RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika
2.6.2015 - (COM(2013)0943 – C8‑0045/2014 – 2013/0451(NLE)) - *
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Esther Herranz García
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika
(COM(2013)0943 – C7‑0045/2014 – 2013/0451(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0943),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0045/2014),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0176/2015),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Proposta għal |
Proposta għal | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika |
regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu.) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Proposta għal regolament |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 tiegħu, |
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikolu 114 tiegħu,
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(Din l-emenda hija marbuta mal-emenda 2.) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda allinjata mal-bidla tal-bażi ġuridika. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom16 tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom16 tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
16 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.) |
16 Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1.) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1a) B'konformità mal-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandu jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Wara l-inċident tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl fis-26 ta' April 1986, kwantità konsiderevoli ta' materjali radjoattivi ħarġet fl-atmosfera, li kkontaminat ikel u għalf f’ħafna pajjiżi Ewropej f'livelli sinifikanti mill-perspettiva tal-qasam tas-saħħa. Ġew adottati miżuri biex jiżguraw li ċerti prodotti agrikoli jidħlu biss fl-Unjoni skont arranġamenti komuni li jħarsu s-saħħa tan-nies waqt li jżommu n-natura unifikata tas-suq u jevitaw distorsjoni tal-kummerċ. |
(2) Wara l-inċident tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl fis-26 ta' April 1986, kwantità konsiderevoli ta' materjali radjoattivi ħarġet fl-atmosfera, li kkontaminat ikel u għalf f’ħafna pajjiżi Ewropej f'livelli sinifikanti mill-perspettiva tal-qasam tas-saħħa, u kkawżat mard u kundizzjonijiet tas-saħħa ta' theddida għall-ħajja. Livell għoli ta' kontaminazzjoni radjuattiva għadu jippersisti sal-lum. Minħabba li l-materjal radjuattiv rilaxxat ikkontamina l-arja, l-ilma, il-ħamrija u l-veġetazzjoni, ġew adottati miżuri biex jiżguraw li ċerti prodotti agrikoli ma jidħlux fl-Unjoni għajr skont l-arranġamenti komuni biex tkun salvagwardjata s-saħħa tan-nies waqt li jżommu n-natura unifikata tas-suq u jevitaw distorsjoni tal-kummerċ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 168 jipprevedi l-bażi ġuridika għall-kodeċiżjoni fir-rigward tal-għalf, u l-Artikolu 114 ikopri l-kwistjonijiet relatati mal-ikel għall-konsum tal-bniedem. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 2b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2b) Huwa fatt pruvat li doża ogħla ta' radjazzjoni għandha effett dannuż u qerriedi fuq iċ-ċelloli tal-ġisem u tista' twassal għall-kanċer. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 2c (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2c) Huwa importanti li jiġu stabbiliti livelli ta' limitu baxxi għal-livelli permissibbli massimi ta' kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel, biex titqies id-doża kumulattiva ogħla kkawżata mill-ikel ikkontaminat ikkunsmat għal perjodu ta' żmien estiż. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pubblikazzjoni 105 tal-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni Radjoloġika = Pubblikazzjoni 105 tal-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni mir-Radjazzjoni dwar Kriterji tal-UE għar-Restrizzjonijiet fuq l-Ikel biex jiġu Applikati wara Aċċident, ara http://ec.europa.eu/energy/en/radiation-protection-publications.) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-iskop ta' din l-emenda huwa li jikkjarifika t-test tal-Kummissjoni billi jirreferi għall-parametri użati biex jiġu determinati l-livelli massimi permissibbli stabbiliti fl-Annessi. L-UE għandha protezzjoni estensiva mir-radjazzjoni fejn għandu x'jaqsam l-ikel, b'livelli ħafna inqas minn dawk permessi internazzjonalment. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima fil-11 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklidi f'ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta' azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista' tkun ta' periklu għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġew adottati miżuri li jimponu kundizzjonijiet speċjali li jikkontrollaw l-importazzjoni ta' ikel u għalf li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun, b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
(4) Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima fil-11 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklidi f'ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli massimi applikabbli fil-Ġappun għall-ikel. Kontaminazzjoni bħal din tista' tkun ta' periklu għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġew adottati miżuri li jimponu kundizzjonijiet speċjali li jikkontrollaw l-importazzjoni ta' ikel u għalf li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun, b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. Għandhom jitfasslu wkoll miżuri li jimmonitorjaw u jimminimizzaw ir-riskju ta' konsum ta' prodotti tal-ikel minn pajjiżi oħra milquta mix-xita radjuattiva minn aċċident nukleari f'pajjiż ieħor. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) Jeħtieġ li titwaqqaf sistema li wara aċċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika li jista' jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazzjoni radjoattiva sinifikanti ta' ikel u għalf, tippermetti lill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li tistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazjoni radjoattiva għall-ħarsien tan-nies. |
(5) Jeħtieġ li titwaqqaf sistema li wara aċċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika li jista' jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazzjoni radjoattiva sinifikanti ta' ikel u għalf, tippermetti lill-Unjoni, li tistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazjoni radjoattiva biex tiżgura livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa pubblika. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) Il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva għandhom japplikaw għall-ikel u l-għalf li joriġinaw fl-Unjoni jew li jkunu importati minn pajjiżi terzi, skont il-post u ċ-ċirkostanzi tal-aċċident nukleari jew l-emerġenza radjoloġika. |
(6) Il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva għandhom japplikaw għall-ikel u l-għalf li joriġinaw fl-Unjoni jew li jkunu importati minn pajjiżi terzi, skont il-post u ċ-ċirkostanzi tal-aċċident nukleari jew l-emerġenza radjoloġika, filwaqt li jitqies l-effett tar-radjazzjoni naturali u kumulattiva hekk kif din titla' 'l fuq mal-katina tal-ikel. Għandu jkun hemm reviżjonijiet perjodiċi ta' dawn il-livelli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(8) Biex jitqies li d-dieti tat-trabi fl-ewwel sitt xhur ta' ħajjithom jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti, u biex jitqiesu l-inċertezzi fil-metaboliżmu tat-trabi fit-tieni sitt xhur ta' ħajjithom, ikun ta' benefiċċju li l-applikazzjoni ta' livelli massimi permissibbli aktar baxxi għall-ikel għat-trabi tiġi estiża għall-ewwel tnax-il xahar tal-ħajja. |
(8) Biex jitqies li d-dieti tat-trabi fl-ewwel sitt xhur ta' ħajjithom jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti, u biex jitqiesu l-inċertezzi fil-metaboliżmu tat-trabi fit-tieni sitt xhur ta' ħajjithom, ikun ta' benefiċċju li l-applikazzjoni ta' livelli massimi permissibbli aktar baxxi għall-ikel għat-trabi tiġi estiża għall-ewwel tnax-il xahar tal-ħajja. Għal nisa tqal jew li qed ireddgħu għandhom japplikaw livelli massimi permissibbli iktar baxxi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(9) Biex jiġi ffaċilitat l-addattament tal-livelli massimi permissibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-għarfien xjentifiku, il-proċeduri biex jiġu stabbiliti l-livelli massimi permissibbli għandhom jinkludu l-konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti msemmija fl-Artikolu 31 tat-Trattat. |
(9) Biex jiġi ffaċilitat l-addattament tal-livelli massimi permissibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-għarfien xjentifiku u l-progress tekniku fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta ġdida għall-adattament tal-livelli massimi permissibbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9a) Biex jiġi faċilitat l-adattament tal-livelli massimi permissibbli, għandhom jiġu introdotti proċeduri li jippermettu l-konsultazzjoni regolari mal-esperti. Il-Kummissjoni għandha taħtar grupp ta' esperti abbażi ta' kriterji xjentifiċi u etiċi. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kompożizzjoni tal-grupp u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tiegħu pubbliċi. Fl-adattament tal-livelli massimi permissibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll ma' esperti minn korpi internazzjonali li jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sa issa mhemmx informazzjoni trasparenti dwar il-kompożizzjoni tal-Grupp ta' Esperti msemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom. Il-kompożizzjoni tal-grupp trid tiġi determinata b'mod ċar u trasparenti taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, bħalma hu l-każ ta' kumitati xjentifiċi oħra, partikolarment fil-qasam tas-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 9b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9b) Il-Grupp ta' Esperti għandu wkoll jagħmel stima tal-effett kumulattiv tal-kontaminazzjoni radjuattiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jista' jkun li l-ebda ikel partikolari ma jilħaq id-dożi, iżda jekk persuna waħda tikkonsma ikel differenti b'kontaminazzjoni radjuattiva ftit inqas mil-limiti, din tista' takkumula livell konsiderevoli ta' radjazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 9b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9b) Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu magħmula pubbliċi u riveduti regolarment biex jitqiesu kif jixraq l-aħħar avvanzi u pariri xjentifiċi disponibbli internazzjonalment, biex tkun riflessa l-ħtieġa li l-pubbliku jiġi rassigurat u provdut b'livell għoli ta' protezzjoni u biex jiġu evitati diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Les niveaux maximaux admissibles sont des limites dérivées de la limite de dose qui sert de référence. La limite de dose (en mSv) indique le niveau de risque jugé acceptable. La US FDA a choisi 5 mSv pour la limite de dose efficace (corps entier) et 50 mSv pour la limite de dose à l’organe, le niveau de risque acceptable est un mort par cancer pour 4400 personnes consommant 30% d’aliments contaminés aux niveaux maximaux qu’elle a choisis. C’est un niveau de risque élevé. Pour la totalité de la population européenne, cela représenterait près de 114 000 décès imputables à la consommation des aliments « légalement » contaminés, sans compter les cancers non mortels, maladies génétiques et autres problèmes. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(10) Biex jiġi żgurat li l-ikel u l-għalf li jkun fihom livelli ogħla mill-massimi permissibbli ma jitpoġġewx fis-suq tal-UE, għandhom isiru l-kontrolli xierqa fuq il-konformità ma' dawn il-livelli. |
(10) Biex jiġi żgurat li l-ikel u l-għalf li jkun fihom livelli ogħla mill-massimi permissibbli ma jitpoġġewx fis-suq tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni għandhom iwettqu kontrolli bir-reqqa fuq il-konformità ma' dawn il-livelli; għandhom jiġu applikati sanzjonijiet f'każ ta' nonkonformità u l-pubbliku għandu jiġu infurmat dwar dan. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali, | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(12) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti li jagħmlu applikabbli l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf stabbiliti minn qabel. |
(12) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti li jagħmlu applikabbli l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf stabbiliti minn qabel. Fil-każ ta' aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika oħra, ikun madankollu meħtieġ li jitqiesu kif jixraq iċ-ċirkostanzi partikolari u l-kundizzjonijiet applikabbli għal kull aċċident u, għaldaqstant, li tiġi stabbilita proċedura li tippermetti li jitbaxxew b'mod mgħaġġel il-livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel u, jekk ikun meħtieġ, li jiġu introdotti livelli massimi permissibbli għal radjunuklidi oħra (notevolment it-tritju) involuti fl-aċċident, bl-għan li jkun żgurat l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni tal-pubbliku. Il-pubbliku għandu jiġu infurmat b'mod immedjat dwar il-miżura u dwar il-livelli massimi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Les accidents nucléaires ou les urgences radiologiques pouvant être de nature différente et concerner des radionucléides différents, il faut prévoir un mécanisme de révision rapide. La flexibilité pour répondre aux cas spécifiques de chaque accident est aussi l’approche prévue par la US FDA qui recommande l’évaluation immédiate après un accident pour s’assurer que les niveaux en place soient appropriés à la situation. Les normes préétablies ne doivent pas être définies par rapport à une configuration optimiste mais par rapport à une configuration pénalisante. De cette façon, on part d’un niveau de protection a priori adéquat et on peut assouplir le dispositif une fois connu l’intensité, la composition et l’étendue des retombées radioactives. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Taħt il-proċedura ta' komitoloġija l-ġdida, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat waqt li jittratta mal-atti ta' implementazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 13 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(13) Il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza, f'każijiet ġustifikati marbutin ma' ċerti emerġenzi radjoloġiċi li x'aktarx iwasslu jew li jkunu wasslu għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti ta' ikel u għalf. |
(13) Il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza, f'każijiet ġustifikati marbutin ma' ċerti emerġenzi radjoloġiċi li x'aktarx iwasslu jew li jkunu wasslu għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti ta' ikel u għalf. Il-pubbliku għandu jiġu infurmat b'mod immedjat dwar il-miżura u dwar il-livelli massimi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 13a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13a) L-adozzjoni tal-livelli massimi permissibbli taħt dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta' protezzjoni għall-aktar gruppi kritiċi u vulnerabbli tal-popolazzjoni, b'mod partikolari t-tfal u l-persuni f'żoni ġeografiċi iżolati jew dawk li jipprattikaw agrikultura ta' sussistenza. Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu l-istess għall-popolazzjoni kollha u għandhom ikunu bbażati fuq l-iktar livelli baxxi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan hu l-approċċ li ħadet l-FDA tal-Istati Uniti, li fl-1998, wara li studjat il-livelli derivati għal diversi gruppi ta' etajiet, irrakkomandat l-użu tal-aktar livelli stretti għal kull grupp tal-età u għal kull radjunuklidu, biex ikun assigurat livell għoli ta' protezzjoni għall-popolazzjoni kollha abbażi tal-protezzjoni tal-aktar gruppi vulnerabbli, u b'hekk tissimplifika l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet (jiġifieri l-istess dieta għall-membri kollha tal-familja). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 13a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-regolament in kwistjoni jistabbilixxi, fejn meħtieġ, miżuri restrittivi tal-kummerċ biex jiżgura sikurezza alimentari. Dawn il-miżuri addizzjonali jeħtieġ issir referenza għalihom f'din il-leġiżlazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 13b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 13b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13b) Fil-każ ta' aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika li teħtieġ li jiġu applikati l-livelli massimi permissibbli, il-pubbliku għandu jiġi infurmat dwar il-livelli fis-seħħ, kemm mill-Kummissjoni kif ukoll minn kull Stat Membru. Barra minn hekk, il-pubbliku għandu jingħata informazzjoni dwar l-ikel u l-għalf li aktarx jakkumula konċentrazzjonijiet iktar qawwija ta' radjuattività. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-obbligu li tiġi provduta informazzjoni mhux inkluż fir-regolament, iżda huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tiegħu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 13c (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13c) Il-konformità mal-livelli massimi permissibbli għandha tkun is-suġġett ta' kontrolli xierqa, u għandhom jiġu introdotti sanzjonijiet għall-esportazzjoni, l-importazzjoni jew il-bejgħ deliberat ta' ikel li jeċċedu l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal raġunijiet etiċi ovvji, mhux aċċettabbli li jiġi esportat ikel b'livelli ta' kontaminazzjoni li jeċċedu l-livelli massimi permissibbli Ewropej. Barra minn hekk, huwa d-dmir tal-UE li tipproteġi liċ-ċittadini u lill-uffiċjali tagħha jkunu fejn ikunu, indipendentement mill-fatt jekk ikunux qed jgħixu jew jivvjaġġaw fl-UE jew barra minnha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 2 - paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Hawnhekk jeħtieġ jissemma' r-Regolament (KE) Nru 178/2002 sabiex tiġi evitata kull diskrepanza futura mad-definizzjoni pprovduta mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Hawnhekk jeħtieġ jissemma' r-Regolament (KE) Nru 178/2002 sabiex tiġi evitata kull diskrepanza futura mad-definizzjoni pprovduta mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 2 - paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Hawnhekk jeħtieġ jissemma' r-Regolament (KE) Nru 178/2002 sabiex tiġi evitata kull diskrepanza futura mad-definizzjoni pprovduta mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 4a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4a) "materjali b'kuntatt mal-ikel jew l-għalf" tfisser pakketti u materjali oħrajn maħsuba biex ikunu f'kuntatt mal-ikel; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ tiġi kkunsidrata l-kontaminazzjoni possibbli tal-pakketti biex jekk l-ikel ma jkunx ġej minn żona kkontaminata iżda l-pakkett ikun ġie prodott f'żona kkontaminata, l-ikel finali jista' jkollu r-radjazzjoni. Jeħtieġ li jitqies mhux biss l-oriġini tal-ikel imma wkoll l-oriġini tal-pakkett waqt li jiġi deċiż liema ikel se jiġi kontrollat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 4b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4b) "emerġenza radjoloġika" tfisser avveniment mhux komuni li jinvolvi sors ta' radjazzjoni u li jeħtieġ intervent immedjat biex tiġi mitigata kwalunkwe theddida għas-saħħa u s-sikurezza, jew kwalunkwe konsegwenza negattiva għall-kwalità tal-ħajja, il-proprjetà jew l-ambjent, jew li jirrappreżenta periklu li jista' jwassal għal konsegwenzi negattivi ta' dan it-tip. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 2a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Prattiki li jikkonsistu fit-taħlit ta' prodotti tal-ikel li jkun fihom konċentrazzjonijiet aktar minn dawk permessi mir-regoli dwar il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel u fl-għalf b'oġġetti tal-ikel mhux ikkontaminati jew ikkontaminat ftit biex jinkiseb prodott konformi mar-regoli, ma għandhomx ikunu awtorizzati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Proposta għal regolament |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Fil-każ li l-Kummissjoni tirċievi - partikolarment skont l-arranġamenti tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-iskambju tal-informazzjoni fil-każ ta' emerġenza radjoloġika jew skont il-Konvenzjoni IAEA tas-26 ta' Settembru 1986, dwar notifika malajr ta' inċident nukleari - informazzjoni uffiċjali dwar aċċidenti jew kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, li tikkonferma li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti għall-ikel, ikel ta' importanza minuri jew għalf, x'aktarx jintlaħqu jew li jkunu ntlaħqu, hija għandha tadotta, Regolament ta' implimentazzjoni li jagħmel applikabbli dawk il-livelli massimi permissibbli. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 5(2). |
1. Fil-każ li l-Kummissjoni tirċievi - partikolarment skont l-arranġamenti tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-iskambju tal-informazzjoni fil-każ ta' emerġenza radjoloġika jew skont il-Konvenzjoni IAEA tas-26 ta' Settembru 1986, dwar notifika malajr ta' inċident nukleari - informazjoni uffiċjali dwar aċċidenti jew kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, li tikkontamina l-ikel u l-għalf, għandha tadotta, fl-iqsar żmien possibbli, Regolament ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' radjoattività li ma jistgħux jeċċedu l-livelli speċifikati fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 5(2). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u riveduti regolarment biex jitqiesu kif jixraq l-aħħar avvanzi u pariri xjentifiċi disponibbli internazzjonalment, biex tkun riflessa l-ħtieġa li l-pubbliku jkun rassigurat u provdut b'livell għoli ta' protezzjoni u biex jiġu evitati diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali li jipprovdi livell ogħla ta' protezzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-iskop tal-att ta' implimentazzjoni se jkun dak li japplika l-livelli stabbiliti f'dan ir-Regolament, jew, jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu, livelli aktar baxxi. Meta jeħtieġ tittieħed azzjoni b'mod mgħaġġel, fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal proċedura ta' emerġenza li tinvolvi att ta' implimentazzjoni li huwa applikabbli b'effett immedjat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Proposta għal regolament |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Meta tibgħat l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2, filwaqt li tiddiskutih mal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha tqis l-istandards bażiċi stabbiliti skont l-Artikoli 30 u 31 tat-Trattat, inkluż il-prinċipju li l-esposizzjonijiet kollha għandhom jinżammu raġonevolment baxxi kemm jista' jkun, billi tqis l-aspett tal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali u fatturi ekonomiċi u soċjali. |
3. Meta tibgħat l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2, filwaqt li tiddiskutih mal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha tqis l-istandards bażiċi stabbiliti skont id-Direttiva 2013/59/Euratom tal-Kunsill, inkluż il-prinċipju li l-esposizzjonijiet kollha għandhom jinżammu raġonevolment baxxi kemm jista' jkun, billi tqis bħala prijorità l-aspett tal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali u tqis fatturi ekonomiċi u soċjali, b'mod partikolari l-aktar gruppi vulnerabbli tas-soċjetà. Fit-tfassil ta' dak l-att, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn grupp indipendenti ta' esperti tas-saħħa pubblika magħżula abbażi tal-għarfien u l-kompetenza tagħhom fil-protezzjoni radjoloġika u s-sikurezza alimentari. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika l-kompożizzjoni tal-kumitat ta' esperti u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri tiegħu.
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Proposta għal regolament |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3a. L-atti ta' implimentazzjoni riferuti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità man-natura u l-ambitu tar-radjazzjoni u għandhom jiġu eżaminati kemm-il darba jkun meħtieġ fir-rigward tal-manjiera kif il-kontaminazzjoni tiżviluppa. Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha twettaq l-ewwel eżami fi żmien mhux aktar minn xahar wara aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika sabiex timmodifika, jekk meħtieġ, il-livelli massimi permissibbli ta' radjuattività u l-lista' ta' radjunuklidi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Malli l-Kummissjoni tadotta Regolament ta' implimentazzjoni li jagħmel il-livelli massimi permissibbli applikabbli, l-ikel u l-għalf li ma jkunux jikkonformaw ma' dawn il-livelli massimi permissibbli ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. |
1. Malli l-Kummissjoni tadotta Regolament ta' implimentazzjoni li jagħmel il-livelli massimi permissibbli applikabbli, l-ikel, l-ikel ta' importanza minuri u l-għalf li ma jkunux jikkonformaw ma' dawn il-livelli massimi permissibbli ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġim tar-responsabbiltà nukleari li għandu jindirizza t-tħassib tal-Istati Membri kollha li jistgħu jintlaqtu minn aċċident nukleari; din is-sistema għandha tipprevedi kumpens xieraq f'każ ta' aċċidenti nukleari. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikel jew għalf importati minn pajjiżi terzi għandhom jitqiesu li tqiegħdu fis-suq jekk, fit-territorju tad-dwana tal-Unjoni, dawn jgħaddu minn proċedura tad-dwana li ma tkunx proċedura ta' passaġġ. |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikel, ikel ta' importanza minuri jew għalf importati minn pajjiżi terzi għandhom jitqiesu li tqiegħdu fis-suq jekk, fit-territorju tad-dwana tal-Unjoni, dawn jgħaddu minn proċedura tad-dwana li ma tkunx proċedura ta' tranżitu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità mal-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva fit-territorji tagħhom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandu jkollhom sistema ta' kontrolli uffiċjali għall-oġġetti tal-ikel u tal-għalf, u jwettqu attivitajiet oħra kif jixraq fiċ-ċirkostanzi, inklużi komunikazzjoni pubblika dwar is-sikurezza u r-riskji fir-rigward tal-ikel u tal-għalf, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafi 2 u 2a (ġodda) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Proposta għal regolament |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Kull Stat Membru għandu jagħti l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, partikolarment rigward każi fejn ma jitħarsux il-livelli massimi permissibbli. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. |
2. Kull Stat Membru għandu jagħti l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, partikolarment rigward: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
a) l-iskedar regolari ta' kontrolli tal-livelli massimi permissibbli fit-territorju nazzjonali tiegħu; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
b) il-każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
c) l-identifikazzjoni tas-servizzi nazzjonali kompetenti responsabbli mill-kontrolli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra fl-iqsar żmien possibbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli għandhom jiġu notifikati permezz tas-sistema ta' twissija bikrija msemmija fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2 a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku, primarjament permezz ta' servizz onlajn, dwar il-livelli massimi permissibbli, is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza u l-każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli. Il-pubbliku għandu jiġi nnotifikat ukoll dwar l-oġġetti tal-ikel li jistgħu jakkumulaw konċentrazzjonijiet ogħla ta' radjuattività, u, b'mod partikolari, dwar it-tip ta' prodott, il-marka, l-oriġini u d-data tal-analiżi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Kull Stat Membru għandu jagħti l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, partikolarment rigward każi fejn ma jitħarsux il-livelli massimi permissibbli. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. |
2. Kull Stat Membru għandu jagħti l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, partikolarment rigward każi fejn ma jitħarsux il-livelli massimi permissibbli. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni għandha timponi penali fuq Stati Membri li jonqsu milli jimponu penali għat-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni ta' għalf li jaqbeż il-limiti massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Annessi għandhom iqisu l-effett tad-dekompożizzjoni parzjali ta' iżotopi radjuattivi waqt il-perjodu ta' ħżin ta' oġġetti tal-ikel ippreżervat. Skont it-tip ta' kontaminazzjoni, pereżempju kontaminazzjoni b'iżotopi tal-jodju, ir-radjuattività ta' oġġetti tal-ikel ippreżervat għandha tkun immonitorjata l-ħin kollu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2017, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza ta' mekkaniżmu għall-kumpens lill-bdiewa li l-oġġetti tal-ikel tagħhom jkunu ġew ikkontaminati sa livell ogħla mil-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva u għaldaqstant ma jkunux jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Dan it-tip ta' mekkaniżmu għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas. Ir-rapport għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' dan it-tip. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 4a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 4a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2017, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-pertinenza tal-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva stabbiliti fl-Annessi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Ir-rapport jeħtieġ jippermetti verifika ta' jekk il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva jiżgurawx li l-limitu fuq id-doża effikaċi għall-esponiment pubbliku ta' 1 mSv/kull sena hux rispettat u jirriżulta f'dożi ta' tirojde li jkunu ta' livell baxx biżżejjed mil-livell ta' referenza ta' 10 mGy rakkomandat mid-WHO għall-amministrazzjoni ta' jodju stabbli għal gruppi partikolarment vulnerabbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. Ir-rapport għandu jikkunsidra l-possibbiltà li tiġi riveduta l-klassifikazzjoni tar-radjunuklidi u li jiġu inklużi t-tritju u l-karbonju 14 fl-Annessi. Fil-valutazzjoni ta' dawk il-livelli massimi permissibbli, ir-rapport għandu jiffoka fuq il-ħarsien tal-gruppi l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni, b'mod partikolari t-tfal, u jeżamina jekk ikunx xieraq li l-livelli massimi permissibbli għall-kategoriji kollha tal-popolazzjoni jiġu stabbiliti fuq dik il-bażi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-isem tal-kumitat inbidel. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Proposta għal regolament |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Biex ikun żgurat li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti fl-Annessi I, II u III jqisu kull dejta ġdida jew addizzjonali importanti li ssir disponibbli, b'mod partikolari rigward l-għarfien xjentifiku, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-addattament ta' dawk l-Annessi wara konsulta mal-Grupp ta' Esperti msemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
Biex ikun żgurat li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti fl-Annessi ta' dan ir-Regolament iqisu kull dejta ġdida jew addizzjonali importanti li ssir disponibbli, b'mod partikolari rigward l-aħħar għarfien xjentifiku, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill u lill-Parlament akkompanjat, fejn meħtieġ, minn proposta biex jiġu adottati dawk l-Annessi u tirrevedi, jekk meħtieġ, il-lista ta' radjunuklidi, wara konsulta mal-Grupp ta' Esperti msemmi fl-Artikolu 3(3). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 6a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Tajjeb li l-UE jkollha għad-dispożizzjoni tagħha strumenti legali aġġornati li jinkorporaw il-proċeduri ta' deċiżjoni rapidi u adatti għal kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tħabbat wiċċha magħha, bħal dawk ta' wara l-aċċidenti ta' Chernobyl u Fukushima.
F'April tal-2010, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta ta' tfassil mill-ġdid tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjuattiva f’oġġetti tal-ikel ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika u r-Regolament (Euratom) Nru 770/90 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjuattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika.
Il-bażi ġuridika ta' din il-proposta qabel kienet teħtieġ biss konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Fi Frar 2011 u skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affari Legali, il-plenarja tal-Parlament Ewropew ivvotat favur riżoluzzjoni leġiżlattiva dwar dan, u l-bażi ġuridika tal-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom inbidlet u saret l-Artikolu 168(4)(b) tat-TFUE, li jinvolvi l-applikazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Waqt l-ipproċessar ta' din il-proposta ħareġ fid-deher li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 ma kinux kumpatibbli mar-regoli l-ġodda ta' “komitoloġija” introdotti wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Għaldaqstant il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tirtira l-abbozz u tippreżenta wieħed ġdid.
Il-proposta l-ġdida li hi s-suġġett ta' dan ir-rapport tintroduċi xi elementi ġodda li jistabbilixxu rabta aktar ċara mal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-sikurezza tal-ikel. Fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li meta tqis l-iżviluppi fid-Dritt Primarju Komunitarju fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza tal-miżuri leġiżlattivi kollha relatati mal-kundizzjonijiet ta' importazzjoni tal-ikel u l-għalf minn pajjiżi terzi milquta minn aċċidenti nukleari jew emerġenzi radjoloġiċi, hu indispensabbli li "il-miżuri li kienu ġew stabbiliti f'kuntest post-Chernobyl se jeħtieġu li jikkonformaw mar-reġim ta' setgħat ta' implimentazzjoni u l-proċeduri ddefiniti fir-regolament attwali. Dan jista' jkun jinvolvi, fejn ikun hemm bżonn, bidla tal-bażi legali". Din l-istqarrija tista' tiġi interpretata bħala pass lejn il-modifika tal-bażi ġuridika li l-Kummissjoni Ewropea kienet segwiet s'issa.
Il-proposta tistabbilixxi, fl-annessi tagħha, l-livelli massimi permissibbli applikabbli fil-każ ta' aċċident jew emerġenza radjoloġika. Dawn il-livelli ġew ikkonfermati fl-2012 mill-grupp ta' esperti stabbilit fl-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom u inkorporati fil-pubblikazzjoni 105 tal-ICPR.
Fil-każ ta' aċċident jew emerġenza radjuattiva, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex ikunu applikabbli l-livelli massimi ta' tolleranza permissibbli ta' residwi radjuattivi fl-ikel. Il-Kummissjoni għandu jkollha ħafna flessibiltà f'każ li jkollha bżonn tadatta l-limiti stabbiliti fl-annessi fil-każ li ċ-ċirkostanzi joħolqu l-ħtieġa ta' dan.
Bis-saħħa tal-“komitoloġija” l-ġdida, il-Kummissjoni għall-ewwel darba għandha tkun megħjuna mit-taqsima tal-Kumitat Permanenti tal-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf : Is-Sikurezza Tossikoloġika tal-Katina Alimentari, inkarigata fir-rigward ta' kontaminazzjoni radjuattiva tal-ikel u tal-għalf, kif previst fl-Artikolu 58(1) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel.
L-opinjoni tar-Rapporteur:
B'konsistenza mal-opinjoni adottata fl-2010 mill-Parlament Ewropew, ir-rapporteur tipproponi modifika tal-bażi ġuridika tar-regolament u b'hekk il-Parlament ikollu s-setgħa ta' kodeċiżjoni. Is-sikurezza tal-ikel hi l-għan aħħari tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, u r-Regolament għandu jirrifletti l-iżviluppi fid-Dritt Komunitarju sa mill-adozzjoni tat-Trattat ta' Maastricht (1992), li inkluda artikolu dwar is-Saħħa Pubblika - l-Artikolu 168 - li jrid jitqies meta ssir ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni adottata qabel. Din hi ċirkostanza rilevanti li għandha titqies sew meta tiġi kkunsidrata s-setgħa ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew. Ir-Rapporteur tipproponi l-bażijiet ġuridiċi tal-Artikoli 168(4) (b) u 114 tat-TFUE, li permezz tagħhom il-Parlament jingħata s-setgħa ta' kodeċiżjoni kemm fil-qasam tal-għalf kif ukoll dak tal-ikel.
L-awtriċi ta' dan l-abbozz ta' rapport tqis li r-rikors għal atti ta' implimentazzjoni għall-indirizzar ta' sitwazzjonijiet kritiċi derivati minn aċċident nukleari jew tip ieħor ta' emerġenza radjuattiva hi l-aktar triq pertinenti ta' azzjoni rapida. Fil-fatt, il-Kummissjoni pprevediet proċedura ta' urġenza speċifika, permezz tal-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni mingħajr eżami, meta l-urġenza tal-azzjoni tkun indispensibbli biex tkun żgurata s-sikurezza tal-konsumaturi. Il-Parlament għandu jirriżerva, madankollu, id-dritt ta' kodeċiżjoni fir-rigward ta' bidliet tal-limiti massimi stabbiliti fl-annessi tar-Regolament fil-każ li jkun meħtieġ li dawn jiġu riveduti fid-dawl tal-għarfien xjentifiku ġdid. L-abbozz ta' rapport jinkorpora wkoll l-obbligu, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, li tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-miżuri adottati f'każ ta' aċċident nukleari jew emerġenza oħra radjuattiva.
Rigward l-atti ta' implimentazzjoni adottati f'każ ta' aċċident nukleari jew tip ieħor ta' emerġenza radjuattiva, l-abbozz ta' rapport jikkunsidra l-possibltà li jiġu riveduti kull darba li jkun meħtieġ, biex jitqies kwalunkwe żvilupp tal-kontaminazzjoni.
Fil-kunsiderazzzjoni l-abbozz jiċċara l-parametri użati biex ġew stabbiliti l-livelli massimi permissibbli fl-annessi tar-Regolament.
Fit-test propost mill-Kummissjoni għandhom jiġu inklużi wkoll il-proċeduri previsti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-leġiżlazzjoni tal-ikel, fejn hija stipulata, fost miżuri oħra, sistema ta' allarm malajr li tippermetti skambju rapidu ta' informazzjoni. Min-naħa l-oħra jeħtieġ isiru r-referenzi leġiżlattivi xierqa biex jiġu inkorporati d-definizzjonijiet ta' "ikel", "għalf" u "tqegħid fis-suq" inklużi f'dan ir-Regolament. L-inkorporazzjoni ta' dawn ir-referenzi tiggarantixxi l-applikazzjoni awtomatika ta' kwalunkwe bidla eventwali f'dawn id-definizzjonijit għax jekk dan ma jsirx, tista' tinħoloq diskrepanza bejn ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u t-test leġiżlattiv attwali.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
Is-Sur Giovanni La Via
President
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
BRUSSELL
Suġġett: Opinjoni dwar il-bażi legali tal-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (EURATOM) li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (COM(2013)0943 – 2013/0451(NLE))
Sur President,
Permezz ta' ittra datata 5 ta' Frar 2015 inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali biex, skont l-Artikolu 39(2), iqis jekk il-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni li tidher hawn fuq kinitx xierqa.
Il-bażi legali proposta mill-Kummissjoni hija l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (it-"Trattat Euratom").
Emendi mressqa fil-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel għandhom l-għan li jibdlu l-bażi legali għall-Artikoli 168(4)(b) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Matul il-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Marzu 2015, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq.
I - Sfond
Ir-regolament tal-Kunsill propost għandu l-għan li jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87, ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90, li kollha jirrigwardaw livelli permessi ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf.
Din il-proposta tikkostitwixxi modifika ta’ proposta preċedenti għal riformulazzjoni ta’ dawn l-atti magħmula fl-2010, li madankollu ma kinitx tallinja d-dispożizzjonijiet għall-Artikolu 291 TFUE dwar l-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni u r-Regolament dwar l-Atti ta’ Implimentazzjoni 2011[1]. Fl-2011, il-Parlament adotta riżoluzzjoni leġiżlattiva dwar proposta ta’ tfassil mill-ġdid tal-2010 li fiha biddel il-bażi legali mill-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom għall-Artikolu 168(4)(b) TFUE[2].
Il-proposta modifikata, li hija s-suġġett ta’ din l-opinjoni, madankollu żammet l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom bħala l-bażi legali tagħha.
L-abbozz ta’ rapport dwar il-proposta fil-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jinkludi emenda li għandha l-għan li tbiddel il-bażi legali għall-Artikoli 168(4)(b) u 114 TFUE, bil-ġustifikazzjoni li ġejja:
[Em 2] Ir-Regolament jeħtieġ li jieħu kont tal-iżviluppi fit-Trattati tal-UE, u speċjalment l-inklużjoni fit-Trattat ta’ Maastricht (1992) tal-Artikolu 168 dwar is-saħħa pubblika, li saret wara l-adozzjoni tar-regolamenti tal-Euratom li għadhom fis-seħħ. L-Artikolu 168(4)(b) ikopri miżuri ta’ armonizzazzjoni għall-għalf, u l-Artikolu 114 dwar is-suq intern jiggarantixxi armonizzazzjoni tal-limiti massimi ta’ residwu għall-ikel.
Dawn l-emendi mressqa għall-abbozz ta’ rapport jimmiraw ukoll biex ibiddlu l-bażi legali, bil-ġustifikazzjonijiet li ġejjin:
[Em 24] Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa għaċ-ċittadini tal-UE f'każ ta' kontaminazzjoni radjuattiva u sabiex l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament tingħata leġittimità demokratika, il-bażi legali għandha tinbidel u ssir l-Artikolu 168(4) tat-TFUE sabiex il-Parlament Ewropew ikun involut fit-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward ta' regolament li potenzjalment jaffettwa s-saħħa pubblika.
[Em 28] Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa għaċ-ċittadini tal-UE f'każ ta' kontaminazzjoni radjuattiva u sabiex l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament tingħata leġittimità demokratika, il-bażi legali għandha tinbidel skont it-Trattat ta' Lisbona l-ġdid sabiex il-Parlament Ewropew ikun involut fit-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward ta' regolament li potenzjalment jaffettwa s-saħħa pubblika. Il-proposta hi li jiġu kkunsidrati s-saħħa pubblika (Artikolu 168) u l-protezzjoni tal-konsumatur (Artikolu 169(1)).
II - Artikoli Rilevanti tat-Trattat
L-Artikoli li ġejjin tat-Trattat Euratom, taħt il-Kapitolu 3 intitolat "Protezzjoni tas-saħħa" huma ppreżentati bħala l-bażi legali fil-proposta tal-Kummissjoni (enfasi miżjuda):
Artikolu 31
Il-Kummissjoni għandha tipprepara l-istandards bażiċi wara li tieħu l-opinjoni ta’ grupp ta' persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost l-esperti xjentifiċi, u speċjalment esperti tas-saħħa pubblika, mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar l-istandards bażiċi hekk imħejjija.
Wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni li għandha tittrażmettilu l-opinjonijiet li tkun irċeviet minn dawn il-Kumitati, jistabbilixxi l-istandards bażiċi. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.
Artikolu 32
Fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, l-istandards bażiċi jistgħu jiġu riveduti jew issuplimentati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.
Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe talba magħmula minn Stat Membru.
L-espressjoni "standards bażiċi" hija definita fl-Artikolu 30 tat-Trattat Euratom (enfasi miżjuda):
Artikolu 30
Għandhom ikunu stabbiliti fil-Komunità standards bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jinħolqu minn radjazzjoni jonizzanti.
Il-frażi “standards bażiċi” għandha tfisser:
(a) dożi massimi permissibbli kompatibbli ma’ sikurezza adegwata;
(b) livelli massimi permissibbli ta’ esponiment u kontaminazzjoni;
(c) il-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema.
l-Artikoli li ġejjin tat-TFUE huma proposti mill-Kumitat dwar l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel biex jiffurmaw il-bażi legali (enfasi miżjuda).
Artikolu 168
(ex Artikolu 152 TKE)
[...]
4. B'deroga mill-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 6(a), u skont l-Artikolu 4(2)(k), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni tal-objettivi msemmija f’dan l-Artikolu, permezz tal-adozzjoni, sabiex jiġu affrontati l-problemi komuni tas-sigurtà:
(a) [...]
(b) miżuri fl-oqsma veterenarji u fitosanitarji, li jkollhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika;
[...]
Artikolu 114
(ex Artikolu 95 TKE)
1. Ħlief fejn provdut xort'oħra fit-Trattati, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.
2. [...]
3. Il-Kummissjoni, fil-proposti tagħha kif maħsuba fil-paragrafu 1 li jikkonċernaw is-saħħa, is-sigurtà, il-ħarsien tal-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi protezzjoni fl-għola livell, waqt li tieħu kont partikolarment ta' kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ukoll ifittxu li jilħqu dan l-objettiv.
[...]
8. Meta Stat Membru jqajjem problema speċifika dwar is-saħħa pubblika f’qasam li kien suġġett ta' miżuri ta' armonizzazzjoni preċedenti, dan għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix miżuri xierqa lill-Kunsill.
III - Il-bażi legali proposta
L-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom jipprovdi l-bażi legali għall-adozzjoni ta’ standards bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra r-radjazzjoni, billi l-Artikolu 32 tat-Trattat Euratom jipprovdi l-bażi legali għar-reviżjoni tal-istandards bażiċi u d-dispożizzjonijiet li jissupplementawhom. Il-Kunsill jaġixxi b'mod unanimu u l-Parlament jiġi kkonsultat.
L-Artikolu 168(4)(b) TFUE jipprovdi l-bażi legali għall-adozzjoni ta’ miżuri fl-oqsma veterenarji u fitosanitarji, li jkollhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika. Dawn il-miżuri huma adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
L-Artikolu 114 jipprovdi l-bażi legali għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern bl-adozzjoni ta' miżuri għall-approssimazzjoni ta’ dispożizzjonijiet f’dan ir-rigward. Dawn il-miżuri huma adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
IV - Ġurisprudenza u opinjonijiet preċedenti dwar il-bażi legali
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja "l-għażla tal-bażi legali ta' miżura Komunitarja għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom jinsabu, b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att"[3]. Għalhekk, l-għażla ta' bażi legali żbaljata tista' tiġġustifika l-annullament tal-att ikkonċernat.
Is-Servizz Legali tal-Parlament ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat lejn il-fatt li l-Qorti, riċentement, iddeċidiet[4] dwar il-kwistjoni tal-bażi legali korretta għal att leġiżlattiv[5] li tqajjem l-istess mistoqsijiet bħal fir-rigward tal-proposta inkwistjoni. Il-Qorti ddikjarat dan li ġej f’partijiet rilevanti (enfasi miżjuda):
35. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ripetutament li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tat-Trattat KEEA għandhom jingħataw interpretazzjoni wiesgħa biex jiġi żgurat l-effett utli tagħhom [...]. Dawn id-dispożizzjonijiet, li jinkludu l-Artikoli 30 EA u 31 EA, għaldaqstant huma maħsuba biex jiżguraw il-protezzjoni konsistenti u effettiva tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli kaġun ta’ radjazzjonijiet jonizzanti, ikun liema jkun is-sors tagħhom u l-kategoriji ta’ persuni esposti għal dan it-tip ta’ radjazzjonijiet [...].
36. Barra minn hekk, jekk it-Trattati jkun fihom dispożizzjoni aktar speċifika li tista’ tikkostitwixxi l-bażi legali tal-miżura inkwistjoni, din għandha tkun ibbażata fuq dik id-dispożizzjoni [...].
37. L-Artikolu 31 EA jikkostitwixxi bażi legali iktar speċifika għall-protezzjoni tas-saħħa ta’ popolazzjonijiet kontra sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn bażi legali ġenerali li tirriżulta mill-Artikolu 192(1) TFUE. It-Trattat KEEA jinkludi grupp ta’ regoli relatati preċiżament mal-ħarsien tal-popolazzjonijiet u tal-ambjent kontra r-radjazzjoni jonizzanti [...].
38. Fi kwalunkwe każ, li kieku s-sempliċi konstatazzjoni li miżura li tirrigwarda sustanzi radjuattivi hija intiża li tipproteġi s-saħħa tal-persuni, fis-sens tal-Artikolu 191(1) TFUE, kienet biżżejjed sabiex l-Artikolu 192(1) TFUE jinżamm bħala l-bażi legali xierqa tal-imsemmija miżura, l-Artikolu 31 EA ma jistax jibqa’ jservi bħala bażi legali għal azzjoni tal-Komunità peress li l-istandards bażiċi fis-sens tal-Artikolu 30 EA għandhom, min-natura tagħhom, bħala għan il-protezzjoni tas-saħħa tal-persuni. L-argument tal-Parlament jikser għalhekk mhux biss l-effettività tal-Artikolu 31 EA, li jikkostitwixxi bażi legali iktar speċifika minn dik tal-Artikolu 192(1) TFUE, iżda wkoll il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 106a(3) EA, li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet tat-TFUE ma għandhomx jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat KEEA.
Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk mingħajr ambigwità ddeterminat li l-proċedura fl-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom tieħu preċedenza fuq dispożizzjonijiet aktar ġenerali fit-TFUE meta niġu għal miżuri tal-Unjoni mmirati għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali kontra r-radjazzjoni u kontaminazzjoni radjuattiva.
Fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Settembru 2013 lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel dwar il-bażi legali tal-proposta għal att leġiżlattiv dwar l-istandards tas-sikurezza kontra l-perikli tar-radjazzjoni[6], il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jirrakkomanda li l-bażi legali għandha tkun l-Artikoli 31 u 32 aktar milli l-Artikolu 192(1) TFUE.
V - Għan u kontenut tar-regolament propost
L-għan tal-proposta huwa li tikkonsolida leġiżlazzjoni eżistenti tal-Euratom sabiex tistabbilixxi l-istandards bażiċi ta’ sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, il-pubbliku ġenerali, il-pazjenti u individwi oħra suġġetti għal esponiment mediku kontra l-perikli li jirriżultaw minn kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika għall-fini tal-implimentazzjoni uniformi tagħhom mill-Istati Membri.
Din il-proposta u l-annessi tagħha jistabbilixxu l-livelli massimi permissibbli tal-kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel minuri u l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva tal-għalf li jistgħu jitqiegħdu fis-suq wara aċċident nukleari jew xi każ ieħor ta emerġenza radjoloġika li x'aktarx twassal jew li tkun wasslet għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti tal-ikel u tal-għalf, u l-proċeduri biex dawn il-livelli massimi permissibbli jsiru applikabbli.
VI - Determinazzjoni tal-bażi legali xierqa
L-atti li qed jiġu revokati bil-proposta kienu kollha bbażati fuq l-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom, u l-istess livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel għal aċċidenti futuri, jinżammu fir-regolament propost. B’kont meħud tal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku dwar id-dożi u r-riskji ta’ kontaminazzjoni radjuattiva, l-istandards bażiċi possibbilment ser ikollhom jiġu riveduti jew supplimentati fil-futur. L-Artikolu 32 tat-Trattat Euratom għandu għalhekk jiġi inkluż bħala bażi legali għall-proposta.
Sabiex jiġi stabbilit jekk din l-għażla ta’ bażi legali hix xierqa, bħala l-prinċipji li ġejjin mill-ġurisprudenza tal-Qorti, l-għan u l-kontenut tal-miżura proposta huma fatturi deċiżivi.
L-għan predominanti tal-proposta huwa li tistabbilixxi standards bażiċi tas-sikurezza kontra l-perikli li jirriżultaw minn kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika taħt is-sistema Euratom. Għaldaqstant, il-proposta fiha l-livelli massimi ta’ radjazzjoni għal ikel u għalf, u l-proċedura għall-aġġornament tagħhom.
Fl-isfond tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-prattika preċedenti tal-Kumitat, b’mod partikolari s-sentenza ċċitata iktar ’il fuq fil-Kawża C-48/14 u l-opinjoni dwar il-bażi legali tar-radjazzjoni jonizzanti tad-Direttiva tal-2013, l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat tal-Euratom iridu għalhekk jikkostitwixxu l-bażi legali għall-proposta. L-użu ta’ xi bażijiet legali alternattivi ssuġġeriti mit-TFUE li huma ta’ natura aktar ġenerali fir-rigward tas-saħħa pubblika, l-ambjent jew il-ħarsien tal-konsumatur, inklużi l-Artikoli 168 (4) (b) u 114 TFUE, huwa probabbli li jwassal għall-annullament tal-att jekk ikkontestata fil-Qorti.
VII - Konklużjoni
L-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa għall-proposta.
VIII - Rakkomandazzjoni
Fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2015, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda, b’21 vot favur u 2 kontra, b’2 astensjonijiet[7], li jirrakkomanda lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel li ma jibdilx il-bażi legali tal-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom kif propost mill-Kummissjoni, sakemm ma jiġux emendati dispożizzjonijiet sostantivi tar-regolament sabiex issir possibbli li jiżdiedu bażijiet legali addizzjonali.
Dejjem tiegħek,
Pavel Svoboda
- [1] Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
- [2] Ara l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tat-22 ta’ Novembru 2010.
- [3] Kawża C-45/86, il-Kummissjoni vs il-Kunsill (Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati) [1987] ECR 1439, para.5; Kawża C-440/05 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2007] E.C.R. I-9097; Kawża C-411/06 il-Kummissjoni vs. il-Parlament u l-Kunsill (8 ta' Settembru 2009) (ĠU C 267 tas-07.11.2009, p.8).
- [4] Kawża C-48/14, il-Parlament vs il-Kunsill.
- [5] Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12).
- [6] Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.01.14, p. 1.)
- [7] Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Pavel Svoboda (President), Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Axel Voss (Viċi Presidenti), Heidi Hautala (rapporteur), Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Daniel Buda, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Andrzej Duda,
Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Enrico Gasbarra, Jytte Guteland,
Mary Honeyball, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Victor Negrescu, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Tadeusz Zwiefka.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
26.5.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 21 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Cristian-Silviu Buşoi, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Dubravka Šuica, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Renata Briano, Soledad Cabezón Ruiz, Mark Demesmaeker, Esther Herranz García, Jan Huitema, Merja Kyllönen, Gesine Meissner, József Nagy, James Nicholson, Younous Omarjee, Sirpa Pietikäinen, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Fredrick Federley, Jiří Maštálka |
||||