan ir-Regolament. |
(2) Il-fittings għandhom ikunu disponibbli fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(3) Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-intitolament tal-Istati Membri sabiex jistabbilixxu r-rekwiżiti li jistgħu jqisuhom neċessarji biex jiżguraw li persuni, annimali domestiċi u proprjetà huma protetti matul l-użu normali tal-apparati, diment li dan ma jfissirx modifiki fit-tali apparati. |
(3) Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-intitolament tal-Istati Membri sabiex jistabbilixxu tali rekwiżiti skont kif iqisu li jkun neċessarju biex jiżguraw li persuni, annimali domestiċi u proprjetà huma protetti matul l-użu normali tal-apparati, diment li dan ma jfissirx modifiki fit-tali apparati. | |||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn, it-tipi ta’ gass u pressjonijiet tal-provvista korrispondenti ta’ fjuwils gassużi użati fit-territorju tagħhom u fil-ħin kwalunkwe bidla fihom, skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. |
(1) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn, it-tipi ta’ gass u pressjonijiet tal-provvista korrispondenti ta’ fjuwils gassużi użati fit-territorju tagħhom qabel [sitt xhur qabel id-data msemmija fl-Artikolu 42(2)] u kwalunkwe bidla fihom fi żmien sitt xhur mit-tħabbir ta’ dawk il-bidliet. | |||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(2) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dan it-tagħrif huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(2) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1 tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | |||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(2a) F’fieri, wirjiet, dimostrazzjonijiet jew avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu l-wiri ta’ apparati jew fittings li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm sinjal viżibbli li jindika b’mod ċar li tali apparati jew fittings mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament u li mhumiex għall-bejgħ sakemm ma jinġibux f’konformità mill-manifattur. Matul id-dimostrazzjonijiet, għandhom jittieħdu miżuri ta’ sikurezza adegwati biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u l-annimali domestiċi u l-protezzjoni tal-proprjetà. | |||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) Meta jqiegħdu l-apparat jew il-fittings tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I. |
(1) Meta jqiegħdu l-apparati jew il-fittings tagħhom fis-suq jew meta jużaw l-apparati għall-iskopijiet tagħhom stess, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I. | |||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Meta l-konformità ta’ apparat ma’ rekwiżiti applikabbli tkun intweriet permezz tal-proċedura msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE. |
Meta l-konformità ta’ apparat jew fitting ma’ rekwiżiti applikabbli tkun intweriet permezz tal-proċedura msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE. | |||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Meta l-konformità ta’ fitting mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet permezz tal-proċedura msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, il-manifatturi għandhom ifasslu Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting. |
imħassar | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-fittings għandhom ikunu mmarkati CE u għalhekk m’hemmx il-ħtieġa għal ċertifikat ta’ konformità tal-fitting. | ||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-apparat ikun tqiegħed fis-suq. |
Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq. | |||||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumenti tekniċi u ċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting għal 10 snin wara li l-fitting jitqiegħed fis-suq. |
imħassar | |||||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi. Bidliet fid-disinn jew il-karatteristiċi tal-apparat jew il-fitting u bidliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn li b’referenza għalihom hija ddikjarata l-konformità tal-apparat jew il-fitting għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni b’mod adegwat. |
Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ dan ir-Regolament. Bidliet fid-disinn jew il-karatteristiċi tal-apparat jew il-fitting u bidliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn li b’referenza għalihom hija ddikjarata l-konformità tal-apparat jew il-fitting għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni b’mod adegwat. | |||||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Meta jitqies xieraq fir-rigward tar-riskju ppreżentat minn apparat jew fitting, il-manifatturi għandhom, biex iħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u utenti finali oħrajn, iwettqu testijiet tal-kampjun tal-apparat imqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq, jinvestigaw, u, jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru ta’ lmenti ta’ apparati u fittings mhux konformi, u jsejħu lura t-tali apparati, u għandhom iżommu d-distributuri mgħarrfin bi kwalunkwe monitoraġġ bħal dan. |
Meta jitqies xieraq fir-rigward tar-riskju ppreżentat minn apparat jew fitting, il-manifatturi għandhom, biex iħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u utenti oħrajn, iwettqu testijiet tal-kampjun tal-apparat jew il-fitting imqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq, jinvestigaw, u, jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru ta’ lmenti ta’ apparati u fittings mhux konformi, u jsejħu lura t-tali apparati u fittings, u għandhom iżommu d-distributuri mgħarrfin bi kwalunkwe monitoraġġ bħal dan. | |||||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-apparati jew il-fittings tagħhom għandhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li bih ikunu jistgħu jiġu identifikati. |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-apparati jew il-fittings tagħhom għandhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li bih ikunu jistgħu jiġu identifikati u l-iskrizzjonijiet previsti fl-Anness IV. | |||||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Meta d-daqs jew l-għamla tal-apparat jew il-fitting ma jippermettux li jsir hekk, il-manifatturi għandhom jiżguraw li fl-imballaġġ hemm ipprovdut it-tagħrif meħtieġ. |
Meta d-daqs jew l-għamla tal-apparat jew il-fitting ma jippermettux li jsir hekk, il-manifatturi għandhom jiżguraw li fl-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-apparat jew il-fitting ikun hemm ipprovdut it-tagħrif meħtieġ. | |||||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, l-indirizz postali li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-apparat jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ u fl-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw l-apparat. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u utenti oħrajn u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. |
Il-manifatturi għandhom jindikaw fuq l-apparat isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, l-indirizz postali li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-apparat. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u utenti oħrajn u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq. | |||||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, l-indirizz postali li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-fitting jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ u fl-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw il-fitting. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. |
Il-manifatturi għandhom jindikaw fuq il-fitting isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, l-indirizz postali li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-fitting jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-fitting. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-manifatturi tal-apparat u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq. | |||||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-indirizz irid jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-apparat huwa akkumpanjat minn struzzjonijiet u tagħrif dwar is-sikurezza skont il-punt 1.5 tal-Anness I, f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-konsumaturi u utenti finali oħrajn, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u jintgħarfu. |
L-indirizz irid jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-apparat jew il-fitting huwa akkumpanjat minn struzzjonijiet u tagħrif dwar is-sikurezza skont il-punt 1.5 tal-Anness I, f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-konsumaturi u utenti finali oħrajn, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u jintgħarfu. | |||||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-fitting huwa akkumpanjat miċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting li, fost l-oħrajn, ikun fih struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-manifatturi tal-apparati. L-istruzzjonijiet għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli. |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-fitting huwa akkumpanjat minn kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li, fost l-oħrajn, ikun fiha struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-manifatturi tal-apparati, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. | |||||||||||||||
|
Madankollu, meta għadd kbir ta’ fittings jiġu fornuti lil utent wieħed, il-lott jew il-kunsinna kkonċernati jtistgħu jkunu akkumpanjati b’kopja unika tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE. | |||||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-fitting huwa akkumpanjat miċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting li, fost l-oħrajn, ikun fih struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-manifatturi tal-apparati. L-istruzzjonijiet għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli. |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-fitting ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-manifatturi tal-apparati, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, meta jiġi kkonsenjat għadd kbir ta’ fittings lil utent wieħed, il-lott jew il-kunsinna kkonċernati jistgħu jkunu akkumpanjati minn kopja unika tal-istruzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I. | |||||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u t-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika ma għandhomx ikunu parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat. |
L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u l-obbligu li titfassal id-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx ikunu parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat. | |||||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(a) iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għal 10 snin wara li l-apparat ikun tqiegħed fis-suq; |
(a) iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għal 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq; | |||||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(b) iżomm iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għal 10 snin wara li l-fitting ikun tqiegħed fis-suq; |
imħassar | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-fittings se jkollhom il-marka CE u għalhekk m’hemmx il-ħtieġa għal ċertifikat ta’ konformità tal-fitting. | ||||||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Qabel iqiegħdu apparat fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur għamel il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 14. Għandhom jiżguraw li l-manifattur fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-apparat għandu fuqu l-marka CE u huwa akkumpanjat minn struzzjonijiet u tagħrif dwar is-sikurezza skont il-punt 1.5 tal-Anness I, u li l-manifattur ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) rispettivament. |
Qabel iqiegħdu apparat fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur għamel il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14. Għandhom jiżguraw li l-manifattur fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-apparat għandu fuqu l-marka CE u huwa akkumpanjat minn struzzjonijiet u tagħrif dwar is-sikurezza skont il-punt 1.5 tal-Anness I, u li l-manifattur ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) rispettivament. | |||||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Qabel ma jqiegħdu fitting fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur għamel il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 14. Għandhom jiżguraw li l-manifattur fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-fitting huwa akkumpanjat miċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting li, fost l-oħrajn, fih l-istruzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, u li l-manifattur ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) rispettivament. |
Qabel ma jqiegħdu fitting fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur għamel il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14. Għandhom jiżguraw li l-manifattur fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-fitting ikollu fuqu l-marka CE u jkun akkumpanjat minn struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, u li l-manifattur ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) rispettivament. Skont l-Artikolu 18, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-marka CE tkun imwaħhla fuq kwalunkwe imballaġġ u struzzjoni li jakkumpanjaw il-fitting meta ma jkunx possibbli jew ġustifikat li l-fitting ikollu fuqu l-marka CE. | |||||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz postali li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-apparat jew meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu u fl-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw l-apparat. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u utenti finali oħrajn u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. |
L-importaturi għandhom jindikaw, fuq l-apparat, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz postali li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati jew meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-apparat. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u utenti finali oħrajn u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq. | |||||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz postali li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-fitting jew meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-manifatturi tal-apparat u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. |
L-importaturi għandhom jindikaw, fuq il-fitting, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz postali li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati jew meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-fitting. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-manifatturi tal-apparat u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq. | |||||||||||||||
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-importaturi għandhom jiżguraw li l-fitting huwa akkumpanjat miċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting li, fost l-oħrajn, ikun fih struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-manifatturi tal-apparat, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. |
L-importaturi għandhom jiżguraw li l-fitting huwa akkumpanjat minn kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li, fost l-oħrajn, ikun fiha struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-manifatturi tal-apparat, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. | |||||||||||||||
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(5) L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li apparat jew fitting huwa taħt ir-responsabilità tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jirriskjawx il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I. |
(5) L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li apparat jew fitting huwa taħt ir-responsabilità tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jirriskjawx il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I. | |||||||||||||||
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(6) Meta jqisu li dan huwa xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn apparat jew fitting, l-importaturi, sabiex iħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-utenti, u wara talba ġġustifikata kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti, għandhom iwettqu test kampjun tal-apparati jew il-fittings imqegħdin fis-suq, jinvestigaw, u, jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru ta’ lmenti fuq apparati jew fittins mhux konformi u jsejħu lura t-tali apparati, u għandhom iżommu lid-distributuri mgħarrfin bi kwalunkwe monitoraġġ bħal dan. |
(6) Meta jqisu li dan huwa xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn apparat jew fitting, l-importaturi, sabiex iħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u utenti oħrajn, għandhom iwettqu test kampjun tal-apparati jew il-fittings imqegħdin fis-suq, jinvestigaw, u, jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru ta’ lmenti fuq apparati u fittings mhux konformi u jsejħu lura t-tali apparati u fittings, u għandhom iżommu lid-distributuri mgħarrfin bi kwalunkwe monitoraġġ bħal dan. | |||||||||||||||
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 8 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Importaturi, għal 10 snin wara li l-apparat ikun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha. |
L-importaturi, għal 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha. | |||||||||||||||
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 8 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Importaturi, għal 10 snin wara li l-fitting ikun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-Fitting għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha. |
imħassar | |||||||||||||||
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Qabel ma jqiegħdu fitting għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-fitting huwa akkumpanjat miċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting li, fost l-oħrajn, ikun fih l-istruzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-manifatturi tal-apparat, u li l-manifattur u l-importatur ikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(3) rispettivament. |
Qabel ma jqiegħdu fitting għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-fitting ikun akkumpanjat mill-marka CE u jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-manifatturi tal-apparat, u li l-manifattur u l-importatur ikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(3) rispettivament. Skont l-Artikolu 18, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-marka CE tkun imwaħhla fuq kwalunkwe imballaġġ u struzzjoni li jakkumpanjaw il-fitting meta ma jkunx possibbli jew meħtieġ li l-fitting ikollu fuqu l-marka CE. | |||||||||||||||
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(4) Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni għaliex jemmnu li apparat jew fitting li qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq mhuwiex konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-apparat isir konformi, jirtirawh jew isejħulu lura, jekk xieraq. Barra minn hekk, fejn l-apparat jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-apparat disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda. |
(4) Id-distributuri li jqisu li jkollhom raġuni għaliex jemmnu li apparat jew fitting li qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq mhuwiex konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-apparat jew fitting isir konformi, jirtirawh jew isejħulu lura, jekk xieraq. Barra minn hekk, fejn l-apparat jew il-fitting jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-apparat jew il-fitting disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda. | |||||||||||||||
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(2) Il-konformità tal-apparati u l-fittings manifatturati tas-serje mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu ċertifikati permezz tal-eżami tat-tip tal-UE (Modulu B – tip ta’ produzzjoni) imsemmi fil-punt 1 tal-Anness III, flimkien ma’ waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin, skont liema jagħżel il-manifattur: |
(2) Il-konformità tal-apparati u l-fittings manifatturati tas-serje mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu ċertifikati permezz tal-eżami tat-tip tal-UE (Modulu B – tip ta’ produzzjoni) stipulat fil-punt 1 tal-Anness III, flimkien ma’ wieħed mill-moduli li ġejjin, skont liema jagħżel il-manifattur: | |||||||||||||||
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(3) Fil-każ ta’ produzzjoni ta’ apparat bħala unità waħda jew fi kwantitajiet żgħar, konformità bbażata fuq verifika tal-unità (Modulu G), stipulata fil-punt 6 tal-Anness III, tista’ tingħażel mill-manifattur. |
(3) Fil-każ ta’ produzzjoni ta’ apparat bħala unità waħda jew fi kwantitajiet żgħar, il-manifattur jista’ jagħżel il-moduli stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Arrtikolu jew konformità bbażata fuq verifika tal-unità (Modulu G), stipulata fil-punt 6 tal-Anness III. | |||||||||||||||
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Wara t-tlestija tal-proċeduri msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 3, il-manifattur tal-apparat, skont l-Artikolu 18, għandu jwaħħal il-marka CE fuq l-apparat konformi u jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE. |
imħassar | |||||||||||||||
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Wara t-tlestija tal-proċeduri msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2, il-manifattur tal-fitting għandu joħroġ Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting. |
imħassar | |||||||||||||||
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(2) Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness V u għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fil-proċeduri relevanti ta’ valutazzjoni tal-konformitài stipulati fl-Anness III u għandha tkun aġġornata b’mod kontinwu. Għandha tkun tradotta fil-lingwa je wlingwi meħtieġa mill-Istat Membru tas-suq li fih l-apparat jitqiegħed jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni. |
(2) Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness V u għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fil-proċeduri relevanti ta’ valutazzjoni tal-konformitài stipulati fl-Anness III u għandha tkun aġġornata b’mod kontinwu. Għandha tkun tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fih l-apparat jew il-fitting jitqiegħed jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq. | |||||||||||||||
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(2a) Sabiex tgħin fil-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli għall-apparati lesti stipulati fl-Anness I, id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għal fitting għandha tiddikjara l-karatteristiċi tal-fitting u għandu jkun fiha struzzjonijiet dwar kif il-fitting għandu jkun inkorporat f’apparat jew immuntat sabiex jikkostitwixxi t-tali apparat. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tkun f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-manifatturi tal-apparat u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. | |||||||||||||||
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(3) Meta apparat ikun soġġett għal iktar minn att wieħed tal-Unjoni li jeħtieġu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità waħda tal-UE fir-rigward tat-tali atti kollha tal-Unjoni. Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni. |
(3) Meta apparat jew fitting ikun soġġett għal iktar minn att wieħed tal-Unjoni li jeħtieġu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità waħda tal-UE fir-rigward tat-tali atti kollha tal-Unjoni. Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom. | |||||||||||||||
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(4) Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(4) Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-apparat jew il-fitting mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(4a) Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi provduta mal-apparat jew il-fitting. | |||||||||||||||
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 16 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Artikolu 16 |
imħassar | |||||||||||||||
Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting |
| |||||||||||||||
(1) Iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting għandu jiddikjara li ntwera li ġew issodisfati r-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I |
| |||||||||||||||
(2) Iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting għandu jkollu l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness VI. Sabiex jgħin fil-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli għall-apparati lesti stipulati fl-Anness I, iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting għandu jiddikjara l-karatteristiċi tal-fitting u għandu jkun fih struzzjonijiet dwar kif għandu jkun inkorporat f’apparat jew immuntat sabiex jikkostitwixxi t-tali apparat. Għandu jkun fih ukoll l-elementi speċifikati fil-proċeduri relevanti ta’ valutazzjoni tal-konformità stipulati fl-Anness III u għandu jkun aġġornat b’mod kontinwu. Għandu jkun f’lingwa li faċilment tista’ tinftiehem mill-manifatturi tal-apparat. |
| |||||||||||||||
(3) Iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting għandu jkun fornit mal-fitting. |
| |||||||||||||||
(4) Meta fitting ikun kopert minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tkopri aspetti oħrajn li jeħtieġu l-marka CE, din tal-aħħar għandha tindika li l-fitting huwa presupponut li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-atti l-oħrajn. F’dan il-każ, ir-referenza ta’ pubblikazzjoni tat-tali atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata fid-dokumenti, l-avviżi jew l-istruzzjonijiet meħtieġa minn dawk l-atti u li jakkumpanjaw il-fitting. |
| |||||||||||||||
(5) Meta jfassal iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting, il-manifattur għandu jassumi r-responsabilità għall-konformità tal-fitting mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
| |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Mhux applikabbli peress li l-fittings għandhom il-marka CE. | ||||||||||||||||
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) Il-marka CE u l-iskrizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Anness IV għandhom jitwaħħlu b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx fuq l-apparat jew fuq il-pjanċa tad-dejta tiegħu. |
(1) Il-marka CE u l-iskrizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Anness IV għandhom jitwaħħlu b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx fuq l-apparat u l-fitting jew fuq il-pjanċa tad-dejta tagħhom. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura tal-apparat jew il-fitting, il-marka CE għandha titwaħħal fuq l-imballaġġ u fuq l-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw l-apparat jew il-fitting. | |||||||||||||||
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(2) L-iskrizzjonijiet imsemmijin fil-punt 2 tal-Anness IV għandhom jitwaħħlu b’mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx mal-fitting jew il-pjanċa tad-dejta tiegħu, sa fejn relevanti. |
imħassar | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Mhux applikabbli peress li l-fittings għandhom il-marka CE. | ||||||||||||||||
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(3) Il-marka CE u/jew l-iskrizzjonijiet imsemmijin fl-Anness IV għandhom jitwaħħlu qabel ma l-apparat jew il-fitting jitqiegħed fis-suq. |
(3) Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-apparat jew il-fitting jitqiegħed fis-suq. | |||||||||||||||
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(4) Il-marka CE għandha tkun segwita min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-apparat. |
(4) Il-marka CE għandha tkun segwita min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-apparat jew il-fitting u l-aħħar żewġ ċifri tas-sena li fiha tkun twaħħlet il-marka CE. In-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq struzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. | |||||||||||||||
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(5) In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni għandu jitwaħħal fuq il-fitting. |
imħassar | |||||||||||||||
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(6) Il-marka CE u/jew in-numru ta’ identifikazzjoni msemmi fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu jkunu segwiti minn marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali. |
(6) Il-marka CE u n-numru ta’ identifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 jistgħu jkunu segwiti minn marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali. | |||||||||||||||
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 6a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(6a) L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema li tirregola l-marka CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dik il-marka. | |||||||||||||||
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 18a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
Artikolu 18a | |||||||||||||||
|
Skrizzjonijiet | |||||||||||||||
|
(1) L-iskrizzjonijiet imsemmija fl-Anness IV għandhom jitwaħħlu b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx fuq l-apparat jew fuq il-pjanċa tad-dejta tiegħu u, sa fejn ikun rilevanti, mal-fitting jew mal-pjanċa tad-dejta tiegħu. | |||||||||||||||
|
(2) L-iskrizzjonijiet imsemmija fl-Anness IV għandhom jitwaħħlu qabel ma l-apparat jew il-fitting jitqiegħed fis-suq. | |||||||||||||||
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’korpi awtorizzati sabiex iwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità parti terza skont l-Artikolu 14. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’korpi awtorizzati sabiex iwettqu valutazzjoni tal-konformità ta' parti terza skont dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) Stati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inklużi l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24. |
(1) L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inkluża l-konformità mal-Artikolu 25. | |||||||||||||||
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 22 – titolu | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Obbligu ta’ tagħrif tal-awtoritajiet tan-notifika |
Obbligu ta’ tagħrif għall-awtoritajiet tan-notifika | |||||||||||||||
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Anness II u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. |
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Anness III u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. | |||||||||||||||
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 10 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(10) Il-persunal ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont l-Anness III jew skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħalhom fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu. |
(10) Il-persunal ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont l-Anness III jew skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħalha fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu. | |||||||||||||||
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 11 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(11) Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont il-leġizlazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp. |
(11) Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont l-Artikolu 35 u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp. | |||||||||||||||
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(6) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika. |
(6) L-awtorità ta' notifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika. | |||||||||||||||
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati skont dan ir-Regolament, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu allokati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati. |
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati skont dan ir-Regolament, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati. | |||||||||||||||
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata. | |||||||||||||||
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 36(2). |
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 36(2). | |||||||||||||||
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(3) Fejn korp notifikat isib li rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra ma ġewx sodisfatti mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandux joħroġ ċertifikat ta’ konformità. |
(3) Meta korp notifikat isib li r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra ma ġewx issodisfati mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandux joħroġ ċertifikat ta’ konformità jew deċiżjoni ta' approvazzjoni. | |||||||||||||||
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(4) Fejn, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp notifikat isib li l-apparat jew il-fitting ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ. |
(4) Meta, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni, korp notifikat isib li l-apparat jew il-fitting ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ. | |||||||||||||||
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(5) Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq. |
(5) Meta ma jittiħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni, kif xieraq. | |||||||||||||||
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 33 – titolu | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Obbligi operattivi tal-korpi notifikati |
Obbligu ta’ informazzjoni fuq il-korpi notifikati | |||||||||||||||
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt a | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(a) kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat; |
(a) kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni; | |||||||||||||||
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 35a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
Artikolu 35a | |||||||||||||||
|
Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-apparati u l-fittings li jidħlu fis-suq tal-Unjoni | |||||||||||||||
|
L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għal apparati u fittings koperti b'dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 35b (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
Artikolu 35b | |||||||||||||||
|
Proċedura biex jiġu indirizzati apparati jew fittings li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali | |||||||||||||||
|
1. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jkollhom raġuni suffiċjenti sabiex jemmnu li apparat jew fitting kopert b'dan ir-Regolament jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, jew għal annimali domestiċi jew proprjetà, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tal-apparat jew il-fitting konċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan. | |||||||||||||||
|
Meta, tul il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-apparat jew il-fitting ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, huma għandhom mingħajr dewmien jeżiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex jagħmel l-apparat jew il-fitting konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, jirtira l-apparat jew il-fitting mis-suq jew li jsejħu lura fi żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu. | |||||||||||||||
|
L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-korp notifikat rilevanti dwar dan. | |||||||||||||||
|
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. | |||||||||||||||
|
2. Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li esiġew li jieħu l-operatur ekonomiku. | |||||||||||||||
|
3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-apparati u l-fittings konċernati kollha li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha. | |||||||||||||||
|
4. Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji adegwati kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu li l-apparati jew il-fittings jitqiegħdu fis-suq nazzjonali tagħhom, jirtiraw l-apparat jew il-fitting minn dak is-suq jew isejħulu lura. | |||||||||||||||
|
L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri. | |||||||||||||||
|
5. L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-apparat jew il-fitting mhux konformi, l-oriġini tal-apparat jew il-fitting, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta' żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin: | |||||||||||||||
|
(a) L-apparat jew il-fitting ma jissodisfax ir-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta' persuni jew mal-protezzjoni tal-annimali domestiċi jew il-proprjetà; jew | |||||||||||||||
|
(b) Nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità. | |||||||||||||||
|
6. L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe miżura adottata u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas tal-konformità tal-apparat jew il-fitting ikkonċernat, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom. | |||||||||||||||
|
7. Meta, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies ġustifikata. | |||||||||||||||
|
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi adegwati, bħall-irtirar tal-apparat jew il-fitting mis-suq, fir-rigward tal-apparat jew il-fitting ikkonċernat, mingħajr dewmien. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-Artikolu 35b [l-Artikolu R 31 tad-Deċiżjoni 768/2008/KE] – Proċedura fir-rigward ta’ prodotti li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali. | ||||||||||||||||
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 35c (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
Artikolu 35c | |||||||||||||||
|
Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni | |||||||||||||||
|
1. Meta, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35b(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru jew meta l-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le. | |||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti. | |||||||||||||||
|
2. Jekk il-miżura nazzjonali tkun ikkunsidrata ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-apparat jew il-fitting mhux konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira dik il-miżura. | |||||||||||||||
|
3. Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tal-apparat jew il-fitting ikun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 35b(5) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-Artikolu 35c [l-Artikolu R32 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE] – Proċedura ta’ salvagwardja Komunitarja. | ||||||||||||||||
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 35d (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
Artikolu 35d | |||||||||||||||
|
Apparati jew fittings konformi li jippreżentaw riskju | |||||||||||||||
|
1. Meta Stat Membru, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 35b(1), isib li, għalkemm apparat jew fitting ikun konformi ma’ dan ir-Regolament, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, għall-annimali domestiċi jew il-proprjetà, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li l-apparat jew il-fitting ikkonċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju, jirtira l-apparat jew il-fitting mis-suq jew isejħu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxi. | |||||||||||||||
|
2. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva fir-rigward tal-apparati u l-fittings konċernati kollha li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha. | |||||||||||||||
|
3. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b’mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-apparat jew il-fitting ikkonċernat, l-oriġini u l-katina ta’ forniment tal-apparat jew il-fitting, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda. | |||||||||||||||
|
4. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adatti. | |||||||||||||||
|
5. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-Artikolu 35d [l-Artikolu R 33 tad-Deċiżjoni 768/2008/KE] – Prodotti konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza. | ||||||||||||||||
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 35e (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
Artikolu 35e | |||||||||||||||
|
Nuqqas ta' konformità formali | |||||||||||||||
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35b, meta Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta' konformità kkonċernata: | |||||||||||||||
|
(a) il-marka CE tkun twaħħlet fuq l-apparat jew il-fitting bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament jew ma tkunx twaħħlet; | |||||||||||||||
|
(b) l-iskrizzjonijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness IV ma jkunux twaħħlu jew ikunu twaħħlu bi ksur tal-Artikolu 18; | |||||||||||||||
|
(c) in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta' kontroll tal-produzzjoni, ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 18 jew ma jkunx twaħħal; | |||||||||||||||
|
(d) id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma tkunx tfasslet jew ma tkunx tfasslet korrettament; | |||||||||||||||
|
(e) id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma takkumpanjax il-fitting; | |||||||||||||||
|
(f) id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx kompleta; | |||||||||||||||
|
(g) l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(6) jew fl-Artikolu 9(3) tkun nieqsa, falza jew inkompleta; | |||||||||||||||
|
(h) kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 7 jew fl-Artikolu 9 ma jkunx issodisfat. | |||||||||||||||
|
2. Meta n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1 jippersisti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi d-disponibbiltà fis-suq tal-apparat jew il-fitting jew jiżgura li dan jissejjaħ lura jew jiġi rtirat mis-suq. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-Artikolu 35e [l-Artikolu R34 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE] – Nuqqas ta' konformità formali. | ||||||||||||||||
Emenda 124 Proposta għal regolament Kapitolu 5 – titolu | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
IL-PROĊEDURA TAL-KUMITAT |
IL-PROĊEDURA TAL-KUMITAT U L-ATTI DELEGATI | |||||||||||||||
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 37 – titolu | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Emenda tal-Annessi |
Emenda tal-Anness II | |||||||||||||||
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Artikoli 19 sa 35 għandhom japplikaw minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ]. |
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Artikoli 4, 19 sa 36 u 39 għandhom japplikaw minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ]. | |||||||||||||||
Emenda 127 Proposta għal regolament Anness I – parti 1 – punt 1.1 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.1. L-apparati għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew b’tali mod li joperaw b’mod sikur u ma jippreżentaw ebda periklu lil persuni, annimali domesetiċi jew proprjetà meta jintużaw b’mod normali bil-livell ta’ prestazzjoni mixtieq. |
1.1. L-apparati għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew b’tali mod li joperaw b’mod sikur u ma jippreżentaw ebda periklu lil persuni, annimali domesetiċi jew proprjetà meta jintużaw b’mod normali. | |||||||||||||||
Emenda 128 Proposta għal regolament Anness I – parti 1 – punt 1.2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.2. Il-manifattur huwa obbligat janalizza r-riskji sabiex jidentifika dawk li japplikaw għall-apparat domesetiku jew il-fitting tiegħu. Imbagħad għandu jiddisinja u jibnih wara li jqis l-analiżi tiegħu. |
1.2. Il-manifattur huwa obbligat janalizza r-riskji sabiex jidentifika dawk li japplikaw għall-apparat domesetiku jew il-fitting tiegħu. Imbagħad għandu jiddisinja u jibnih wara li jqis il-valutazzjoni tar-riskju tiegħu. | |||||||||||||||
Emenda 129 Proposta għal regolament Anness I – parti 1 – punt 1.5 – punt a | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(a) ikunu akkumpanjati minn struzzjonijiet tekniċi maħsubin għall-installatur; |
(a) ikunu akkumpanjati minn struzzjonijiet tal-installazzjoni maħsubin għall-installatur; | |||||||||||||||
Emenda 130 Proposta għal regolament Anness I – parti 1 – punt 1.6.1 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.6.1. L-istruzzjonijiet tekniċi maħsubin għall-installatur għandu jkun fihom l-istruzzjonijiet kollha għall-installazzjoni, l-aġġustament u s-servizzjar meħtieġa biex ikun żgurat li dawk l-operazzjonijiet jitwettqu kif suppost u li l-apparat jista’ jintuża b’mod sikur. |
1.6.1. L-istruzzjonijiet tekniċi maħsubin għall-installatur għandu jkun fihom l-istruzzjonijiet kollha għall-installazzjoni, l-aġġustament u s-servizzjar meħtieġa biex ikun żgurat li dawk l-operazzjonijiet jitwettqu kif suppost sabiex tiġi kkonfermata l-kombustjoni sikura u effiċjenti waqt l-ikkummissjonar u wara s-servizzjar jew il-manutenzjoni u li l-apparat jista’ jintuża b’mod sikur. | |||||||||||||||
Emenda 131 Proposta għal regolament Anness I – parti 1– punt 1.6.2 – paragrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
Il-manifattur għandu jinnota fl-istruzzjonijiet meta tkun meħtieġa attenzjoni addizzjonali jew meta jkun rakkomandabbli li kwalunkwe xogħol imsemmi hawn fuq għandu jitwettaq minn professjonist. | |||||||||||||||
Emenda 132 Proposta għal regolament Anness I – parti 1 – punt 1.7 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.7. L-istruzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni għandhom ikunu pprovduti mal-fittings ikkonċernati bħala parti miċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting. |
1.7. L-istruzzjonijiet għall-inkorporazzjoni tal-fitting f’apparat jew l-assemblaġġ tiegħu sabiex jikkostitwixxi tali apparat u għall-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni tiegħu għandhom ikunu pprovduti mal-fittings ikkonċernati bħala parti mid-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE. | |||||||||||||||
Emenda 133 Proposta għal regolament Anness I – parti 3 – punt 3.1 – punt 3.1.7 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 134 Proposta għal regolament Anness I – parti 3 – punt 3.1 – punt 3.1.8 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
3.1.8. L-apparati jridu jiġu ddisinjati u jinbnew b’tali mod li jneħħu kwalunkwe riskju relatat mal-gass dovut għal perikli li ġejjin minn fenomeni elettromanjetiċi. Safejn huma relevanti, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità relatata mar-rekwiżiti ta’ kompatibilità elettromanjetika tad-Direttiva 1999/5/KE jew id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relatati mal-kompatibilità elettromanjetika għandhom jiġu kkunsidrati. |
3.1.8. L-apparati għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew b’tali mod li jneħħu kwalunkwe riskju relatat mal-gass dovut għal perikli li ġejjin minn fenomeni elettromanjetiċi. Safejn huma relevanti, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità relatata mar-rekwiżiti ta’ kompatibilità elettromanjetika tad-Direttiva 2014/53/UE jew id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiġu kkunsidrati. | |||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||
37 Id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (ĠU L 390, 31.12.2004, p.24). |
37 Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79). | |||||||||||||||
Emenda 135 Proposta għal regolament Anness I – parti 3 – punt 3.2 – punt 3.2.4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
3.2.4. L-apparati ddisinjati u mibnijin biex jaħarqu gass li fih komponenti tossiċi ma għandhomx jippreżentaw periklu għal saħħet in-nies u l-annimali domestiċi esposti. |
3.2.4. L-apparati ddisinjati u mibnijin biex jaħarqu gass li fih monossidu tal-karbonju jew komponenti tossiċi oħrajn ma għandhomx jippreżentaw periklu għal saħħet in-nies u l-annimali domestiċi esposti. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-manifatturi u l-installaturi għandhom jiżguraw li d-disinn u l-installazzjoni tal-apparat ma jipperikolawx is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u l-annimali domestiċi. | ||||||||||||||||
Emenda 136 Proposta għal regolament Anness I – parti 3 – punt 3.4 – punt 3.4.4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
3.4.4. L-apparati għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew b’tali mod li, meta jintużaw b’mod normali, ma jikkaġunawx konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saħħa, b’tali mod li aktarx jippreżentaw periklu għal saħħet in-nies u l-annimali domestiċi esposti. |
3.4.4. L-apparati għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew b’tali mod li, meta jintużaw b’mod normali, ma jikkaġunawx konċentrazzjoni ta’ monossidu tal-karbonju jew sustanzi oħra li jagħmlu ħsara lis-saħħa, b’tali mod li aktarx jippreżentaw periklu għal saħħet in-nies u l-annimali domestiċi esposti. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-manifatturi u l-installaturi għandhom jiżguraw li d-disinn u l-installazzjoni tal-apparat ma jipperikolawx is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u l-annimali domestiċi. | ||||||||||||||||
Emenda 137 Proposta għal regolament Anness I – parti 3 – punt 3.6 – punt 3.6.3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
3.6.3. F’kundizzjonijiet operattivi, it-temperaturi tal-wiċċ ta’ partijiet testerni tal-apparati, ħlief uċuħ jew partijiet li huma assoċjati mat-trażmissjoni ta’ sħana ma għandhomx jippreżentaw periklu għall-persuni esposti u b’mod partikolari għal tfal u anzjani, li għalihom għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni ħin ta’ reazzjoni xieraq. |
3.6.3. F’kundizzjonijiet operattivi, it-temperaturi tal-wiċċ ta’ partijiet esterni tal-apparati, ħlief uċuħ jew partijiet li huma assoċjati mat-trażmissjoni ta’ sħana ma għandhomx jippreżentaw periklu għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni esposti u b’mod partikolari għal tfal u anzjani, li għalihom għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni ħin ta’ reazzjoni xieraq. | |||||||||||||||
Emenda 138 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.2. L-eżami tat-tip tal-UE jitwettaq permezz ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-apparat jew il-fitting permezz ta’ analiżi tad-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn imsemmija fil-punt 1.3, flimkien ma’ eżami ta’ kampjun li jirrappreżenta l-produzzjoni prevista, tal-apparat jew il-fitting sħaħ (tip ta’ produzzjoni). |
1.2. L-eżami tat-tip tal-UE għandu jitwettaq permezz ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-apparat jew il-fitting permezz ta’ analiżi tad-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn imsemmija fil-punt 1.3, flimkien ma’ eżami ta’ kampjun li jirrappreżenta l-produzzjoni prevista, tal-apparat jew il-fitting sħaħ (tip ta’ produzzjoni). | |||||||||||||||
Emenda 139 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.1 – punt c – punt 4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(4) lista tal-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti oħrajn li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, applikati bis-sħiħ jew b’mod parzjali, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament meta ma jiġux applikati dawk l-istandards armonizzati. F’każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati; |
(4) lista tal-istandards armonizzati applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, meta dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament. F’każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati; | |||||||||||||||
Emenda 140 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.1 – punt c – punt 8 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(8) l-evidenza ta’ appoġġ tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ appoġġ għandha ssemmi kwalunkwe dokument li jkun intuża, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux ġew applikati għal kollox. L-evidenza ta’ appoġġ għandha tinkludi, fejn ikun hemm bżonn, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa mil-laboratorju xieraq tal-manifattur jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. |
(8) l-evidenza ta’ appoġġ tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ appoġġ għandha ssemmi kwalunkwe dokument li jkun intuża, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux ġew applikati għal kollox. L-evidenza ta’ appoġġ għandha tinkludi, fejn ikun hemm bżonn, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa b’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju xieraq tal-manifattur jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. | |||||||||||||||
Emenda 141 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.1 – punt c – punt 10 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(10) iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting li fih l-istruzzjonijiet dwar kif il-fitting għandu jkun inkorporat f’apparat jew immuntat sabiex jikkostitwixxi t-tali apparat. |
(10) id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE tal-fitting li fiha l-istruzzjonijiet dwar kif il-fitting għandu jkun inkorporat f’apparat jew immuntat sabiex jikkostitwixxi t-tali apparat. | |||||||||||||||
Emenda 142 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.2 – parti introduttorja | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.3.2. Fejn xieraq, id-dokumentazzjoni tad-disinn għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin: |
1.3.2. Meta jkun xieraq, il-manifattur għandu jibgħat ukoll lill-korp notifikat l-elementi li ġejjin: | |||||||||||||||
Emenda 143 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.2 – punt a | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(a) iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u ċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting relatati mal-fittings inkorporati fl-apparat; |
(a) iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE relatati mal-fittings inkorporati fl-apparat; | |||||||||||||||
Emenda 144 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 2 – punt 1.4.2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.4.2. jivverifika li dak il-kampjun(i) ġie manifatturat skont id-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li ġew iddisinjati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti, kif ukoll l-elementi li ġew iddisinjati bla ma ġew applikati d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dawk l-istandards; |
1.4.2. jivverifika li l-kampjun(i) ġie/ġew manifatturat(i) skont id-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li ġew iddisinjati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti, kif ukoll l-elementi li ġew iddisinjati b'konformità ma' speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħrajn; | |||||||||||||||
Emenda 145 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 2 – punt 1.4.3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.4.3. iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa, jew jara li jitwettqu, sabiex jiġi verifikat jekk, meta l-manifattur għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti, dawn ġewx applikati kif suppost; |
1.4.3. iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa, jew jara li jitwettqu, sabiex jiġi verifikat jekk, meta l-manifattur għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati relevanti, dawn ġewx applikati kif suppost; | |||||||||||||||
Emenda 146 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 2 – punt 1.4.4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.4.4. iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa, jew jara li jitwettqu, sabiex jiġi verifikat jekk, meta ma ġewx applikati l-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali korrispondenti ta’ dan ir-Regolament; |
1.4.4. iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa, jew jara li jitwettqu, sabiex jiġi verifikat jekk, meta ma ġewx applikati l-istandards armonizzati rilevanti, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur li japplika speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali korrispondenti ta’ dan ir-Regolament; | |||||||||||||||
Emenda 147 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.6 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.6. Meta t-tip ta’ apparat jew fitting jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk jeżistu) għall-validità tiegħu, id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat u, jekk relevanti, deskrizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu. Iċ-ċertifikat jista’ jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu. |
1.6. Meta t-tip ta’ apparat jew fitting jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk jeżistu) għall-validità tiegħu, id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat, bħat-tip ta' gass, il-kategorija tal-apparat, il-pressjoni tal-provvista tal-gass u, jekk relevanti, deskrizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu. Iċ-ċertifikat jista’ jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu. | |||||||||||||||
Emenda 148 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.6 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Iċ-ċertifikat u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tal-apparat u l-fittings manifatturati mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi evalwata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern. |
Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tal-istrumenti tal-kejl manifatturati mat-tip eżaminat tkun tista' tiġi vvalutata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern. Dak iċ-ċertifikat għandu jindika wkoll kwalunkwe kundizzjoni li għaliha tista’ tkun soġġetta l-pubblikazzjoni tiegħu u jkun akkumpanjat mid-deskrizzjonijiet u t-tpinġijiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. | |||||||||||||||
Emenda 149 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.6 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Iċ-ċertifikat għandu jkollu perjodu ta’ validità massimu ta’ għaxar snin mid-data tal-ħruġ tiegħu. Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-applikant kif inhu xieraq, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu. |
Meta t-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-applikant kif inhu xieraq, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-għan taċ-ċertifikazzjoni skont it-tip ta’ mudell huwa biex jiġi vverifikat jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti essenzjali. Peress li l-proċedura ta’ konformità innifisha mhix qed tiġi alterata, l-introduzzjoni ta’ data ta’ skadenza għaċ-ċertifikati mhijiex meħtieġa. B’mod partikolari, minbarra l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni, prodott ikun qed jiġi suġġett għal sorveljanza regolari tal-prodott l-ewwel darba li jitpoġġa fis-suq, u kull sena wara. Dan ma jiġix alterat bir-regolament. | ||||||||||||||||
Emenda 150 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.8 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1.8. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti u l-korpi nnotifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda għalihom li jkun ħareġ. |
1.8. Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità ta' notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda għalihom li jkun ħareġ jew irtira, u għandu perjodikament jew fuq talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità ta' notifika tiegħu, il-lista ta’ dawn iċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe żieda għalihom rifjutata, sospiża jew b’xi mod ieħor limitata. | |||||||||||||||
Emenda 151 Proposta għal regolament Anness III – parti 1 – punt 1.8 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-korp notifikat li jirrifjuta milli joħroġ jew milli jirtira, jissospendi jew inkella jillimita b’xi mod ieħor ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE għandu jgħarraf lill-awtoritajiet notifikaturi tiegħu u l-korpi notifikati l-oħrajn kif xieraq, billi jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. |
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, fuq talba, dwar tali ċertifikati u/jew żidiet għalihom li jkun ħareġ. | |||||||||||||||
Emenda 152 Proposta għal regolament Anness III – parti 2 – punt 2.1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
2.1. Il-konformità mat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-kontrolli b’superviżjoni tal-apparat jew il-fitting f’intervalli mhux regolari hija l-parti ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 2.2 u 2.3 u l-punt 2.4 jew 2.5, u jiżgura u jiddikjara bir-responsabilità tiegħu biss li l-apparati jew il-fittings ikkonċernati huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
2.1. Il-konformità mat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-kontrolli b’superviżjoni tal-apparat jew il-fitting f’intervalli mhux regolari hija l-parti ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 2.2 u 2.3 u l-punt 2.4 jew 2.5, u jiżgura u jiddikjara bir-responsabilità tiegħu biss li l-apparati jew il-fittings ikkonċernati huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalihom. | |||||||||||||||
Emenda 153 Proposta għal regolament Anness III – parti 2 – punt 2.2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-apparat jew fittings manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-apparat jew fittings manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalihom. | |||||||||||||||
Emenda 154 Proposta għal regolament Anness III – parti 2 – punt 2.3 – titolu | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
2.3. Kontroll tal-apparati jew tal-fittings |
2.3. Kontrolli tal-prodotti | |||||||||||||||
Emenda 155 Proposta għal regolament Anness III – parti 2 – punt 2.3 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 156 Proposta għal regolament Anness III – parti 2 – punt 2.4 – punt 2.4.1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
2.4.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-iskrizzjonijiet ipprovduti fl-Anness IV ma’ kull apparat individwali li huwa konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
2.4.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull apparat jew fitting individwali li huwa konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 157 Proposta għal regolament Anness III – parti 2 – punt 2.4 – punt 2.4.2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
2.4.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal mudell ta' apparat u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-apparat ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-apparat li għalih tkun tfasslet. |
2.4.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta' apparat jew fitting u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta' 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-apparat jew il-fitting li għalih tkun tfasslet. | |||||||||||||||
Emenda 158 Proposta għal regolament Anness III – parti 2 – punt 2.5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
2.5. Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting |
imħassar | |||||||||||||||
2.5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal l-iskrizzjonijiet ipprovduti fil-punt 3 tal-Anness IV ma’ kull fitting individwali li huwa konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
| |||||||||||||||
2.5.2. Il-manifattur għandu jfassal Ċertifikat miktub ta’ konformità tal-fitting għal mudell tal-fitting u jħallih għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-fitting jitqiegħed fis-suq. Iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting għandu jidentifika l-mudell tal-fitting li għalih tfassal u għandu jakkumpanja l-fitting. |
| |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-fittings se jkollhom il-marka CE u għalhekk m’hemmx il-ħtieġa għal ċertifikat ta’ konformità tal-fitting. | ||||||||||||||||
Emenda 159 Proposta għal regolament Anness III – parti 2 – punt 2.6 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punt 2.4 jew 2.5 jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu jew taħt ir-responsabilità tiegħu, diment li huma speċifikati fil-mandat. |
L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punt fil-punt 2.4, jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu jew taħt ir-responsabilità tiegħu, diment li huma speċifikati fil-mandat. | |||||||||||||||
Emenda 160 Proposta għal regolament Anness III – parti 3 – punt 3.2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Il-manifattur għandu jopera sistema approvata tal-kwalità għall-produzzjoni, spezzjoni tal-istrument finali u ttestjar tal-apparati jew il-fittings ikkonċernati kif speċifikat fil-punt 3.3, u għandu jkun soġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 3.4. |
Il-manifattur għandu jopera sistema approvata tal-kwalità għall-produzzjoni, spezzjoni tal-prodott finali u ttestjar tal-apparati jew il-fittings ikkonċernati kif speċifikat fil-punt 3.3, u għandu jkun soġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 3.4. | |||||||||||||||
Emenda 161 Proposta għal regolament Anness III – parti 3 – punt 3.3 – punt 3.3.3 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
3.3.3. Il-korp innotifikat għandu jivvaluta s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2. |
3.3.3. Il-korp notifikat għandu jivvaluta s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk din tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.3.2. | |||||||||||||||
Emenda 162 Proposta għal regolament Anness III – parti 3 – punt 3.3 – punt 3.3.3 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard nazzjonali li jimplimenta l-istandard armonizzat rilevanti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. |
Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti. | |||||||||||||||
Emenda 163 Proposta għal regolament Anness III – parti 3 – punt 3.5 – punt 3.5.1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
3.5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-iskrizzjonijiet ipprovduti fl-Anness IV, u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull apparat individwali li huwa konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
3.5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull apparat jew fitting individwali li huwa konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 164 Proposta għal regolament Anness III – parti 3 – punt 3.5 – punt 3.5.2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
3.5.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull apparat u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-apparat li għalih tkun tfasslet. |
3.5.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull apparat jew fitting u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-apparat jew il-fitting li għalih tkun tfasslet. | |||||||||||||||
Emenda 165 Proposta għal regolament Anness III – parti 3 – punt 3.6 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
3.6. Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting |
imħassar | |||||||||||||||
3.6.1. Il-manifattur għandu jwaħħal l-iskrizzjonijiet ipprovduti fil-punt 3 tal-Anness IV u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull fitting individwali li huwa konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
| |||||||||||||||
3.6.2. Il-manifattur għandu jfassal Ċertifikat miktub ta’ konformità tal-fitting għal fitting u jħallih għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-fitting jitqiegħed fis-suq. Iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting għandu jidentifika l-mudell tal-fitting li għalih tfassal u għandu jakkumpanja l-fitting. |
| |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-fittings se jkollhom il-marka CE u għalhekk m’hemmx il-ħtieġa għal ċertifikat ta’ konformità tal-fitting. | ||||||||||||||||
Emenda 166 Proposta għal regolament Anness III – parti 3 – punt 3.7 – punt b | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(b) il-bidla msemmija fil-punt 3.3.5, kif approvata, |
(b) l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.3.5, kif approvata, | |||||||||||||||
Emenda 167 Proposta għal regolament Anness III – parti 3 – punt 3.8 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
3.8. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità rtirati, u għandu, perjodikament jew fuq talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet notifikanti tiegħu, l-informazzjoni relatata mal-valutazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità. |
3.8. Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta' kwalità maħruġa jew irtirati u għandu, perjodikament jew fuq talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta' kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b'xi mod ieħor limitati. | |||||||||||||||
Emenda 168 Proposta għal regolament Anness III – parti 3 – punt 3.8 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew b’xi mod ieħor illimita, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. |
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew b’xi mod ieħor illimita, u, fuq talba, għandu jinformahom bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun ħareġ. | |||||||||||||||
Emenda 169 Proposta għal regolament Anness III – parti 3 – punt 3.9 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 3.3.1, 3.3.5 u l-punt 3.5 jew 3.6 u l-punt 3.7 jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabilità tiegħu, diment li huma speċifikati fil-mandat. |
L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 3.3.1, 3.3.5, 3.5 u 3.7 jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabilità tiegħu, diment li huma speċifikati fil-mandat. | |||||||||||||||
Emenda 170 Proposta għal regolament Anness III – parti 4 – punt 4.3 – punt 4.3.3 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard nazzjonali li jimplimenta l-istandard armonizzat rilevanti u/jew l-ispeċifikazzjoni teknika. |
Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta' kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti. | |||||||||||||||
Emenda 171 Proposta għal regolament Anness III – parti 4 – punt 4.5 – punt 4.5.1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
4.5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-iskrizzjonijiet ipprovduti fl-Anness IV u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 4.3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull apparat individwali li huwa konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
4.5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-iskrizzjonijiet ipprovduti fl-Anness IV u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 4.3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull apparat jew fitting individwali li huwa konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 172 Proposta għal regolament Anness III – parti 4 – punt 4.5 – punt 4.5.2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
4.5.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-apparat li għalih tkun tfasslet. |
4.5.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta' apparat jew fitting u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta' 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-apparat jew il-fitting li għalih tkun tfasslet. | |||||||||||||||
Emenda 173 Proposta għal regolament Anness III – parti 4 – punt 4.6 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
4.6. Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting |
imħassar | |||||||||||||||
4.6.1. Il-manifattur għandu jwaħħal l-iskrizzjonijiet ipprovduti fil-punt 3 tal-Anness IV u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 4.3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull fitting individwali li huwa konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
| |||||||||||||||
4.6.2. Il-manifattur għandu jfassal Ċertifikat miktub ta’ konformità tal-fitting għal kampjun tal-fitting u jħallih għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-fitting jitqiegħed fis-suq. Iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting għandu jidentifika l-mudell tal-fitting li għalih tfassal u għandu jakkumpanja l-fitting. |
| |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-fittings se jkollhom il-marka CE, għalhekk m’hemmx aktar il-ħtieġa għal ċertifikat ta’ konformità tal-fittings. | ||||||||||||||||
Emenda 174 Proposta għal regolament Anness III – parti 4 – punt 4.8 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
4.8. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u għandu, perjodikament jew fuq talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet notifikanti tiegħu l-lista ta' approvazzjoni tas-sistemi ta' kwalità rifjutati, sospiżi jew ristretti b'xi mod ieħor. |
4.8. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità maħruġa jew irtirati u għandu, perjodikament jew fuq talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità rifjutati, sospiżi jew inkella ristretti b'xi mod ieħor. | |||||||||||||||
Emenda 175 Proposta għal regolament Anness III – parti 4 – punt 4.8 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ. Kull korp notifikat għandu jgħarraf lill-korpi notifikati l-oħrajn bl-approvazzjonijiet ta’ sistemi ta’ kwalità li rrifjuta, issospenda jew irtira, billi jipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. |
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u, fuq talba, bl-approvazzjonijiet ta' sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ. | |||||||||||||||
Emenda 176 Proposta għal regolament Anness III – parti 4 – punt 4.9 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 4.3.1, 4.3.5 u 4.5 jew 4.6 u l-punt 4.7 jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, diment li huma speċifikat fil-mandat. |
L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 4.3.1, 4.3.5, 4.5 u 4.7 jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, diment li huma speċifikat fil-mandat. | |||||||||||||||
Emenda 177 Proposta għal regolament Anness III – parti 5 – punt 5.1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
5.1. Il-konformità mat-tip fuq il-bażi tal-verifika tal-apparat jew il-fitting hija parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 5.2, 5.5.1 u l-punt 5.6 jew 5.7, u jiżgura u jiddikjara bir-responsabilità tiegħu biss li l-apparati jew il-fittings ikkonċernati, li kienu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 5.3, huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalihom. |
5.1. Il-konformità mat-tip fuq il-bażi tal-verifika tal-apparat jew il-fitting hija parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 5.2, 5.5.1 u 5.6, u jiżgura u jiddikjara bir-responsabilità tiegħu biss li l-apparati jew il-fittings ikkonċernati, li kienu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 5.3, huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalihom. | |||||||||||||||
Emenda 178 Proposta għal regolament Anness III – parti 5 – punt 5.4 – punt 5.4.1 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
5.4.1. L-apparati jew il-fittings kollha għandhom ikunu eżaminati b’mod dirett u għandhom isiru t-testijiet xierqa stipulati fl-istandard(s) armonizzat u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti, jew testijiet ekwivalenti, sabiex tiġi verifikata l-konformità mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti xierqa ta’ dan ir-Regolament. |
5.4.1. L-apparati jew il-fittings kollha għandhom ikunu eżaminati b’mod dirett u għandhom isiru t-testijiet xierqa stipulati fl-istandard(s) armonizzat u/jew fit-testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, sabiex tiġi verifikata l-konformità mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti xierqa ta’ dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 179 Proposta għal regolament Anness III – parti 5 – punt 5.5 – punt 5.5.2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
5.5.2. Għandu jittieħed kampjun aleatorju minn kull lott skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. L-apparati jew il-fittings kollha f’kampjun għandhom jiġu eżaminati b’mod individwali u t-testijiet xierqa stabbiliti fl-istandard(s) armonizzat u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti, jew testijiet ekwivalenti, għandhom jitwettqu bix tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u jiġi determinat jekk lott hijiex aċċettata jew rifjutata. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat, il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jiddeċiedi fuq it-testijiet xierqa li għandhom jitwettqu. |
5.5.2. Għandu jittieħed kampjun aleatorju minn kull lott skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. L-apparati jew il-fittings kollha f’kampjun għandhom jiġu eżaminati b’mod individwali u t-testijiet xierqa stabbiliti fl-istandard(s) armonizzat u/jew f’testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, għandhom jitwettqu biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u jiġi determinat jekk il-lott huwiex aċċettat jew rifjutat. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru. | |||||||||||||||
Emenda 180 Proposta għal regolament Anness III – parti 5 – punt 5.5 – punt 5.5.2a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
5.5.2a. Il-korp notifikat għandu japplika sistema ta' teħid ta' kampjuni bil-karatteristiċi li ġejjin: | |||||||||||||||
|
– livell ta’ kwalità li jikkorrispondi għal probabilità ta’ aċċettazzjoni ta’ 95 %, b’persentaġġ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ bejn 0,5 % u 1,5 %; | |||||||||||||||
|
– limitu ta’ kwalità li jikkorrispondi għal probabilità ta’ aċċettazzjoni ta’ 5 %, b’persentaġġ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ bejn 5 % u 10 %. | |||||||||||||||
Emenda 181 Proposta għal regolament Anness III – parti 5 – punt 5.6 – punt 5.6.1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
5.6.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-iskrizzjonijiet ipprovduti fl-Annex IV u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 5.3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull apparat individwali li huwa konformi mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
5.6.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-iskrizzjonijiet ipprovduti fl-Annex IV u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 5.3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull apparat jew fitting individwali li huwa konformi mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament | |||||||||||||||
Emenda 182 Proposta għal regolament Anness III – parti 5 – punt 5.6 – punt 5.6.2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
5.6.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-apparat li għalih tkun tfasslet. |
5.6.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ apparat jew fitting u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-apparat jew il-fitting li għalih tkun tfasslet. | |||||||||||||||
Emenda 183 Proposta għal regolament Anness III – parti 5 – punt 5.6 – punt 5.6.2 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Jekk il-korp notifikat imsemmi fil-punt 5.3 jaqbel u taħt ir-responsabilità tiegħu, il-manifattur jista’ jwaħħal ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat mal-apparati. |
Jekk il-korp notifikat imsemmi fil-punt 5.3 jaqbel u taħt ir-responsabilità tiegħu, il-manifattur jista’ jwaħħal ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat mal-apparat jew il-fitting. | |||||||||||||||
Emenda 184 Proposta għal regolament Anness III – parti 5 – punt 5.7 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
5.7. Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting |
imħassar | |||||||||||||||
5.7.1. Il-manifattur għandu jwaħħal l-iskrizzjonijiet ipprovduti fil-punt 3 tal-Anness IV u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 5.3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal kull fitting individwali li huwa konformi mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
| |||||||||||||||
5.7.2. Il-manifattur għandu jfassal Ċertifikat miktub ta’ konformità tal-fitting għal kampjun tal-fitting u jħallih għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-fitting jitqiegħed fis-suq. Iċ-Ċertifikat ta’ konformità tal-fitting għandu jidentifika l-mudell tal-fitting li għalih tfassal u għandu jakkumpanja l-fitting. |
| |||||||||||||||
Jekk il-korp notifikat imsemmi fil-punt 5.3 jaqbel u taħt ir-responsabilità tiegħu, il-manifattur jista’ jwaħħal ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat mal-fittings. |
| |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-fittings se jkollhom il-marka CE u għalhekk m’hemmx il-ħtieġa għal ċertifikat ta’ konformità tal-fitting. | ||||||||||||||||
Emenda 185 Proposta għal regolament Anness III – parti 6 – punt 6.2 – punt 6.2.1 – punt d | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(d) lista tal-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti oħrajn li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, applikati bis-sħiħ jew b’mod parzjali, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta’ dan ir-Regolament fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati. F’każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati; |
(d) lista tal-istandards armonizzati applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u meta dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inkluża lista ta' speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. F’każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati; | |||||||||||||||
Emenda 186 Proposta għal regolament Anness III – parti 6 – punt 6.2 – punt 6.2.1 – punt g | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(g) manwali għall-installazzjoni u l-użu. |
(g) struzzjonijiet għall-installazzjoni u l-użu għall-apparati; | |||||||||||||||
Emenda 187 Proposta għal regolament Anness III – parti 6 – punt 6.2 – punt 6.2.1 – punt ga (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(ga) struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni f'apparat jew għall-assemblaġġ għall-fittings. | |||||||||||||||
Emenda 188 Proposta għal regolament Anness III – parti 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – parti introduttorja | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
6.2.2. Fejn xieraq, id-dokumentazzjoni tad-disinn għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin: |
6.2.2. Meta jkun xieraq, il-manifattur għandu jibgħat ukoll lill-korp notifikat l-elementi li ġejjin: | |||||||||||||||
Emenda 189 Proposta għal regolament Anness III – parti 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – punt a | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(a) iċ-ċertifikat ta’ konformità relatat mal-fittings inkorporati fl-apparat; |
(a) id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE relatata mal-fittings inkorporati fl-apparat; | |||||||||||||||
Emenda 190 Proposta għal regolament Anness III – parti 6 – punt 6.4 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew f’testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament jew iqabbad lil min jagħmilhom Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat u/jew speċifikazzjoni teknika, il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom jitwettqu. |
Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel eżamijiet u testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat, il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom jitwettqu. | |||||||||||||||
Emenda 191 Proposta għal regolament Anness III – parti 6 – punt 6.4 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
Jekk il-korp notifikat iqis li dan huwa neċessarju, l-eżamijiet u t-testijiet jistgħu jsiru wara l-installazzjoni tal-apparat. |
Jekk il-korp notifikat iqis li dan huwa neċessarju, l-eżamijiet u t-testijiet jistgħu jsiru wara l-inkorporazzjoni tal-fitting, l-assemblaġġ jew l-installazzjoni tal-apparat. | |||||||||||||||
Emenda 192 Proposta għal regolament Anness III – parti 6 – punt 6.5 – punt 6.5.1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
6.5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-iskrizzjonijiet ipprovduti fl-Anness IV u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 6.4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull apparat li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
6.5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 6.4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull apparat li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. | |||||||||||||||
Emenda 193 Proposta għal regolament Anness IV – punt 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) L-apparat jew il-pjanċa tad-dejta tiegħu għandu jkollhom fuqhom il-marka CE stipulata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2008 segwita minn numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni u l-aħħar żewġ figuri tas-sena li fihom twaħħlet il-marka CE. |
(1) L-apparat, il-fitting jew il-pjanċa tad-dejta tiegħu għandu jkollhom fuqhom il-marka CE stipulata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2008 segwita minn numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni u l-aħħar żewġ figuri tas-sena li fihom twaħħlet il-marka CE. | |||||||||||||||
Emenda 194 Proposta għal regolament Anness V – paragrafu 1 – punt a | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(a) Apparat/mudell tal-apparat (prodott, lott, tip jew numru tas-serje). |
(a) Apparat jew fitting/mudell tal-apparat jew tal-fitting (prodott, lott, tip jew numru tas-serje). | |||||||||||||||
Emenda 195 Proposta għal regolament Anness V – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 196 Proposta għal regolament Anness V – paragrafu 1 – punt d – punt 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) deskrizzjoni tal-apparat; |
(1) deskrizzjoni tal-apparat jew tal-fitting; | |||||||||||||||
Emenda 197 Proposta għal regolament Anness V – paragrafu 1 – punt e | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(e) L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni: ……………. (referenza għall-atti l-oħrajn tal-Unjoni applikati): |
(e) L-oġġett tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni; | |||||||||||||||
Emenda 198 Proposta għal regolament Anness V – paragrafu 1 – punt f | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(f) Ir-referenzi għall-istandards ta’ armonizzazzjoni rilevanti użati jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li fir-rigward tagħhom hi ddikjarata l-konformità: |
(f) Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti użati, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra fir-rigward ta’ liema qed tiġi ddikjarata l-konformità: | |||||||||||||||
Emenda 199 Proposta għal regolament Anness V – paragrafu 1 – punt g | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(g) Il-korp jew korpi notifikati … (isem, indirizz, numru) … wettqu … (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħarġu ċ-ċertifikat(i): … |
(g) Il-korp jew korpi notifikati … (isem, indirizz, numru) … wettqu … (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħarġu ċ-ċertifikat(i): …(dettalji, inkluża d-data tiegħu, u fejn xieraq, informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien u l-kondizzjonijiet tal-validità tiegħu). | |||||||||||||||
Emenda 200 Proposta għal regolament Anness V – paragrafu 1 – punt ga (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(ga) Fil-każ tal-fittings, struzzjonijiet dwar kif il-fitting għandu jkun inkorporat f’apparat jew immuntat biex jikkostitwixxi t-tali apparat sabiex tiġi assistita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli għall-apparati lesti. | |||||||||||||||
Emenda 201 Proposta għal regolament Anness V – paragrafu 1 – punt ha (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(ha) Fil-każ tal-fittings, struzzjonijiet dwar kif il-fitting għandu jkun inkorporat f’apparat jew immuntat biex jikkostitwixxi t-tali apparat sabiex tiġi assistita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli għall-apparati lesti. | |||||||||||||||
Emenda 202 Proposta għal regolament Anness VI | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
[...] |
imħassar | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-fittings se jkollhom il-marka CE u għalhekk m’hemmx il-ħtieġa għal ċertifikat ta’ konformità tal-fitting. |
NOTA SPJEGATTIVA
Kummenti ġenerali
Ir-Rapporteur tappoġġja l-proposta għal regolament dwar l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi li għandu jieħu post id-Direttiva 2009/142/KE. Din id-Direttiva hija eżempju tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni, li tiżgura l-moviment liberu tal-apparati tal-gass. Ikkontribwiet konsiderevolment għall-ikkompletar u l-operat tas-Suq Uniku u tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u/jew it-tidħil f’servizz ta’ apparat li jaħaraq fjuwils gassużi kopert fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha fir-rigward tar-riskji għas-sikurezza tal-gass u l-użu razzjonali tal-enerġija. Id-Direttiva 2009/142/KE tistabbilixxi rekwiżiti essenzjali li magħhom iridu jikkonformaw l-apparati li jaħarqu fjuwils gassużi sabiex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-UE.
Is-settur tal-gass għandu rwol importanti fl-ekonomija tal-UE u jimpjega 476 000 ruħ fis-settur tal-apparati tal-gass biss. L-apparati tal-gass ikopru firxa wiesgħa ta’ prodotti, minn sempliċi kukers portabbli għal bojlers għall-istabbilimenti l-kbar, u l-istokk attwali tal-UE ta' apparati tal-gass huwa ta’ 470 miljun u qed jiżdied, b’iktar minn 30 miljun unità jinbiegħu kull sena[1].
Strument legali
Ir-Rapporteur hija konvinta li l-bidla tal-istrument legali minn Direttiva għal Regolament hija konformi mal-impenn politiku ġenerali li jissokta l-isforz għal regolamentazzjoni aħjar u li jiġi ssimplifikat l-ambjent regolatorju. Ir-Regolament propost huwa msejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat u għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq intern għal apparati tal-gass. Jimponi regoli ċari u dettaljati li ser isiru applikabbli b’mod uniformi fl-istess ħin fi ħdan l-Unjoni. Skont il-prinċipji ta’ armonizzazzjoni totali, l-Istati Membri mhumiex awtorizzati jimponu rekwiżiti iktar strinġenti jew addizzjonali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għat-tqegħid fis-suq ta’ apparati tal-gass. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti essenzjali obbligatorji u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti mill-manifatturi jridu jkunu l-istess fl-Istati Membri kollha.
L-istess japplika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li ddaħħlu b'riżultat tal-allinjament mad-Deċiżjoni dwar il-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (NLF). Dawk id-dispożizzjonijiet huma ċari u preċiżi biżżejjed biex jiġu applikati direttament mill-atturi kkonċernati. Xorta waħda, l-obbligi pprovduti għall-Istati Membri, bħall-obbligu ta’ valutazzjoni, ħatra u notifika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità mhumiex trasposti bħala tali fil-liġi nazzjonali iżda huma implimentati mill-Istati Membri permezz tal-arranġamenti regolatorji u amministrattivi neċessarji. Dan mhux ser jinbidel meta l-obbligi kkonċernati jkunu stabbiliti f’Regolament.
Għaldaqstant, l-Istati Membri kważi ma għandhom ebda flessibilità fit-traspożizzjoni ta’ Direttiva fil-liġi nazzjonali tagħhom. Madankollu, l-għażla ta’ Regolament ser tippermettilhom jiffrankaw l-ispejjeż assoċjati mat-traspożizzjoni ta’ Direttiva. Barra minn hekk, l-għażla ta’ Regolament tevita r-riskju ta’ traspożizzjoni diverġenti li tista’ twassal għal livelli differenti ta’ protezzjoni tas-sikurezza u tfixkel is-suq intern. F’dan ir-rigward ir-Rapporteur tixtieq tirrimarka li l-kwistjoni tat-traspożizzjoni diverġenti kienet ġiet identifikata bħala problema fir-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/9/KE.
Konsistenza mal-NLF
Ir-Rapporteur tappoġġja l-allinjament tad-dispożizzjonijiet għall-pakkett dwar il-prodotti adottat fl-2008 u b’mod partikolari għad-Deċiżjoni 2008/768/KE dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Il-qafas stabbilit mill-NLF jikkonsisti f’dispożizzjonijiet li jintużaw b’mod komuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti. Ir-Rapporteur tixtieq tkompli l-ħidma ta’ dan il-kumitat wara l-adozzjoni ta’ disa’ proposti li flimkien jiffurmaw il-“Pakkett ta’ Allinjament”. F’dan ir-rigward l-abbozz ta' rapport jagħmel sforz biex jirrispetta, fejn possibbli, il-kliem maqbul bejn il-koleġiżlaturi matul il-leġiżlatura preċedenti. Wara analiżi bir-reqqa tal-proposta u paragun komprensiv mal-proposti tal-“Pakkett ta’ Allinjament”, ir-Rapporteur toffri bosta emendi bil-għan li ttejjeb il-koerenza tat-test mal-NLF.
Il-proposta tqis ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea.
Sorveljanza tas-suq
Oriġinarjament, kien previst li d-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq għall-apparati li jaħarqu l-fjuwils gassużi kienu se jiġu indirizzati bir-Regolament il-ġdid dwar is-Sorveljanza tas-Suq (Proposta għal regolament tat-13 ta’ Frar 2013 (COM(2013) 75 final). Billi din il-proposta aktarx li mhux se tiġi adottata fil-ħin, kellhom jiddaħħlu regoli speċifiċi dwar is-sorveljanza tas-suq. Għalhekk, ir-Rapporteur tappoġġja l-inklużjoni tal-Kapitolu IVA ġdid (l-Artikoli 35, 35a sa 35e) dwar is-Sorveljanza tas-Suq tal-Unjoni, il-Kontroll tal-apparati u l-fittings li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u Proċedura ta’ Salvagwardja tal-Unjoni, allinjati mal-Artikoli R30 sa R34 tad-Deċiżjoni 2008/768/KE.
Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni
Din l-inizjattiva hija konformi mal-Att dwar is-Suq Uniku, li saħaq fuq il-bżonn li tiġi żgurata l-kunfidenza tal-konsumaturi fil-kwalità tal-prodotti fis-suq u l-importanza tat-tisħiħ tas-sorveljanza tas-suq. Dan huwa konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija billi ma jolqotx l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinovabbli. Dan jikkumplimenta u huwa koerenti mal-politika tal-Unjoni dwar il-forniment tal-enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija billi ma japplikax fejn japplikaw atti tal-Unjoni aktar speċifiċi. Barra minn hekk, issostni l-politika tal-Kummissjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar u simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju.
Kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta
Il-valutazzjoni tal-impatt tal-KE saħqet li minkejja t-tħaddim b’suċċess tad-Direttiva 2009/142/KE, kien hemm qbil wiesa’ li huwa meħtieġ titjib, madankollu mingħajr bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Il-kwistjonijiet kienu jirrigwardaw l-aktar is-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju Ewropew fil-qasam ta’ apparati u fittings tal-gass, filwaqt li ġew iċċarati u allinjati d-dispożizzjonijiet eżistenti.
Ir-Rapporteur temmen li t-test propost għar-Regolament jittratta l-parti l-kbira tal-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq. Madankollu, ir-Rapporteur introduċiet diversi emendi sabiex issaħħaħ it-test mil-lat ta’ sikurezza tal-konsumatur, u żiedet emendi ta’ miżuri prekawzjonarji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evitat l-avvelenament ta' persuni bil-monossidu tal-karbonju li huwa l-kawża ewlenija tal-mewt fl-Ewropa, f'dak li jikkonċerna l-apparati tal-gass.
Fittings
Il-proposta fiha d-dispożizzjonijiet tipiċi għal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni relatata mal-prodotti u tistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi relevanti (manifatturi, rappreżentanti awtorizzati, importaturi u distributuri), skont id-Deċiżjoni tal-NLF. Skont id-Direttiva 2009/142/KE, il-fittings ma għandhomx il-marka CE fuqhom.
Madnkollu, ir-Rapporteur hi tal-fehma li l-fittings għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali sabiex jaqdu korrettament l-iskop intiż tagħhom meta jiġu inkorporati f'apparat jew jiġu assemblati biex jikkostitwixxu tali apparat. Bl-għan tas-simplifikazzjoni u sabiex jiġu evitati kwalunkwe konfużjoni u nuqqas ta' ftehim għall-manifatturi fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom, huwa meqjus ġustifikat li l-fittings ukoll għandu jkollhom il-marka CE fuqhom. Ġew introdotti bidliet meħtieġa fit-test kollu fil-forma ta’ emendi, biex b’hekk it-test ġie allinjat, fejn meħtieġ, mar-Regolament KE Nru 765/2008 dwar ir-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti. Ir-Rapporteur tqis ukoll neċessarju li kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiġi pprovduta ma' kull apparat u/jew fitting.
- [1] http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/pressure-and-gas/index_mt.htm
PROĊEDURA
Titolu |
Tagħmir li juża l-gass |
||||
Referenzi |
COM(2014)0258 – C8-0006/2014 – 2014/0136(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
12.5.2014 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 3.7.2014 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 3.7.2014 |
ENVI 3.7.2014 |
ITRE 3.7.2014 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
INTA 3.9.2014 |
ENVI 24.7.2014 |
ITRE 22.7.2014 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Catherine Stihler 17.7.2014 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
3.12.2014 |
24.2.2015 |
24.3.2015 |
20.4.2015 |
|
Data tal-adozzjoni |
23.4.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 2 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Dita Charanzová, Sergio Gaetano Cofferati, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Antanas Guoga, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Marlene Mizzi, Eva Paunova, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Pascal Arimont, Cristian-Silviu Bușoi, Birgit Collin-Langen, Dawid Bohdan Jackiewicz, Franz Obermayr, Julia Reda, Ulrike Trebesius, Ulla Tørnæs |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Andor Deli |
||||
Data tat-tressiq |
30.4.2015 |
||||