RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir personali protettiv

30.4.2015                                                            - (COM(2014)0186 – C7‑0110/2014 – 2014/0108(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Vicky Ford


Proċedura : 2014/0108(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0148/2015
Testi mressqa :
A8-0148/2015
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir personali protettiv

(COM(2014)0186 – C7‑0110/2014 – 2014/0108(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0186),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0110/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0148/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Dan ir-Regolament ikopri l-PPE li jkun ġdid għas-suq tal-Unjoni meta jitqiegħed fis-suq; jiġifieri jkun PPE ġdid magħmul minn manifattur stabbilit fl-Unjoni jew prodotti, ġodda kif ukoll użati, importati minn pajjiż terz.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Dan ir-Regolament għandu japplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 jistabbilixxi dispożizzjonijiet orizzontali dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u fuq it-tikketta CE.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 jistabbilixxi regoli dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq ta' prodotti u għal kontrolli fuq prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

__________________

__________________

16Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

16Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew17 u tal-Kunsill tipprovdi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza għall-iskopijiet ta’ leġiżlazzjoni bbażati fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ leġiżlazzjoni settorjali oħra dwar il-prodotti, jixraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu armonizzati ma’ dik id-Deċiżjoni, sakemm l-ispeċifitajiet settorjali ma jirrikjedux soluzzjoni differenti. Għalhekk, ċerti definizzjonijiet, l-obbligi ġenerali tal-operaturi ekonomiċi, il-preżunzjoni tal-konformità, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, ir-regoli għat-tikketta CE, ir-rekwiżiti għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-proċeduri ta’ notifika, il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-proċeduri biex jindirizzaw il-prodotti li jippreżentaw riskju għandhom jiġu allinjati ma’ dik id-Deċiżjoni.

(6) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 tistabbilixxi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta' referenza maħsuba għall-applikazzjoni fil-leġiżlazzjoni settorjali kollha. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ leġiżlazzjoni settorjali oħra dwar il-prodotti, jixraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu armonizzati ma’ dik id-Deċiżjoni, sakemm l-ispeċifiċitajiet settorjali ma jirrikjedux soluzzjoni differenti. Għalhekk, ċerti definizzjonijiet, l-obbligi ġenerali tal-operaturi ekonomiċi, il-preżunzjoni tal-konformità, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, ir-regoli għall-marka CE, ir-rekwiżiti għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-proċeduri ta’ notifika, il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-proċeduri biex jindirizzaw il-prodotti li jippreżentaw riskju għandhom jiġu allinjati ma’ dik id-Deċiżjoni.

__________________

__________________

17 Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

17 Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Ir-Regolament (UE) Nru xx/xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi regoli ddettaljati dwar is-sorveljanza tas-suq u dwar il-kontrolli tal-prodotti armonizzati, inkluż il-PPE, li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza fis-suq, biex jaħtru awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, biex jispeċifikaw is-setgħat u d-dmirijiet tagħhom, u biex iwaqqfu l-programmi ta’ sorveljanza tas-suq ġenerali u speċifiċi għas-settur. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-proċedura ta’ klawżola ta’ salvagwardja.

imħassar

__________________

 

18 [Ir-Regolament (COM/2013/075 finali - 2013/0048 (COD)) dwar is-sorveljanza tal-prodotti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE, u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 1999/5/KE, 2000/9/KE, 2000/14/KE, 2001/95/KE, 2004/108/KE, 2006/42/KE, 2006/95/KE, 2007/23/KE, 2008/57/KE, 2009/48/KE, 2009/105/KE, 2009/142/KE, 2011/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L XXXX)].

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Xi prodotti fis-suq li jipprovdu funzjoni protettiva għall-utent huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/686/KEE. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-utent ta’ dawk il-prodotti għall-PPE koperti bid-Direttiva 89/686/KEE, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jinkludi PPE għall-użu privat kontra l-umdità, l-ilma u s-sħana (eż. ingwanti għall-ħasil tal-platti, ingwanti tal-forn), f’konformità ma’ PPE simili għall-użu professjonali li huwa diġà kopert mid-Direttiva 89/686/KEE. Prodotti artiġjanali, bħal ingwanti magħmula bl-idejn, li għalihom il-manifattur ma jallegax espliċitament funzjoni protettiva mhumiex tagħmir personali protettiv; għalhekk din l-inklużjoni ma tirrigwardahomx. Huwa wkoll xieraq li tiġi ċċarata l-lista ta’ esklużjoni stabbilita fl-Anness I tad-Direttiva 89/686/KEE billi tiżdied referenza għall-prodotti koperti minn leġiżlazzjoni oħra u li għalhekk huma esklużi mir-Regolament tal-PPE.

(9) Xi prodotti fis-suq li jipprovdu funzjoni protettiva għall-utent huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/686/KEE. Prodotti artiġjanali jew dekorattivi, li għalihom il-manifattur ma jallegax espliċitament funzjoni protettiva mhumiex tagħmir personali protettiv; għaldaqstant ma għandhomx ikunu koperti b'dan ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jinkludi prodotti li huma espliċitament deskritti u mqiegħda fis-suq kif xieraq mill-manifatturi tagħhom għall-użu privat biex jipproteġu kontra s-sħana. Fil-każ ta’ prodotti maħsuba għal użu privat bħala protezzjoni kontra kondizzjonijiet atmosferiċi li mhumiex ta’ natura estrema jew bħala protezzjoni kontra l-umdità u l-ilma, inkluż iżda mhux biss ħwejjeġ tal-istaġun, umbrelel u ingwanti għall-ħasil tal-platti, dawn għandhom ikunu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huwa wkoll xieraq li tiġi ċċarata l-lista ta’ esklużjoni stabbilita fl-Anness I tad-Direttiva 89/686/KEE billi tiżdied referenza għall-prodotti koperti minn leġiżlazzjoni oħra u li għalhekk huma esklużi mir-Regolament dwar il-PPE.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Matul id-dimostrazzjonijiet u t-testijiet fuq il-post, għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuni. It-testijiet fuq il-post ma għandhomx jiġu mfassla biex jittestjaw il-prestazzjoni ta’ protezzjoni tal-PPE iżda biex jevalwaw aspetti mhux protettivi oħra bħall-kumdità, l-ergonomija u d-disinn. Il-partijiet kollha kkonċernati, pereżempju l-impjegaturi kif ukoll min jilbes dawn l-oġġetti jew il-konsumatur, għandhom ikunu infurmati minn qabel dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskop tat-test.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħal pereżempju s-saħħa u s-sigurtà u l-protezzjoni tal-utenti, u biex tiġi ggarantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(11) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-PPE, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħal pereżempju s-saħħa u s-sigurtà u l-protezzjoni tal-utenti u, fejn xieraq, ta' persuni oħrajn, u biex tiġi ggarantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-operaturi ekonomiċi li jintervjenu fil-katina tal-provvista u ta’ distribuzzjoni għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-PPE jipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni u li jagħmlu disponibbli fis-suq biss prodotti li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jipprovdi tqassim ċar u proporzjonat ta’ obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(12) L-operaturi ekonomiċi li jintervjenu fil-katina tal-provvista u ta’ distribuzzjoni għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq biss PPE li jikkonforma ma' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jipprovdi tqassim ċar u proporzjonat ta’ obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi biex jinkludu indirizz tas-sit elettroniku flimkien mal-indirizz postali.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li PPE li jidħol fis-suq tal-Unjoni jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, li jkunu twettqu proċeduri ta’ valutazzjoni xierqa mill-manifatturi. Għalhekk għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-PPE li jqiegħdu fis-suq ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq PPE li ma jikkonformax ma’ dawn ir-rekwiżiti jew jippreżenta xi riskju. Għall-istess raġuni, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu twettqu l-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità u li t-tikketta CE u d-dokumentazzjoni teknika magħmula mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

(14) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li PPE li jidħol fis-suq tal-Unjoni jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, li jkunu twettqu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa mill-manifatturi. Għalhekk għandu jsir provvediment sabiex l-importaturi jkollhom idaħħlu fis-suq biss PPE li jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li ma jippreżenta l-ebda riskju. Għandu jsir ukoll provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu twettqu l-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità u li l-marka CE u d-dokumentazzjoni teknika magħmula mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta jqiegħdu PPE fis-suq, l-importaturi għandhom jindikaw fuq il-PPE isimhom u l-indirizz fejn ikun jista’ jsir kuntatt magħhom. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-PPE ma jippermettux din l-identifikazzjoni. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biex ipoġġi ismu u l-indirizz tiegħu fuq il-prodott.

(16) Meta jqiegħdu PPE fis-suq, l-importaturi għandhom jindikaw fuq il-PPE isimhom, l-isem reġistrat jew il-marka kummerċjali tagħhom u l-indirizz postali fejn ikun jista' jsir kuntatt magħhom. Għandhom jiġu previsti eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-PPE ma jippermettux li dan isir. Dan jinkludi każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex ipoġġi ismu u l-indirizz tiegħu fuq il-PPE.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Għandhom isiru sforzi mill-operaturi ekonomiċi biex jiżguraw li d-dokumentazzjoni rilevanti kollha, bħall-istruzzjonijiet għall-utent, filwaqt li tiżgura li l-informazzjoni tkun preċiża u tinftiehem, tkun tinftiehem faċilment, tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u l-bidliet fl-imġiba tal-utenti finali, u tkun aġġornata kemm jista’ jkun.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Meta tkun assigurata t-traċċabbiltà tal-PPE fil-katina tal-provvista, dan jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza biex jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq prodott mhux konformi.

(19) L-iżgurar tat-traċċabbiltà tal-PPE fil-katina tal-provvista kollha kemm hi jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq prodott mhux konformi. Meta tinżamm l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament għall-identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi oħra, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx ikunu meħtieġa jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta' operaturi ekonomiċi oħra li jkunu fornewlhom PPE jew li huma jkunu fornew lilhom PPE sakemm ma tkunx ingħatatilhom tali informazzjoni aġġornata.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) “Test fuq il-post” tfisser perjodu ta’ prova mill-utent ta’ PPE mhux konformi, qabel jitpoġġa fis-suq u li għalih l-informazzjoni kollha tat-testijiet imwettqa minn laboratorji akkreditati jew awtorizzati tkun disponibbli fil-fajl tekniku biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-utent, u li jkun jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-Anness II, ikun sar disponibbli f’numru limitat ħafna għal żmien limitat u li l-għan prinċipali tiegħu ikun li jwettaq evalwazzjoni finali tal-karatteristiċi mhux protettivi tiegħu.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-relazzjoni tiegħu mad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-użu ta’ PPE fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE19, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni u ambigwità u b’hekk jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ PPE konformi.

(21) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-relazzjoni tiegħu mad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-użu ta’ PPE fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE19, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni u ambigwità u b’hekk jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ PPE konformi. L-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva jobbliga lil min iħaddem biex jipprovdi PPE li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar id-disinn u l-manifattura fir-rigward tas-sigurtà u tas-saħħa. Skont dak l-Artikolu, il-manifatturi ta’ PPE li jipprovdu dak il-PPE lill-impjegati tagħhom għandhom jiżguraw li tali PPE jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

__________________

__________________

19 Id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għall-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 393, 30.12.1989, p. 18).

19 Id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għall-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 393, 30.12.1989, p. 18).

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Ir-rekwiżit f’leġiżlazzjoni oħra tas-suq intern biex tingħata dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE mat-tagħmir instab li jiffaċilita u jsaħħaħ l-effiċjenza tas-sorveljanza tas-suq u għalhekk għandu jiddaħħal f’dan ir-Regolament. Il-possibbiltà li tingħata dikjarazzjoni simplifikata tal-UE dwar il-konformità wasslet biex jitnaqqas il-piż marbut ma’ dan ir-rekwiżit mingħajr ma tnaqqset l-effettività tagħha. Għalhekk, għandhom jiġu pprovduti ż-żewġ possibbiltajiet għal dan ir-Regolament.

(22) L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom aċċess faċli għad-dikjarazzjoni ta' konformità. Sabiex jissodisfaw dak ir-rekwiżit, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-PPE jkun akkumpanjat b’kopja sħiħa tad-dikjarazzjoni ta’ konformità jew l-indirizz tal-internet fejn tista’ tiġi aċċessata d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE. Alternattivament, il-manifattur għandu jkun jista’ jagħżel li jipprovdi dikjarazzjoni ssimplifikata tal-konformità.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Biex jiġi żgurat aċċess effikaċi għall-informazzjoni għal skopijiet ta' sorveljanza tas-suq, f'każijiet fejn PPE jkun kopert b'att legali ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni wieħed jew iktar, l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f'dikjarazzjoni unika ta' konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-operaturi ekonomiċi, għandu jkun possibbli li dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet ta’ konformità individwali rilevanti.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Sabiex jiġi żgurat li PPE jkun eżaminat abbażi tal-aħħar avvanzi fit-teknoloġija, il-limitu tal-validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE għandu jiġi stabbilit għal massimu ta’ ħames snin. Għandu jiġi previst proċess għar-reviżjoni taċ-ċertifikat. Għandu jkun meħtieġ kontenut minimu taċ-ċertifikat sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

(24) Il-PPE għandu jkun eżaminat abbażi tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku. Il-perjodu massimu tal-validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE għandu jkun ta' ħames snin u għandu jiġi previst proċess għar-reviżjoni taċ-ċertifikat. Jekk issir reviżjoni pożittiva, ċertifikat imġedded jista' jibqa' validu għal perjodi ulterjuri, li kull wieħed minnhom għandu jkun għal massimu ta’ ħames snin. Għandu jkun meħtieġ kontenut minimu taċ-ċertifikat sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Għandha tiġi applikata proċedura simplifikata għaċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE meta l-prodott, l-istandards armonizzati applikati jew soluzzjonijiet tekniċi oħra applikati mill-manifattur ma jkunux inbidlu u jkunu għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà fid-dawl tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, u dan ikun ifisser li t-testijiet jew l-eżamijiet tekniċi addizzjonali ma jkunux meħtieġa u b’hekk il-piż amministrattiv u l-ispejjeż relatati jinżammu għal minimu.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 24b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24b) L-irtirar ta’ standard armonizzat m’għandux jinvalida ċ-ċertifikati eżistenti maħruġa minn korpi nnotifikati; dan jikkonċerna biss il-konformità li tingħata lill-valutazzjonijiet tal-konformità ġodda li jsegwu l-istandard armonizzat il-ġdid. Prodotti magħmula b'konformità maċ-ċertifikat eżistenti għandhom xorta waħda jibbenefikaw mill-konformità kontinwa mar-rekwiżiti essenzjali u għandu jibqa’ jkun possibbli li jitqiegħdu fis-suq sat-tmiem tal-validità taċ-ċertifikati rilevanti maħruġa mill-korpi nnotifikati.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi evitata l-inċertezza legali rigward każi fejn l-istandard armonizzat fuq iċ-ċertifikat ikun inbidel minn verżjoni riveduta, dan it-test ġie miżjud mat-test mill-“Gwida Blu” tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-prodotti.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sigurtà, jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti mill-manifattur. Id-Direttiva 89/686/KEE tikklassifika l-PPE fi tliet kategoriji li huma soġġetti għal proċeduri differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà b’mod konsistenti għall-PPE kollha, il-lista ta’ prodotti soġġetti għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandhom x’jaqsmu mal-fażi ta’ produzzjoni għandha titwessa’. Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għal kull kategorija ta’ PPE, sa fejn ikun possibbli, abbażi tal-moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

(28) Sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà stipulati f’dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti mill-manifattur. Id-Direttiva 89/686/KEE tikklassifika l-PPE fi tliet kategoriji li huma soġġetti għal proċeduri differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà b’mod konsistenti għall-PPE kollha, il-lista ta’ prodotti soġġetti għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandhom x’jaqsmu mal-fażi ta’ produzzjoni għandha titwessa’. Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għal kull kategorija ta’ PPE, sa fejn ikun possibbli, abbażi tal-moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Jekk korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri konformità mal-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati, għandha tiġi preżunta l-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Is-sistema stabbilita f’dan ir-Regolament għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta’ akkreditazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditazzjoni hija mezz essenzjali ta' verifika tal-kompetenza tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, għandha tintuża wkoll għall-finijiet ta' notifika.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 30b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30b) L-akkreditazzjoni trasparenti kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li tiżgura l-livell meħtieġ ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati ta' konformità, għandha titqies mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut biex tintwera l-kompetenza teknika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex iwettqu dik il-valutazzjoni huma stess. F’dawn il-każijiet, sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ kredibbiltà tal-valutazzjonijiet imwettqa minn awtoritajiet nazzjonali oħra, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, evalwati mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 30c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30c) Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b'sottokuntratt partijiet mix-xogħol tagħhom marbuta mal-valutazzjoni tal-konformità jew jużaw sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat il-livell għoli ta' protezzjoni meħtieġ biex il-PPE jitqiegħed fis-suq, huwa essenzjali li s-sussidjarji u s-sottokuntratturi ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi nnotifikati b'rabta mat-twettiq ta' kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta' korpi li għandhom jiġu nnotifikati u l-monitoraġġ ta' korpi diġà nnotifikati jkopru wkoll l-attivitajiet imwettqa minn sottokuntratturi u sussidjarji.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 30d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30d) Ladarba l-korpi nnotifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom madwar l-Unjoni kollha, jixraq li l-Istati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward ta' korp innotifikat. Huwa għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kwalunkwe dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun jista' jiġi kkjarifikat qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi nnotifikati.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 30e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30e) Fl-interess tal-kompetittività, huwa kruċjali li l-korpi nnotifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun żgurat trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, għandha tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità. L-aħjar mod kif dan jista’ jinkiseb huwa permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifkati.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 30f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30f) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-prodotti koperti b'dan ir-Regolament ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jkunu maħżuna u jintużaw kif suppost għall-għan li huma maħsuba għalih, jew skont kundizzjonijiet ta' użu li jistgħu jkunu previsti b'mod raġonevoli, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u/jew is-sigurtà, fejn applikabbli, ta' persuni oħrajn. Il-prodotti koperti b'dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti f'dan ir-Regolament biss skont kundizzjonijiet ta' użu li jistgħu jkunu previsti b'mod raġonevoli, jiġifieri meta dan l-użu jkun jista' jirriżulta minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 30g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30g) Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, jeħtieġ li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għall-prodotti koperti b'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament m’għandhux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dawk il-kompiti.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 30h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30h) Id-Direttiva 89/686/KE diġà tipprevedi proċedura ta' salvagwardja li hija meħtieġa biex tippermetti l-possibbiltà tal-kontestazzjoni tal-konformità ta' prodott. Biex tiżdied it-trasparenza u jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar, jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta' salvagwardja eżistenti, bl-għan li ssir aktar effiċjenti u filwaqt li jintuża l-għarfien espert disponibbli fl-Istati Membri.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 30i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30i) Is-sistema eżistenti għandha tkun supplementata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' PPE li jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-utenti jew, fejn applikabbli, ta' persuni oħra. Għandha tippermetti wkoll li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali PPE.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 30j (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30j) Meta l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkun meħtieġ l-ebda involviment ulterjuri mill-Kummissjoni, ħlief meta n-nuqqas ta’ konformità jkun attribwibbli għal nuqqasijiet fi standard armonizzat.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament meta, f'każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ PPE konformi li jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-manifattura ta’ tagħmir personali protettiv (PPE) sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti u r-regoli dwar il-moviment liberu fl-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-manifattura ta’ tagħmir personali protettiv (PPE) li jkun qed isir disponibbli fis-suq sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti u r-regoli dwar il-moviment liberu tiegħu fl-Unjoni.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tagħmir personali protettiv (PPE), kif iddefinit fl-Artikolu 3.

Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tagħmir personali protettiv (PPE), kif iddefinit fl-Artikolu 3, u kklassifikat fil-kategoriji tar-riskju stabbiliti fl-Anness I.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iddisinjat speċifikament biex jintuża mill-forzi armati jew għall-ħarsien tal-liġi u l-ordni;

(a) iddisinjat speċifikament biex jintuża mill-forzi armati jew fiż-żamma tal-ordni pubbliku;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) maħsub biex jintuża għad-difiża leġittima;

(b) iddisinjat biex jintuża għad-difiża leġittima bl-eċċezzjoni ta' PPE maħsub għal attivitajiet sportivi;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) maħsub għal użu privat biex jipproteġi kontra kundizzjonijiet atmosferiċi li huma ta’ natura estrema;

c) maħsub għal użu privat biex jipproteġi kontra:

 

(i) kundizzjonijiet atmosferiċi li mhumiex ta’ natura estrema;

 

(ii) umdità u ilma mhux ta’ natura estrema;

 

(iii) sħana, fil-każ ta' prodotti li l-operatur ekonomiku ma jiddeskrivihomx u ma jikkumerċjalizzahomx b'mod espliċitu bħala prodotti b'funzjoni protettiva;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) għall-protezzjoni tar-ras, il-wiċċ jew l-għajnejn ta’ utenti soġġetti għar-Regolament rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) ta’ vetturi b’mutur li għandhom żewġ roti jew tlieta.

(e) għall-protezzjoni tar-ras, il-wiċċ jew l-għajnejn tal-utenti, soġġett għar-Regolament 22 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), dwar dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta' elmi protettivi u tal-viżieri tagħhom għas-sewwieqa u l-passiġġieri ta' muturi u ċiklomuturi.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) fil-forma ta’ ħwejjeġ maħsuba għal użu privat, b’ilbies fluworexxenti jew li jirrifletti li jkunu inklużi esklussivament għal raġunijiet ta’ disinn jew dekorazzjoni, u fil-każ ta' prodotti li l-operatur ekonomiku ma jiddeskrivihomx u ma jikkumerċjalizzahomx b'mod espliċitu bħala prodotti b'funzjoni protettiva;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) iddisinjat u mqiegħed fis-suq bħala prodott artiġjanali ta' natura dekorattiva.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tagħmir maħsub biex jintlibes jew miżmum minn persuna għall-protezzjoni kontra riskju jew riskji għas-saħħa jew is-sigurtà tiegħu jew tagħha li jitqiegħed fis-suq b’mod separat jew ikkombinat ma’ tagħmir personali mhux protettiv;

(a) tagħmir iddisinjat u mmanifatturat biex jintlibes jew jinżamm minn persuna għall-protezzjoni kontra riskju jew riskji għas-saħħa jew is-sigurtà tagħha li jitqiegħed fis-suq b’mod separat jew ikkombinat ma’ tagħmir personali mhux protettiv;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) sistemi ta’ konnessjoni għall-apparat imsemmi fil-punt (a) li ma jinżammx jew ma jintlibisx minn persuna, li huma maħsuba li jqabbdu dak l-apparat ma’ apparat jew struttura esterna, li jistgħu jitneħħew u li mhumiex maħsuba biex jitwaħħlu b’mod permanenti ma’ struttura;

(c) sistemi ta’ konnessjoni għall-apparat imsemmi fil-punt (a) li ma jinżammux jew ma jintlibsux minn persuna, iżda li huma essenzjali għall-funzjonament tal-apparat, li huma ddisinjati biex iqabbdu dak l-apparat ma’ apparat estern jew ma’ punt ta’ rbit b’saħħtu, li mhumiex iddisinjati biex jitwaħħlu b’mod permanenti u li ma jkunux jeħtieġu xogħlijiet ta' rbit qabel jintużaw;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. “PPE adattat individwalment” tfisser PPE prodott f’serje fejn kull oġġett ikun immanifatturat biex joqgħod tajjeb fuq utent individwali;

2. "tip ta' PPE" tfisser is-serje ta’ PPE ekwivalenti għall-PPE deskritt fid-dokumentazzjoni teknika u għall-PPE soġġett għall-eżami tat-tip tal-UE (fil-każ tal-kategorija II jew III);

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. “tqiegħed fis-suq” tfisser l-ewwel darba li PPE jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

5. “tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li t-tip ta' PPE jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

18a. “leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

20a. "Dimostrazzjoni" tfisser kwalunkwe wiri ta’ PPE, mhux f’sitwazzjoni perikoluża, għal raġunijiet promozzjonali;

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 20b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

20b. "Test fuq il-post" tfisser avveniment fejn PPE mhux ċertifikati li fir-rigward tiegħu id-dokumenti tat-test neċessarji kollha (testijiet imwettqa minn laboratorji akkreditati jew awtorizzati) li jappoġġjaw il-fajl tekniku biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ min jilbsu jkunu disponibbli u ssodisfati, ikun disponibbli f’għadd limitat ħafna biex issir evalwazzjoni finali. Test fuq il-post ikun limitat fiż-żmien, u jkollu l-ħin u l-iskop tiegħu definiti u motivati qabel ma jibda t-test u jkunu kkonfermati mill-partijiet ikkonċernati;

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Moviment liberu

Moviment liberu, dimostrazzjonijiet u testijiet fuq il-post

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’fieri, wirjiet u dimostrazzjonijiet, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri ta’ PPE li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, kemm-il darba jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b’mod ċar li l-PPE ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament u li mhuwiex disponibbli fis-suq sakemm ma jikkonformax.

F’fieri, wirjiet, dimostrazzjonijiet jew testijiet fuq il-post, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri ta’ PPE li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament u li ma jkunx disponibbli fis-suq. It-testijiet fuq il-post m’għandhomx jitfasslu biex jittestjaw il-prestazzjoni tal-protezzjoni tal-PPE, iżda biex jevalwaw aspetti mhux protettivi oħra bħalma huma l-kumdità, l-ergonomija u d-disinn.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul dimostrazzjonijiet adegwati għandhom jittieħdu miżuri biex jassiguraw il-protezzjoni ta’ persuni.

Matul id-dimostrazzjonijiet u t-testijiet fuq il-post, għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuni.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

PPE li jkun kopert b’dan il-paragrafu jista’ jintwera jew jiġi ttestjat fuq il-post kemm-il darba jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b’mod ċar li l-PPE ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal tal-anqas 10 snin wara li l-PPE jkun tqiegħed fis-suq.

3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal tal-anqas ħames snin wara li l-PPE jkun tqiegħed fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit biex id-dokumentazzjoni teknika tinżamm għal 10 snin huwa eċċessiv, b’mod partikolari għaliex il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ konformità huwa biss ta’ ħames snin.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ dan ir-Regolament. Għandhom jitqiesu b’mod adegwat dawk il-bidliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-PPE u l-bidliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità tal-PPE.

4. Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ dan ir-Regolament. Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn PPE, il-manifatturi għandhom, bl-għan li jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi u utenti finali oħrajn, iwettqu testijiet fuq kampjuni ta' PPE disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, ta' PPE mhux konformi u ta' teħid lura ta' PPE, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-PPE li jqiegħdu fis-suq ikollu t-tip, il-lott jew in-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikun jista’ jiġi identifikat, jew, jekk id-daqs jew natura tal-PPE ma tippermettix dan, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE.

5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-PPE li jqiegħdu fis-suq ikollu jew it-tip, il-lott jew in-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikun jista’ jiġi identifikat, jew, jekk id-daqs jew natura tal-PPE ma tippermettix dan, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-manifatturi, fuq il-PPE, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom jew l-indirizz postali jew tal-email fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-PPE, l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu bil-lingwa jew lingwi tal-Istat Membru fejn ikun se jiġi kkummerċjalizzat il-PPE.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-PPE jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.4 tal-Anness II, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li PPE jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.4 tal-Anness II, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti finali, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat fejn il-PPE jkun disponibbli fis-suq. Dawn l-istruzzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe tikketta, għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli. Meta PPE jkun disponibbli f’pakketti li jkun fihom ħafna unitajiet, dawn l-istruzzjonijiet għandhom jakkumpanjaw l-iżgħar unitajiet kollha disponibbli kummerċjalment.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prestazzjoni rreġistrata waqt it-testijiet tekniċi rilevanti biex jiġu vverifikati l-livelli jew il-klassijiet ta’ protezzjoni mogħtija mill-PPE tkun disponibbli elettronikament jew fuq talba.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-PPE jkun akkumpanjat b’kopja tad-dikjarazzjoni tal-UE msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-manifatturi jistgħu jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżit billi jakkumpanjaw l-PPE bid-dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 15(3). Meta tingħata biss id-dikjarazzjoni simplifikata tal-UE, din għandha tkun segwita immedjatament mill-indirizz tal-internet eżatt fejn ikun jista’ jinkiseb it-test sħiħ tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE.

8. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-PPE jkun akkumpanjat b’kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-manifatturi jistgħu jagħżlu li jissodisfaw dan ir-rekwiżit billi jakkumpanjaw il-PPE bid-dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 15(3) jew billi jinkludi fl-istruzzjonijiet u fl-informazzjoni l-indirizz tal-internet fejn id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE tista’ tiġi aċċessata. Meta tingħata biss id-dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE, din għandu jkollha l-indirizz tal-internet eżatt fejn ikun jista’ jinkiseb it-test sħiħ tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-PPE, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba mingħandha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-PPE li jkunu qiegħdu fis-suq.

10. Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-PPE, fuq karta jew b’format elettroniku, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba mingħandha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-PPE li jkunu qiegħdu fis-suq.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq għal tal-anqas 10 snin wara li l-PPE jkun tqiegħed fis-suq;

(a) iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq għal tal-anqas 10 snin wara li l-PPE jkun sar disponibbli fis-suq;

Ġustifikazzjoni

Jekk tiġi adottata, din il-bidla se ssir fit-test kollu.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq il-PPE, l-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattati dwar il-prodott, jew jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

3. Fuq il-PPE, l-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu bil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat(i) Membru/i fejn ikun se jiġi kkummerċjalizzat il-PPE.

 

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-PPE jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 1.4 tal-Anness I, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u utenti finali oħrajn, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li PPE jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sigurtà kif stipulat fil-punt 1.4 tal-Anness II, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u utenti finali oħrajn, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat. Meta PPE jkun disponibbli f’pakketti li jkun fihom ħafna unitajiet, dawn l-istruzzjonijiet għandhom jakkumpanjaw l-iżgħar unitajiet kollha disponibbli kummerċjalment.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn PPE, l-importaturi għandhom, għall-finijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi u utenti finali oħrajn, iwettqu testijiet fuq kampjuni ta’ PPE li jkunu tqiegħdu fis-suq, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ PPE mhux konformi u ta’ ġbir lura ta’ PPE, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li PPE li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-PPE jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-PPE jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-PPE disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

6. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li PPE li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-PPE jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-PPE jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-PPE disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-importaturi, għal perjodu ta’ mill-anqas 10 snin wara li l-PPE jkun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

7. L-importaturi, għal perjodu ta’ mill-anqas 10 snin wara li l-PPE jkun tqiegħed fis-suq, għandhom jiżguraw li kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika tkun tista' ssir disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma jagħmlu PPE disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li jkollu fuqu t-tikketta CE, li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jew dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE, li jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.4 tal-Anness II b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali fl-Istat Membru fejn il-PPE ikun ser jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6) u l-Artikolu 10(3).

Qabel ma jagħmlu PPE disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li jkollu fuqu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, u mill-istruzzjonijiet u l-informazzjoni l-oħra stabbiliti fil-punt 1.4 tal-Anness II b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħrajn fl-Istat Membru fejn il-PPE ikun ser jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6) u l-Artikolu 10(3).

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li PPE li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu minnufih l-miżuri korrettivi meħtieġa biex isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-PPE jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-PPE għad-dispożizzjoni fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li PPE li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu minnufih l-miżuri korrettivi meħtieġa biex isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-PPE jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-PPE għad-dispożizzjoni fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 8, meta huwa jqiegħed il-PPE fis-suq f’ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika l-PPE li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li tkun affettwata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti fl-Anness II.

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 8, meta huwa jqiegħed il-PPE fis-suq f’ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika PPE li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li tkun affettwata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni, l-irtirar ta’ standard armonizzat ma għandux jinvalida ċ-ċertifikati eżistenti maħruġa minn korpi nnotifikati. Tali rtirar għandu jikkonċerna biss il-konformità li tingħata lill-valutazzjonijiet tal-konformità ġodda li jsegwu l-istandard armonizzat il-ġdid. Prodotti magħmula bi qbil maċ-ċertifikat eżistenti għandhom xorta waħda jibbenefikaw mill-konformità kontinwa mar-rekwiżiti essenzjali u jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sat-tmiem tal-validità taċ-ċertifikati rilevanti maħruġa mill-korpi nnotifikati.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem attwali jipprodvi inċertezza legali rigward każi fejn l-istandard armonizzat fuq iċ-ċertifikat ġie sostitwit minn verżjoni riveduta. Biex tiġi evitata l-inċertezza legali, il-kjarifiki pprovduti fil-“Gwida Blu” dwar l-implimentazzjoni ta’ regoli tal-prodotti tal-UE tal-2014, 4.1.2.6, p.41 għandhom jiġu introdotti direttament fir-Regolament dwar il-PPE.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura u għandha tinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness IX u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq il-PPE.

2. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tkun ibbażata fuq l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness IX, għandha tinkludi l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Annessi IV, VI, VII u VIII u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta bil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn il-PPE jitqiegħed jew isir disponibbli fis-suq.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-elementi stabbiliti fl-Anness X u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq il-PPE. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE aċċessibbli permezz tal-indirizz tal-internet għandha tkun disponibbli bil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq il-PPE.

3. Id-dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE għandha tkun ibbażata fuq l-istruttura ta' mudell stabbilita fl-Anness X u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq il-PPE. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE aċċessibbli permezz tal-indirizz tal-internet għandha tkun disponibbli bil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn il-PPE jitqiegħed jew isir disponibbli fis-suq.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-PPE mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

5. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-konformità tal-PPE mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tikketta CE għandha titwaħħal qabel ma l-PPE jitqiegħed fis-suq. Tista’ tiġi segwita minn pittogramma jew tikketta oħra li tindika r-riskju kontra liema l-PPE huwa maħsub li jipproteġi.

3. Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-PPE jitqiegħed fis-suq.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għall-PPE tal-kategorija III, it-tikketta CE għandha tiġi segwita bin-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat involut fil-proċedura biex tiġi żgurata l-konformità mat-tip abbażi tal-verifika tal-prodott jew il-proċedura biex tiġi żgurata l-konformità mat-tip abbażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni.

4. Għall-PPE tal-kategorija III, il-marka CE għandha tiġi segwita bin-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat involut fil-proċedura biex tiġi żgurata l-konformità mat-tip abbażi tal-verifika tal-prodott jew il-proċedura biex tiġi żgurata l-konformità mat-tip abbażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni. In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jitwaħħal skont l-istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Emenda                      77

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-marka CE u, meta jkun applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat jistgħu jkunu akkumpanjati minn pittogramma jew markar ieħor li jindikaw ir-riskju li l-PPE huwa maħsub biex jipproteġi kontrih.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-reġim li jirregola l-marka CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dik il-marka.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

Kategoriji ta’ Riskju tal-PPE

 

Il-PPE għandu jkun ikklassifikat fil-kategoriji tar-riskju stabbiliti fl-Anness I.

 

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.

2. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 7 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà, stabbiliti fl-Anness II, tal-istandards armonizzati korrispondenti u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazjzoni tal-Unjoni;

(c) għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà, stabbiliti fl-Anness II, tal-istandards armonizzati korrispondenti u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti;

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx merfugħa mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

9. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx merfugħa mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont dan ir-Regolament u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

11. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont l-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament u għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-proċedura/proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u t-tipi ta’ PPE li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23.

2. L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità u t-tipi ta’ PPE li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23.

Ġustifikazzjoni

Jekk tiġi adottata, din il-bidla se ssir fit-test kollu.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 26(2), l-awtorità ta’ notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-prova dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-arranġamenti stabbiliti biex ikun żgurat li l-korp jiġi ssorveljat regolarment u li jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-akkreditazzjoni għandha tkun ir-regola ġenerali għall-korpi nnotifikati

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew meta l-korp innotifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp innotifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità notifikanti u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, soġġetti għat-talba tagħhom.

2. Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew meta l-korp innotifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp innotifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità notifikanti u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, soġġetti għat-talba tagħhom. L-Istat Membru notifikanti għandu jinforma lill-manifatturi kkonċernati u jagħtihom il-possibbiltà li jagħżlu korp innotifikat ieħor tal-għażla tagħhom.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, l-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp innotifikat ikkonċernat.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi nnotifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell trasparenti u aċċessibbli kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi nnotifikati.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nnotifikati minnhom jipparteċipaw fil-ħidma ta’ dak il-grupp, direttament jew permezz tar-rappreżentanti maħtura.

Il-korpi nnotifikati għandhom jipparteċipaw fil-ħidma ta’ dak il-grupp, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti maħtura. Fil-każ li korp innotifikat ma jikkonformax ma’ dan ir-rekwiżit, in-notifika għandha tkun sospiża jew irtirata.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Kapitolu Va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KAPITOLU VA

 

SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TA' PPE LI JIDĦOL FIS-SUQ TAL-UNJONI U PROĊEDURA TA' SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 35a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35a

 

Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll ta' PPE li jidħol fis-suq tal-Unjoni

 

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għal PPE kopert bl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 35b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35b

 

Proċedura għat-trattament ta' PPE li jippreżenta riskju fil-livell nazzjonali

 

1. Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti sabiex jemmnu li PPE kopert minn dan ir-Regolament jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-utenti jew, meta jkun applikabbli, ta' persuni oħrajn, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tal-PPE kkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

 

Meta, matul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq isibu li l-PPE ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa kollha biex il-PPE jsir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, jirtira l-PPE mis-suq jew jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu huma.

 

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp innotifikat rilevanti kif meħtieġ.

 

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

 

2. Meta l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur ekonomiku li jieħu.

 

3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-PPE kollu kkonċernat li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq madwar l-Unjoni.

 

4. Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw li l-PPE jsir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, biex il-PPE jiġi rtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

 

L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

 

5. L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' PPE mhux konformi, l-oriġini tal-PPE, it-tip ta’ nuqqas ta’ konformità allegata u r-riskju involut, it-tip u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti ppreżentati mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

 

(a) il-PPE ma jissodisfax ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni; jew

 

(b) nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 14 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

 

6. L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta' konformità tal-PPE kkonċernat, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

 

7. Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni rigward miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies ġustifikata.

 

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa, bħall-irtirar tal-PPE mis-suq, fir-rigward tal-PPE kkonċernat mingħajr dewmien.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 35c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35c

 

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

 

1. Meta, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35b(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru jew meta l-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

 

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.

 

2. Jekk il-miżura nazzjonali tiġi kkunsidrata ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-PPE li ma jkunx konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif ikun xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira dik il-miżura.

 

3. Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tal-PPE jkun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 35b(5) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 35d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35d

 

PPE konformi li jippreżenta riskju

 

1. Meta Stat Membru, wara li jkun għamel evalwazzjoni skont l-Artikolu 35b(1), isib li, għalkemm PPE jkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li meta l-PPE kkonċernat jitqiegħed fis-suq, ma jibqax jippreżenta dak ir-riskju jew jirtira l-PPE mis-suq jew jieħdu lura mis-suq fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxi hu.

 

2. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-PPE kollu kkonċernat li jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

 

3. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-PPE kkonċernat, l-oriġini u l-katina ta’ forniment tal-PPE, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

 

4. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le u, fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adatti.

 

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 38(2a).

 

Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati b'rabta mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni immedjatament applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 38(2b).

 

5. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 35e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35e

 

Nuqqas ta' konformità formali

 

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35b, meta Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas ta' konformità kkonċernata:

 

(a) il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament jew ma tkunx twaħħlet;

 

(b) in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni jkun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 16 jew ma jkunx twaħħal;

 

(c) id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma tkunx tfasslet jew tkun tfasslet mhux kif suppost;

 

(d) id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx kompluta;

 

(e) l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(6) jew fl-Artikolu 10(3) tkun nieqsa, falza jew inkompleta;

 

(f) kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 8 jew fl-Artikolu 10 ma jkunx issodisfat.

 

2. Meta n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1 jippersisti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-PPE jsir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi rtirat mis-suq.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex temenda l-Anness I fir-rigward tal-kategorija ta’ riskju speċifiku, b’rispons għall-progress u l-għarfien tekniku jew evidenza xjentifika ġdida u billi titqies l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li jridu li jiġu segwiti għal kull kategorija, skont l-Artikolu 18.

Sabiex jittieħed kont tal-għarfien u l-progress tekniku u jew ta' evidenza xjentifika ġdida fir-rigward tal-kategorija ta’ riskju speċifiku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex temenda l-Anness I billi r-riskju jiġi kklassifikat mill-ġdid minn kategorija għal oħra.

 

Stat Membru li jkollu tħassib dwar il-klassifikazzjoni ta’ riskju f’kategorija ta’ riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 17 għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni bit-tħassib tiegħu u jipprovdi raġunijiet biex isostni dan.

 

Qabel ma tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni bir-reqqa tar-riskji li jeħtieġu klassifikazzjoni mill-ġdid u l-impatti tiegħu.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [3 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur mill-operaturi ekonomiċi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu infurzati. Tali regoli jistgħu jinkludu penali kriminali għal ksur serju. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [3 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-Artikoli 19 sa 35 għandhom japplikaw minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ].

Madankollu, l-Artikoli 19 sa 35 u l-Artikoli 38 u 39 għandhom japplikaw minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ].

Emenda  101

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kuntatt mal-ilma jew materjali ta’ tindif b’azzjoni dgħajfa;

(b) kuntatt ma’ materjali ta' tindif b’azzjoni dgħajfa jew kuntatt fit-tul mal-ilma;

Emenda  102

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) PPE maħdum apposta ħlief fejn tali PPE ikun intiż biex jipproteġi lill-utenti mir-riskji elenkati fil-Kategorija I.

imħassar

Emenda  103

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PPE maħsub biex jipproteġi lill-utenti kontra riskji serji ħafna. Il-Kategorija III tinkludi esklussivament l-PPE maħsub biex jipproteġi lill-utenti kontra r-riskji li ġejjin:

PPE maħsub biex jipproteġi lill-utenti kontra riskji serji ħafna, bħalma huma l-mewt jew danni irriversibbli għas-saħħa. Il-Kategorija III tinkludi esklussivament l-PPE maħsub biex jipproteġi lill-utenti kontra r-riskji li ġejjin:

Emenda  104

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) it-teħid man-nifs ta’ sustanzi dannużi;

(a) sustanzi u taħlitiet li huma perikolużi għas-saħħa;

Emenda  105

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) atmosferi b'defiċjenza ta' ossiġenu;

Emenda  106

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) sustanzi kimiċi aggressivi;

(b) aġenti bijoloġiċi dannużi;

Emenda  107

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – subparagrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(la) riskju okkupazzjonali ta’ impatt qawwi lir-ras.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) radjazzjoni jonizzanti;

(c) radjazzjoni jonizzanti, radjazzjoni bil-laser u kontaminazzjoni radjuattiva;

Emenda  109

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) feriti minn sparar jew daqqiet ta’ sikkina;

(k) feriti minn sparar, frammenti splussivi jew daqqiet ta’ sikkina;

Emenda  110

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1 – punt 1.2.1.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-materjali li minnhom huwa magħmul il-PPE, inkluż kwalunkwe wieħed mill-prodotti ta’ dekompożizzjoni possibbli tiegħu, ma għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa u s-sigurtà tal-utenti.

Il-materjali li minnhom huwa magħmul il-PPE, inkluż kwalunkwe wieħed mill-prodotti ta’ dekompożizzjoni possibbli tiegħu, ma għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa u s-sigurtà tal-utenti jew iwasslu biex il-PPE ma jibqax konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-istess manifattur iqiegħed fis-suq diversi mudelli ta’ PPE ta’ tipi differenti sabiex jiżgura protezzjoni fl-istess ħin ta’ partijiet tal-ġisem li jmissu ma’ xulxin, dawn għandhom ikunu kompatibbli.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  112

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1.3.3a. Ilbies protettiv li jkun fih protetturi li jistgħu jitneħħew

 

Ilbies protettiv li jkun fih protetturi li jistgħu jitneħħew jikkostitwixxi PPE u għandhom jiġu vvalutati bħala kombinament matul il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.4. Struzzjonijiet tal-manifattur

1.4. Struzzjonijiet u informazzjoni tal-manifattur

Emenda  114

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-prestazzjoni rreġistrata waqt it-testijiet tekniċi biex jiġu vverifikati l-livelli jew il-klassijiet ta’ protezzjoni mogħtija mill-PPE;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-informazzjoni m’għandhiex neċessarjament tiġi fornita fl-istruzzjonijiet ma’ kull PPE. Din għandha tkun inkluża fid-dokumentazzjoni teknika (ara l-Anness III), u għandha tkun magħmula disponibbli mill-manifattur b’mod ieħor fuq talba (Ara l-emenda fuq l-Artikolu 8 paragrafu 7a ġdid)

Emenda  115

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) aċċessorji li jistgħu jintużaw mal-PPE u l-karatteristiċi tal-ispare parts xierqa;

(c) meta jkun applikabbli, aċċessorji li jistgħu jintużaw mal-PPE u l-karatteristiċi tal-ispare parts xierqa;

Emenda  116

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-klassijiet ta’ protezzjoni xierqa għal-livelli differenti ta’ riskju u l-limiti korrispondenti tal-użu;

(d) meta jkun applikabbli, il-klassijiet ta’ protezzjoni xierqa għal-livelli differenti ta’ riskju u l-limiti korrispondenti tal-użu;

Emenda  117

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 - punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) iż-żmien jew il-perjodu meta jiskadi l-PPE jew xi wħud mill-komponenti tiegħu;

(e) meta jkun applikabbli, iż-żmien jew il-perjodu meta jiskadi l-PPE jew xi wħud mill-komponenti tiegħu;

Emenda  118

Proposta għal regolament

Anness II – parti II – punt 1.4 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) it-tip ta’ imballaġġ xieraq għat-trasport;

(f) meta jkun applikabbli, it-tip ta' imballaġġ xieraq għat-trasport;

Emenda  119

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 – punt ha(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) ir-riskji li l-PPE jkun iddisinjat biex jagħti protezzjoni kontrihom;

Emenda  120

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) referenza għall-istandard(s) armonizzat(i) rilevanti użat(i), inkluża d-data tal-istandard(s) jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati:

Emenda  121

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) l-indirizz tal-internet fejn tista' tiġi aċċessata d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-istruzzjonijiet, li għandhom ikunu preċiżi u jinftehmu, għandhom jingħataw tal-anqas bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru destinatarju.

Dawn l-istruzzjonijiet, li għandhom ikunu preċiżi u jinftiehmu kif ukoll jinqraw b’mod ċar, għandhom jingħataw tal-anqas bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru destinatarju. JItqies li jkun hemm leġġibbiltà ċara tal-istruzzjonijiet meta dawn ikunu jistgħu jinqraw faċilment minn distanza xierqa u mingħajr tagħmir awżiljarju minn utent normali b’vista normali.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt 1.4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-istruzzjonijiet, li għandhom ikunu preċiżi u jinftehmu, għandhom jingħataw tal-anqas bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru destinatarju.

Dawn l-istruzzjonijiet, li għandhom ikunu preċiżi u jinftehmu, għandhom jingħataw tal-anqas bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru destinatarju.. Kwalunkwe istruzzjoni rilevanti addizzjonali għall-għażla, l-użu, il-kura u ż-żamma tal-PPE għandha tkun disponibbli b’tali mod li tkun faċilment aċċessibbli għal kwalunkwe persuna kkonċernata.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Anness II – parti 2 – punt 2.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sakemm hu possibbli, PPE li jagħlaq' il-partijiet tal-ġisem li għandhom jkunu protetti għandu jkun fih arja biżżejjed biex jagħti lok biex l-għaraq joħroġ meta jintuża; inkella, għandu jkun attrezzat b’mezz għall-assorbiment tal-għaraq.

Sakemm hu possibbli, PPE li jagħlaq il-partijiet tal-ġisem li għandhom jkunu protetti għandu jkun iddisinjat biex jagħti lok biex l-għaraq joħroġ meta jintuża; inkella, għandu jiġi inkorporat mezz għall-assorbiment tal-għaraq.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Anness II – parti 2 – punt 2.9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta PPE jkun jinkorpora komponenti li jistgħu jiġu aġġustati jew imneħħija mill-utent għal finijiet ta’ sostituzzjoni, dawn għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jkunu jistgħu jitwaħħlu u mneħħija mingħajr għodod.

Meta PPE jkun jinkorpora komponenti li jistgħu jiġu aġġustati jew imneħħija mill-utent għal finijiet ta’ sostituzzjoni, dawn għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jkunu jistgħu jitwaħħlu, jiġu aġġustati u mneħħija mingħajr għodod.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Anness II – parti 2 – punt 2.12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sinjali ta’ identifikazzjoni jew indikaturi direttament jew indirettament marbuta mas-saħħa u s-sigurtà mwaħħla ma’ dawn it-tipi ta’ PPE jekk possibbli għandhom ikunu fl-għamla ta’ pittogrammi jew ideogrammi armonizzati. Dawn għandhom ikunu jidhru u jistgħu jinqraw perfettament u jibqgħu hekk matul il-perijodu kollu li l-PPE jdum jintuża. Barra minn hekk, dawn il-marki għandhom ikunu kompluti, preċiżi u li jistgħu jinftiehmu biex b’hekk ma jinftehmux ħażin; b’mod partikolari meta tali marki jinkludu kliem jew sentenzi, dawn tal-aħħar għandhom jinkitbu bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ser jintuża t-tagħmir.

Is-sinjali ta’ identifikazzjoni jew indikaturi direttament jew indirettament marbuta mas-saħħa u s-sigurtà mwaħħla ma’ dawn it-tipi ta’ PPE jekk possibbli għandhom ikunu fl-għamla ta’ pittogrammi jew ideogrammi armonizzati. Dawn għandhom ikunu jidhru u jistgħu jinqraw perfettament u jibqgħu hekk matul il-perjodu kollu li l-PPE jdum jintuża. Barra minn hekk, dawn il-marki għandhom ikunu kompluti, preċiżi u li jistgħu jinftiehmu biex b’hekk ma jinftehmux ħażin; b’mod partikolari meta tali marki jinkludu kliem jew sentenzi, dawn tal-aħħar għandhom jinkitbu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u l-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru fejn it-tagħmir jitqiegħed għad-dispożizzjoni tas-suq.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.4. Protezzjoni fl-ilma

3.4. Protezzjoni f'likwidi

Emenda  128

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.4 – punt 3.4.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ilbies li jiżgura li l-utent iżomm f’wiċċ l-ilma sa livell effettiv, skont l-użu prevedibbli tiegħu, li jista’ jintlibes mingħajr periklu u li jista’ joffri appoġġ pożittiv fl-ilma. F’kondizzjonijiet tal-użu prevedibbli, dan il-PPE ma għandux inaqqas il-moviment ħieles minn min jużah iżda għandu jgħinu biex, b’mod partikulari, jgħum jew jieħu azzjoni biex jaħrab mill-periklu jew isalva lil nies oħra.

Ilbies li jiżgura li l-utent iżomm f’wiċċ l-ilma sa livell effettiv, skont l-użu prevedibbli tiegħu, li jista’ jintlibes mingħajr periklu u li jista’ joffri appoġġ pożittiv fl-ilma fil-likwidi. F’kondizzjonijiet tal-użu prevedibbli, dan il-PPE ma għandux inaqqas il-moviment ħieles minn min jużah iżda għandu jgħinu biex, b’mod partikulari, jgħum jew jieħu azzjoni biex jaħrab mill-periklu jew isalva lil nies oħra.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.6 – punt 3.6.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-materjali u komponenti oħra ta’ apparat maħsub għal użu qasir f’ambjenti b’temperaturi għoljin u ta’ PPE li jista’ jintlaqat bit-titjir ta’ prodotti jaħarqu bħalma huma kwantitajiet kbar ta’ materjal imdewweb jikwi għandu jkollhom ukoll kapaċità termali suffiċjenti biex iżommu ħafna mis-sħana maħżuna sa meta l-utent ikun ħareġ miż-żona tal-periklu u neħħa l-PPE tiegħu.

Il-materjali u komponenti oħra ta’ apparat maħsub għal użu qasir f’ambjenti b’temperaturi għoljin u ta’ PPE li jista’ jintlaqat bit-titjir ta’ prodotti jaħarqu bħalma huma kwantitajiet kbar ta’ materjal imdewweb jikwi għandu jkollhom ukoll kapaċità termali suffiċjenti biex jipproteġu mill-ħruq sa meta l-utent ikun ħareġ miż-żona tal-periklu u neħħa l-PPE tiegħu.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.6 – punt 3.6.1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-materjali tal-PPE u komponenti oħra li jistgħu b’mod aċċidentali jiġu f’kuntatt ma’ fjamma u dawk użati fil-manifattura ta’ apparat għat-tifi tan-nar għandu jkollhom livell li ma jaqbadx li jikkorrispondi mal-klassi tar-riskju assoċjat mal-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli. Ma għandhomx jinħallu meta jkunu espos ti għal fjammi jew jgħinu fit-tixrid tal-fjamma.

Il-materjali tal-PPE u komponenti oħra li jistgħu b’mod aċċidentali jiġu f’kuntatt ma’ fjamma u dawk użati fil-manifattura ta’ apparat industrijali jew għat-tifi tan-nar għandu jkollhom livell li ma jaqbadx u protezzjoni termali jew kontra s-sħana tal-ark li jikkorrispondi mal-klassi tar-riskju assoċjat mal-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli. Ma għandhomx jinħallu meta jkunu esposti għal fjammi jew jgħinu fit-tixrid tal-fjamma.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.6 – punt 3.6.2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istruzzjonijiet tal-manifattur li jkun hemm ma’ kull PPE maħsub għall-użu qasir f’ambjenti b’temperaturi għoljin għandu b’mod partikolari jagħti d-dejta kollha rilevanti biex jiddetermina l-ammont massimu li jista’ jkun espost għalih l-utent għas-sħana rrilaxxjata mill-apparat meta użat skont l-iskop maħsub tiegħu.

L-istruzzjonijiet tal-manifattur li jkun hemm ma’ kull PPE maħsub għal użu bi żmien limitat f’ambjenti b’temperaturi għoljin għandu b’mod partikolari jagħti d-dejta kollha rilevanti biex jiddetermina l-ammont massimu li jista’ jkun espost għalih l-utent għas-sħana rrilaxxjata mill-apparat meta użat skont l-iskop maħsub tiegħu.

Emenda  132

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.9 – punt 3.9.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan il-għan, in-nuċċalijiet protettivi għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jkollhom, għal kull tul ta’ mewġa li tagħmel ħsara, fattur speċjali ta’ trażmissjoni li permezz tiegħu d-densità tal-illuminazzjoni tal-enerġija radjanti li tkun tista’ tilħaq l-għajnejn tal-utent mill-filtru tkun minimizzata u, taħt l-ebda ċirkostanza ma għandha taqbeż il-valur massimu permissibbli ta’ esponiment.

Għal dan il-għan, it-tagħmir protettiv tal-għajnejn għandu jkun iddisinjati u mmanifatturat b’tali mod li jkollu, għal kull tul ta’ mewġa li tagħmel ħsara, fattur speċjali ta’ trażmissjoni li permezz tiegħu d-densità tal-illuminazzjoni tal-enerġija radjanti li tkun tista’ tilħaq l-għajnejn tal-utent mill-filtru tkun minimizzata u, taħt l-ebda ċirkostanza ma għandha taqbeż il-valur massimu permissibbli ta’ esponiment. PPE li jkun iddisinjat biex jipproteġi l-ġilda minn radjazzjoni li mhix jonizzanti għandu jkun kapaċi jassorbi jew jirrifletti l-biċċa l-kbira tal-enerġija li toħroġ f’tul ta’ mewġ ta' ħsara.

Ġustifikazzjoni

Jekk tiġi adottata, din il-bidla minn “nuċċali” għal “tagħmir protettiv tal-għajnejn” se ssir fit-test kollu.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.9 – punt 3.9.1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-numru tal-fattur ta’ protezzjoni rilevanti għandu jidher fuq il-kampjuni kollha tan-nuċċalijiet filtranti mill-manifatur.

In-numru tal-fattur ta' protezzjoni għandu jiġi mmarkat fuq il-kampjuni kollha tat-tagħmir protettiv tal-għajnejn filtranti mill-manifatur.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.10 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.10. Protezzjoni kontra sustanzi perikolużi u aġenti infettivi

3.10. Protezzjoni kontra sustanzi u taħlitiet li huma perikolużi għas-saħħa, u kontra aġenti bijoloġiċi

Emenda  135

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.10 – punt 3.10.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-PPE maħsub biex jevita kuntatt tal-wiċċ tal-ġisem kollu jew ta’ parti minnu ma’ sustanzi perikolużi u affarijiet infettivi għandu jkun kapaċi jżomm il-penetrazzjoni jew il-permeazzjoni ta’ dawk is-sustanzi u aġenti mill-qoxra protettiva ta’ barra taħt kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli li għalih il-PPE huwa maħsub.

Il-PPE maħsub biex jevita kuntatt tal-wiċċ tal-ġisem kollu jew ta’ parti minnu ma’ sustanzi u taħlitiet li jkunu perikolużi għas-saħħa jew aġenti bijoloġiċi għandu jkun kapaċi jżomm il-penetrazzjoni jew il-permeazzjoni ta’ dawk is-sustanzi u taħlitiet u aġenti mill-qoxra protettiva ta’ barra taħt kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli li għalih il-PPE huwa maħsub.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.10 – punt 3.10.2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta, minħabba l-karatteristiċi u l-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli tagħhom, ċerti sustanzi perikolużi jew affarijiet infettivi jkollhom qawwa penetrattiva għolja li tillimita t-tul tal-protezzjoni mogħtija mill-PPE msemmi, dan tal-aħħar għandu jkun espost għal testijiet dwar il-klassifikazzjoni tiegħu skont il-prestazzjoni tiegħu. Il-PPE li hu meqjus li jaqbel mal-ispeċifikazzjonijiet tat-test għandu jkollu marka li tindika, b’mod partikolari, l-ismijiet, jew fin-nuqqas ta’ dan, il-kodiċi tas-sustanzi użati fit-testijiet u l-perjodu ta’ protezzjoni korrispondenti standard. L-istruzzjonijiet tal-manifattur għandu jkun fihom ukoll, b’mod partikolari, spjegazzjoni tal-kodiċi (jekk ikun meħtieġ), deskrizzjoni ddettaljata tat-testijiet standard u l-informazzjoni kollha adattata biex jiġi ddeterminat il-perjodu massimu permissibbli ta’ lbies taħt il-kundizzjonijiet tal-użu differenti prevedibbli.

Meta, minħabba l-karatteristiċi u l-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli tagħhom, ċerti sustanzi perikolużi għas-saħħa u taħlitiet li huma ta' periklu għas-saħħa jew aġenti bijoloġiċi jkollhom qawwa penetrattiva għolja li tillimita t-tul tal-protezzjoni mogħtija mill-PPE msemmi, dan tal-aħħar għandu jkun espost għal testijiet dwar il-klassifikazzjoni tiegħu skont il-prestazzjoni tiegħu. Il-PPE li hu meqjus li jaqbel mal-ispeċifikazzjonijiet tat-test għandu jkollu marka li tindika, b’mod partikolari, l-ismijiet, jew fin-nuqqas ta’ dan, il-kodiċi tas-sustanzi użati fit-testijiet u l-perjodu ta’ protezzjoni korrispondenti standard. L-istruzzjonijiet tal-manifattur għandu jkun fihom ukoll, b’mod partikolari, spjegazzjoni tal-kodiċi (jekk ikun meħtieġ), deskrizzjoni ddettaljata tat-testijiet standard u l-informazzjoni kollha adattata biex jiġi ddeterminat il-perjodu massimu permissibbli ta’ lbies taħt il-kundizzjonijiet tal-użu differenti prevedibbli.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Anness IV – taqsima 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu li l-PPE kkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà msemmija fl-Artikolu 5 u stabbiliti fl-Anness II.

1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu li l-PPE kkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Jekk tiġi adottata, din il-bidla għandha ssir fit-test kollu.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Anness IV – taqsima 1 – punt 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika deskritta fl-Anness III. Id-dokumentazzjoni għandha tippermetti li tiġi vvalutata l-konformità tal-PPE mar-rekwiżiti applikabbli, u għandha tinkludi analiżi adegwata u valutazzjoni tar-riskju/riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-PPE.

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika deskritta fl-Anness III.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Anness IV – taqsima 1 – punt 4 – punt 4.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma’ kull PPE individwali li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà.

4.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull PPE individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Anness V – taqsima 1 – punt 3 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) għal PPE adattat individwalment, deskrizzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-manifattur matul il-proċess ta’ twaħħil u produzzjoni biex jiġi żgurat li kull oġġett tal-PPE jikkonforma mat-tip approvat u mar-rekwiżti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà.

(e) għal PPE mfassal apposta, deskrizzjoni tal-varjazzjonijiet possibbli u l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-operatur ekonomiku matul il-proċess ta' produzzjoni biex jiġi żgurat li kull oġġett tal-PPE jikkonforma mat-tip ta' PPE approvat u mar-rekwiżti applikabbli ta’ saħħa u sigurtà stipulati fl-Anness II.

Emenda  141

Proposta għal regolament

Anness V – taqsima 1 – punt 6 – punt 6.1 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-perjodu ta’ validità ta’ ċertifikat li jkun għadu kif inħareġ u, meta jkun xieraq, ta’ ċertifikat imġedded m’għandux ikun iktar minn ħames snin.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Anness V – taqsima 1 – punt 6 – punt 6.2 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) id-data tal-ħruġ u, fejn ikun xieraq, id-data/dati ta’ tiġdid;

(i) id-data tal-ħruġ, id-data ta’ skadenza u, fejn ikun xieraq, id-data/dati ta’ tiġdid;

Emenda  143

Proposta għal regolament

Anness V – taqsima 1 – punt 6 – punt 6.2 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) id-data ta’ skadenza (massimu ta’ ħames smin wara d-data ta’ ħruġ jew id-data tal-aħħar tiġdid);

imħassar

Emenda  144

Proposta għal regolament

Anness V – taqsima 1 – punt 7.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp innotifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kull bidla fit-teknoloġija l-aktar avvanzata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp innotifikat għandu jinforma lill-manifattur b’dan.

Il-korp innotifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kull bidla fl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku ġeneralment rikonoxxut, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1a tal-punt 6.1 tal-Anness V għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp innotifikat għandu jinforma lill-manifattur b’dan.

Emenda  145

Proposta għal regolament

Anness V – taqsima 1 – punt 7.5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mhux qabel 12-il xahar, u mhux iktar tard minn 6 xhur qabel id-data tal-iskadenza, il-manifattur jista’ jinforma lill-korp innotifikat li proċedura simplifikata għandha tapplika għar-reviżjoni, peress li ma jkun seħħ l-ebda tibdil fil-PPE msemmi fil-punt 7.2. Il-manifattur għandu jipprovdi lill-korp innotifikat bl-informazzjoni li ġejja:

 

(a) konferma tal-isem u l-indirzz attwali tal-kumpanija;

 

(b) konferma li ma kien hemm l-ebda tibdil la fil-prodott, inklużi materjali, sottokomponenti jew sottoassemblaġġ, u lanqas fis-soluzzjonijiet applikati fl-istandards armonizzati rilevanti jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra;

 

(c) meta ma jkunux ipprovduti diġà, kopji tad-disinji u r-ritratti attwali tal-prodott u tar-ritratti, l-informazzjoni u l-immarkar tal-prodott ipprovduti mill-manifattur; u

 

(d) għal prodotti tal-kategorija III, informazzjoni dwar l-istatus ta’ verifika tal-prodott jew l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni.

 

Meta korp notifikat ikun ikkonferma li ma jkun sar l-ebda tibdil fl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku msemmi fil-punt 7.3, l-eżami tat-tip tal-UE stipulati fil-punt 4 tal-Anness V m’għandux jitwettaq u l-korp innotifikat għandu jġedded iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE. Il-korp innotifikat għandu jiżgura li l-l-proċedura simplifikata għat-tiġdid tiġi ffinalizzata qabel id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE. Ir-referenza taċ-ċertifikat se tibqa' l-istess.

 

L-ispejjeż assoċjati ma’ dak it-tiġdid għandu jkun proporzjonat mal-piż amministrattiv tal-proċedura simplifikata.

 

Jekk xi informazzjoni tkun nieqsa jew ikun seħħ tibdil fl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku msemmi fil-punt 7.3, għandha tapplika l-proċedura fil-punt 7.5.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Anness VI – taqsima 1 – punt 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal PPE mfassal apposta, il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex permezz tal-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu tiġi żgurata l-konformità tal-PPE mfassal apposta mmanifatturat mal-mudell bażiku deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà.

Għal PPE mfassal apposta, il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex permezz tal-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu tiġi żgurata l-konformità tal-PPE mfassal apposta mmanifatturat mal-mudell bażiku deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  147

Proposta għal regolament

Anness VII – taqsima 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-konformità mat-tip abbażi tal-verifika tal-prodott hija l-parti mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, 5.2 u 6, u jiżgura u jiddikjara r-responsabbiltà unika li l-PPE, li kien soġġett għad-dispożizzjoni tal-punt 4, ikun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà msemmija fl-Artikolu 5 u stabbiliti fl-Anness II.

1. Il-konformità mat-tip abbażi tal-verifika tal-prodott hija l-parti mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, 5.2 u 6, u jiżgura u jiddikjara r-responsabbiltà unika li l-PPE, li kien soġġett għad-dispożizzjoni tal-punt 4, ikun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Anness VII – taqsima 1 – punt 4 – punt 4.4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4.4a. Il-proċedura kampjunarja tal-aċċettazzjoni li għandha tiġi applikata hija maħsuba biex tiddetermina jekk il-proċess ta’ manifattura jiżgurax l-omoġeneità tal-produzzjoni u jekk jaħdimx fil-limiti aċċettabbli, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità tal-PPE.

Emenda  149

Proposta għal regolament

Anness VII – taqsima 1 – punt 5 – punt 5.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.1. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport tat-test, u għandu jawtorizza lill-manifattur biex iwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat ma’ kull PPE individwali li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurta.

5.1. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport tat-test.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Anness VII – taqsima 1 – punt 5 – punt 5.2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5.2a. Il-manifattur għandu, bir-responsabbiltà tal-korp innotifikat, iwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp innotifikat matul il-proċess ta’ manifattura.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Anness VIII – taqsima 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Jekk il-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3.1 jaqbel, il-manifattur jista’ wkoll iwaħħal mal-PPE n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat matul il-proċess ta’ manifattura.

imħassar

Emenda  152

Proposta għal regolament

Anness IX – intestatura 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

 

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

Emenda  153

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. PPE (prodott, lott, tip jew in-numru tas-serje):

1. L-identifikazzjoni tal-PPE (prodott, lott, tip jew in-numru tas-serje), inkluż, fejn ikun utli għall-identifikazzjoni tal-PPE immaġni li tkun ċara biżżejjed:

Emenda  154

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu [Ir-rappreżentant awtorizzat għandu wkoll jagħti l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-manifattur]:

2. L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew, meta jkun applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Emenda  155

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. lL-għan tad-dikjarazzjoni (identifikazzjoni tal-PPE li tippermetti t-traċċabbiltà; din tista’, fejn hemm bżonn għall-identifikazzjoni tal-PPE, tinkludi immaġni bil-kulur li tkun ċara biżżejjed):

imħassar

Emenda  156

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti, inkluża d-data tal-istandard, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra, inkluża d-data tal-ispeċifikazzjoni, li tkun qiegħda tiġi ddikjarata l-konformità fir-rigward tagħhom:

6. Ir-referenzi għall-istandards armonizzati applikati, inkluża d-data tal-istandard, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra, inkluża d-data tal-ispeċifikazzjoni, li tkun qiegħda tiġi ddikjarata l-konformità fir-rigward tagħhom:

Emenda  157

Proposta għal regolament

Anness X – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-test kollu tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE huwa disponibbli fl-indirizz tal-internet li ġej:

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Mill-1989, it-tqegħid ta’ tagħmir protettiv personali (PPE) fis-suq tal-UE ġie totalment armonizzati permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE. Matul il-25 sena li għaddew, din id-Direttiva tat lok għal suq uniku li jiffunzjona. Minkejja dan, il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-PPE teħtieġ aġġornament b’konformità mal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid li huwa pakkett ta’ miżuri ddisinjati biex jissimplifikaw ir-regolamenti ta’ oġġetti madwar is-Suq Uniku.

B’mod partikolari, b'reazzjoni għal tħassib li r-rekwiżiti regolatorji attwali huma sors ta’ konfużjoni u duplikattivi, ir-Regolament jiċċara r-rwol tal-operaturi ekonomiċi, isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-atturi u jintroduċi definizzjonijiet komuni. L-approċċ komuni skont il-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid jiċċara wkoll is-setgħat tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jippermetti t-traċċar u r-ritorn ta’ prodotti perikolużi mqiegħda fis-Suq Uniku.

Id-Direttiva attwali dwar il-PPE tipprovdi fl-Artikoli 2 u 4 li l-Istati Membri għandhom jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kollha konformi mad-Direttiva u ma għandhomx jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mhux konformi. Peress li bid-Direttiva eżistenti ma huma permessi la standards inqas baxxi u lanqas standards ogħla, mhux probabbli li se jkun hemm implikazzjonijiet operattivi prattiċi sinifikanti jekk din tiġi sostitwita b’Regolament.

Emendi Ewlenin tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tappoġġja rekwiżiti stretti rigward it-tagħmir personali protettiv. Minħabba li din il-proposta tittratta primarjament il-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta’ sistema li diġà tiffunzjona tajjeb, ir-Rapporteur temmen li huma neċessarji emendi sinifikanti għall-objettivi tagħha. Minflok, abbażi tat-tħassib espress mill-Istati Membri u l-federazzjonijiet tal-industrija tas-sigurtà, l-emendi ffukaw biex jiżgurar ċarezza f’għadd ta’ oqsma.

Dawn il-kjarifiki tekniċi jkopru:

•       Is-sistemi ta’ konnessjoni (Art 3.1.c) bħala elementi essenzjali għall-funzjonament tal-PPE;

•       Iż-żieda ta' definizzjoni ta’ “demostrazzjoni” (Art. 3.21) u “testijiet fuq il-post” (Art. 3.22) u l-permess li jsir l-ittestjar fuq il-post(Art. 7.2-3);

•       Rekwiżit biex l-importaturi u d-distributuri jinfurmaw lill-manifattur, kif ukoll lill-Awtoritajiet tas-Sorveljanza tas-Suq, meta jemmnu li jkun hemm riskju ta’ PPE li ma jikkonformax;

•       Rekwiżit biex l-Istati Membri jinnotifikaw lill-manifatturi jekk korp innotifikat ikun temm l-attività tiegħu (Art. 29.2);

•       Rekwiżit biex kwalunkwe proċedura ta' appell tkun trasparenti u aċċessibbli (Art. 32).

Ir-Rapporteur tipproponi t-tħassir tal-ħames snin massimu ta’ validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, minħabba t-tħassib espress mill-operaturi ekonomiċi li dan il-perjodu huwa qasir wisq minħabba l-ħajja normali tal-prodott ta' PPE.

Qasam ta’ tħassib huwa d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taġġusta l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva oriġinali, li hija kwistjoni nnutata mill-Valutazzjoni tal-Impatt Ex-Ante tal-Parlament ta’ din il-proposta. Ir-Rapporteur ma temminx li huma meħtieġa aġġustamenti sinifikanti fil-kamp ta’ applikazzjoni peress li dan l-abbozz ta’ proposta huwa primarjament dwar l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb u l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju, u mhux dwar l-obbjettivi tiegħu. Għalhekk sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ċarezza legali għall-operaturi f’dan is-settur, ir-Rapporteur fittxet li żżomm il-kamp ta’ applikazzjoni qrib dak tad-Direttiva oriġinali

Ir-Rapporteur għalhekk għamlet emendi, b’mod partikolari:

•       Emendi biex jiġi inkluż tagħmir li jipproteġi kontra defiċjenza ta’ ossiġenu (eż. tagħmir tal-bugħaddasa), sustanzi kimiċi, aġenti bijoloġiċi u radjazzjoni/kontaminazzjoni radjoattiva, issa huma inklużi fil-kategorija III.

•       Emendi rigward PPE għal użu privat. Il-piżijiet amministrattivi għandhom ikunu proporzjonati skont ir-riskju għas-sikurezza. Għalhekk ir-Rapporteur żammet l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni għal PPE għall-użu privat li jipproteġi kontra kundizzjonijiet atmosferiċi li mhux ta’ natura estrema, kontra l-umdità jew l-ilma. PPE għall-użu privat kontra s-sħana, bħalma huma l-ingwanti tal-forn, se jkomplu jiġu esklużi sakemm l-operatur ekonomiku jasserixxi espliċitament funzjoni protettiva. Ir-Rapporteur temmen ukoll li hija meħtieġa esklużjoni ċara mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal prodotti artiġjanali.

Sabiex tiġi żgurata riżoluzzjoni ta’ malajr tan-negozjati dwar dan il-fajl, ir-Rapporteur temmen li ħafna mis-suġġerimenti tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-proposta mal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid għandhom jintlaqgħu.

Dawn l-emendi jikkonċernaw:

•       Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità, li tagħti lill-operaturi ekonomiċi l-għażla li jipprovdu kopja fuq karta jew link għal websajt li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi li seħħew mill-introduzzjoni tad-Direttiva fl-1989.

•       Kapitolu ġdid li se jqis ir-rekwiżiti tar-regolament dwar is-sorveljanza tas-suq meta dan ikun ġie ffinalizzat.

•       Kjarifika tar-rekwiżiti imposti fuq impjegaturi li jipprovdu PPE lill-ħaddiema tagħhom (Premess 21).

•       L-inklużjoni ta' tagħmir tal-isports bħala PPE (Art. 2.2b).

•       Bidliet lingwistiċi biex tiġi pprovduta kjarezza tul it-test (Premessi 11 u 12).

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (7.4.2015)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir personali protettiv
(COM(2014)0186 – C7‑0110/2014 – 2014/0108(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Laura Agea

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-ħidma tagħna dwar il-proposta għal regolament dwar il-PPE, l-objettiv primarju tagħna kien li nressqu emendi li se jiżguraw li d-direttiva eżistenti ma tistax tagħti lok għal interpretazzjonijiet li jistgħu jimminaw l-effettività u ċ-ċertezza legali tagħha. Is-suppożizzjoni prinċipali hija li strumenti ġenwinament effettivi huma l-uniku mod li jiggarantixxi s-sigurtà tal-ħaddiema, minħabba li l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol huma ta’ spiss ikkawżati minn nuqqas mhux biss li jintuża tagħmir protettiv xieraq iżda wkoll li jintuża tajjeb.

Innotajna wkoll li l-mod ta’ kif jiġi żgurat li t-tagħmir protettiv ikun ġenwinament effettiv huwa li jiġu żviluppati u introdotti prodotti li huma mmirati lejn il-ħtiġijiet tal-utenti finali tagħhom. Din hija r-raġuni għaliex aħna stipulajna li trid titqies il-persuna li tilbes jew li tuża t-tagħmir, b’distinzjoni bejn dawn il-kategoriji ta’ utenti li ġejjin: l-irġiel, in-nisa, il-ħaddiema żgħażagħ u l-persuni b’diżabilità. Meta stabbilixxejna l-kategorija “ħaddiema żgħażagħ” konna konxji tal-fatt li l-kundizzjonijiet tax-xogħol taż-żgħażagħ u l-iżviluppi fl-ambjent tax-xogħol tagħhom, l-aktar dawk marbuta mal-kriżi ekonomika, wasslu għal żieda qawwija fl-għadd ta’ żgħażagħ li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien u rriżultaw f’popolazzjoni li dejjem qed tikber ta’ ħaddiema żgħażagħ li l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom iridu jiġu kkunsidrati.

Aħna kkunsidrajna wkoll xieraq li nirrieżaminaw ċerti aspetti tad-dispożizzjonijiet tekniċi tar-regolament, b’tali mod li jkopru l-kategoriji tar-riskju u l-eventwalitajiet kollha, bil-ħsieb li jnaqqsu kemm jista’ jkun il-potenzjal għal ambigwità u l-interpretazzjoni żbaljata.

L-analiżi tagħna tar-regolament kienet immexxija mit-twemmin li l-inċertezza twassal għal interpretazzjoni żbaljata, u, bħala riżultat, applikazzjoni ħażina tar-regolamenti.

Barra minn hekk, fid-dawl tal-iżviluppi riċenti fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-ħtieġa li jitfassal PPE għall-utent finali, ipprevedejna l-possibbiltà tal-istabbiliment ta’ strumenti speċifiċi li jippermettu lill-utenti finali li jifhmu kif jużaw il-prodotti tal-PPE b’mod tajjeb u jindikaw l-importanza vitali tagħhom għall-protezzjoni tal-utent finali kontra riskji fuq il-post tax-xogħol.

Is-sensibilizzazzjoni u l-għoti ta’ informazzjoni preċiża u rilevanti jgħinu biex jipproteġu l-ħaddiema u jħeġġuhom jinvolvu rwieħhom u jipparteċipaw fi kwistjonijiet li jikkonċernawhom direttament.

Aħna enfasizzajna wkoll li kwalunkwe riskju jew dubju dwar il-konformità tal-prodotti li jirriżultaw għandhom jiġu rrappurtati u l-prodotti kkonċernati għandhom jitneħħew mis-suq sabiex jiġu minimizzati r-riskji assoċjati mal-użu tagħhom.

Aħna kkunsidrajna li huwa wkoll neċessarju li tiġi enfasizzata l-ħtieġa għal monitoraġġ trasparenti u kontinwu tal-implimentazzjoni tar-regolament, b’penali għal kwalunkwe persuna li twettaq ksur kontrih.

Aħna nemmnu li l-politiki ta’ investiment waħedhom mhumiex biżżejjed biex itejbu l-ambjent tax-xogħol; huma meħtieġa wkoll miżuri protettivi u sodi, minn preskrizzjonijiet minimi tas-sigurtà tal-ħaddiema għal miżuri mfassla biex jipproteġu lill-ħaddiema u jtejbu l-kwalità tal-ambjent tax-xogħol sa livell xieraq.

EMENDI

Il-kumitat għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali jistieden lill-kumitat għas-suq intern u l-ħarsien tal-konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa -1 (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Id-dritt għas-saħħa u s-sigurtà huwa dritt fundamentali u kull ħaddiem jibbenefika minn garanzija legali tal-kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu. Meta wieħed iqis li l-ispiża għall-intrapriżi u s-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-inċidenti u l-mard okkupazzjonali hija stmata għal 5.9 % tal-prodott domestiku gross u li l-prevenzjoni adegwata għall-ħaddiem tippromwovi l-benessri, il-kwalità tax-xogħol u l-produttività, il-prevenzjoni tar-riskju, b’mod partikolari permezz tal-użu tat-tagħmir personali protettiv ta’ kwalità, hija essenzjali biex titnaqqas ir-rata ta’ inċidenti u mard relatati max-xogħol.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Għandha tingħata attenzjoni lill-korrelazzjoni bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 89/391/KEE u d-Direttiva 89/656/KEE, speċjalment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-valutazzjoni tal-PPE, l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Madankollu, l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħha wriet nuqqasijiet u inkonsistenzi fil-kopertura tal-prodott u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Sabiex titqies din l-esperjenza u tiġi pprovduta kjarifika fir-rigward tal-qafas li fih jistgħu jiġu kkummerċjalizzati prodotti koperti minn dan ir-Regolament, ċerti aspetti mid-Direttiva 89/686/KEE għandhom jiġu riveduti u mtejba.

(3) Madankollu, l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħha wriet nuqqasijiet u inkonsistenzi fil-kopertura tal-prodott u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Sabiex titqies din l-esperjenza u tiġi pprovduta kjarifika fir-rigward tal-qafas li fih jistgħu jiġu kkummerċjalizzati prodotti koperti minn dan ir-Regolament, ċerti aspetti mid-Direttiva 89/686/KEE għandhom jiġu riveduti u mtejba filwaqt li jinżamm il-prinċipju ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Dan ir-Regolament għandu japplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Peress li l-kamp ta’ applikazzjoni, ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha, kważi m’hemm l-ebda flessibbiltà fit-traspożizzjoni tad-Direttivi bbażati fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid fil-liġi nazzjonali. Għalhekk, id-Direttiva 89/686/KEE għandha tiġi ssostitwita b’Regolament, li huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u ddettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni li tvarja bejn l-Istati Membri.

(4) Peress li l-kamp ta’ applikazzjoni, ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha, kważi m’hemm l-ebda flessibbiltà fit-traspożizzjoni tad-Direttivi bbażati fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid fil-liġi nazzjonali. Għalhekk, id-Direttiva 89/686/KEE għandha tiġi ssostitwita b’Regolament, li huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u ddettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni li tvarja bejn l-Istati Membri; dan għandu jsir permezz ta’ approċċ ċar u bbażat fuq il-miri bil-għan, b’mod partikolari, li tiġi salvagwardjata s-saħħa pubblika, titjieb is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-utent.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Xi prodotti fis-suq li jipprovdu funzjoni protettiva għall-utent huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/686/KEE. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-utent ta’ dawk il-prodotti għall-PPE koperti bid-Direttiva 89/686/KEE, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jinkludi PPE għall-użu privat kontra l-umdità, l-ilma u s-sħana (eż. ingwanti għall-ħasil tal-platti, ingwanti tal-forn), f’konformità ma’ PPE simili għall-użu professjonali li huwa diġà kopert mid-Direttiva 89/686/KEE. Prodotti artiġjanali, bħal ingwanti magħmula bl-idejn, li għalihom il-manifattur ma jallegax espliċitament funzjoni protettiva mhumiex tagħmir personali protettiv; għalhekk din l-inklużjoni ma tirrigwardahomx. Huwa wkoll xieraq li tiġi ċċarata l-lista ta’ esklużjoni stabbilita fl-Anness I tad-Direttiva 89/686/KEE billi tiżdied referenza għall-prodotti koperti minn leġiżlazzjoni oħra u li għalhekk huma esklużi mir-Regolament tal-PPE.

(9) Xi prodotti fis-suq li jipprovdu funzjoni protettiva għall-utent huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/686/KEE meta jkunu maħsuba biss għal użu privat. Sabiex jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni, l-oġġetti għall-protezzjoni tal-idejn kontra s-sħana estrema f’ambjent domestiku għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk b’mod speċifiku jagħmlu asserzjoni ta’ protezzjoni. Prodotti artiġjanali, bħal ingwanti magħmula bl-idejn u ingwanti għall-forn, li għalihom il-manifattur ma jallegax espliċitament funzjoni protettiva mhumiex tagħmir personali protettiv; għalhekk m'għandhomx ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minflok għandha tiġi mħeġġa l-awtoċertifikazzjoni għal dawk il-prodotti. Ħafna manifatturi diġà qed jagħmlu dan illum.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Fis-6 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni adottat il-komunikazzjoni tagħha dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020 sabiex tipproteġi aħjar lill-ħaddiema tal-Unjoni minn inċidenti u mard relatati max-xogħol.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex dan ir-Regolament ikun jista’ jinftiehem sew u jiġi applikat b’mod uniformi, għandhom jiddaħħlu definizzjonijiet ġodda għal “PPE adattat individwalment” u “PPE mfasssal apposta” u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għal dawn it-tipi ta’ PPE għandhom jiġu adattati għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-manifattura tagħhom.

(10) Sabiex dan ir-Regolament ikun jista’ jinftiehem sew u jiġi applikat b’mod uniformi, għandhom jiddaħħlu definizzjonijiet ġodda għal “PPE adattat individwalment” u “PPE mfasssal apposta” inklużi definizzjonijiet ċari tal-utent finali tal-PPE u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għal dawn it-tipi ta’ PPE għandhom jiġu adattati għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-manifattura tagħhom. Fid-definizzjoni ta’ “PPE adattat individwalment” u “PPE mfassal apposta” għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar li l-individwalizzazzjoni tal-PPE irid ikollha impatt materjali fuq l-ambjent tax-xogħol u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Matul id-dimostrazzjonijiet u t-testijiet fuq il-post, għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuni. It-testijiet fuq il-post ma għandhomx jiġu mfassla biex jittestjaw il-prestazzjoni ta’ protezzjoni tal-PPE iżda biex jevalwaw aspetti mhux protettivi oħra bħall-kumdità, l-ergonomija u d-disinn. Il-partijiet kollha kkonċernati, pereżempju l-impjegaturi kif ukoll min jilbes dawn l-oġġetti jew il-konsumatur, għandhom ikunu infurmati minn qabel dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskop tat-test.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħal pereżempju s-saħħa u s-sigurtà u l-protezzjoni tal-utenti, u biex tiġi ggarantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(11) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-PPE, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista kollha, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħal pereżempju s-saħħa u s-sigurtà u l-informazzjoni xierqa u l-protezzjoni tal-utenti u, fejn xieraq, ta’ persuni oħrajn, u biex tiġi ggarantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-operaturi ekonomiċi li jintervjenu fil-katina tal-provvista u ta’ distribuzzjoni għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-PPE jipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni u li jagħmlu disponibbli fis-suq biss prodotti li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jipprovdi tqassim ċar u proporzjonat ta’ obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(12) L-operaturi ekonomiċi li jintervjenu fil-katina tal-provvista u ta’ distribuzzjoni għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq biss PPE li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jipprovdi tqassim ċar u proporzjonat ta’ obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12 a) Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u titqajjam sensibilizzazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa biex joħolqu sit elettroniku u/jew applikazzjoni fuq smartphone biex jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar dan ir-Regolament, inkluża data dwar l-awtoritajiet notifikanti u l-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità awtorizzati biex iwettqu kompiti skont dan ir-Regolament; sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi biex jinkludu l-indirizz tas-sit elettroniku minbarra dak postali.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li PPE li jidħol fis-suq tal-Unjoni jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, li jkunu twettqu proċeduri ta’ valutazzjoni xierqa mill-manifatturi. Għalhekk għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-PPE li jqiegħdu fis-suq ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq PPE li ma jikkonformax ma’ dawn ir-rekwiżiti jew jippreżenta xi riskju. Għall-istess raġuni, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu twettqu l-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità u li t-tikketta CE u d-dokumentazzjoni teknika magħmula mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

(14) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li PPE li jidħol fis-suq tal-Unjoni jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, li jkunu twettqu proċeduri ta’ valutazzjoni xierqa mill-manifatturi. Għalhekk għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-PPE li jqiegħdu fis-suq ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq PPE li ma jikkonformax ma’ dawn ir-rekwiżiti jew jippreżenta xi riskju. Għall-istess raġuni, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu twettqu l-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità u li t-tikketta CE u d-dokumentazzjoni teknika magħmula mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta jqiegħdu PPE fis-suq, l-importaturi għandhom jindikaw fuq il-PPE isimhom u l-indirizz fejn ikun jista’ jsir kuntatt magħhom. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-PPE ma jippermettux din l-identifikazzjoni. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biex ipoġġi ismu u l-indirizz tiegħu fuq il-prodott.

(16) Meta jqiegħdu PPE fis-suq, l-importaturi għandhom jindikaw fuq il-prodott isimhom u l-indirizz fejn ikun jista’ jsir kuntatt magħhom kif ukoll indikazzjonijiet ta’ websajts li fuqhom l-utent finali tal-PPE jista’ jkollu aċċess għal informazzjoni addizzjonali dwar kif jintuża b’mod korrett il-PPE. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-PPE ma jippermettux din l-identifikazzjoni. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biex ipoġġi ismu u l-indirizz tiegħu fuq il-prodott.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Kull operatur ekonomiku li jqiegħed PPE fis-suq f’ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew ibiddel prodott b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandu jitqies li huwa l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(17) Kull operatur ekonomiku li jqiegħed PPE fis-suq f’ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew ibiddel PPE b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jitqies li huwa l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu aktar involuti fil-kompiti ta’ sorveljanza tas-suq imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv billi jagħtu lil dawn l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja relatata mal-PPE kkonċernat.

(18) Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu aktar involuti biss fil-kompiti ta’ sorveljanza tas-suq imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, sakemm ikun żgurat li kull kunflitt ta’ interess huwa evitat u jridu jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv billi jagħtu lil dawn l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja relatata mal-PPE kkonċernat.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Meta tkun assigurata t-traċċabbiltà tal-PPE fil-katina tal-provvista, dan jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza biex jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq prodott mhux konformi.

(19) Meta tkun assigurata t-traċċabbiltà tal-PPE fil-katina tal-provvista kollha, dan jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza biex jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq PPE mhux konformi u biex jiddeterminaw bi preċiżjoni, b’mod ċar u bi trasparenza, ir-responsabbiltajiet ta’ kull operatur.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-relazzjoni tiegħu mad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-użu ta’ PPE fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE19, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni u ambigwità u b’hekk jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ PPE konformi.

(21) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-relazzjoni tiegħu mad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-użu ta’ PPE fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE19, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni u ambigwità u b’hekk jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ PPE konformi. L-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva jobbliga lill-impjegaturi biex jipprovdu PPE li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar id-disinn u l-manifattura fir-rigward tas-sigurtà u tas-saħħa. Skont dak l-Artikolu, il-manifatturi ta’ PPE li jipprovdu dak il-PPE lill-impjegati tagħhom għandhom jiżguraw li tali PPE jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

__________________

__________________

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għall-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 393, 30.12.1989, p. 18).

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għall-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 393, 30.12.1989, p. 18).

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Sabiex jiġi żgurat li PPE jkun eżaminat abbażi tal-aħħar avvanzi fit-teknoloġija, il-limitu tal-validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE għandu jiġi stabbilit għal massimu ta’ ħames snin. Għandu jiġi previst proċess għar-reviżjoni taċ-ċertifikat. Għandu jkun meħtieġ kontenut minimu taċ-ċertifikat sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

(24) Sabiex jiġi żgurat li PPE jkun eżaminat abbażi tal-aħħar avvanzi fit-teknoloġija, il-limitu tal-validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE għandu jiġi stabbilit għal massimu ta’ ħames snin. Għandu jiġi previst proċess għar-reviżjoni taċ-ċertifikat. Tali reviżjoni għandha tikkonsisti fi proċedura sempliċi u espedjenti. Għandu jkun meħtieġ kontenut minimu fiċ-ċertifikat sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) It-tikketta CE għandha tkun l-unika tikketta li tindika li l-PPE jkun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-Unjoni. Madankollu, għandhom ikunu jistgħu jintużaw tikketti oħrajn sakemm dawn jgħinu biex itejbu l-ħarsien tal-konsumatur u ma jkunux koperti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(27) It-tikketta CE għandha tkun l-unika tikketta li tindika li l-PPE jkun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-Unjoni. Madankollu, għandhom ikunu jistgħu jintużaw tikketti oħrajn sakemm dawn jgħinu biex itejbu l-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumatur u ma jkunux koperti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sigurtà, jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti mill-manifattur. Id-Direttiva 89/686/KEE tikklassifika l-PPE fi tliet kategoriji li huma soġġetti għal proċeduri differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà b’mod konsistenti għall-PPE kollha, il-lista ta’ prodotti soġġetti għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandhom x’jaqsmu mal-fażi ta’ produzzjoni għandha titwessa’. Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għal kull kategorija ta’ PPE, sa fejn ikun possibbli, abbażi tal-moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

(28) Sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà stipulati f’dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti mill-manifattur. Id-Direttiva 89/686/KEE tikklassifika l-PPE fi tliet kategoriji li huma soġġetti għal proċeduri differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà b’mod konsistenti għall-PPE kollha, il-lista ta’ prodotti soġġetti għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandhom x’jaqsmu mal-fażi ta’ produzzjoni għandha titwessa’. Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għal kull kategorija ta’ PPE, sa fejn ikun possibbli, abbażi tal-moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Sabiex jitqies il-progress tal-għarfien tekniku u l-evidenza xjentifika l-ġdida, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex temenda l-lista ta’ PPE inklużi f’kull kategorija. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Hija u tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(31) Sabiex jitqies il-progress tal-għarfien tekniku u l-evidenza xjentifika l-ġdida, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex temenda l-lista ta’ PPE inklużi f’kull kategorija. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u tivvaluta l-impatt tal-proposti tagħha matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti u tikkonsulta rappreżentanti ta’organizzazzjonijiet tal-impjegati u tal-impjegaturi minn setturi li abitwalment jagħmlu użu minn PPE fl-operat tagħhom. Hija u tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(33) L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-gwida, is-sorveljanza, il-kontroll bil-ħsieb li jiġu prevenuti l-ksur u l-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-gwida hija l-aħjar għodda biex jiġu evitati żbalji mhux intenzjonati mill-impjegaturi, il-manifatturi tal-PPE u l-utenti finali. Dawn il-pieni u s-sanzjonijiet għandhom jiġu imposti b’mod espedjenti, ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) Billi d-Direttiva 89/656/KEE tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għat-tagħmir personali protettiv użat minn ħaddiema fuq il-post tax-xogħol u billi d-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jagħmlu l-użu tal-PPE bħala wieħed obbligatorju, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jinkoraġġixxi lill-impjegaturi u lill-impjegati jagħmlu użu xieraq tal-PPE inkluż billi jipprovdu informazzjoni ċara dwar l-użu obbligatorju tiegħu lill-impjegaturi, l-impjegati u l-assoċazzjonijiet tal-impjegati permezz tal-promozzjoni, bħala eżempji tal-aħjar prattika, l-impjegaturi li japplikaw dawn ir-regoli u josservaw il-prinċipji ġenerali tal-prevenzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 89/391/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 33b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, preferibbilment permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza u s-sħab soċjali, punt wieħed ta’ kuntatt li fih l-utenti finali tal-PPE jkunu jistgħu jirrappurtaw difetti u żbalji li jikkonċernaw il-PPE. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza huma obbligati li jirreaġixxu għar-rapport mill-utenti finali b’mod mgħaġġel u effiċjenti.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Huwa importanti ferm li jiġu kkorrelati l-aspetti differenti marbuta ma’ PPE, b’mod partikolari l-produzzjoni u l-użu tagħhom, bl-azzjoni usa’ tal-Unjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) li hija kruċjali biex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħaddiema u biex jinħoloq Qafas għal Azzjoni għall-kumpaniji kollha irrispettivament mid-daqs, post jew settur ta’ attività tagħhom.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 34b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34b) Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-qasam tax-xogħol mhux iddikjarat billi, minħabba l-impossibilità li tiġi vverifikata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-kundizzjonijiet fil-qasam tax-xogħol mhux iddikjarat jippermettu li l-ħaddiema jkunu esposti għal riskji għoljin tas-saħħa u li l-impjegaturi jaħarbu mir-responsabbiltà. Ix-xogħol domestiku, li fil-parti l-kbira tiegħu jitwettaq min-nisa, joħloq sfida partikolari, billi dan ix-xogħol jaqa’ taħt is-settur informali, jitwettaq minn persuni singoli u, skont in-natura tiegħu stess, huwa inviżibbli.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a) Huwa importanti ħafna li tiġi inkluża l-promozzjoni tal-użu ta’ PPE f’inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni mwettqa fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali, bħala parti mit-tisħiħ ta’ kultura ta’ prevenzjoni ta’ riskji. It-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għandu impatt pożittiv fuq il-produttività u l-kompetittività, kif enfasizzat mill-Pakkett tal-Impjiegi.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 35b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35b) Minħabba l-varjetà ta’ sitwazzjonijiet fil-prattika, fir-rigward tad-daqs tal-kumpanija u d-diversità tal-forza tax-xogħol, l-għodod mhux leġiżlattivi, bħalma huma l-valutazzjoni komparattiva, l-identifikazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba, is-sensibilizzazzjoni u l-għodod tal-IT faċli għall-utent għandhom jintużaw biex jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħaddiema.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 35c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35c) Is-sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà, inkluż il-PPE, għandha tiġi inkluża fil-kurrikuli tal-edukazzjoni minn età bikrija sabiex jitbaxxew ir-rati ta’ inċidenti u tiżdied is-saħħa u s-sigurtà; għandu jiġi integrat taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurtà u l-PPE b’mod speċjali fit-taħriġ vokazzjonali, rikonoxxut kompletament u attestat b’diploma. Għandhom isiru sforzi wkoll biex jittejbu b’mod sostanzjali l-informazzjoni u t-taħriġ għall-intraprendituri. Ir-riżultati ta’ riċerka għall-PPE ġdid, bħala konsegwenza ta’ avvanzi teknoloġiċi u sfidi ġodda, għandhom ikunu mxerrda aħjar.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 35d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35d) Il-popolazzjoni attiva tal-Unjoni qiegħda tixjieħ, skont it-tbassir tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni (Europop, 2010), u għalhekk se jkun hemm bżonn kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa inklużi l-aċċessibbiltà tal-post tax-xogħol u l-interventi fil-post tax-xogħol mmirati lejn il-ħaddiema iżjed anzjani. Dan jeħtieġ il-ħolqien ta’ ambjent sikur u b’saħħtu, tul il-ħajja attiva ta’ forza tax-xogħol li qed issir dejjem aktar diversifikata, li għaliha l-promozzjoni ta’ kultura ta’ prevenzjoni hija essenzjali.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-manifattura ta’ tagħmir personali protettiv (PPE) sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti u r-regoli dwar il-moviment liberu fl-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-manifattura ta’ tagħmir personali protettiv (PPE) maħsub biex ikunu disponibbli fis-suq sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti u r-regoli dwar il-moviment liberu fl-Unjoni.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) maħsub għal użu privat biex jipproteġi kontra kundizzjonijiet atmosferiċi li huma ta’ natura estrema;

(c) maħsub għal użu privat biex jipproteġi kontra:

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(i) kundizzjonijiet atmosferiċi li mhumiex ta’ natura estrema (ħwejjeġ tal-istaġun, umbrelel eċċ.);

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c – punt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ii) umdu u ilma (ingwanti għall-ħasil tal-platti eċċ.);

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c – punt iii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iii) sħana (ingwanti eċċ.) li fir-rigward tagħha l-operatur ekonomiku ma jallegax espliċitament funzjoni protettiva kontra sħana estrema;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) maħsub għal użu f'sitwazzjonijiet fejn l-elementi b’karatteristiċi protettivi potenzjali jiġu inkorporati biss għal skopijiet ta’ disinn;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) għall-użu f’bastimenti tal-baħar jew ajruplani li huma soġġetti għal trattati internazzjonali rilevanti applikabbli fl-Istati Membri;

d) għall-użu biss f’bastimenti tal-baħar jew ajruplani li huma soġġetti għal trattati internazzjonali rilevanti applikabbli fl-Istati Membri;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F’dawk il-każijiet, is-saħħa u s-sigurtà tal-utenti għandhom ikunu żgurati sa fejn ikun possibbli fid-dawl tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KE1a.

 

___________

 

1a Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L183, 29.6.1989, p.1)..

Ġustifikazzjoni

L-eżenzjonijiet għandhom jitnaqqsu għall-ħtieġa assoluta, għalhekk nintroduċu dispożizzjoni parallela mal-Artikolu 2.2 tad-Direttiva 89/391/KE

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tagħmir maħsub biex jintlibes jew miżmum minn persuna għall-protezzjoni kontra riskju jew riskji għas-saħħa jew is-sigurtà tiegħu jew tagħha li jitqiegħed fis-suq b’mod separat jew ikkombinat ma’ tagħmir personali mhux protettiv;

(a) tagħmir iddisinjat u mmanifatturat biex jintlibes jew miżmum minn persuna għall-protezzjoni kontra riskju jew riskji għas-saħħa jew is-sigurtà tiegħu jew tagħha li jitqiegħed fis-suq b’mod separat jew ikkombinat ma’ tagħmir personali mhux protettiv;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) sistemi ta’ konnessjoni għall-apparat imsemmi fil-punt (a) li ma jinżammx jew ma jintlibisx minn persuna, li huma maħsuba li jqabbdu dak l-apparat ma’ apparat jew struttura esterna, li jistgħu jitneħħew u li mhumiex maħsuba biex jitwaħħlu b’mod permanenti ma’ struttura;

(c) sistemi ta’ konnessjoni għall-apparat imsemmi fil-punt (a) li ma jinżammux jew ma jintlibsux minn persuna, iżda li jkunu essenzjali għall-funzjonament tal-apparat, li huma maħsuba li jqabbdu dak l-apparat ma’ apparat jew struttura esterna, li jistgħu jitneħħew u li mhumiex maħsuba biex jitwaħħlu b’mod permanenti ma’ struttura;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. “tip ta' PPE” tfisser is-serje tal-PPE ekwivalenti għall-PPE deskritti fid-dokumentazzjoni teknika u għall-PPE soġġett għall-eżami tat-tip tal-UE (fil-każ tal-kategorija II jew III);

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. “PPE adattat individwalment” tfisser PPE prodott f’serje fejn kull oġġett ikun immanifatturat biex joqgħod tajjeb fuq utent individwali;

2. “PPE adattat individwalment” tfisser PPE prodott f’serje fejn kull oġġett ikun immanifatturat biex joqgħod tajjeb fuq utent individwali speċifiku skont il-ħtiġiet tiegħu jew tagħha, pereżempju raġel, mara u ħaddiem żagħżugħ, kif ukoll persuna b'diżabilitajiet, b'valur miżjud ppruvat għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. “PPE mfassal apposta” tfisser PPE prodott bħala unità unika biex jissodisfa l-bżonnijiet speċjali ta’ utent individwali skont mudell bażiku, filwaqt li jiġu segwiti l-istruzzjonijiet tad-disinjatur ta’ dak il-mudell bażiku u tiġi rrispettata l-firxa ta’ varjazzjonijiet permissibbli;

3. “PPE mfassal apposta” tfisser PPE prodott biex jissodisfa l-bżonnijiet speċjali ta’ persuna individwali speċifika skont mudell bażiku, filwaqt li jiġu segwiti l-istruzzjonijiet tad-disinjatur ta’ dak il-mudell bażiku u tiġi rrispettata l-firxa ta’ varjazzjonijiet permissibbli;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. “tqiegħed fis-suq” tfisser l-ewwel darba li PPE jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

5. “tqiegħed fis-suq” tfisser l-ewwel darba li t-tip ta' PPE jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. “utent finali” tfisser il-persuna li tilbes jew tuża l-PPE;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

20a. “dimostrazzjoni” tfisser kwalunkwe wiri ta’ PPE, mhux f’sitwazzjoni perikoluża, għal raġunijiet promozzjonali;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 20b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

20b. “test fuq il-post” tfisser avveniment li fih jintuża PPE mhux iċċertifikat f’numru limitat ħafna u għal żmien limitat ħafna għal evalwazzjoni (finali). Qabel ma jibda t-test, il-manifattur għandu jistabbilixxi l-ħin u l-iskop tat-test, u jingħataw ir-raġunijiet għalfejn huwa meħtieġ it-test u għandu jkollu dawn id-dettalji kkonfermati mill-partijiet ikkonċernati. It-test isir f’sitwazzjonijiet li esklussivament ma jkunux perikolużi u jitwettaq biex jevalwa, inter alia, il-kumdità, l-ergonomija jew id-disinn. Il-partijiet ikkonċernati għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti meħtieġa tat-test abbozzati minn laboratorji akkreditati jew awtorizzati, li għandhom jiġu mehmuża mal-dokumentazzjoni teknika biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ dawk li jilbsu dawn l-oġġetti;

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-PPE jitqiegħed għad-dispożizzjoni tas-suq biss jekk, meta jinżamm b’mod xieraq u jintuża għall-fini maħsub tiegħu, jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.‑{}‑

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa u meħtieġa biex jiżguraw li l-PPE jitqiegħed għad-dispożizzjoni tas-suq biss jekk, meta jinżamm b’mod xieraq, il-funzjonament tiegħu jiġi spjegat b'mod ċar u jintuża għall-fini maħsub tiegħu, jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-PPE għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti fl-Anness II.

Il-PPE għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti fl-Anness II u f’konformità sħiħa mad-Direttiva 89/391/KEE.

Ġustifikazzjoni

Huwa ta’ importanza kbira li t-tagħmir protettiv ikun totalment konformi mal-qafas Direttiva dwar is-Saħħa u s-Sigurtà.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 89/656/KEE, biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-użu ta’ PPE, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jaffettwawx id-disinn ta’ PPE li jitqiegħed fis-suq skont dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 89/656/KEE, li jistabbilixxu kull rekwiżit li jikkonċerna l-użu ta’ PPE li huma jqisu meħtieġ biex jiżguraw il-protezzjoni tal-utenti finali u l-partijiet terzi jew li huma ġustifikati minn valur miżjud f'termini ta’ saħħa u sigurtà tal-utent u ma jaffettwawx id-disinn ta’ PPE li jitqiegħed fis-suq skont dan ir-Regolament.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’fieri, wirjiet u dimostrazzjonijiet, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri ta’ PPE li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, kemm-il darba jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b’mod ċar li l-PPE ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament u li mhuwiex disponibbli fis-suq sakemm ma jikkonformax.

 

F’fieri, wirjiet, dimostrazzjonijiet, avvenimenti simili u t-testijiet fuq il-post, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri ta’ PPE li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, kemm-il darba jkunu jistgħu jinstabu sinjali viżibbli fiż-żona assenjata lill-parti li tkun qed tesibixxi li jindikaw b’mod ċar li l-PPE ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament u li mhuwiex disponibbli fis-suq sakemm ma jikkonformax.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul dimostrazzjonijiet adegwati għandhom jittieħdu miżuri biex jassiguraw il-protezzjoni ta’ persuni.

Matul dimostrazzjonijiet u testijiet fuq il-post, għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jassiguraw il-protezzjoni ta’ persuni u jissensibilizzawhom. It-testijiet fuq il-post ma għandhomx jitfasslu biex jittestjaw il-prestazzjoni tal-protezzjoni tal-PPE iżda biex jevalwaw pereżempju l-kumdità, l-ergonomija u d-disinn. Il-partijiet kollha kkonċernati (pereżempju l-impjegaturi kif ukoll min jilbes dawn l-oġġetti jew l-utent finali) għandhom ikunu infurmati minn qabel dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskop tat-test. Il-marka “għal test fuq il-post biss” għandha titwaħħal b’mod ċar u li ma titħassarx mal-PPE. Wara tmiem il-perijodu tat-test, il-PPE użat jingħata lura lill-manifatturi.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jqiegħdu fis-suq PPE, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fl-Anness II.

1. Meta jqiegħdu fis-suq PPE, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali u meħtieġa applikabbli tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fl-Anness II.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal tal-anqas 10 snin wara li l-PPE jkun tqiegħed fis-suq.

3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal tal-anqas 10 snin wara li l-PPE jkun sar disponibbli fis-suq.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-PPE li jqiegħdu fis-suq ikollu t-tip, il-lott jew in-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikun jista’ jiġi identifikat, jew, jekk id-daqs jew natura tal-PPE ma tippermettix dan, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE.

5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li kull PPE li jqiegħdu fis-suq ikollu t-tip, il-lott jew in-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikun jista’ jiġi identifikat, jew, jekk id-daqs jew natura tal-PPE ma tippermettix dan, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-manifatturi, fuq il-PPE, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

6. Il-manifatturi, fuq il-PPE, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat(i) Membru/i li fis-suq tiegħu jew tagħhom għandu jitqiegħed il-PPE.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-PPE jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.4 tal-Anness II, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li kull PPE, inkluża l-iżgħar unità tiegħu, ikun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet u kull informazzjoni stabbiliti fil-punt 1.4 tal-Anness II, fil-lingwa uffiċċjali tal-utenti finali, fl-Istat Membru fejn il-PPE jkun sar disponibbli fis-suq, kif ukoll, fejn possibbli, b’pittogrammi.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li PPE li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-PPE jkun jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-PPE disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li PPE li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-PPE jkun jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-PPE disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq imbagħad ikollhom l-obbligu li jinfurmaw lill-pubbliku dwar ir-riskju sakemm il-miżura korrettiva ma tkunx f’postha. Matul il-perjodu tal-istabbiliment tal-konformità, il-manifatturi għandhom jirtiraw il-PPE sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-utenti finali.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-PPE, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba mingħandha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-PPE li jkunu qiegħdu fis-suq.

10. Il-manifatturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja, bil-karta jew preferribbilment f’forma elettronika, biex juru l-konformità tal-PPE, bil-lingwa uffiċjali ta’ dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba mingħandha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-PPE li jkunu qiegħdu fis-suq.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq għal tal-anqas 10 snin wara li l-PPE jkun tqiegħed fis-suq;

(a) iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq għal tal-anqas 10 snin wara li l-PPE jkun sar disponibbli fis-suq;

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi ppruvata l-konformità tal-PPE;

(b). fuq talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa, fuq karta jew f’forma elettronika, biex tiġi ppruvata l-konformità tal-PPE;

 

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn PPE koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

(c) jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-PPE kopert bil-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq biss dawk l-PPE li huma konformi.

1. L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq biss il-PPE li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma jqiegħdu PPE fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun twettqet/twettqu l-proċedura/proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-manifattur msemmija fl-Artikolu 18. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-PPE jkollu tikketta CE u jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità jew dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE, u li jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(7) u li l-manifattur ikun ħares ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6).

Qabel ma jqiegħdu PPE fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun twettqet/twettqu l-proċedura/proċeduri essenzjali ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-manifattur msemmija fl-Artikolu 18. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal u kkomunika d-dokumentazzjoni teknika, li l-PPE jkollu tikketta CE u jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità u dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE, u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun ħares ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6).

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq il-PPE, l-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattati dwar il-prodott, jew jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

3. Fuq il-PPE, l-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattati dwar il-prodott, jew jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-PPE. Id-dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu bil-lingwa uffiċjali tal-utenti finali u mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-PPE jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 1.4 tal-Anness I, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u utenti finali oħrajn, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li kull PPE, inkluża l-iżgħar unità tiegħu, ikun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet u kull informazzjoni stabbilita fil-punt 1.4 tal-Anness I, fil-lingwa uffiċċjali tal-utenti finali, fl-Istat Membru fejn il-PPE jkun sar disponibbli fis-suq, u, fejn possibbli għandhu jkun b’lingwa newtrali.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn PPE, l-importaturi għandhom, għall-finijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi u l-utenti finali oħrajn, iwettqu testijiet fuq kampjuni ta’ PPE li jkunu saru disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ PPE mhux konformi u ta’ ġbir lura ta’ PPE, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li PPE li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-PPE jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-PPE jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-PPE disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

6. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li PPE li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-PPE jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq. Din l-azzjoni għandha tittieħed mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol mill-jum li fih l-importaturi jsiru konxji dwar dik l-informazzjoni. Barra minn hekk, meta l-PPE jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-PPE disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq imbagħad għandu jkollhom l-obbligu li jinfurmaw lill-pubbliku dwar ir-riskju sakemm il-miżura korrettiva ma tkunx f’postha.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel ma jagħmlu PPE disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li jkollu fuqu t-tikketta CE, li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jew dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE, li jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.4 tal-Anness II b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali fl-Istat Membru fejn il-PPE ikun ser jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6) u l-Artikolu 10(3).

2. Qabel ma jagħmlu PPE disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li jkollu fuqu t-tikketta CE, li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jew dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE, li jkun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet u informazzjoni oħra stabbilita fil-punt 1.4 tal-Anness II bil-lingwa uffiċjali tal-utenti finali fl-Istat Membru fejn il-PPE ikun ser jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6) u l-Artikolu 10(3).

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li PPE ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti fl-Anness II, dan ma għandux iqiegħed il-PPE fis-suq sakemm dan ma jkunx sar konformi. Barra minn hekk, meta l-PPE jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li PPE ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti fl-Anness II, dan ma għandux iqiegħed il-PPE fis-suq sakemm dan ma jkunx sar konformi. Barra minn hekk, meta l-PPE jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan. Wara dan, il-manifattur għandu minnufih jirtira l-PPE mis-suq. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq imbagħad għandu jkollhom l-obbligu li jinfurmaw lill-pubbliku dwar ir-riskju sakemm il-miżura korrettiva ma tkunx f’postha.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li PPE li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu minnufih l-miżuri korrettivi meħtieġa biex isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-PPE jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-PPE għad-dispożizzjoni fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li PPE li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu minnufih l-miżuri korrettivi meħtieġa biex isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-PPE jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur u lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-PPE għad-dispożizzjoni fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq imbagħad għandu jkollhom l-obbligu li jinfurmaw lill-pubbliku dwar ir-riskju sakemm il-miżura korrettiva ma tkunx f’postha.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 8, meta huwa jqiegħed il-PPE fis-suq f’ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika l-PPE li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li tkun affettwata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti fl-Anness II.

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 8, meta huwa jqiegħed il-PPE fis-suq f’ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika l-PPE li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li tkun affettwata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera l-ħarsien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti fl-Anness II.

1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera l-ħarsien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti fl-Anness II. L-istruttura tal-mudell tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-operaturi ekonomiċi permezz ta' indirizz tal-internet.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-tikketta CE għandha titwaħħal b’mod li tidher, tinqara sew u ma jitħassarx mal-PPE. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx iġġustifikat minħabba n-natura tal-PPE, it-tikketta CE għandha titwaħħal fuq l-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjawh.

2. It-tikketta CE għandha titwaħħal b’mod li tidher, tinqara sew u ma jitħassarx mal-PPE. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx iġġustifikat minħabba n-natura tal-PPE, it-tikketta CE għandha titwaħħal b’mod li jidher, jinqara sew u ma jistħassarx fuq l-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjawh.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tikketta CE għandha titwaħħal qabel ma l-PPE jitqiegħed fis-suq. Tista’ tiġi segwita minn pittogramma jew tikketta oħra li tindika r-riskju kontra liema l-PPE huwa maħsub li jipproteġi.

3. It-tikketta CE għandha titwaħħal qabel ma l-PPE jitqiegħed fis-suq. Tista’ tiġi akkumpanjata minn pittogramma jew tikketta oħra li tindika r-riskju kontra liema l-PPE huwa maħsub li jipproteġi.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.

2. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp ta’ parti terza indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-PPE li jivvaluta.

Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp ta’ parti terza indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-PPE li jivvaluta u għandu jiffirma dikjarazzjoni li tiċċertifika l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu. Hu għandu jqis debitament ir-rekwiżiti ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti fid-Direttiva 89/391/KEE u, b’mod partikolari, id-Direttiva 89/656/KEE.

Emenda   79

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament jew indirettament involuti fid-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-PPE, jew jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu nnotifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament jew indirettament involuti fid-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-PPE, jew jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu nnotifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 7 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà, stabbiliti fl-Anness II, tal-istandards armonizzati korrispondenti u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazjzoni tal-Unjoni;

(c) għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà, stabbiliti fl-Anness II, tal-istandards armonizzati korrispondenti u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazjzoni tal-Unjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti;

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx merfugħa mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

9. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx merfugħa mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont dan ir-Regolament u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

11. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont dan ir-Regolament u għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta korp innotifikat jagħti b’sottokuntratt kompiti speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 u għandu jinforma lill-awtorità notifikanti dwar dan.

1. Meta korp innotifikat jagħti b’sottokuntratt kompiti speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntratturi jew is-sussidjarji tul il-katina kollha ta’ konformità jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 u għandu jinforma lill-awtorità notifikanti dwar dan.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Penali

Sorveljanza, kontroll u penali

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [3 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar gwida, sorveljanza, kontroll u penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Biex jiġi evitat l-użu mhux eżatt tal-PPE u difetti mhux intenzjonati, l-Istati Membri għandhom l-ewwel nett jipprovdu gwida dwar kif għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Jekk, madankollu, wara li tkun ingħatat il-gwida neċessarja, ir-rekwiżiti jibqgħu ma jiġux issodisfati, il-pass li jmiss għandu jkun l-applikazzjoni ta’ penali. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [3 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Anness I - kategorija III - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PPE maħsub biex jipproteġi lill-utenti kontra riskji serji ħafna. Il-Kategorija III tinkludi esklussivament l-PPE maħsub biex jipproteġi lill-utenti kontra r-riskji li ġejjin:

PPE maħsub biex jipproteġi lill-utenti kontra riskji serji ħafna, bħalma huma l-mewt jew korrimenti irriversibbli u dannu għas-saħħa. Il-Kategorija III tinkludi esklussivament l-PPE maħsub biex jipproteġi lill-utenti kontra r-riskji li ġejjin:

Emenda  87

Proposta għal regolament

Anness I – kategorija 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ambjenti b’temperatura baxxa li l-effetti tagħhom jitqabblu sew ma’ dawk ta’ temperatura tal-arja ta’ -50 C jew anqas;

(e) ambjenti b’temperatura baxxa li l-effetti tagħhom ikunu ekwivalenti għal dawk ta’ temperatura tal-arja ta’ -50 C jew anqas b'kunsiderazzjoni tal-effett ta' tiksiħ tar-riħ;

Emenda  88

Proposta għal regolament

Anness II – punt -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

RIMARKI PRELIMINARI

 

1. Ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti f’dan ir-Regolament huma obbligatorji.

 

2. L-obbligi skont ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà japplikaw biss meta r-riskju korrispondenti jkun jeżisti għall-PPE inkwistjoni.

 

3. Ir-rekwiżiti essenzjali għandhom ikunu interpretati u applikati b’tali mod li jittieħed kont tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-prassi attwali fil-mument tad-disinn u l-manifattura kif ukoll ta’ kunsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi li jkunu konsistenti ma’ grad għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa u sigurtà.

 

4. Il-manifattur għandu l-obbligu li jwettaq valutazzjoni tar-riskju sabiex jiġu identifikati r-riskji kollha li japplikaw għall-PPE. Il-manifattur imbagħad għandu jiddisinjah u jimmanifatturah filwaqt li jqis din il-valutazzjoni.

 

5. Meta jiddisinja u jimmanifattura l-PPE, u meta jabbozza l-istruzzjonijiet, il-manifattur għandu jipprevedi mhux biss l-użu maħsub tal-PPE, iżda wkoll l-użi raġonevolment prevedibbli. Fejn applikabbli, is-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni oħra minbarra l-utent għandhom jiġu żgurati.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-PPE għandu jipprovdi protezzjoni xierqa kontra r-riskji li għalihom huwa maħsub.

Il-PPE għandu jipprovdi protezzjoni xierqa u sħiħa kontra r-riskji sabiex jiżgura u jippreżerva s-saħħa u s-sigurtà tal-utenti u l-partijiet terzi.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1. – punt 1.2.1.1.

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-materjali li minnhom huwa magħmul il-PPE, inkluż kwalunkwe wieħed mill-prodotti ta’ dekompożizzjoni possibbli tiegħu, ma għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa u s-sigurtà tal-utenti.

Il-materjali li minnhom huwa magħmul il-PPE, inkluż kwalunkwe wieħed mill-prodotti ta’ dekompożizzjoni possibbli tiegħu, ma għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa u s-sigurtà tal-utenti jew iwasslu biex il-PPE ma jibqax konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt 1.2 –punt 1.2.1. – punt 1.2.1.2. - intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2.1.2. Kundizzjoni sodisfaċenti tal-wiċċ tal-partijiet kollha tal-PPE li jkollhom kuntatt mal-utent

1.2.1.2. Kundizzjoni ottimali tal-wiċċ tal-partijiet kollha tal-PPE li jkollhom kuntatt mal-utent

Emenda  92

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt 1.4 - intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.4. Struzzjonijiet mill-manifattur

1.4. Struzzjonijiet u informazzjoni mill-manifattur

Emenda  93

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-istruzzjonijiet għall-ħżin, l-użu, it-tindif, il-manutenzjoni, is-servisjar u d-diżinfettar. Prodotti tat-tindif, tal-manutenzjoni jew diżinfettanti rakkomandati mill-manifatturi ma jistgħux jikkaġunaw ħsara lill-PPE jew lill-utent meta jiġu applikati skont l-istruzzjonijiet rilevanti

(a) l-istruzzjonijiet għall-ħżin, l-użu, it-tindif, il-manutenzjoni, is-servisjar u d-diżinfettar. Prodotti tat-tindif, tal-manutenzjoni jew diżinfettanti indikati mill-manifatturi ma jistgħux jikkaġunaw ħsara lill-PPE jew lill-utent meta jiġu applikati skont l-istruzzjonijiet rilevanti;

Emenda  94

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) iż-żmien jew il-perjodu meta jiskadi l-PPE jew xi wħud mill-komponenti tiegħu;

(e) iż-żmien jew il-perjodu meta jiskadi l-PPE jew il-komponenti tiegħu;

Emenda  95

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt 1.4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-istruzzjonijiet, li għandhom ikunu preċiżi u jinftehmu, għandhom jingħataw tal-anqas bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru destinatarju.

Dawn l-istruzzjonijiet, li għandhom ikunu preċiżi u jinftehmu, għandhom jingħataw bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru destinatarju sabiex jippermettu lill-utent finali juża l-PPE b’mod sikur u korrett. Kwalunkwe istruzzjoni rilevanti addizzjonali għall-għażla, l-użu, il-kura u ż-żamma tal-PPE għandha tkun disponibbli b’tali mod li tkun faċilment aċċessibbli għal kwalunkwe persuna kkonċernata.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk ikun meħtieġ, dawn għandhom ikunu ttrattati jew ipprovduti b’mezzi sabiex jiġi evitat iċ-ċpar.

Dawn għandhom ikunu ttrattati jew ipprovduti b’mezzi sabiex jiġi evitat iċ-ċpar.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk il-manifattur ma jkunx jista’ jagħti garanzija ta’ kemm iservi l-PPE, l-istruzzjonijiet tiegħu għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ix-xerrej jew l-utent ikun jista’ jistabbilixxi [...] xahar u sena raġonevoli meta jiskadi, filwaqt li jqis il-livell ta’ kwalità tal-mudell u l-kundizzjonijiet effettivi ta’ kif jintrefa’, jintuża, jitnaddaf, jiġi sservisjat u ssirlu manutenzjoni.

imħassar

Emenda  98

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jkun possibbli li jkun hemm deterjorament mgħaġġel fil-prestazzjoni tal-PPE li x’aktarx ikun ikkawżat minħabba l-użu perjodiku ta’ proċess ta’ tindif rakkomandat mill-manifattur, dan tal-aħħar għandu jwaħħal marka ma’ kull oġġett tal-PPE fis-suq li tindika l-ammont massimu ta’ drabi li l-apparat jista’ jitnaddaf qabel ma dan ikollu jiġi spezzjonat jew mormi; fin-nuqqas ta’ dan, il-manifattur għandu jagħti din l-informazzjoni fl-istruzzjonijiet tiegħu.

Meta jkun possibbli li jkun hemm deterjorament mgħaġġel fil-prestazzjoni tal-PPE li x’aktarx ikun ikkawżat minħabba l-użu perjodiku ta’ proċess ta’ tindif rakkomandat mill-manifattur, dan tal-aħħar għandu jwaħħal marka ma’ kull oġġett tal-PPE fis-suq li tindika l-ammont massimu ta’ drabi li l-apparat jista’ jitnaddaf qabel ma dan ikollu jiġi spezzjonat jew mormi;

Emenda  99

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-kondizzjonijiet tal-ħżin irid ma jkollhomx effett ħażin fuq il-PPE sabiex jippreservaw l-effiċjenza sħiħa tiegħu u jipproteġu b’mod xieraq lill-utent finali.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.8 - intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.8. PPE għal interventi f’sitwazzjonijiet perikolużi ħafna

2.8. PPE għal interventi f’sitwazzjonijiet ta' riskju għoli

Emenda  101

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur flimkien mal-PPE għal intervent f’sitwazzjonijiet perikolużi ħafna għandhom jinkludu, b’mod partikolari, data maħsuba għal persuni kompetenti mħarrġa li jkunu kkwalifikati biex jinterpretawhom u jiżguraw li jiġu applikati mill-utent.

L-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur flimkien mal-PPE għal intervent f’sitwazzjonijiet ta' riskju għoli għandhom jinkludu, b’mod partikolari, data maħsuba għal persuni kompetenti mħarrġa li jkunu kkwalifikati biex jinterpretawhom u jiżguraw li jiġu applikati mill-utent.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-PPE jinkorpora allarm li jkun attivat fin-nuqqas ta’ livell ta’ protezzjoni li normalment tingħata, dan għandu jkun iddisinjat u jitqiegħed b’tali mod li jkun jista’ jinħass mill-utent fil-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli.

Meta l-PPE jinkorpora allarm li jkun attivat fin-nuqqas ta’ livell ta’ protezzjoni li normalment tingħata, dan għandu jkun iddisinjat u jitqiegħed b’tali mod li jkun jista’ jinħass mill-utent f'kull kundizzjoni tal-użu prevedibbli.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta PPE jkun jinkorpora komponenti li jistgħu jiġu aġġustati jew imneħħija mill-utent għal finijiet ta’ sostituzzjoni, dawn għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jkunu jistgħu jitwaħħlu u mneħħija mingħajr għodod.

Meta PPE jkun jinkorpora komponenti li jistgħu jiġu aġġustati jew imneħħija mill-utent għal finijiet ta’ sostituzzjoni, dawn għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu aġġustati u mneħħija mingħajr għodod.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sinjali ta’ identifikazzjoni jew indikaturi direttament jew indirettament marbuta mas-saħħa u s-sigurtà mwaħħla ma’ dawn it-tipi ta’ PPE jekk possibbli għandhom ikunu fl-għamla ta’ piktogrammi jew ideogrammi armonizzati. Dawn għandhom ikunu jidhru u jistgħu jinqraw perfettament u jibqgħu hekk matul il-perijodu kollu li l-PPE jdum jintuża. Barra minn hekk, dawn il-marki għandhom ikunu kompluti, preċiżi u li jistgħu jinftehmu biex b’hekk ma jinftiehmux ħażin; b’mod partikolari meta tali marki jinkludu kliem jew sentenzi, dawn tal-aħħar għandhom jinkitbu bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ser jintuża t-tagħmir.

Is-sinjali ta’ identifikazzjoni jew indikaturi direttament jew indirettament marbuta mas-saħħa u s-sigurtà mwaħħla ma’ dawn it-tipi ta’ PPE jekk possibbli għandhom ikunu fl-għamla ta’ piktogrammi jew ideogrammi armonizzati. Dawn għandhom ikunu jidhru u jistgħu jinqraw perfettament u jibqgħu hekk matul il-perijodu kollu li l-PPE jdum jintuża. Barra minn hekk, dawn il-marki għandhom ikunu kompluti, preċiżi u li jistgħu jinftehmu biex b’hekk ma jinftiehmux ħażin; b’mod partikolari meta tali marki jinkludu kliem jew sentenzi, dawn tal-aħħar għandhom jinkitbu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u l-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru fejn it-tagħmir jitqiegħed disponibbli fis-suq.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-PPE (jew komponent li jista’ jinbidel għall-PPE) ikun żgħir wisq biex titwaħħal il-marka meħtieġa kollha jew parti minnha, l-informazzjoni rilevanti għandha tingħata fuq l-imballaġġ u fl-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Meta l-PPE (jew komponent li jista’ jinbidel għall-PPE) ikun żgħir wisq biex titwaħħal il-marka meħtieġa kollha jew parti minnha, l-informazzjoni rilevanti għandha tingħata fuq l-imballaġġ u tissemma b'mod ċar u sew fl-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-PPE maħsub biex jipproteġi lill-utent minn diversi riskji perikolużi għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod li jissodisfa, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà bażiċi speċifiċi għal kull wieħed minn dawk ir-riskji.

Il-PPE maħsub biex jipproteġi lill-utent minn diversi riskji perikolużi għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod li jissodisfa, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti essenzjali kollha ta’ saħħa u sigurtà bażiċi speċifiċi għal kull wieħed minn dawk ir-riskji.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.4 - intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.4. Protezzjoni fl-ilma

3.4. Protezzjoni f’likwidu

Emenda  108

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.4 - punt 3.4.2. – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ilbies li jiżgura li l-utent iżomm f’wiċċ l-ilma sa livell effettiv, skont l-użu prevedibbli tiegħu, li jista’ jintlibes mingħajr periklu u li jista’ joffri appoġġ pożittiv fl-ilma. F’kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli, dan il-PPE ma għandux jillimita l-moviment liberu tal-utent iżda għandu jgħinu sabiex, b’mod partikolari, huwa jkun jista’ jgħum jew jieħu azzjoni biex jaħrab mill-periklu jew isalva lil persuni oħra.

Ilbies li jiżgura li l-utent iżomm f’wiċċ l-ilma sa livell effettiv, skont l-użu prevedibbli tiegħu, li jista’ jintlibes mingħajr periklu u li jista’ joffri appoġġ pożittiv f’likwidu. F’kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli, dan il-PPE ma għandux jillimita l-moviment liberu tal-utent iżda għandu jgħinu sabiex, b’mod partikolari, huwa jkun jista’ jgħum jew jieħu azzjoni biex jaħrab mill-periklu jew isalva lil persuni oħra.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull oġġett ta’ PPE għandu jkollu fuqu tikketta li tindika l-livell ta’ tnaqqis tal-istorbju mogħti mill-PPE; jekk dan ma jkunx possibbli, it-tikketta għandha titwaħħal mal-pakkett.

Kull oġġett ta’ PPE għandu jkollu fuqu tikketta li tindika l-livell ta’ tnaqqis tal-istorbju mogħti mill-PPE; jekk dan ma jkunx possibbli, it-tikketta għandha titwaħħal b’mod ċar u sew mal-pakkett.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.6 - punt 3.6.1. – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Materjali kostitwenti u komponenti oħra maħsuba għall-protezzjoni kontra sħana kbira u konvettiva għandu jkollhom koeffiċjent adattat ta’ trażmissjoni ta’ incident ta’ fluss tas-sħana u għandhom ikunu inkombustibbli biżżejjed biex jipprekludu kwalunkwe riskju ta’ nar spontanju taħt kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli.

Materjali kostitwenti u komponenti oħra maħsuba għall-protezzjoni kontra sħana kbira u konvettiva għandu jkollhom koeffiċjent adattat ta’ trażmissjoni ta’ incident ta’ fluss tas-sħana u għandhom ikunu inkombustibbli b’mod adegwat biex jipprekludu kwalunkwe riskju ta’ nar spontanju taħt kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.6 - punt 3.6.1. – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-materjali tal-PPE u komponenti oħra li jistgħu b’mod aċċidentali jiġu f’kuntatt ma’ fjamma u dawk użati fil-manifattura ta’ apparat għat-tifi tan-nar għandu jkollhom livell li ma jaqbadx li jikkorrispondi mal-klassi tar-riskju assoċjat mal-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli. Ma għandhomx jinħallu meta jkunu esposti għal fjammi jew jgħinu fit-tixrid tal-fjamma.

Il-materjali tal-PPE u komponenti oħra li jistgħu b’mod aċċidentali jiġu f’kuntatt ma’ fjamma u dawk użati fil-manifattura ta’ apparat industrijali jew għat-tifi tan-nar għandu jkollhom livell li ma jaqbadx u protezzjoni termali jew kontra s-sħana tal-ark li jikkorrispondi mal-klassi tar-riskju assoċjat mal-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli. Ma għandhomx jinħallu meta jkunu esposti għal fjammi jew jgħinu fit-tixrid tal-fjamma.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.6 - punt 3.6.2. – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istruzzjonijiet tal-manifattur li jkun hemm ma’ kull PPE maħsub għall-użu qasir f’ambjenti b’temperaturi għoljin għandu b’mod partikolari jagħti d-dejta kollha rilevanti biex jiddetermina l-ammont massimu li jista’ jkun espost għalih l-utent għas-sħana rrilaxxjata mill-apparat meta użat skont l-iskop maħsub tiegħu.

L-istruzzjonijiet tal-manifattur li jkun hemm ma’ kull PPE maħsub għall-użu għal żmien limitat f’ambjenti b’temperaturi għoljin għandu b’mod partikolari jagħti d-dejta kollha rilevanti biex jiddetermina l-ammont massimu li jista’ jkun espost għalih l-utent għas-sħana rrilaxxjata mill-apparat meta użat skont l-iskop maħsub tiegħu.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.7 - punt 3.7.2. – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-PPE għandu kemm jista’ jkun jevita l-penetrazzjoni ta’ likwidu bħall-ilma tax-xita u ma għandux iwassal għal korrimenti li jiġu mill-kuntatt bejn il-qoxra protettiva kiesħa tiegħu u l-utent.

(b) Il-PPE għandu jevita l-penetrazzjoni ta’ likwidu bħall-ilma tax-xita u ma għandux iwassal għal korrimenti li jiġu mill-kuntatt bejn il-qoxra protettiva kiesħa tiegħu u l-utent.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.9. - punt 3.9.1. – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-PPE ddisinjat biex jipproteġi kontra ħsara kbira jew kronika lill-għajnejn minn sorsi ta’ radjazzjoni li mhix jonizzanti għandu jkun kapaċi jassorbi jew jirrifletti l-biċċa l-kbira tal-enerġija li toħroġ f’tul ta’ mewġ li jagħmlu l-ħsara mingħajr ma jaffettwa l-ħruġ tal-parti tal-ispektrum viżibbli li ma tagħmilx ħsara, il-perċezzjoni tal-kuntrasti u l-abbiltà li wieħed jiddistingwi l-kuluri meta meħtieġ mill-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli.

Il-PPE ddisinjat biex jipproteġi kontra ħsara kbira jew kronika lill-għajnejn minn sorsi ta’ radjazzjoni li mhix jonizzanti għandu jkun kapaċi jassorbi jew jirrifletti l-enerġija kollha li toħroġ f’tul ta’ mewġ li jagħmlu l-ħsara mingħajr ma jaffettwa l-ħruġ tal-parti tal-ispektrum viżibbli li ma tagħmilx ħsara, il-perċezzjoni tal-kuntrasti u l-abbiltà li wieħed jiddistingwi l-kuluri meta meħtieġ mill-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.9. – punt 3.9.1. – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan il-għan, in-nuċċalijiet protettivi għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jkollhom, għal kull tul ta’ mewġa li tagħmel ħsara, fattur speċjali ta’ trażmissjoni li permezz tiegħu d-densità tal-illuminazzjoni tal-enerġija radjanti li tkun tista’ tilħaq l-għajnejn tal-utent mill-filtru tkun minimizzata u, taħt l-ebda ċirkostanza ma għandha taqbeż il-valur massimu permissibbli ta’ esponiment.

Għal dan il-għan, it-tagħmir protettiv tal-għajnejn għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod li jkollu, għal kull tul ta’ mewġa li tagħmel ħsara, fattur speċjali ta’ trażmissjoni li permezz tiegħu d-densità tal-illuminazzjoni tal-enerġija radjanti li tkun tista’ tilħaq l-għajnejn tal-utent mill-filtru tkun minimizzata u, taħt l-ebda ċirkostanza ma għandha taqbeż il-valur massimu permissibbli ta’ esponiment. Il-PPE li jkun iddisinjat biex jipproteġi l-ġilda minn radjazzjoni li mhix jonizzanti għandu jkun kapaċi jassorbi jew jirrifletti l-biċċa l-kbira tal-enerġija li toħroġ f’tul ta’ mewġ ta’ ħsara.

Ġustifikazzjoni

Jekk tiġi adottata, din il-bidla minn “nuċċali” għal “tagħmir protettiv tal-għajnejn” se ssir matul it-test kollu.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.9. – punt 3.9.1. – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, in-nuċċalijiet ma għandhomx jiddeterjoraw jew jitilfu l-karatteristiċi tagħhom minħabba l-effetti tar-radjazzjoni li toħroġ mill-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli u l-kampjuni kollha mibjugħa għandu jkollhom fuqhom in-numru tal-fattur ta’ protezzjoni li jaqbel mal-kurva tad-distribuzzjoni spettrali tal-fattur tat-trażmissjoni tagħhom.

Barra minn hekk, it-tagħmir protettiv tal-għajnejn ma għandux jiddeterjora jew jitlef il-karatteristiċi tiegħu minħabba l-effetti tar-radjazzjoni li toħroġ mill-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli u l-kampjuni kollha mibjugħa għandu jkollhom fuqhom in-numru tal-fattur ta’ protezzjoni li jaqbel mal-kurva tad-distribuzzjoni spettrali tal-fattur tat-trażmissjoni tagħhom.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.9. – punt 3.9.1. – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Nuċċalijiet adattati għal sorsi ta’ radjazzjoni tal-istess tip għandhom ikunu kklassifikati f’ordni li titla’ skont il-fatturi ta’ protezzjoni tagħhom filwaqt li l-istruzzjonijiet tal-manifattur għandhom jindikaw, b’mod partikolari, kif għandu jintgħażel il-PPE xieraq filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu rilevanti bħad-distanza mis-sors u d-distribuzzjoni spettrali tal-enerġija li toħroġ f’dik id-distanza

Tagħmir protettiv għall-għajnejn adattat għal sorsi ta’ radjazzjoni tal-istess tip għandu jkun ikklassifikat f’ordni li titla’ skont il-fatturi ta’ protezzjoni tiegħu filwaqt li l-istruzzjonijiet tal-manifattur għandhom jindikaw, b’mod partikolari, kif għandu jintgħażel il-PPE xieraq filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu rilevanti bħad-distanza mis-sors u d-distribuzzjoni spettrali tal-enerġija li toħroġ f’dik id-distanza.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.9. – punt 3.9.1. – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-numru tal-fattur ta’ protezzjoni rilevanti għandu jidher fuq il-kampjuni kollha tan-nuċċalijiet filtranti mill-manifatur.

 

In-numru tal-fattur ta' protezzjoni għandu jidher fuq il-kampjuni kollha tat-tagħmir protettiv tal-għajnejn filtrant mill-manifatur.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt 3.10. – punt 3.10.2. – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan il-għan, il-materjali kostitwenti u l-komponenti l-oħra ta’ dawn it-tipi ta’ PPE għandhom jintagħżlu jew ikunu ddisinjati u inkorporati sabiex jiżguraw, kemm jista’ jkun, il-prevenzjoni totali ta’ tnixxija, li jippermetti użu għal ħin twil kuljum fejn meħtieġ jew, jekk dan ma jkunx possibbli, kapaċità limitata ta’ prevenzjoni tat-tnixxija li teħtieġ restrizzjoni tal-perjodu tal-użu tal-ilbies.

Għal dan il-għan, il-materjali kostitwenti u l-komponenti l-oħra ta’ dawn it-tipi ta’ PPE għandhom jintagħżlu jew ikunu ddisinjati u inkorporati sabiex jiżguraw il-prevenzjoni totali ta’ tnixxija, li jippermetti wkoll użu għal ħin twil kuljum jew, jekk dan ma jkunx possibbli, kapaċità limitata ta’ prevenzjoni tat-tnixxija li teħtieġ restrizzjoni tal-perjodu tal-użu tal-ilbies.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. lista tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà li huma applikabbli għall-PPE;

3. lista tar-rekwiżiti kollha essenzjali ta’ saħħa u sigurtà li huma applikabbli għall-PPE;

Emenda  121

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 2 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. deskrizzjoni tal-mezzi użati mill-manifattur matul il-produzzjoni tal-PPE biex tiġi żgurata l-konformità tal-PPE prodott bl-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn;

10. deskrizzjoni tal-mezzi użati mill-manifattur matul il-produzzjoni tal-PPE biex tiġi żgurata l-konformità tal-PPE prodott bl-ispeċifikazzjonijiet definiti fid-dokumentazzjoni teknika;

Emenda  122

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu li l-PPE kkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà msemmija fl-Artikolu 5 u stabbiliti fl-Anness II.

1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu li l-PPE kkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 4 – punt 4.1.

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma’ kull PPE individwali li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà.

4.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma’ kull PPE individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Anness V – punt 3 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) għal PPE mfassal apposta, deskrizzjoni tal-varjazzjonijiet possibbli u l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-operatur ekonomiku matul il-proċess ta’ produzzjoni biex jiġi żgurat li kull oġġett tal-PPE jikkonforma mat-tip ta’ PPE approvat u mar-rekwiżti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Anness V – punt 7 – punt 7.3.

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.3. Il-manifattur għandu jiżgura li l-PPE jkompli jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà fid-dawl tat-teknoloġija l-aktar avvanzata.

7.3. Il-manifattur għandu jiżgura li l-PPE jkompli jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Anness V – punt 7 – punt 7.4. – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) f’każ ta’ bidla fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt 7.3;

(b) f’każ ta’ bidla tar-rekwiżiti legali msemmija fil-punt 7.3;

Emenda  127

Proposta għal regolament

Anness V – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tiegħu flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-PPE jkun tqiegħed fis-suq.

9. Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tiegħu flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-PPE jkun sar disponibbli fis-suq.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal PPE mfassal apposta, il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex permezz tal-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu tiġi żgurata l-konformità tal-PPE mfassal apposta mmanifatturat mal-mudell bażiku deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà.

Għal PPE mfassal apposta, il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex permezz tal-proċess ta’ produzzjoni u l-monitoraġġ tiegħu tiġi żgurata l-konformità tal-PPE mfassal apposta mal-mudell bażiku deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà.

 

Għall-PPE adattat individwalment, il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-proċess ta’ adattament u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw konformità tal-PPE adattat individwalment mal-mudell bażiku deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà applikabbli.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Anness VI – paragrafu 1 – punt 3 – punt 3.1.

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma’ kull PPE individwali li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà.

3.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma’ kull PPE individwali li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Anness VII – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-konformità mat-tip abbażi tal-verifika tal-prodott hija l-parti mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, 5.2 u 6, u jiżgura u jiddikjara r-responsabbiltà unika li l-PPE, li kien soġġett għad-dispożizzjoni tal-punt 4, ikun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sigurtà msemmija fl-Artikolu 5 u stabbiliti fl-Anness II.

1. Il-konformità mat-tip abbażi tal-verifika tal-prodott hija l-parti mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, 5.2 u 6, u jiżgura u jiddikjara r-responsabbiltà unika li l-PPE, li kien soġġett għad-dispożizzjoni tal-punt 4, ikun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-PPE jitqiegħed fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

6. Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-PPE jkun sar disponibbli fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

Emenda  132

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. PPE (prodott, lott, tip jew in-numru tas-serje):

1. Identifikazzjoni tal-PPE (prodott, lott, tip jew in-numru tas-serje. Fejn ikun utli għall-identifikazzjoni tal-PPE, tista’ tiġi inkluża immaġini li tkun ċara biżżejjed):

 

PROĊEDURA

Titolu

Tagħmir personali protettiv

Referenzi

COM(2014)0186 – C7-0110/2014 – 2014/0108(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.4.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

2.4.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Laura Agea

30.9.2014

Eżami fil-kumitat

26.2.2015

24.3.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

1.4.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Anthea McIntyre, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Georges Bach, Elmar Brok, Sergio Gutiérrez Prieto, Joachim Schuster, Neoklis Sylikiotis, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivo Vajgl

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi

PROĊEDURA

Titolu

Tagħmir personali protettiv

Referenzi

COM(2014)0186 – C7-0110/2014 – 2014/0108(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.3.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.4.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

2.4.2014

ENVI

2.4.2014

ITRE

2.4.2014

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

24.7.2014

ITRE

22.7.2014

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Vicky Ford

17.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.12.2014

24.2.2015

24.3.2015

20.4.2015

Data tal-adozzjoni

23.4.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

3

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Sergio Gaetano Cofferati, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Antanas Guoga, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Marlene Mizzi, Eva Paunova, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Cristian-Silviu Bușoi, Birgit Collin-Langen, Dawid Bohdan Jackiewicz, Franz Obermayr, Julia Reda, Ulrike Trebesius, Ulla Tørnæs

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andor Deli

Data tat-tressiq

30.4.2015