Proċedura : 2014/0319(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0196/2015

Testi mressqa :

A8-0196/2015

Dibattiti :

PV 08/09/2015 - 15
CRE 08/09/2015 - 15

Votazzjonijiet :

PV 09/09/2015 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0302

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 180kWORD 97k
19.6.2015
PE 544.100v02-00 A8-0196/2015

dwar l-abbozz għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea

(15225/2014 – C8-0002/2015 – 2014/0319(NLE))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Ricardo Serrão Santos

PR_NLE-AP_Agreement

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea

(15225/2014 – C8-0002/2015 – 2014/0319(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill (15225/2014),

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (15226/2014),

–       wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0002/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0196/2015),

1.      Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Madagaskar.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond

Il-Madagaskar huwa nazzjon-gżira fl-Oċean Indjan, ‘il barra mill-kosta tax-Xlokk tal-Afrika. In-Nazzjon jinkludi l-gżira tal-Madagaskar (ir-raba’ l-akbar gżira tad-dinja), u bosta gżejjer iżgħar. L-istorja ġeoloġika tal-Madagaskar għandha livell għoli ta’ bijodiversità inkluż 90 % ta' speċijiet endemiċi tal-art.

L-ekonomija tal-Madagaskar hija bbażata l-aktar fuq l-agrikoltura, it-trobbija tal-bhejjem u s-sajd. Ir-riżorsi tas-sajd huma użati għall-konsum lokali u huma l-bażi ta’ ftehimiet internazzjonali li dan il-ftehim ta’ sħubija fil-qasam tas-sajd. qed isir fil-kuntest tagħhom

Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar huwa bbażat fuq regoli stabbiliti taħt il-mandat ta' ġestjoni tal-Kumitat għat-Tonn tal-Oċean Indjan u regoli internazzjonali oħra.

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li qed jiġi eżaminat jinkludi opportunitajiet tas-sajd għal 94 bastiment, 40 bastiment tas-sajd bit-tartarun u 54 bastiment tas-sajd bil-konzijiet ta’ daqsijiet differenti. Huwa ppjanat li jaqbdu 15 750 tunnellata ħut fl-ilmijiet fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika tal-Madagaskar. Bi tpattija għall-użu ta’ din iż-żona tas-sajd, l-Unjoni Ewropea ser tiffinanzja s-settur tas-sajd tal-Madagaskar għal ammont ta' EUR 700 000 fis-sena kif ukoll b'kontribut ġenerali ieħor ta’ madwar EUR 866 250 għall-ewwel sentejn tal-Ftehim u EUR 787 500 matul l-aħħar sentejn. B’kollox, il-ftehim jipprovdi kumpens ta’ EUR 6 107 500 mill-Unjoni lir-Repubblika tal-Madagaskar matul l-erba’ snin ta’ validità ta’ dan il-Ftehim ta’ Sħubija.

Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu l-ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kontribuzzjoni lill-programm ta' osservazzjoni tas-sajd tal-Madagaskar u jħallsu tariffi proporzjonali skont il-ħut maqbud. Il-kontribuzzjoni mill-programm ta’ osservazzjoni hija ta’ EUR 20 kuljum għal kull osservatur abbord.

Il-Ftehim ta’ Sħubija jipprevedi l-impjieg tal-baħrin tal-Madagaskar jew ta’ pajjiżi tal-AKP. Madankollu, il-Ftehim jippermetti wkoll li s-sidien tal-bastimenti jħallsu somma f’daqqa ta’ EUR 20 għal kull baħri abbord.

Din hija proposta li tirrifletti l-interessi tal-Unjoni Ewropea, tal-Gvern tal-Madagaskar tal-gvern u tas-sidien tal-bastimenti, u hija r-riżultat ta' bosta laqgħat ta’ ħidma bejn l-imsieħba involuti u ta' informazzjoni mogħtija f’bosta dokumenti analitiċi mitluba mill-Unjoni Ewropea.

Prospetti ġeneriċi għat-titjib tal-protokolli ta’ kooperazzjoni dwar is-sajd

Minn perspettiva formali, huwa Ftehim ta’ Sħubija tajjeb għas-settur tas-sajd. Dan jirreferi għal speċijiet fil-mira, il-valuri mistennija tal-ħut, huma speċifikati l-ammonti mistennija ta' investiment u r-redditu ġeneriku mistenni, jissemma' l-programm ta’ osservazzjoni li għandu jakkumpanja l-attività, jinvoka speċijiet vulnerabbli u protetti u jfassal pjanijiet ġenerali li se jinkoraġġixxu monitoraġġ xjentifiku dettaljat, inkluża l-possibbiltà li jitwettaq sajd esploratorju.

Filwaqt li huwa tajjeb li jkun hemm segwitu garantit minn programm ta’ osservaturi, dan ikopri biss 10 % tal-flotta Ewropea. Dan huwa valur baxx u l-isforzi għandhom jiġu intensifikati sabiex tiżdied ir-rata ta’ kopertura.

Għal aktar titjib, huwa meqjus li fl-Anness 2, il-metodi u t-teknoloġiji għandhom jiġu stabbiliti biex jiġu protetti speċijiet vulnerabbli, billi jitqiegħed aċċent fuq fkieren tal-baħar, ċetaċji u għasafar tal-baħar. L-ispirtu li jirregola l-attivitajiet tas-sajjieda Ewropej li joperaw fl-ibħra tal-Ewropa, b’mod partikolari r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marittima, għandhom ikunu preżenti fi ftehimiet dwar is-sajd mal-pajjiżi terzi.

F’dak l-Anness, issir referenza għall-eżistenza ta’ Sajd tal-kelb il-baħar, li għandu jitwaqqaf jekk tinqabeż il-kwota ta’ 250 tunnellata. Dan ir-riferiment għas-sajd tal-kelb il-baħar għandu jiġi ċċarat.

Bħalissa, is-sajd tropikali juża mingħajr kontroll mijiet ta' apparati għall-konċentrazzjoni tal-ħut għal kull bastiment. Għalkemm dawn ma jaffettwawx il-ħut kollu maqbud u jipprovdu qbid iktar rapidu tal-kwoti sostenibbilment disponibbli, dan l-apparat jippermetti l-qbid differenzjat ta' gruppi differenti ta’ popolazzjonijiet ta’ tonn u jinfluwenza r-rotot ta’ migrazzjoni ta’ stokkijiet tal-ħut b'mod li għadu mhux magħruf sew.

Diversi azzjonijiet operattivi u ta' ġestjoni adattiva ta’ dan il-Ftehim huma bbażati fuq deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2. Madankollu, il-Protokoll ma jirreferix għall-kompożizzjoni tal-Kumitat Konġunt, il-mandat u l-frekwenza tal-laqgħat tiegħu, jew għal leġiżlazzjoni ta’ abilitazzjoni.

Waħda mill-akbar kritiki tal-Ftehimiet ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd tal-Unjoni Ewropea hija marbuta mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-benefiċċji ta’ investiment speċifiċi għal dan is-settur. Biex dan jiġi bbilanċjat, il-Ftehimiet ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd għandhom jinkludu riferiment espliċitu u li jista' jitkejjel tal-miri u l-indikaturi li għandhom jiġu evalwati fi tmiem il-programm. L-objettivi bħaż-żieda fl-awtonomija tal-pajjiżi msieħba fis-settur tas-sajd (eż. żieda fl-għadd ta’ sajjieda lokali), il-kontribut lejn il-ġlieda kontra sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat, u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ skrining (eż. VMS jew AIS) huma kwistjonijiet li għandhom jiġu ċċarati fil-ftehimiet ta’ sħubija.

Konklużjonijiet

Għalkemm għad hemm lok għal titjib fil-ftehimiet futuri dwar is-sajd, ir-rapporteur iqis li l-proposta għandha tkun approvata. B’segwitu għal dan il-Protokoll mill-Parlament Ewropew, huwa propost li l-Kummissjoni:

1.  tipprovdi lill-Parlament bl-informazzjoni relevanti dwar il-laqgħat xjentifiċi konġunti previsti fl- Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija u fuq il-bidliet marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ sajd previsti fl-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Sħubija, laqgħat oħra tal-Kumitat Konġunt, inklużi l-minuti u l-konklużjonijiet, u r-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-programm ta’ appoġġ settorjali multiannwali msemmija fl- Artikolu 6 tal-Ftehim u dokumenti rilevanti oħra;

2.  taċċetta li r-rappreżentanti tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament Ewropew, fejn rilevanti, jieħdu sehem bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ta’ monitoraġġ ta’ dan il-Ftehim;

3.  tissottometti lill-Parlament u lill-Kunsill, fi żmien l-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport ta’ valutazzjoni ex post dwar l-implimentazzjoni tiegħu, inklużi analiżi tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd u jivvaluta l-kosteffikaċja tal-protokoll, flimkien ma’ rapport dwar ir-restrizzjonijiet possibbli fuq l-attivitajiet tas-sajd;

4.  tivverifika l-korrettezza tal-Protokoll, inkluż il-qsim ta’ profitti ġġenerati minn sidien Ewropej.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (2.6.2015)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea.

(15225/2014 – C8-0002/2015 – 2014/0319(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Louis Michel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Dan il-Ftehim u l-Protokoll tiegħu jridu jkunu konformi mar-Regolament il-ġdid dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) li jisħaq fuq is-sostenibbiltà tas-sajd u l-governanza tajba; jirrikonoxxi l-importanza ta’ koerenza ta’ politika bejn il-PKS u l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Is-sħubija fil-qafas ta' dan il-Ftehim għandha tippromwovi l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd tal-Madagaskar. Din hija opportunità biex it-tkabbir ekonomiku jingħata spinta, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, speċjalment tan-nisa, jittejbu, u t-tħaddim illegali tat-tfal f’dan il-qasam jintemm.

l-UE għandha tinkoraġġixxi lill-bastimenti tagħha jingaġġaw sajjieda lokali u jiżbarkaw il-qabdiet tagħhom fil-Madagaskar għall-ipproċessar. Dawn il-bastimenti jeħtiġilhom josservaw l-obbligi tad-dikjarazzjoni annwali skont ir-regoli tal-governanza tajba u tat-trasparenza. Kumitat Konġunt UE-Madagaskar għas-sajd għandu jeżamina l-impatt ta’ din is-sħubija.

Ir-rapporteur jilqa’ bi pjaċir l-allokazzjoni ta’ ammont annwali ta’ EUR 700 000 għall-appoġġ tal-politika settorjali dwar ir-riżorsi tal-ħut u tas-sajd. Dan l-ammont għandu jintuża biex jappoġġa t-twettiq ta' proġetti ta' riċerka xjentifika, ta' kontroll u ta' sorveljanza fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, il-ġestjoni sostenibbli tal-istokk tal-ħut u l-promozzjoni tas-sajd fuq skala żgħira li huwa essenzjali għas-sigurtà tal-ikel. Ir-Repubblika tal-Madagaskar se jeħtiġilha tqawwi l-isforzi tagħha biex ittejjeb it-trasparenza fil-ġestjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

Ir-rapporteur jara dan il-ftehim bħala opportunità għall-UE li tħeġġeġ lill-pajjiż jagħmel sforzi biex jikkonforma mal-ftehim ta’ Cotonou, b’mod partikolari mal-Artikolu 9 tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba.

******

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

1.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, Heidi Hautala, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Elly Schlein, Pedro Silva Pereira, Davor Ivo Stier, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bernd Lucke, Louis-Joseph Manscour, Paul Rübig, Joachim Zeller

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Miguel Urbán Crespo, Dennis de Jong


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (7.5.2015)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar

(15225/2014 – C8-0002/2015 – 2014/0319(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Jean-Paul Denanot

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Abbażi tas-setgħat mogħtija lilha mill-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea mexxiet negozjati mar-Repubblika tal-Madagaskar bil-ħsieb li ġġedded il-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd li hemm bejn il-Komunità Ewropea u dan il-pajjiż.

Fl-aħħar tan-negozjati, abbozz ta' protokoll ġdid ġie inizjalat min-negozjaturi fid-19 ta' Ġunju 2014. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' erba' snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja – jiġifieri mid-data tal-iffirmar tiegħu u mhux qabel l-1 ta' Jannar 2015.

L-għan prinċipali tal-Protokoll tal-Ftehim huwa li jingħataw opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar, skont il-miżuri ta' ġestjoni adottati mill-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd kompetenti, jiġifieri l-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u, fejn xieraq, fil-limiti tal-ammonti żejda disponibbli.

L-għan ġenerali huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar favur l-istabbiliment ta' qafas ta' sħubija għall-iżvilupp ta' politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, fl-interess taż-żewġ partijiet.

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA: il-pakkett finanzjarju totali allokat għal dan il-Protokoll jammonta għal EUR 6,602 miljun mill-2015 sal-2018, inklużi l-ispejjeż tal-ġestjoni amministrattiva u r-riżorsi umani.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali:

EUR 1 566 250 kull sena għall-ewwel sentejn

EUR 1 487 500 kull sena għas-sentejn ta' wara

Fuq il-bażi ta':

tunnellaġġ ta' referenza ta' 15 750 tunnellata marbut mal-aċċess, għal ammont annwali ta' EUR 866 250 għal kull waħda mill-ewwel sentejn tal-Protokoll u EUR 787 500 kull waħda mis-sentejn ta' wara;

appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tal-Madagaskar, li jammonta għal EUR 700 000 fis-sena. Dan l-appoġġ huwa konformi mal-objettivi tal-politika nazzjonali tas-sajd u b'mod partikolari mal-ħtiġijiet tar-Repubblika tal-Madagaskar fil-ġlieda kontra s-sajd illegali.

Jekk l-ammont annwali tal-qabdiet tal-ispeċijiet li jissemmew fil-Protokoll jaqbeż it-tunnellaġġ ta' referenza ta' 15 750 tunnellata, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiżdied b'EUR 55 matul l-ewwel sentejn tal-Protokoll, u b'EUR 50 matul l-aħħar sentejn għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda.

Madankollu, l-ammont annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar m'għandux ikun aktar mid-doppju tat-tunnellaġġ ta' referenza tal-ammont għas-sena korrispondenti. Jekk il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta' wara.

******

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Carlos Iturgaiz, Bernd Kölmel, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Siegfried Mureșan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov, Claudia Tapardel, Miguel Urbán Crespo, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Emilian Pavel


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, João Ferreira, Raymond Finch, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Marek Józef Gróbarczyk, Francisco José Millán Mon

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tim Aker

Avviż legali - Politika tal-privatezza