RAPPORT dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000, stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll tiegħu tas-16 ta' Ottubru 2001

12.05.2015 - (COM(2014)0685 – C8-0275/2014 – 2014/0321(NLE)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Birgit Sippel

Proċedura : 2014/0321(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0156/2015
Testi mressqa :
A8-0156/2015
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000, stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll tiegħu tas-16 ta' Ottubru 2001

(COM(2014)0685 – C8-0275/2014 – 2014/0321(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0685),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 3(4) u 3(5) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0275/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0156/2015),

1.      Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.      Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.      Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Att tal-2012 dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea[1] ssimplifika l-adeżjoni tagħha għall-konvenzjonijiet u l-protokolli konklużi mill-Istati Membri abbażi tal-Artikolu 34 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (ex-Artikolu K.3 tat-TUE). Mhuwiex aktar meħtieġ li jiġu negozjati u konklużi protokolli speċifiċi ta’ adeżjoni (li kien ikollhom jiġu ratifikati mit-28 Stat Membru): l-Artikolu 3, paragrafi 4 u 5 tal-Att ta’ Adeżjoni jipprevedi sempliċement li l-Kroazja taderixxi mal-konvenzjonijiet u l-protokolli permezz tal-Att.

L-Artikolu 3, fil-paragrafi 4 u 5 tal-Att ta' Adeżjoni għaldaqstant jipprevedi li l-Kunsill se jieħu deċiżjoni li tistabbilixxi d-data li fiha l-konvenzjonijiet se jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja u jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni ta' dan l-Istat Membru ġdid għal dawn il-konvenzjonijiet (inkluża mill-inqas l-adozzjoni tal-konvenzjonijiet bil-lingwa Kroata sabiex din il-verżjoni wkoll tista' tkun meqjusa 'ugwalment awtentika'). Il-Kunsill se jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew.

L-Anness I għall-Att ta' Adeżjoni jelenka sitt konvenzjonijiet u protokolli kkonċernati fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Il-lista tinkludi l-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000, stabbilita abbażi tal-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-Protokoll tagħha tas-16 ta' Ottubru 2001, stabbilit mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija intenzjonata biex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni u l-Protokoll imsemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 3, paragrafi 4 u 5, tal-Att ta' Adeżjoni.

Fir-referenza tiegħu, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill innotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament dwar żball tekniku li jaffettwa l-ħruġ tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni bejn il-Kroazja u l-Istati Membri. Fil-fatt, skont l-Artikolu 1 tar-Rakkomandazzjoni, l-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ – bejn il-Kroazja u l-Istati Membri li għalihom il-Konvenzjoni tkun fis-seħħ f'dik id-data – fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni. Skont l-Artikolu 3, din id-deċiżjoni "għandha tidħol fis-seħħ" fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.

Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu iwasslu għal sitwazzjoni fejn l-iskeda taż-żmien ma tkunx ċara biżżejjed. Ir-rekwiżit ta' pubblikazzjoni huwa rekwiżit proċedurali essenzjali. Mingħajr pubblikazzjoni, att ikun meqjus mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala mhux eżistenti. Għaldaqstant, l-ewwel nett, id-deċiżjoni għandha tiġi adottata u pubblikata; imbagħad għandha tidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fiha. Fl-aħħar, il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ, bħala riżultat tad-deċiżjoni li tkun debitament pubblikata u fis-seħħ.

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill kien innotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament li l-Kunsill se jindirizza din il-kwistjoni skont ir-regoli interni ta' proċedura tiegħu. Għaldaqstant, ir-Rapporteur tirrakkomanda l-approvazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

  • [1]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Boni, Bodil Ceballos, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Pál Csáky, Dennis de Jong, Jeroen Lenaers, Nadine Morano, Salvatore Domenico Pogliese, Emil Radev, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina, Josep-Maria Terricabras, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Jörg Leichtfried, Piernicola Pedicini