RAPPORT dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

12.5.2015 - (COM(2014)0661 – C8-0274/2014 – 2014/0322(NLE)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Filiz Hyusmenova

Proċedura : 2014/0322(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0157/2015
Testi mressqa :
A8-0157/2015
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

(COM(2014)0661 – C8-0274/2014 – 2014/0322(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0661),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0274/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8‑0157/2015),

1.      Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.      Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.      Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

It-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja tal-2011 introduċa sistema simplifikata għall-adeżjoni tal-Kroazja għall-konvenzjonijiet (u l-protokolli) konklużi mill-Istati Membri abbażi tal-Artikolu 34 tat-TUE (li qabel kien l-Artikolu K.3 tat-TUE). L-Artikolu 3(4) u 3(5) tal-Att jiddisponi li l-Kroazja taċċedi għal dawn il-konvenzjonijiet u l-protokolli permezz tal-Att ta’ Adeżjoni.

L-Artikolu 3(5) tal-Att ta’ Adeżjoni jiddisponi li, għal dan il-għan, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni biex jiddetermina d-data li fiha dawn il-konvenzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Kroazja u biex isiru l-aġġustamenti kollha meħtieġa għal dawn il-konvenzjonijiet minħabba l-adeżjoni tal-Istat Membru l-ġdid (dan ikun jinkludi, f'kull każ, l-adozzjoni tal-konvenzjonijiet bil-lingwa Kroata, sabiex dawn il-verżjonijiet ikunu "ugwalment awtentiċi"). Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

L-Anness I għall-Att ta’ Adeżjoni jelenka l-konvenzjonijiet u l-protokolli kkonċernati. Il-lista tinkludi l-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tkun tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija intenzjonata biex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjonijiet imsemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 3(4) u 3(5) tal-Att ta’ Adeżjoni.

Fir-referenza tiegħu, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, innotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament dwar żball tekniku li jaffettwa d-dispożizzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni bejn il-Kroazja u l-Istati Membri. Fil-fatt, skont l-Artikolu 1 tar-Rakkomandazzjoni, il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ – bejn il-Kroazja u l-Istati Membri li għalihom il-Konvenzjoni tkun tinsab fis-seħħ f’dik id-data – fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni. Skont l-Artikolu 3, id-deċiżjoni “għandha tidħol fis-seħħ” fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.

Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jwasslu għal sitwazzjoni fejn l-iskeda taż-żmien ma tibqax ċara. Ir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni huwa rekwiżit proċedurali essenzjali. Mingħajr pubblikazzjoni, att ikun ikkunsidrat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala mhux eżistenti. Għaldaqstant, l-ewwel, id-deċiżjoni għandha tiġi adottata u pubblikata; imbagħad għandha tidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fiha. Fl-aħħar, il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ, bħala riżultat tad-deċiżjoni li tkun ġiet debitament pubblikata u mdaħħla fis-seħħ.

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill innotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament li l-Kunsill se jindirizza din il-kwistjoni skont ir-regoli interni ta’ proċedura tiegħu. Għaldaqstant, ir-Rapporteur tirrakkomanda l-approvazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Boni, Bodil Ceballos, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Vicky Maeijer, Roberta Metsola, Soraya Post, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Pál Csáky, Dennis de Jong, Jeroen Lenaers, Nadine Morano, Salvatore Domenico Pogliese, Emil Radev, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Jaromír Štětina, Josep-Maria Terricabras, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Jörg Leichtfried, Piernicola Pedicini