Proċedura : 2015/0070(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0174/2015

Testi mressqa :

A8-0174/2015

Dibattiti :

PV 08/06/2015 - 11
CRE 08/06/2015 - 11

Votazzjonijiet :

PV 09/06/2015 - 4.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0217

RAPPORT     ***I
PDF 643kWORD 379k
1.6.2015
PE 554.849v03-00 A8-0174/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta’ aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2015

(COM(2015)0141 – C8-0083/2015 – 2015/0070(COD))

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Rapporteur: Czesław Adam Siekierski

(Proċedura simplifikata – l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta’ Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta’ aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2015

(COM(2015)0141 – C8-0083/2015 – 2015/0070(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0141),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0083/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0174/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS

PE-CONS 27/15 - 2015/0070(COD)

REGOLAMENT (UE) 2015/...

TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' ...

li jiffissa r-rata ta’ aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3)2,

Billi:

(1)         L-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) jistipula li għandha tiġi stabbilita riżerva maħsuba biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu f’każ ta’ kriżijiet kbar li jolqtu l-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola, billi, fil-bidu ta’ kull sena, jiġi applikat tnaqqis fil-pagamenti diretti permezz tal-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja msemmi fl-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament.

(2)         L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistipula li, sabiex jiġi żgurat li jitħarsu l-limiti massimi annwali stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(5) għall-finanzjament tan-nefqa relatata mas-suq u tal-pagamenti diretti, għandha tiġi stabbilita rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti meta l-previżjonijiet tal-finanzjament tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sublimitu massimu għal sena finanzjarja partikolari jindikaw li jkunu ser jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.

(3)         L-ammont tar-riżerva għal kriżijiet fis-settur agrikolu, li għandu jiddaħħal fl-Abbozz tal-Baġit tal-Kummissjoni għall-2016, jilħaq it-total ta' EUR 441.6 miljun fi prezzijiet kurrenti. Biex jiġi kopert dak l-ammont, il-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja jrid japplika għall-pagamenti diretti fil-qafas tal-iskemi ta’ appoġġ mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) għas-sena kalendarja 2015.

(4)  Il-previżjonijiet preliminari għall-pagamenti diretti u għan-nefqa relatata mas-suq li għandhom jiġu determinati fl-Abbozz tal-Baġit tal-Kummissjoni għall-2016 jindikaw li mhemmx bżonn ta’ iktar dixxiplina finanzjarja.

(5)         L-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jeħtieġ li l-Kummissjoni tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rata ta’ aġġustament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja li għaliha tkun tapplika dik ir-rata ta’ aġġustament.

(6)         Bħala regola ġenerali, il-bdiewa li jressqu applikazzjoni għall-għajnuna għall-pagamenti diretti għal sena kalendarja waħda (N) jitħallsu f’perjodu fiss tal-pagamenti li jkun fis-sena finanzjarja (N+1). Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti tardivi lill-bdiewa wara dak il-perjodu tal-pagament, sa ċertu limitu taż-żmien. It-tali pagamenti tardivi jistgħu jsiru f’sena finanzjarja sussegwenti. Meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena kalendarja partikolari, ir-rata ta’ aġġustament m’għandhiex tiġi applikata għal pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu tressqu fi snin kalendarji oħrajn li mhumiex is-sena kalendarja li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja. Għalhekk, biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa, huwa xieraq li jiġi stipulat li r-rata ta’ aġġustament tiġi applikata biss għall-pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu tressqu fis-sena kalendarja li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja, irrispettivament minn meta jsir il-pagament lill-bdiewa.

(7)  L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jistipula li r-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti determinata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jkunu ta’ iktar minn EUR 2 000 li għandhom jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti. Barra minn hekk, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jistipula li, b’riżultat tal-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti, ir-rata ta’ aġġustament għandha tibda tapplika għall-Bulgarija u għar-Rumanija biss mill-1 ta’ Jannar 2016, u għall-Kroazja biss mill-1 ta’ Jannar 2022. B’hekk ir-rata ta’ aġġustament li għandha tiġi determinata b’dan ir-Regolament m’għandhiex tapplika għal pagamenti lill-bdiewa f’dawk l-Istati Membri.

(8)         Sal-1 ta’ Diċembru 2015, ir-rata ta’ aġġustament iffissata b’dan ir-Regolament tista’ tiġi adattata mill-Kummissjoni, abbażi ta’ informazzjoni ġdida li jkollha fil-pussess tagħha, skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.          Sabiex ir-rata ta’ aġġustament tiġi ffissata skont l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ammonti tal-pagamenti diretti taħt l-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013, li jkunu ta’ iktar minn EUR 2 000 u li għandhom jingħataw lil bdiewa għal applikazzjoni għall-għajnuna mressqa fir-rigward tas-sena kalendarja 2015, għandhom jitnaqqsu b’rata ta' aġġustament ta' 1,393041 %..

2.          It-tnaqqis previst fil-paragrafu 1 m’għandux japplika fil-Bulgarija, fil-Kroazja jew fir-Rumanija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

Opinjoni ta'... 22.04.2015 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)

          Opinjoni ta'... 22.04.2015 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)

2          Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' [...] (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill ta' [...].

(4)

          Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(5)

          Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(6)

          Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).


PROĊEDURA

Titolu

Rata ta’ aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2015

Referenzi

COM(2015)0141 – C8-0083/2015 – 2015/0070(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.3.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

15.4.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.4.2015

REGI

15.4.2015

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

27.4.2015

REGI

5.5.2015

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Czesław Adam Siekierski

14.4.2015

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

14.4.2015

Eżami fil-kumitat

5.5.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

28.5.2015

 

 

 

Data tat-tressiq

1.6.2015

Avviż legali - Politika tal-privatezza