Proċedura : 2014/0280(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0202/2015

Testi mressqa :

A8-0202/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/07/2015 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0241

RAPPORT     ***I
PDF 575kWORD 79k
22.6.2015
PE 557.311v02-00 A8-0202/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastimenti (Kodifikazzjoni)

(COM(2014)0605 – C8-0171/2014 – 2014/0280(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Jiří Maštálka

(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastimenti (Kodifikazzjoni)

(COM(2014)0605 – C8-0171/2014 – 2014/0280(COD))

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0605),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0171/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0202/2015),

A.     billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 16 Diċembru 2014

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastimenti

COM(2014)0605 tad-29.9.2014 – 2014/0280(COD)

Wara li kkunsidra il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi, u b’mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fid-14 ta' Ottubru u fit-13 ta' Novembru 2014 bil-għan li janalizza, fost l-oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dawk il-laqgħat(2), sar eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta’ Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastimenti li wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda, bi qbil komuni, li l-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom.

F. DREXLER                        H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġuriskonsult                          Ġuriskonsult                          Direttur Ġenerali

PROĊEDURA

Titolu

Protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastimenti (kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2014)0605 – C8-0171/2014 – 2014/0280(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.9.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

28.1.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jiří Maštálka

28.5.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

16.6.2015

 

 

 

Data tat-tressiq

22.6.2015

(1)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

(2)

             Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.

Avviż legali - Politika tal-privatezza