Proċedura : 2014/2150(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0208/2015

Testi mressqa :

A8-0208/2015

Dibattiti :

PV 11/04/2016 - 18
CRE 11/04/2016 - 18

Votazzjonijiet :

PV 12/04/2016 - 5.11
CRE 12/04/2016 - 5.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0104

RAPPORT     
PDF 263kWORD 265k
24.6.2015
PE 551.792v03-00 A8-0208/2015

dwar Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi

(2014/2150(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi

(2014/2150(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(1),

–       wara li kkunsidra l-arranġamenti prattiċi li sar qbil dwarhom fit-22 ta’ Lulju 2011 bejn is-servizzi kompetenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 294(4) tat-TFUE f’każ li jintlaħqu ftehimiet fl-ewwel qari,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Frar 2014 dwar l-idoneità regolatorja tal-UE, sussidjarjetà u proporzjonalità – id-19-il rapport dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet li jkopri s-sena 2011(2),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Novembru 2014 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u r-rwol tat-test tal-SMEs(3),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Frar 2012 dwar segwitu dwar id-delega ta' setgħat leġiżlattivi u l-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni(4),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2012 dwar it-18-il rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet – Applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità (2010)(5),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2011 dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u r-regolamentazzjoni intelliġenti(6),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iżgurar ta’ valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti(7),

–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti tal-4 ta’ Diċembru 2014,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi (COM(2014)0368),

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità Regolatorja tal-UE (COM(2012)0746 u COM(2013)0685),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-Sussidjarjetà u Proporzjonalità (id-19-il rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-sena 2011) (COM(2012)0373),

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Regolamentazzjoni Intelliġenti – Inwieġbu għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u medji" (COM(2013)0122),

–       wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar monitoraġġ u konsultazzjoni dwar regolamentazzjoni intelliġenti għall-SMEs (SWD(2013)0060),

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar regolamentazzjoni intelliġenti fl-Unjoni Ewropea (COM(2010)0543),

–       wara li kkonsulta l-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati tal-2014,

–       wara li kkunsidra r-rapport finali tal-24 ta’ Lulju 2014 tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi, intitolat "Cutting Red Tape in Europe – Legacy and Outlook" (L-Eliminazzjoni tal-Burokrazija fl-Ewropa - Wirt u Perspettiva", u b’mod partikolari l-opinjoni kuntrarja fl-Anness 12 minn erba’ membri tal-Grupp ta’ Livell Għoli li ġejjin minn kuntest ta' difiża tal-ħaddiema, is-saħħa pubblika, l-ambjent u l-konsumaturi,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2014(8),

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, intitolata “Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar – Aġenda tal-UE” (COM(2015)0215),

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, intitolata “Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar” COM(2015)0216,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tal-Pjattaforma REFIT C (2015) 3261 u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Il-pjattaforma REFIT – Struttura u Funzjonament” C(2015)3260,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbilment ta’ Bord tal-Iskrutinju Regolatorju indipendenti (C(2015)3263), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Bord tal-Iskrutinju Regolatorju – Missjoni, Kompiti u Persunal” (C(2015)3262) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Memorandum ta’ Spjegazzjoni Standard” (C(2015)3264/2),

–       wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni intitolat “Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar” (SWD(2015)0111),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0208/2015),

A.     billi l-Programm REFIT huwa komponent ewlieni tal-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni għat-tfassil aħjar tal-liġijiet;

B.     billi l-programm REFIT għandu l-għan li jikkonsolida l-proċeduri għal tfassil aħjar tal-liġijiet, jissimplifika l-liġijiet tal-UE u jnaqqas il-piżijiet amministrattivi u/jew regolatorji, u biex jinbeda proċess għall-ksib ta’ governanza tajba li jkun ibbażat fuq tfassil tal-politika bbażata fuq l-evidenza, li fiha l-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet ex post ikollhom rwol important, mingħajr ma jieħdu post id-deċiżjonijiet politiċi;

C.     billi il-Kummissjoni stabbiliet Pjattaforma REFIT ġdida bħala appoġġ għall-ħidma tagħha fil-kuntest tal-programm REFIT, li tikkonsisti f’żewġ gruppi: il-“grupp tal-gvern”, li jikkonsisti f’esperti ta’ livell għoli mis-servizz pubbliku ta’ kull Stat Membru, u l-“grupp tal-partijiet interessati”, li jikkonsisti f’massimu ta’ 20 espert, li minnhom żewġ esperti jirrappreżentaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni u l-esperti l-oħra jirrappreżentaw in-negozju, fosthom l-SMEs, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

D.     billi t-tabella ta’ valutazzjoni REFIT annwali tippermetti l-valutazzjoni tal-progress li jkun sar fl-oqsma kollha tal-politika u ta’ kull inizjattiva identifikata mill-Kummissjoni, inklużi azzjonijiet meħuda mill-Parlament u mill-Kunsill;

E.     billi l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tal-2003 skada minħabba l-ambjent leġiżlattiv attwali maħluq mit-Trattat ta’ Lisbona;

F.     billi minkejja dan, fis-snin li għaddew l-aġenda dwar ir-regolamentazzjoni aħjar tat kontribut biex jittejbu l-prattiki leġiżlattivi; billi l-għadd kbir ta’ ismijiet u programmi differenti introdotti mill-Kummissjoni f’dan il-qasam, bħal “regolamentazzjoni aħjar”, “tfassil aħjar tal-liġijiet”, “regolamentazzjoni intelliġenti”, “idoneità regolatorja”, “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, “kontrolli tal-idoneità”, u “ABR+”, ma jipprovdux biżżejjed ċarrezza u trasparenza dwar l-għanijiet tal-miżuri, b’mod partikolari għaċ-ċittadini, u għalhekk għandhom jinġabru flimkien aħjar;

G.     billi l-Kummissjoni bil-komunikazzjoni tagħha “Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar – Aġenda tal-UE” tad-19 ta’ Mejju 2015 issa pproponiet approċċ olistiku u koerenti għat-tfassil aħjar tal-liġijiet li jieħu kont taċ-ċiklu tal-politika kollu tat-tfassil tal-liġijiet u jirrikjedi interazzjoni mmirata fost l-istituzzjonijiet kollha u għal din ir-raġuni, il-komunikazzjoni ser tiġi eżaminata mill-qrib mill-Parlament sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli fl-interess taċ-ċittadini tal-Unjoni;

H.     billi l-għanijiet u l-objettivi tal-Unjoni kif iddikjarati fl-Artikolu 3 tat-TUE għandhom importanza ugwali; billi l-Kummissjoni tenfasizza li l-programm REFIT ma jqajjimx dubji dwar l-objettivi ta’ politika eżistenti, u lanqas ma għandu jħalli impatt negattiv fuq is-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-ħaddiema jew l-ambjent;

I.      billi l-Kummissjoni wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi fit-tieni nofs tal-2014 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida tagħha dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt u dwar il-linji gwida tagħha għall-Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati;

J.      billi l-Kummissjoni, fl-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma tagħha għall-2015, applikat għall-ewwel darba l-hekk imsejjaħ prinċipju ta’ diskontinwità politika bħala ġustifikazzjoni għall-irtirar ta’ għadd kbir ta’ proposti leġiżlattivi pendenti;

K.     billi fil-programm ta’ ħidma tagħha għall- 2015 il-Kummissjoni biħsiebha tiffoka l-attivitajiet tagħha fuq l-isfidi ekonomiċi u soċjali ewlenin tagħha, u l-istruttura l-ġdida tagħha għandha l-għan li tiggarantixxi approċċ iżjed koerenti tal-politika, biex b’hekk tiżdied it-trasparenza fl-UE u b’hekk l-aċċettazzjoni fost iċ-ċittadini;

Regolamentazzjoni aħjar

1.      Jinnota d-deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Juncker li jinkariga lill-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni bil-portafoll ta’ regolamentazzjoni aħjar, li jissodisfa t-talbiet tal-Parlament Ewropew u jenfasizza l-importanza politika għolja ta' dan is-suġġett; jistenna li din l-għażla se twassal għal leġiżlazzjoni Ewropea li tkun tal-aqwa kwalità possibbli, tissodisfa l-aspettattivi taċ-ċittadini u l-partijiet interessati u tiżgura li l-objettivi tal-politika pubblika, inklużi l-istandards ambjentali, soċjali, tal-konsumatur u tas-saħħa u s-sikurezza, ma jiġux kompromessi;

2.      Jirrimarka li r-regolamentazzjoni aħjar għandha tinkludi l-“kultura” tal-amministrazzjoni pubblika fil-livelli kollha tal-Unjoni Ewropea, b’kont meħud tal-livelli eċċessivi ta’ burokrazija żejda fl-UE kollha u l-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, u tinkludi l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ atti tal-Unjoni fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex ikunu żgurati l-amministrazzjoni tajba u l-“imġiba favur l-Ewropa” fil-livelli kollha;

3.      Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tipprijoritizza l-iżvilupp ta' ċerti miżuri u għandha tiffoka tiffoka fuq il-kwalità tal-leġiżlazzjoni u fuq infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti pjuttist milli fuq l-għadd ta’ atti leġiżlattivi; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-ispejjeż m’għandhomx ikunu il-fattur deċiżiv iżda li l-kwalità tal-leġiżlazzjoni hija l-uniku punt ta’ riferiment xieraq u li l-programm REFIT m’għandux jintuża biex jimmina s-sostenibbiltà jew kwalunkwe standard soċjali, tax-xogħol, ambjentali jew tal-konsumatur;

4.      Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ “klawżoli sunset” f'inizjattivi leġiżlattivi bi żmien limitat, bil-kundizzjoni li dan ma jwassalx għal inċertezza legali, u tinkludu jekk xieraq “klawżoli ta’ reviżjoni” f’miżuri leġiżlattivi biex terġa’ tivvaluta regolarment ir-rilevanza kontinwa ta’ miżuri leġiżlattivi fil-livell Ewropew;

5.      Jenfasizza li standard Ewropew ġeneralment jissostitwixxi 28 standard nazzjonali, u dan isaħħaħ is-suq intern u jwassal għal inqas burokrazija;

6.      Jilqa’ l-pakkett ta’ miżuri tad-19 ta’ Mejju 2015 immirati lejn regolamentazzjoni aħjar; jappoġġa l-impenn kontinwu muri mill-Kummissjoni lejn l-aġenda ta’ tfassil aħjar tal-liġijiet; jenfasizza li l-ħidma prevista fil-Komunikazzjoni REFIT għandha titqies bħala proċess kontinwu, li jiżgura li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-livell Ewropew hija adattata għall-iskop tagħha, tilħaq l-objettiv kondiviż tal-leġiżlaturi u tissodisfa l-aspettattivi taċ-ċittadini, in-negozji u partijiet interessati oħra;

7.      Jinnota l-impenn tal-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim interistituzzjonali ġdid dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet li jikkunsidra l-bidliet li ġabu magħhom it-Trattat taʼ Lisbona u l-Ftehim Qafas bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, li jikkonsolidaw l-aħjar prattiki f'oqsma bħall-ippjanar leġiżlattiv, il-valutazzjonijiet tal-impatt, il-kontrolli sistematiċi ex post tal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-atti delegati u taʼ implimentazzjoni, u jenfasizza r-rieda tiegħu li jikkonkludi n-negozjati sal-aħħar tas-sena;

8.      Jilqa’ l-konferma tal-Kummissjoni li l-istrateġija tagħha għal regolamentazzjoni aħjar mhijiex immirata lejn id-deregolamentazzjoni ta’ oqsma ta’ politika partikolari jew sabiex jiġu kkontestati l-valuri, li huma importanti għalina, bħall-protezzjoni soċjali, il-ħarsien ambjentali u d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għas-saħħa;

9.      Jirrikonoxxi l-ħidma intensiva fit-tul tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti, li ressaq proposti għal tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi lill-Kummissjoni Ewropea u identifika l-aħjar prattika identifikata bl-għan li l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi implimentata fl-Istati Membri bl-anqas mod burokratiku possibbli; jieħu nota li erba’ membri tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti opponew diversi konklużjonijiet ippreżentati fir-rapport finali tal-Grupp dwar il-piżijiet amministrattivi u ppreżentaw opinjoni kuntrarja; jistenna li l-Kummissjoni tikkunsidra t-tħassib tal-partijiet interessati kollha involuti fil-proċess;

10.    Jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu soċjali u r-rispett tal-awtonomija tal-imsieħba soċjali; jenfasizza, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 9 tat-TFUE, li l-imsieħba soċjali jistgħu, b’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE, jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jwasslu għal leġiżlazzjoni tal-UE fuq talba konġunta tal-firmatarji; jistenna li l-Kummissjoni tirrispetta l-awtonomija tal-partijiet u l-ftehimiet innegozjati tagħhom, u li tieħu t-tħassib tagħhom bis-serjetà, u jenfasizza li l-aġenda tar-regolamentazzjoni aħjar m'għandhiex isservi ta’ pretest biex ma jitqisux jew jinqabżu ftehimiet milħuqa bejn l-imsieħba soċjali, u għalhekk jirrifjuta kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt ta' ftehimiet tal-imsieħba soċjali;

11.    Jirrimarka li matul il-leġiżlatura preċedenti l-għażla bejn atti ta’ implimentazzjoni u atti delegati kkawżat bosta tilwimiet interistituzzjonali; għalhekk, iqis li huwa importanti li jitfasslu linji gwida speċifiċi, kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-rapport tiegħu adottat fil-25 ta’ Frar 2012;

12.    Jilqa’ l-aħbar tal-Kummissjoni li biħsiebha tissimplifika l-amministrazzjoni tal-għotjiet skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK), il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-programm Orizzont 2020;

Trasparenza u konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati

13.    Jilqa’ r-rikonoxximent mill-Kummissjoni tar-rwol importanti tal-proċess ta’ konsultazzjoni fil-programm REFIT; jirrimarka li, skont l-Artikolu 11(2) tat-TUE, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE huma meħtieġa jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u s-soċjetà ċivili; jistieden lill-istituzzjonijiet jagħtu attenzjoni speċjali lid-djalogu obbligatorju u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, u mas-soċjetà ċivili, fin-negozjati dwar ftehim interistituzzjonali ġdid;

14.    Josserva li permezz ta’ trasparenza akbar biss il-funzjonament tal-UE jista' jsir aktar effiċjenti u tissaħħaħ il-fiduċja tas-soċjetà ċivili fl-UE;

15.    Jilqa’, f’dan ir-rigward, l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li djalogu maċ-ċittadini, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili oħra jikkontribwixxi għall-iżgurar ta' leġiżlazzjoni trasparenti, effikaċi u koerenti tal-UE, u jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tindika b’mod aktar preċiż kif tasal għall-proposti tagħha, pereżempju fil-forma ta’ testi leġiżlattivi jew komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni;

16.    Josserva li, fl-istrateġija tagħha għat-tfassil aħjar tal-liġijiet, il-Kummissjoni ttejjeb b’mod sinifikanti r-rwol tal-konsultazzjoni pubblika; jinnota li fil-futur il-Kummissjoni ser twettaq eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ tnax-il ġimgħa (a) qabel ma tabbozza proposti leġiżlattivi ġodda u (b) meta tevalwa dispożizzjonijiet leġiżlattivi eżistenti u tikkontrolla l-adegwatezza tagħhom u (c) dwar il-pjanijiet direzzjonali u l-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante; jinnota wkoll li, barra minn hekk, anke wara l-adozzjoni ta’ proposta, il-Kummissjoni se tagħti l-opportunità liċ-ċittadini u lill-partijiet interessati li jikkummentaw dwar il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat u se tgħaddi dawn il-pożizzjonijiet lill-Kunsill u lill-Parlament;

17.    Jistieden f’dan il-kuntest lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni bilanċjata u trasparenti tal-opinjonijiet u l-feedback ta’ dawk kollha involuti fil-proċess ta’ konsultazzjoni u b’mod partikolari sabiex tiżgura li l-konsultazzjonijiet pubbliċi ma jkunux jistgħu jintużaw ħażin għall-finijiet tagħhom stess minn organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati finanzjarjament b’saħħithom u organizzati tajjeb; jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika l-konklużjonijiet tagħha mill-konsultazzjonijiet;

18.    Josserva li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jiġu ppubblikati biss hekk kif il-Kummissjoni tkun adottat l-inizjattiva politika kkonċernata; iqis neċessarju, fl-interess tat-trasparenza tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, li l-valutazzjonijiet tal-impatt jiġu ppubblikati biss meta tkun ħadet id-deċiżjoni li ma tippreżenta l-ebda proposta leġiżlattiva;

19.    Jinnota li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali provdut bl-istatus konsultattiv għandu rwol importanti fir-rappreżentanza tas-soċjetà ċivili; jinnota li l-Kumitat tar-Reġjuni, li bl-istess mod igawdi status konsultattiv, għandu rwol ewlieni fir-rappreżentanza tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-UE, u biex jivvaluta l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jinnota li, skont il-leġiżlazzjoni attwali, iż-żewġ entitajiet konsultattivi jistgħu jiġu kkonsultati minn qabel mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni kull meta jidhrilhom li jkun utli; huwa tal-fehma li jekk jiġu kkonsultati b’mod xieraq dwar kwistjonijiet speċifiċi sew minn qabel u jittieħed vantaġġ mill-oqsma speċifiċi tagħhom ta’ għarfien espert, dan ikun jista’ jikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ leġiżlazzjoni aħjar;

20.    Iqis li għandu jkun hemm involviment iktar b’saħħtu min-naħa tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tfassil tal-politika tal-UE, b’mod partikolari billi jiġu involuti l-għarfien espert tal-Istati Membri u l-esperjenza fil-livelli reġjonali u lokali fi stadju bikri tat-tħejjija tal-leġiżlazzjoni; jitlob li l-istituzzjonijiet kollha jridu josservaw, fil-ħidma leġiżlattiva tagħhom, il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

21.    Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tfassal il-proċess leġiżlattiv b’mod aktar trasparenti u biex tinvolvi aktar liċ-ċittadini u l-partijiet interessati matul il-proċess kollu;

22.    Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li fil-futur twettaq ukoll eżerċizzji ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi fuq erba’ ġimgħat dwar abbozz ta’ atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni ewlenin qabel ma l-Istati Membri jivvutaw fil-kumitat responsabbli dwar l-opinjoni tagħhom;

23.    Jitlob lill-Kummissjoni tirrieżamina l-linji gwida dwar il-valutazzjoni, billi żżid l-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u tuża l-aktar mod dirett biex tippermetti liċ-ċittadini Ewropej jieħdu parti fil-proċess deċiżjonali;

24.    Jinnota t-taqsima l-ġdida “Ħaffef il-it-Tagħbija - Semma Leħnek” tal-paġni web tal-Kummissjoni dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet u jitlob eżami bilanċjat u trasparenti mill-Kummissjoni u mill-Pjattaforma REFIT il-ġdida tal-kummenti li tirċievi hemmhekk; Jemmen, madankollu, li l-panel tar-REFIT m’għandux ikun ta’ piż kbir wisq fil-proċessi u d-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda għandu jkun korp kapaċi li jagħti tweġibiet f’qasir żmien kif ukoll li jagħmel xogħol aktar dettaljat fil-proċess tal-leġiżlazzjoni Ewropea; huwa tal-fehma li l-konsultazzjoni permezz ta’ din il-websajt tal-Kummissjoni ma tistax tissostitwixxi konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet interessati;

Valutazzjonijiet tal-impatt u valur miżjud Ewropew

25.    Jinsab konvint li l-valutazzjonijiet tal-impatt jikkostitwixxu għodda importanti għall-appoġġ tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE u għandhom rwol sinifikanti għal regolamentazzjoni aħjar; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu aktar rigorużi sabiex iwettqu l-impenji tagħhom u sabiex jiġi evalwat l-impatt ta’ leġiżlazzjoni eżistenti u tal-ġejjieni; jenfasizza, madankollu, li dawn ma jistgħux jissostitwixxu evalwazzjoni politika u deċiżjonijiet u li l-libertà tal-membri tal-Parlament Ewropew li jwettaq ħidma politika tagħhom m’għandux ikun ristrett b’xi mod;

26.    Jemmen li valutazzjoni tal-kompetittività għandha tifforma parti sinifikanti mill-proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt; iqis li l-abbozz tal-linji gwida riveduti għandu jinkludi gwida dwar kif l-impatti fuq il-kompetittività għandhom jiġu vvalutati u ppeżati fl-analiżi finali; jappoġġja suppożizzjoni permanenti li l-proposti b’impatt negattiv fuq il-kompetittività m’għandhomx jiġu adottati mill-Kummissjoni għajr jekk tiġi ppreżentata evidenza li tappoġġja benefiċċji sinifikanti mhux kwantifikabbli;

27.    Jemmen li prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar għandhom japplikaw għad-deċiżjonijiet dwar leġiżlazzjoni sekondarja u leġiżlazzjoni primarja; jistieden lill-Kummissjoni, meta jkun xieraq, biex takkumpanja atti ddelegati u implimentattivi b’valutazzjoni tal-impatt, inkluż konsultazzjoni mal-partijiet interessati u dawk ikkonċernati;

28.    Jemmen li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu komprensivi, li jrid ikun hemm evalwazzjoni bbilanċjata b’mod partikolari tal-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u li għandu jiġi vvalutat l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u l-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza li l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji hija biss waħda mill-ħafna kriterji;

29.    Jirrimarka li f’ħafna Stati Membri, bħall-Isvezja, ir-Repubblika Ċeka, in-Netherlands, ir-Renju Unit u l-Ġermanja, il-korpi indipendenti jagħtu kontribut kostruttiv lill-gvernijiet f’konnessjoni mal-proċessi leġiżlattivi bil-għan li titnaqqas il-burokrazija għan-negozji u ċ-ċittadini u li jitnaqqsu l-ispejjeż b’mod miżurabbli u verifikabbli relatati mal-obbligi għall-għoti tal-informazzjoni; jinnota li l-aħjar prattiki u l-esperjenza tal-korpi eżistenti għal regolamentazzjoni aħjar tista’ tiġi kkunsidrata; jinnota l-bidla tal-Bord tal-Kummissjoni għall-Valutazzjoni tal-Impatt f’“Bord tal-Iskrutinju Regolatorju” (RSB) indipendenti u jistenna li l-inklużjoni ta’ esperti indipendenti jkollha effett vantaġġjuż fuq il-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt fi ħdan il-Kummissjoni; jinsisti, madankollu, li l-Bord ta’ Skrutinju Regolatorju għandu jkollu rwol esklussivament konsultattiv u m’għandux jagħti opinjonijiet vinkolanti; jinsisti li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu konsistenti u għandha titiqies kull bidla introdotta fil-fażi ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi u għandha tkun ibbażata, inter alia, fuq l-istima tal-kostijiet addizzjonali li jkollhom l-Istati Membri li kieku ma jkunx hemm soluzzjoni fil-livell Ewropew; iqis li l-opinjoni tal-RSB għandha takkumpanja l-proposta leġiżlattiva finali; jipproponi li jiddiskutu, waqt in-negozjati li jmiss dwar il-ftehim interistituzzjonali, l-idea jekk Kunsill ta’ Kontroll Regolatorju jistax ikun ta’ interess komuni għall-istituzzjonijiet bħala korp purament konsultattiv;

30.    Jilqa’ l-fatt li l-Gruppi ta’ Ħidma tal-Kunsill bħalissa jinsabu fi stat bikri tad-dibattitu dwar proposti leġiżlattivi speċifiċi, biex jikkunsidraw il-valutazzjonijiet tal-impatt rilevanti tal-Kummissjoni abbażi ta’ lista ta’ kontroll indikattiva: jiddispjaċih, madankollu, li s-Segretarjat tal-Kunsill għad m’għandux unità tal-valutazzjoni tal-impatt tiegħu stess u jemmen li s-soluzzjoni msemmija qabel tista’ tikkontribwixxi sabiex il-Kunsill jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-valutazzjoni ta’ kwalunkwe emenda sostantiva għall-proposti tal-Kummissjoni;

31.    Jirrimarka li l-Parlament Ewropew stabbilixxa Direttorat intern għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew, li joffri għadd ta’ servizzi tal-valutazzjoni tal-impatt ex ante u ex post għall-kumitati parlamentari, jivvaluta l-valur miżjud tal-politiki tal-UE futuri jew attwali kif ukoll jivvaluta l-għażliet politiċi fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija; jinnota li skont l-informazzjoni mill-Kummissjoni twettqu madwar għoxrin valutazzjoni tal-impatt interni fil-Parlament f’konnessjoni ma’ tibdil għall-proposti tal-Kummissjoni; ifakkar lill-Kumitati Tekniċi tal-Parlament jagħmlu użu aktar konsistenti mill-istrument parlamentari ta’ valutazzjoni tal-impatt, strument li huwa diġà disponibbli, speċjalment meta għandhom isiru emendi sinifikanti għall-proposta oriġinali tal-Kummissjoni; jindika, madankollu, li dan ma għandux iwassal għar-restrizzjoni tar-raġġ ta' azzjoni disponibbli għall-Membri tal-Parlament Ewropew;

32.    Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat kull wieħed mill-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, inklużi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex dejjem jikkunsidraw l-effetti fuq perjodu qasir u fit-tul tal-leġiżlazzjoni;

33.    Jinnota li perjodu ta’ preklużjoni wara l-konklużjoni tan-negozjati iżda qabel vot finali – attwalment użat għar-reviżjoni lingwistika tal-avukatura – jista’ jkompli jiġi użat għat-tlestija ta’ valutazzjoni tal-impatt u verifika tas-sussidjarjetà;

34.    Jemmen li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE għandhom jiżviluppaw approċċ metodoloġiku komuni għall-valutazzjonijiet tal-impatt, u jitlobhom jinkludu dan bħala prijorità fin-negozjati li ġejjin dwar ftehim interistituzzjonali ġdid; jenfasizza l-fatt li l-prerogattivi leġiżlattivi tal-Parlament u tal-Kunsill biex jemenda proposta mill-Kummissjoni ma għandhomx jitnaqqsu;

35.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-proċedura ta’ konsultazzjoni tagħha, kemm pubblika kif ukoll privata, mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-konsumaturi, meta tkun qed tħejji atti implimentattivi u delegati bl-għan li tikkunsidra kif l-aħjar li żżid is-sensibilizzazzjoni ta’ proposti fi stadju proviżorju;

L-SMEs u Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir

36.    Jinnota l-impenn tal-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb it-test tal-SMEs, speċjalment fil-prospettiva tal-fatt li aktar minn 20 miljun intrapriża żgħira u ta' daqs medju (SME) jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi kollha fl-UE u li, bħala tali, l-SMEs jiffurmaw is-sinsla tal-attività ekonomika, tat-tkabbir u tal-impjiegi; jappoġġa l-eżaminar tal-ftehimiet adattati u ta' regoli aktar flessibbli fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-impatt għall-SMEs, sakemm ikun jista' jintwera li dawn ma jipperikolawx l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u li l-eċċezzjonijiet jew regoli aktar flessibbli ma jkunux jinkoraġġixxu frammentazzjoni tas-suq intern jew ixekklu l-aċċess għalih; jilqa' għalhekk l-impenn tal-Kummissjoni li teżamina l-possibilità ta' regoli aktar flessibbli għall-SMEs, inkluża eżenzjoni totali għall-mikrointrapriżi, dejjem sakemm tkun xierqa u fattibbli u jekk ma jiddgħajjifx it-twettiq effikaċi tal-objettivi soċjali, ekoloġiċi u ekonomiċi tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi proposti;

37.    Jappella lill-Kummissjoni sabiex ma tabbandunax l-objettivi ambizzjużi tagħha favur it-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq l-SMEs u biex b'hekk tgħin biex tiġi stabbilita bażi għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, u jħeġġeġ sabiex jittieħdu miżuri li jiżguraw li ma jiġux kompromessi l-objettivi ta' interess pubbliku, inklużi standards fl-oqsma tal-konsumatur, soċjali, tas-saħħa u s-sikurezza, kif ukoll l-istandards għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; jisħaq fuq il-fatt li jeħtieġ li t-tnaqqis tal-piż amministrattiv ma jwassalx għal tnaqqis fl-istandards tal-impjiegi jew għal żieda fil-kuntratti ta' impjieg prekarju, u li l-ħaddiema fl-SMEs u l-mikrointrapriżi għandhom igawdu mill-istess trattatment u standard għoli ta' protezzjoni bħall-ħaddiema f'kumpaniji ta' daqs ikbar;

38.    Jisħaq fuq il-fatt li jeħtieġ li l-evalwazzjoni tal-impatt tar-regoli fuq l-SMEs ma tikkawża l-ebda forma ta' ħsara lid-drittijiet tal-ħaddiema;

39.    Jisħaq fuq il-ħtieġa għal regolamentazzjoni b'formulazzjoni aktar ċara li tkun tista' tiġi implimentata b'mod sempliċi u tista' tgħin lill-atturi kollha joperaw fi ħdan l-istat tad-dritt; jissottolinja li regolamentazzjoni aktar sempliċi u aktar intelliġenti tista' tiffaċilita traspożizzjoni konsistenti u infurzar aktar effikaċi u uniformi min-naħa tal-Istati Membri;

Evalwazzjonijiet ex post

40.    Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed tagħmel l-analiżi ex post parti integrali mill-istrateġija ta' regolamentazzjoni aħjar; jisħaq fuq il-fatt li, fl-interessi taċ-ċertezza tad-dritt għaċ-ċittadini u n-negozji, l-analiżijiet ta' dan it-tip għandhom jitwettqu f'perjodu ta' żmien suffiċjenti, preferibbilment diversi snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali; ifakkar madankollu fil-fatt li l-evalwazzjonijiet ex post m'għandhom qatt jissostitwixxu d-dmir tal-Kummisjoni bħala l-gwardjana tat-Trattati li tissorvelja b'mod effikaċi u f'waqtu l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni min-naħa tal-Istati Membri u li tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura l-applikazzjoni tajba tiegħu;

41. Jissottolinja l-importanza ta' evalwazzjoni ex post u ta' valutazzjoni tar-riżultati tal-politiki biex tiġi evalwata l-implimentazzjoni u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-politiki tal-UE fid-dawl tar-riżultati mistennija mill-awtorità leġiżlattiva;

42.    Jikkunsidra li l-parlamenti nazzjonali għandhom ikunu involuti fl-evalwazzjoni ex post ta' leġiżlazzjoni ġdida, peress li dan kieku jkun ukoll ta' benefiċċju għar-rapporti tal-Kummissjoni u jgħin fl-esplorazzjoni tal-isfidi nazzjonali differenti kkawżati minn liġijiet u regolamenti individwali;

L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE min-naħa tal-Istati Membri

43.    Jinnota li, skont il-Kummissjoni, terz mill-piż regolatorju u amministrattiv tal-leġiżlazzjoni tal-UE jirriżulta minn miżuri ta' traspożizzjoni meħuda mill-Istati Membri;

44.    Jirrikonoxxi l-fatt li, fil-każ tad-direttivi, hija l-prerogattiva tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jadottawx standards fl-oqsma soċjali, ambjentali u tal-konsumatur fil-livell nazzjonali li jkunu aktar stretti minn dawk l-istandards ta' protezzjoni minima li jkun intlaħaq qbil dwarhom fil-livell tal-UE, u jilqa' kwalunkwe deċiżjoni biex dan isir; jafferma mill-ġdid li dan m'għandux jitqies bħala "gold-plating" (regolamentazzjoni żejda); jappella, madankollu, lill-awtoritajiet nazzjonali biex ikunu konxji tal-konsegwenza possibbli tal-hekk imsejħa prattika ta' "gold-plating", li permezz tagħha jiżdiedu piżijiet burokratiċi żejda mal-leġiżlazzjoni tal-UE, peress li dan jista' jwassal għal kunċett żbaljat tal-attività leġiżlattiva tal-UE, li min-naħa tiegħu jista' jrawwem l-Ewroxettiċiżmu; jappella lill-Istati Membri biex jirrinunzjaw għal regoli amministrattivi bla bżonn fuq il-post fl-implimentazzjoni tad-direttivi u r-regolament b'mod li jkunu aktar faċli biex jintużaw;

45.    Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-direttivi tal-UE; jikkunsidra li dan kieku jħeġġeġ lill-partijiet interessati u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw fid-determinazzjoni tad-diffikultajiet li jirriżultaw fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali;

46.    Jisħaq fuq il-fatt li l-Parlament, bħala fergħa waħda tal-awtorità leġiżlattiva, għandu interess li jifhem x'inhu fil-fatt l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE wara li tkun ġiet implimentata; jappella għalhekk lill-Kummissjoni biex tagħti aċċess sħiħ lill-Parlament għal kwalunkwe valutazzjoni f'dan ir-rigward, inkluża d-data oriġinali miġbura u d-dokumenti preparatorji;

47.    Jappella lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tal-problemi serji u persistenti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, inklużi problemi ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, teżamina mill-ġdid il-bażi xjentifika ta' dan ir-regolament u kemm huwa utli u realistiku, u jekk ikun xieraq, telimina l-kunċett ta' profili nutrittiv; jikkunsidra li l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, bħal pereżempju li jiġi żgurat li l-informazzjoni li tingħata dwar l-ikel tkun vera u li jingħataw indikazzjonijiet speċifiċi rigward il-kontenut ta' xaħam, zokkor u melħ, issa nkisbu mir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi;

48.    Jindika d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni kif ukoll għad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tas-27 ta' Ottubru 2011 tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni u jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Parlament ikollu aċċess għal dawn id-dokumenti ta' spjegazzjoni;

L-irtirar tal-proposti leġiżlattivi pendenti mill-Kummissjoni

49.    Jinnota li l-Kummissjoni li għadha kif ġiet eletta, fil-programm ta' ħidma tagħha għall-2015, għall-ewwel darba abbażi tal-applikazzjoni tal-prinċipju bażiku tad-diskontinwità politika wettqet skrutinju tal-inizjattivi leġiżlattivi kollha pendenti attwalment;

50.    Jindika li l-Qorti tal-Ġustizzja affermat fis-sentenza tagħha tal-14 ta' April 2015(9) li l-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe ħin matul l-adozzjoni ta' att tal-Unjoni skont il-proċedura leġislattiva ordinarja tirtira proposta dment li l-Kunsill ma jkunx aġixxa; jappella, għalhekk, għal raġunijiet ta' bilanċ interistituzzjonali, lill-Kummissjoni biex, fil-każ ta' rtirar, l-ewwel tikkonsulta mal-Parlament, speċjalment wara l-ewwel qari, u biex tqis b'mod xieraq il-pożizzjonijiet tiegħu; jirreferi f'dan il-kuntest b'mod partikolari għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tal-15 ta' Jannar 2015;

51.    Jindika, barra minn hekk, li l-Qorti tal-Ġustizzja, fl-istess sentenza tagħha, tassumi l-argumenti tal-Kunsill fis-sens li jeħtieġ li l-Kummissjoni, f'każ li tirtira proposta leġiżlattiva, tirrispetta l-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi, il-prinċipju ta' bilanċ istituzzjonali u l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali, kif stabbiliti fl-Artikolu 13(2) TUE, kif ukoll il-prinċipju tad-demokrazija, kif stabbilit fl-Artikolu 10(1) u (2) TUE;

52.    Jevidenzja l-importanza li tiġi evitata d-duplikazzjoni leġiżlattiva;

o

o       o

53.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(2)

Testi adottati, P7_TA(2014)0061.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2014)0069.

(4)

Testi adottati, P7_TA(2014)0127.

(5)

ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 117.

(6)

ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 87.

(7)

ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 31.

(8)

Dokument KESE INT/750.

(9)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-14 ta' April 2015 fil-Kawża C-409/13, Il-Kummissjoni vs il-Kunsill, [ECLI:UE:C:2015:217].


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (28.5.2015)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Sitwazzjoni Attwali u Prospettivi

(2014/2150(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Anthea McIntyre

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi li r-REFIT jirrappreżenta pass inizjali importanti lejn is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi tar-regolamentazzjoni għan-negozji u l-eliminazzjoni tal-ostakli għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;

2.  Jilqa' l-pakkett ta' regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni u jikkunsidrah bħala strument importanti għal regolamentazzjoni aħjar; jitlob li r-REFIT jiffoka u jikkonċentra fuq leġiżlazzjoni ta' kwalità u fuq il-ħila tagħha li tipproteġi u tippromwovi l-interessi taċ-ċittadini tal-UE; jinnota li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jevalwaw ukoll il-konsegwenzi soċjali u ambjentali tan-nonleġiżlazzjoni u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini fil-livell tal-UE; jenfasizza li t-titjib fir-regolamentazzjoni għandu jsir kemm fuq bażi kwalitattiva kif ukoll fuq dik kwantitattiva;

3.  Jenfasizza l-fatt li meta jitwettqu evalwazzjonijiet u kontrolli tal-idoneità regolatorja tal-leġiżlazzjoni, id-drittijiet fundamentali u soċjali għandhom jingħataw aktar importanza mill-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi;

4.   Ifakkar li erba' Membri tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Piżijiet Amministrattivi – dawk li jirrappreżentaw il-fehmiet tal-ħaddiema, is-saħħa pubblika, l-ambjent u l-konsumaturi – adottaw opinjoni kuntrarja fir-rigward tar-Rapport Finali tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-24 ta' Lulju 2014(1);

5.  Jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni għat-tnaqqis tal-burokrazija; jemmen li t-tnaqqis tal-burokrazija għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza, u taħt l-ebda ċirkustanza ma għandu jnaqqas mill-protezzjoni għall-ħaddiema;

6.  Iqis ir-REFIT bħala l-ewwel pass lejn it-tnaqqis ta' piżijiet regolatorji żejda u l-eliminazzjoni ta' ostakli għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza, madankollu, li "regolamentazzjoni aħjar" m'għandhiex tintuża bħala pretest għal deregolamentazzjoni bil-ħsieb li jitnaqqru d-drittijiet tal-ħaddiema jew tal-konsumaturi;

7.  Jiġbed l-attenzjoni għall-klawżoli orizzontali fl-Artikoli 9 u 11 tat-TFUE, li għandhom jiġu kkunsidrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki u attivitajiet fil-livell tal-UE; jissottolinja mhux biss il-ħtieġa li jiġu vvalutati l-fatturi finanzjarji u l-effetti fuq perjodu qasir, iżda wkoll il-valur tal-leġiżlazzjoni fit-tul, bħat-tnaqqis tal-effetti negattivi fuq is-saħħa jew il-preservazzjoni tal-ekosistemi, li ta' spiss huma diffiċilment kwantifikabbli; jiddeplora l-fatt li, bħala konsegwenza ta' dan, sikwit ma jiġux ikkunsidrati l-benefiċċji u l-ispejjeż soċjali u ambjentali;

8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjonijiet ċari dwar attivitajiet marbuta mar-REFIT bħalma huma "l-evalwazzjoni", "is-simplifikazzjoni", "il-konsolidazzjoni" u "r-rieżami mmirat" tal-leġiżlazzjoni eżistenti, sabiex tkun żgurata aktar trasparenza;

9.  Jilqa' l-isforzi biex tiġi ssimplifikata l-proċedura leġiżlattiva kollha kemm hi filwaqt li jinżammu standards għoljin; jenfasizza l-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni aktar sempliċi u b'lingwaġġ aktar ċar, li tneħħi l-kumplessità u li tista' tiġi implimentata b'mod sempliċi sabiex titjieb il-konformità u tiżdied il-protezzjoni tal-ħaddiema tagħna; ifakkar fl-importanza tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

10. Ifakkar lill-Kummissjoni fl-impenn li għamlet fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar biex timplimenta l-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" fit-tfassil tal-politika tagħha; jemmen li dan il-prinċipju għandu jnaqqas il-piżijiet amministrattivi u regolatorji żejda li ħafna drabi jfixklu l-funzjonament tajjeb tal-SMEs tagħna, ixekklu l-kompetittività tagħhom u jillimitaw il-kapaċità tagħhom fir-rigward tal-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami urġenti tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar biex tivvaluta kif dan jista' jittejjeb biex jaħdem b'mod aktar effikaċi, f'konformità mal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar;

11. Jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ minn isfel għal fuq fejn tidħol regolamentazzjoni aħjar; ifakkar fit-talba tal-Parlament biex jitwaqqaf grupp ġdid dwar regolamentazzjoni aħjar magħmul minn partijiet interessati u esperti nazzjonali; jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi Pjattaforma Ewropea ta' Partijiet Interessati dwar regolamentazzjoni aħjar; jenfasizza li l-pjattaforma għandha tikkonsisti f'partijiet interessati rilevanti, inklużi rappreżentanti uffiċjali mis-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-komunità kummerċjali, b'mod speċjali l-SMEs, li jirrappreżentaw 80 % tal-impjiegi maħluqa fl-Ewropa; jenfasizza li l-Pjattaforma Ewropea ta' Partijiet Interessati jeħtieġ tkun viżibbli u indipendenti, tkun kapaċi tindirizza l-piżijiet amministrativi kkawżati mill-proposti leġiżlattivi u l-ispiża tal-konformità, u tirrispetta l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità; jenfasizza li l-proposti ta' din il-pjattaforma għandhom jiġu kkunsidrati b'mod attiv mill-Kummissjoni; jissottolinja li l-pjattaforma għandha tipproponi wkoll inizjattivi biex titjieb ir-regolamentazzjoni u biex l-Istati Membri tingħatalhom l-għajnuna biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali;

12. Jinnota li l-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi u dwar is-saħħa u s-sikurezza tirrappreżenta standards minimi ta' protezzjoni tal-ħaddiema li l-Istati Membri jistgħu jmorru lil hinn minnhom; ifakkar li r-regolamentazzjoni żejda (gold-plating) min-naħa tal-Istati Membri tista' żżid il-kumplessità tar-regolamentazzjoni u tkompli tnaqqas il-konformità; jemmen li l-miżuri ta' traspożizzjoni għandhom ikunu ċari u sempliċi; jirrakkomanda li l-Istati Membri jevitaw li jżidu l-piż amministrattiv meta jkunu qed jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE fil-liġi nazzjonali;

13. Jenfasizza li regolamentazzjoni intelliġenti trid tirrispetta d-dimensjoni soċjali tas-suq intern kif prevista mit-Trattat; jissottolinja li l-aġenda tar-REFIT m'għandhiex tintuża sabiex timmina l-ftehimiet milħuqa mis-sħab soċjali fil-livell Ewropew; jenfasizza li l-awtonomija tas-sħab soċjali jeħtieġ tiġi rispettata; ifakkar li l-Artikolu 155 tat-TFUE jiggarantixxi li l-ftehimiet tas-sħab soċjali jsiru leġiżlazzjoni tal-UE fuq talba konġunta tal-partijiet firmatarji; jilqa', f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Juncker li l-ekonomija soċjali tas-suq tista' taħdem biss jekk ikun hemm djalogu soċjali, u li huwa jixtieq ikun President ta' djalogu soċjali;

14. Jinsisti li l-ħaddiema għandhom id-dritt jingħataw protezzjoni għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol minimi, irrispettivament mill-fatt jekk il-post tax-xogħol huwiex intrapriża żgħira, ta' daqs medju jew kbira;

15. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bin-negozjati rigward id-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità;

16. Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-protezzjoni tal-ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, tressaq proposta dwar il-mard muskoloskeletali u d-dħaħen tat-tabakk fl-ambjent, u tagħmel l-aġġornamenti meħtieġa fil-lista ta' karċinoġeni u mutaġeni;

17. Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta mal-Parlament Ewropew u ma' partijiet interessati oħra qabel tirtira kwalunkwe proposta leġiżlattiva;

18. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-prevedibbiltà, iċ-ċertezza legali u t-trasparenza sabiex ir-REFIT ma jsirx sors ta' inċertezza legali permanenti; jenfasizza li kwalunkwe tibdil fil-leġiżlazzjoni jrid jiġi kkunsidrat bir-reqqa, anke f'perspettiva fit-tul; jinnota li l-prinċipju tad-diskontinwità politika, kif ukoll l-irtirar ta' leġiżlazzjoni eżistenti, m'għandhomx iqajmu dubji dwar ir-rieda politika rigward il-miri soċjali;

19. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni mhijiex lesta li tagħmel skrutinju tad-direttiva proposta dwar kumpaniji b'responsabbiltà limitata b'membru uniku (SUP) fil-kuntest tar-REFIT; iwissi li d-direttiva proposta tista' toħloq problemi serji billi toffri modi ġodda u faċli ta' kif jinħolqu kumpaniji tal-isem, kif ukoll billi ddgħajjef id-drittijiet soċjali tal-ħaddiema u taħrab il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali;

20. Jinsab imħasseb dwar l-evalwazzjoni li għaddejja bħalissa rigward il-leġiżlazzjoni attwali dwar il-ħin tax-xogħol, bil-għan li din tiġi ssimplifikata; jissuġġerixxi, minflok, li jsiru sforzi sabiex l-implimentazzjoni titjieb u tkun korretta;

21. Jirrifjuta l-proposta li jiġu rtirati l-iskemi ta' għajnuna għat-tqassim ta' frott (banana), ħxejjex u ħalib fl-iskejjel;

22. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq rieżami tat-test tal-SMEs biex tiżgura li ma jkunx hemm riskju li dan inaqqas id-drittijiet u l-protezzjonijiet fil-qasam tas-saħħa, is-sikurezza u l-impjiegi tal-ħaddiema fl-SMEs;

23. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra b'urġenza miżuri biex tindirizza l-impatt li r-regoli tal-UE li ġew implimentati dan l-aħħar dwar il-VAT għas-servizzi diġitali qed ikollhom fuq il-mikrointrapriżi, b'mod partikolari fir-rigward tal-piż amministrattiv sinifikanti, sabiex l-ekonomija diġitali tkun tista' tikber;

24. Ifakkar li l-Kummissarju Biénkowska, fis-seduta ta' smigħ ta' konferma tagħha, indikat li l-Kummissjoni timpenja ruħha li tikkunsidra l-irtirar ta' kwalunkwe proposta li l-Istati Membri jsibu li tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt żbaljata jew li jkun fiha elementi li ma jkunux ġew ikkunsidrati b'mod sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni tikkonferma l-impenn tagħha f'dan ir-rigward bil-miktub;

25. Jirrimarka li l-impatt tal-leġiżlazzjoni fuq l-intrapriżi l-kbar u l-SMEs jista' jkun differenti, fatt li għandu jiġi kkontemplat matul il-proċess tal-abbozzar; jenfasizza li l-impjegati kollha għandhom dritt għall-ogħla livell ta' protezzjoni fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, irrispettivament mid-daqs tal-impjegatur jew mill-kuntratt sottostanti;

26. Jappoġġja l-ħidma kontinwa mwettqa mill-Kummissjoni, bħal meta twettaq valutazzjonijiet tal-impatt u ex post aħjar tul il-proċess leġiżlattiv kollu, tkompli ssaħħaħ l-indipendenza, l-oġġettività u n-newtralità tal-valutazzjonijiet tal-impatt u tiżgura aktar trasparenza fir-rigward ta' kemm l-abbozzi ta' liġi jieħdu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet magħmula matul il-konsultazzjonijiet; jitlob monitoraġġ effikaċi tal-leġiżlazzjoni sabiex jiġi vverifikat li din qed ikollha l-effett mixtieq, u sabiex jiġu identifikati oqsma fejn hemm inkonsistenzi bejn regoli eżistenti u ġodda – kif ukoll miżuri ineffikaċi li jgħaqqduhom flimkien – li jistgħu jitfgħu piż u spejjeż sinifikanti fuq in-negozji li jfittxu li jkunu konformi; jenfasizza l-ħtieġa ta' infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti;

27. Iwissi kontra l-implimentazzjoni ta' klawżoli ta' estinzjoni (sunset clauses) fil-leġiżlazzjoni, billi hemm riskju li dawn joħolqu inċertezza legali u diskontinwità leġiżlattiva;

28. Jemmen li l-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar għandhom japplikaw għal deċiżjonijiet dwar leġiżlazzjoni sekondarja wkoll, mhux biss għal dawk dwar leġiżlazzjoni primarja; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi xierqa biex tiżgura li l-atti ta' implimentazzjoni u l-atti delegati kollha fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali jkunu miftuħin għal skrutinju usa' b'mod sempliċi, ċar u trasparenti;

29. Jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi l-valutazzjoni tal-impatt dettaljata tagħha rigward id-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol; jinsab imħasseb ukoll dwar il-piżijiet imposti fuq l-SMEs bl-implimentazzjoni tad-Direttiva REACH u, konsegwentement, l-impatt tagħha fuq l-impjiegi fl-SMEs Ewropej fl-industrija tal-kimika; jilqa', għaldaqstant, ir-rieda tal-Kummissjoni li ttaffi l-piż fuq l-SMEs li jħarsu d-Direttiva REACH, mingħajr ma tikkomprometti l-istandards tas-saħħa, is-sikurezza u l-impjiegi;

30. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li m'hemmx kriterji sodisfaċenti biex jitkejlu "l-effiċjenza" u "l-ispejjeż"; jinnota li dawn it-termini mhumiex adegwati fil-kuntest ta' inċidenti u mard okkupazzjonali; jenfasizza li dan jista' jwassal għal deċiżjonijiet meħuda mill-amministrazzjoni u l-kontrolluri, u b'hekk jiġu evitati l-leġiżlaturi leġittimi u eletti demokratikament;

31. Ifakkar fl-Artikolu 155 tat-TFUE; jistieden lis-sħab soċjali jadottaw l-għodod ta' regolamentazzjoni aħjar, iżidu l-użu tal-valutazzjonijiet tal-impatt fin-negozjati tagħhom u jirreferu ftehimiet li jipproponu azzjoni leġiżlattiva lill-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni;

32. Jopponi l-istabbiliment ta' mira netta għat-tnaqqis tal-ispejjeż regolatorji, billi dan jinjora kemm l-għan tar-regolamentazzjoni kif ukoll il-benefiċċji korrispondenti tagħha;

33. Iħeġġeġ lill-kumitati speċjalizzati tal-Parlament jagħmlu użu aktar konsistenti mill-istrumenti ta' valutazzjoni tal-impatt interni, partikolarment meta jkunu previsti emendi sinifikanti għall-proposta oriġinali tal-Kummissjoni;

34. Jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għal aktar miżuri fil-qasam tal-akkwist pubbliku, bħalma hija l-promozzjoni ta' pakketti ta' akkwist iżgħar biex l-SMEs u l-mikrointrapriżi jkunu jistgħu jikkompetu f'offerti ta' akkwist pubbliku;

35. Iqis li t-termini "simplifikazzjoni" u "tnaqqis tal-piżijiet" ma jfissru xejn f'sitwazzjoni li hija dejjem aktar kumplessa; jenfasizza li t-teknoloġiji u l-proċeduri l-ġodda jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-ħaddiema, u dan jeħtieġ miżuri protettivi ġodda li jistgħu, min-naħa tagħhom, iżidu l-piż amministrattiv;

36. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta aħjar il-konsegwenzi soċjali u ambjentali, kif ukoll l-impatt tal-politika tagħha dwar id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, billi tikkunsidra l-ispiża tan-nonleġiżlazzjoni fil-livell Ewropew kif ukoll il-fatt li l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tikkostitwixxi biss wieħed minn bosta settijiet ta' kriterji possibbli;

37. Huwa konvint li valutazzjonijiet tal-impatt sodi jikkostitwixxu għodda importanti b'appoġġ għat-teħid ta' deċiżjonijiet u għandhom rwol sinifikanti għal regolamentazzjoni aħjar; jenfasizza, madankollu, li dawn il-valutazzjonijiet ma jistgħux jissostitwixxu l-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet politiċi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

25

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Agnes Jongerius, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Ulla Tørnæs, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Georges Bach, Amjad Bashir, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Mercedes Bresso, Tania González Peñas, Eva Kaili, António Marinho e Pinto, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Michaela Šojdrová, Gabriele Zimmer

(1)

http://www.eeb.org/EEB/?LinkServID=93589C92-5056-B741-DBB964D531862603.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (30.3.2015)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Sitwazzjoni Attwali u Prospettivi

(2014/2150(INI))

Rapporteur: Giovanni La Via

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni għal qafas regolatorju sempliċi, ċar, armonizzat u prevedibbli, kif espress fil-programm REFIT; jenfasizza li l-ħidma prevista fil-Komunikazzjoni REFIT għandha tkun parti minn proċess kontinwu, li jiżgura li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-livell Ewropew hija adattata għall-iskop tagħha, tikseb l-objettiv tal-leġiżlaturi u tissodisfa l-aspettattivi taċ-ċittadini, in-negozji u partijiet ikkonċernati oħra;

2.  Jilqa' l-ewwel edizzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni annwali tar-REFIT, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress magħmul fl-oqsma kollha ta' politika u ta' kull inizjattiva identifikata mill-Kummissjoni, inklużi l-azzjonijiet meħuda mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill; jemmen li t-tabella ta’ valutazzjoni għandha tiġi kkumplimentata b’dikjarazzjoni annwali tal-ispejjeż u l-benefiċċji netti tal-leġiżlazzjoni Ewropea adottata u mħassra mill-Unjoni Ewropea, sabiex tipprovdi valutazzjoni aktar kompleta tal-progress li qed isir fl-indirizzar tal-burokrazija żejda u r-rikonoxximent mill-Kummissjoni li ħafna drabi l-ispiża kumulattiva tar-regolazzjoni hija l-problema għan-negozji;

3.  Jilqa' l-aħbar tal-Kummissjoni li, fir-rieżami ta' leġiżlazzjoni eżistenti u ppjanata, din ser tikkunsidra l-interessi partikolari ta' mikrointrapriżi u SMEs, u li se tapplika skemi anqas stretti għal dawn il-kumpaniji f'forma ta' eżenzjonijiet u simplifikazzjonijiet;

4.  Iqis li mhuwiex xieraq li jiġu introdotti eżenzjonijiet ġenerali mil-leġiżlazzjoni għall-SMES; huwa tal-fehma li l-proposti li jippermettu l-għażla taʼ reġimi u eżenzjonijiet anqas stretti għandhom jiġu vvalutati fuq bażi taʼ każ bʼkaż;

5.  Jenfasizza l-istima tal-Kummissjoni li sa terz tal-piż amministrattiv marbut mal-leġiżlazzjoni tal-UE jirriżulta minn miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali jew għażliet flessibbli ta' traspożizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, fir-rieżami tagħha tal-qafas regolatorju ta' regolamenti u direttivi, biex tippromwovi t-tiġdid tal-prinċipju tas-suq intern komuni, u fejn ikun possibbli, li tevita milli tippermetti lok għal dispożizzjonijiet nazzjonali differenti;

6.  Jappoġġja l-għan li titnaqqas il-burokrazija u jitneħħew il-piżijiet regolatorji żejda, minħabba li dan jista’ jgħin biex jinkisbu protezzjonijiet proporzjonati u bbażati fuq l-evidenza għaċ-ċittadini; jesprimi, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar id-deregulazzjoni potenzjali, partikolarment fl-oqsma tal-ambjent, is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u d-drittijiet tal-consumatur, li jista' jkun pretest biex "titnaqqas il-burokrazija"; jitlob lill-Kummissjoni biex tqis b'mod sħiħ il-benefiċċji ta’ leġiżlazzjoni ambjentali u tas-saħħa għaċ-ċittadini, l-ekonomija u l-ambjent u s-saħħa pubblika meta tivvaluta l-piż amministrattiv ta’ regolamenti, filwaqt li tappoġġja u ssaħħaħ il-kompetittività tal-UE; jissottolinja f’dan ir-rigward li l-kwalità tal-leġiżlazzjoni hija l-punt ta’ riferiment xieraq għall-evalwazzjoni, għall-kuntrarju tan-numru ta' atti leġiżlattivi; ifakkar l-indipendenza regolatorji tal-Istati Membri f’każijiet fejn il-liġi tal-UE tipprevedi biss standards minimi; jistieden lill-Kummissjoni ma tbaxxix il-livell ta' ambizzjoni u jitlob li ma jiġux kompromessi l-objettivi tal-politika pubblika, fosthom il-liġijiet ambjentali u tas-saħħa;

7.  Jenfasizza li ċerti piżijiet amministrattivi huma meħtieġa sabiex l-objettivi tal-leġiżlazzjoni u l-livell meħtieġ ta' protezzjoni jiġu rispettati adegwatament, b'mod partikolari fejn jidħol l-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, li jikkostitwixxu setturi li fihom iridu jinżammu r-rekwiżiti ta' informazzjoni;

8.  Jenfasizza l-appoġġ qawwi konsistenti espress miċ-ċittadini Ewropej għall-azzjoni tal-UE dwar l-ambjent; jenfasizza li x-xogħol tas-simplifikazzjoni regolatorja (REFIT), b’mod partikolari fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni, ma jridx jitqies bħala pretest biex jitbaxxa l-livell ta’ ambizzjoni dwar kwistjonijiet ta’ importanza vitali għall-protezzjoni tal-ambjent;

9.  Ifakkar li erba’ Membri tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Piż Amministrattiv, dawk li jirrappreżentaw il-fehmiet tal-ħaddiema, is-saħħa pubblika, l-ambjent u l-konsumaturi, adottaw opinjoni kuntrarja fir-rigward tar-Rapport Finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli tal-24 ta’ Lulju 20141(1);

10. Jenfasizza li regolamentazzjoni iktar sempliċi u iktar intelliġenti twassal għal traspożizzjoni konsistenti u aktar effettiva u infurzar uniformi mill-Istati Membri;

11. Jenfasizza li 32 % tal-piżijiet amministrattivi ta' oriġini tal-UE huma r-riżultat tad-deċiżjoni ta' ċerti Stati Membri li jmorru lil hinn minn dak li hu rikjest mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u minħabba l-ineffikaċja tal-proċeduri amministrattivi tagħhom; għaldaqstant hu meħtieġ li jiġi evitat il-"gold-plating", jiġifieri l-introduzzjoni, waqt it-traspożizzjoni ta' direttivi Ewropej, ta' rekwiżiti u piżijiet li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti mil-liġi tal-UE. Il-"gold-plating" iżid il-kumplessitajiet u l-ispejjeż li għandhom jinġarru mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u mill-kumpaniji pubbliċi u privati. huwa tal-fehma li definizzjoni applikabbli għall-UE kollha ta’ "gold-plating" hija meħtieġa sabiex tiggarantixxi ċertezza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-UE u tippermetti lil dawk il-pajjiżi li jiċħdu l-“gold-plating” biex jiġu ġġudikati;

12. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tippubblika valutazzjonijiet tal-impatt proviżorji, b’mod partikolari biex jakkumpanjaw konsultazzjonijiet pubbliċi, li jistabbilixxu l-firxa sħiħa tal-impatti li l-għażliet proposti jista’ jkollhom;

13. Ifakkar lill-Kummissjoni bit-talbiet tal-Parlament biex tissaħħaħ l-indipendenza tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt (IAB), u b’mod partikolari li membri tal-IAB m’għandhomx jiġu soġġetti għal kontroll politiku; jikkunsidra li l-IAB għandu jkun magħmul biss minn persuni kwalifikati b’mod xieraq li huma kompetenti biex jivvalutaw l-analiżi ppreżentata fir-rigward tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali relevanti;

14. Jenfasizza li stħarriġ ta’ piżijiet u spejjeż mhux neċessarji minn dawk li huma suġġetti għalihom jista’ jkun element kruċjali għall-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż, li hija r-raġuni għaliex il-konsultazzjonijiet u dibattitu pubbliku huma essenzjali u għandhom jissaħħu mill-Kummissjoni;

15. Jopponi l-iffissar ta’ mira netta għat-tnaqqis tal-ispejjeż regulatorji, peress li din tnaqqas bla bżonn il-firxa ta’ strumenti disponibbli għall-indirizzar ta’ kwistjonijiet ġodda jew mhux solvuti, u tinjora l-benefiċċji korrispondenti tar-regolamentazzjoni;

16. Jopponi l-kunċett ta’ kumpens ta’ "piżijiet" regolatorji ġodda bit-tneħħija ta’ "piżijiet" eżistenti; jekk regola eżistenti toħloq piż bla bżonn jew hija skaduta, din għandha titneħħa; jekk qed isservi skop utli fejn il-benefiċċji jkunu ogħla mill-piż, din m’għandhiex titneħħa, sempliċiment minħabba li miżura ġdida ttieħdet xi mkien ieħor;

17. Jenfasizza li meta jitwettqu evalwazzjonijiet u kontrolli tal-Idoneità ta' leġiżlazzjoni dwar l-ambjent, is-sigurtà tal-ikel, kunsiderazzjonijiet ambjentali u tas-saħħa kwalitattivi jridu jingħataw l-istess piż bħall-kunsiderazzjonijiet soċjo-ekonomiċi kwantitattivi, b’kont meħud tal-analiżi mwettqa taħt il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-impatt; jirrimarka li, b’differenza mill-ispejjeż tan-negozju, benefiċċji fuq medda twila ta’ żmien għall-ambjent u s-saħħa pubblika ħafna drabi huma aktar diffiċli biex jiġu kkwantifikati;

18. Jenfasizza li, meta jitwettqu dawn il-valutazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità fil-leġiżlazzjoni ambjentali, għandha titqies ukoll l-importanza ta' kundizzjonijiet indaqs madwar l-Ewropa, fejn ir-regolamenti jiġu implimentati u jkun hemm konformità magħhom bl-istess mod fid-diversi Stati Membri;

19. Jenfasizza l-importanza li tiġi evitata d-duplikazzjoni leġiżlattiva;

20. Jappoġġja t-titjib kontinwu fil-valutazzjonijiet tal-impatt, ex-ante u ex-post, it-trawwim tat-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza;

21. Jitlob lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-effikaċja u l-viżibilità tal-mekkaniżmu tal-EU Pilot, bil-għan li joffri risposti malajr u eżawrjenti għat-talbiet taċ-ċittadini u tan-negozji dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE. jenfasizza li l-parti l-kbira tat-talbiet tal-EU Pilot jirrigwardaw ksur fi kwistjonijiet ta' skart u ta' rekwiżiti ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li huma oqsma ewlenin għas-saħħa pubblika u għall-ambjent;

22. Itenni li l-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet li l-istandards ambjentali u r-regolamentazzjoni progressiva ma jikkostitwixxux xkiel għall-ekonomija, iżda huma pjuttost vantaġġ għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi;

23. Jitlob lill-Kummissjoni tirrieżamina l-linji gwida dwar il-valutazzjoni, billi żżid l-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u tuża l-aktar mod dirett biex tippermetti liċ-ċittadini Ewropej jieħdu parti fil-proċess deċiżjonali;

24. Jenfasizza li livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa pubblika joħloq innovazzjonijiet u opportunitajiet għan-negozji u b'hekk joħloq benefiċċji lill-ekonomija Ewropea, speċjalment għall-SMEs fil-kuntest tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika sostenibbli b’enfasi fuq Ewropa aktar awtosuffiċjenti fl-enerġija;

25. Jenfasizza li l-politika ambjentali tal-UE stimolat l-innovazzjoni u l-investiment fi prodotti u servizzi ambjentali, u b’hekk ħolqot opportunitajiet ta’ impjiegi u ta’ esportazzjoni;

26. Jenfasizza li l-ġestjoni tar-riskju u x-xjenza huma l-bażi għall-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa fil-leġiżlazzjoni tal-UE;

27. Jinnota li l-Kummissjoni qed twettaq Kontroll tal-Idoneità tad-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats; jenfasizza li dawn id-direttivi huma l-pedament tal-isforzi tal-Ewropa biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u jiġu restawrati l-ekosistemi degradati u li l-qafas regolatorju tagħhom ikun kemm flessibbli kif ukoll modern u jkun qafas li fi ħdanu n-negozji jistgħu jadattaw u joperaw b’suċċess;

28. Jopponi, f’dan il-kuntest, il-ftuħ mill-ġdid tad-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats;

29. Jinnota bi stagħġib l-irtirar mill-Kummissjoni tal-proposti dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart u dwar it-trasparenza fil-leġiżlazzjoni relatata mas-saħħa; jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li timmodifika proposta dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali mingħajr ma tat aktar dettalji; jiddeplora l-fatt li ż-żewġ proposti ta’ irtirar tħabbru mingħajr ma kienet ippreżentata l-ebda analiżi jew evidenza ta’ ġustifikazzjoni u lanqas ma kien hemm konsultazzjoni preċedenti mal-koleġiżlaturi jew mal-partijiet interessati; jenfasizza l-impenn imħabbar mill-Kummissjoni, kif stipulat fil-Programm ta’ Ħidma tal-2015 tagħha, li tikkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill qabel ma tiffinalizza d-deċiżjoni tagħha dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-2015, speċjalment l-irtirar tal-leġiżlazzjoni; jenfasizza l-fatt li f’bosta voti fil-plenarja l-maġġoranza tal-MEPs esprimew l-appoġġ tagħhom għaż-żamma tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari mhux mibdul; jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li l-Kummissjoni madankollu rtirat il-proposta dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, u jiddeplora l-ħela bla bżonn ta’ ħin u ta’ riżorsi kkawżata minn dan l-irtirar; jiddeplora t-tħabbira tal-Kummissjoni li tirtira l-proposta tagħha dwar direttiva rieżaminata dwar it-tassazjoni fuq l-enerġija;

30. Ifakkar is-sejbiet tar-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Piżijiet Ammnistrattivi “Cutting Red Tape in Europe” li ma jelenkax il-leġiżlazzjoni ambjentali fost l-aktar ta’ piż; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm dawn is-sejbiet f’moħħha meta tikkunsidra li tirtira jew li żżomm aktar proposti ambjentali; jenfasizza f’dan ir-rigward li l-istess rapport sab li r-regolazzjoni ambjentali jikkontribwixxi biss għal 1 % tal-ammont totali ta’ piż amministrattiv żejjed;

32. Iqis li l-leġittimità tal-programm REFIT tiddependi fuq is-separazzjoni ta’ dawk il-kwistjonijiet li jappartjenu għall-idoneità u l-effiċjenza regolatorja, mill-għan politiku tar-regolamentazzjoni u l-kompromessi inerenti bejn il-partijiet interessati, li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlaturi; jenfasizza, fir-rigward tal-azzjonijiet tar-REFIT previsti fl-Anness 3 tal-Programm ta’ Ħidma tal-2015 tal-Kummissjoni fl-oqsma tal-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija, l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, is-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, u s-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, l-importanza li jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet għas-simplifikazzjoni u li l-objettivi tal-politika pubblika m’għandhomx jiddgħajfu.

32. Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tagħmilx valutazzjonijiet kumulattivi tal-ispejjeż li jkunu awtonomi u unilaterali flimkien mar-REFIT, kif intiż pereżempju għall-każ tal-leġiżlazzjoni u l-politiki l-aktar relevanti tal-UE għall-industrija Ewropea tas-sustanzi kimiċi, u minflok tintegra dan l-aspett fil-Kontroll tal-Idoneità sabiex jiġi żgurat approċċ bilanċjat li jikkunsidra wkoll il-benefiċċji tal-leġiżlazzjoni kkonċernata;

33. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-problemi serji u persistenti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, inklużi problemi ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, biex tirrevedi l-bażi xjentifika ta' dan ir-Regolament u kemm huwa utli u realistiku, u jekk ikun meħtieġ, telimina l-kunċett ta' profili ta' nutrijenti; iqis li l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, bħal pereżempju l-iżgurar li l-informazzjoni li tingħata dwar l-ikel tkun vera u li jingħataw indikazzjonijiet speċifiċi rigward il-kontenut ta' xaħam, zokkor u melħ, issa ntlaħqu mir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi;

34. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra bis-serjetà r-riżultat tal-ħidma tal-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini "Right2Water", u biex tiżgura li l-proposti tagħha jiġu implimentati għas-sodisfazzjon ġenerali tal-partijiet kollha interessati, u b'mod partikolari, taċ-ċittadini Ewropej kollha;

35. Jistenna lill-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni strutturata, inkluż mal-Parlament Ewropew, qabel ma tħabbar li tkun se tirtira xi proposta tagħha;

36. Jenfasizza l-obbligu tal-Kummissjoni skont il-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi spjegazzjoni dettaljata fi żmien xieraq qabel ma tirtira kwalunkwe proposta li dwarha l-Parlament Ewropew ikun diġà esprima pożizzjoni fl-ewwel qari, bħal kif inhu l-każ għad-Direttiva dwar it-Trasparenza rigward l-ipprezzar u r-rimborż ta’ prodotti mediċinali;

37. Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx faċilitatur fin-negozjati għal direttiva ġdida dwar il-basktijiet tal-plastik, u saħansitra heddet pubblikament li tirtira l-proposta tagħha ftit qabel il-konklużjoni ta’ ftehim mill-koleġiżlaturi bl-iskuża ta’ "regolamentazzjoni aħjar";

38. Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-prerogattivi tal-koleġiżlaturi fil-proċedura leġiżlattiva u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta d-dritt tal-koleġiżlaturi li jemendaw il-proposti tal-Kummissjoni; ifakkar ukoll ir-responsabilità tal-koleġiżlaturi li jaderixxu mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, u b’mod partikolari ftehimiet interistituzzjonali; jikkunsidra wkoll li reviżjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet waqgħet lura u jilqa’ l-inizjattivi mill-Kummissjoni sabiex jinbdew in-negozjati biex jiġi aġġornat dan il-ftehim;

39. Jemmen li meta leġiżlazzjoni hija proposta f’qasam kumpless u multidimensjonali, għandu jiġi previst it-tieni stadju ta’ konsultazzjoni fejn abbozz ta’ att leġiżlattiv huwa ppubblikat, akkumpanjat minn valutazzjoni tal-impatt proviżorja, għall-kummenti mill-partijiet interessati kollha; iqis li dan it-tieni stadju jintroduċi aktar serjetà fl-analiżi tal-Kummissjoni u jsaħħaħ il-każ għal kwalunkwe proposta adottata wara dan il-proċess;

40. Jitlob lill-Kummissjoni testendi l-mandat tal-Grupp ta' Livell Għoli li skada fil-31 ta' Ottubru 2014, filwaqt li tiżgura li l-membri tiegħu jkunu immuni għal kull tip ta' kunflitt ta' interess u li fih ikun hemm Membru mill-Parlament Ewropew tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

62

0

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Tibor Szanyi, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Herbert Dorfmann, Linnéa Engström, Luke Ming Flanagan, Jan Huitema, Karol Karski, Merja Kyllönen, Anne-Marie Mineur, Alessandra Mussolini, James Nicholson, Aldo Patriciello, Marit Paulsen, Bart Staes, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Christine Boutonnet, Anthea McIntyre, Emilian Pavel

(1)

http://www.eeb.org/EEB/?LinkServID=93589C92-5056-B741-DBB964D531862603


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (18.3.2015)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Sitwazzjoni Attwali u Prospettivi

(2014/2150(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Othmar Karas

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi l-Komunikazzjoni REFIT u l-impenn kontinwu li wriet il-Kummissjoni lejn l-aġenda għat-tfassil aħjar tal-liġijiet; jenfasizza li l-ħidma prevista fil-Komunikazzjoni REFIT għandha tidher bħala proċess kontinwu li għandu l-għan li jiżgura li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-livell Ewropew tkun adattata għall-iskop tagħha, tikseb l-objettiv komuni tal-leġiżlaturi u tissodisfa l-aspettattivi taċ-ċittadini, in-negozji u l-partijiet ikkonċernati kollha; jenfasizza li l-programm REFIT għandu jiffoka fuq regolamentazzjoni aħjar u m’għandux jimmina l-istandards tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-istandards soċjali, tax-xogħol u dawk ambjentali jew il-protezzjoni ambjentali u tal-konsumatur;

2.  Iqis li, meta l-ħtieġa għal azzjoni fil-livell tal-UE tkun ġiet identifikata b’mod ċar u fejn din l-azzjoni tkun konsistenti mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, għandha ssir valutazzjoni bir-reqqa dwar jekk strument mhux leġiżlattiv jew strument leġiżlattiv – u, fil-każ ta’ strument leġiżlattiv, liema wieħed – huwiex l-aktar adatt biex jilħaq l-għan politiku maħsub, b’enfasi fuq il-valur miżjud Ewropew; iqis li sett ta’ indikaturi biex jidentifikaw l-ispejjeż kollha tal-konformità u amministrattivi ta’ att leġiżlattiv ġdid għandu jiġi applikat sabiex jivvaluta aħjar l-impatt tiegħu; jenfasizza li dawn l-indikaturi jridu jkunu bbażati fuq kriterji ċari, komprensivi, kwantifikabbli (fejn xieraq) u multidimensjonali, inklużi kriterji soċjali, ekonomiċi u ambjentali, sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni xierqa tal-implikazzjonijiet ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni fil-livell tal-UE;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikunu aktar rigorużi fil-valutazzjoni tal-impatt tar-regolamentazzjoni futura u eżistenti dwar l-SMEs u l-kompetittività b’mod ġenerali; jemmen li valutazzjoni tal-impatt fuq il-kompetittività għandha tkun parti sinifikanti mill-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt; iqis li l-abbozz tal-linji gwida riveduti għandu jinkludi direzzjoni dwar kif l-impatt fuq il-kompetittività għandu jiġi vvalutat u mwieżen fl-analiżi finali; jappoġġja preżunzjoni permanenti li proposti b’impatt negattiv fuq il-kompetittività għandhom jiġu rifjutati, sakemm ma tiġix ippreżentata evidenza li ssostni benefiċċji sinifikanti li mhumiex kwantifikabbli;

4.  Jesprimi diżappunt li l-miżuri identifikati għal rieżami fit-tabella ta’ valutazzjoni li takkumpanja l-komunikazzjoni mhuma ġodda xejn, iżda pjuttost jirrappreżentaw katalogu ta’ miżuri li l-Kummissjoni kienet obbligata li ssegwi minħabba klawsoli ta’ rieżami li jiskadu fil-leġiżlazzjoni adottata preċedentement; jistenna approċċ aktar ambizzjuż mill-Kummissjoni l-ġdida għall-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni REFIT, b’mod partikolari rigward l-indirizzar ta' mistoqsijiet ibsin bħal dawk enfasizzati fl-ikbar għaxar proċessi ta’ Konsultazzjoni ma’ SMEs.

5.  Iqis li l-kunċett tat-tabelli ta’ valutazzjoni għandu jiġi rivedut u minflok għandu jinkludi żewġ dokumenti, wieħed li jiddeskrivi pjan ta’ ħidma, u l-ieħor li jiddeskrivi l-progress li sar mill-Kummissjoni, espress b'termini kwantitattivi; jitlob li dan it-tieni dokument ikun il-bażi ta’ dikjarazzjoni annwali ta’ spejjeż ġodda għan-negozji, dikjarazzjoni li tinftiehem faċilment jew reġistru ta’ "debiti u krediti" f’termini tal-impatt amministrattiv u regolatorju tal-proposti adottati fis-sena leġiżlattiva ta’ qabel, peress li dan ikun ħafna aktar utli, u juri li l-Kummissjoni tifhem li l-ispiża kumulattiva tar-regolamentazzjoni hija ħafna drabi l-problema;

6.  Itenni l-bżonn li tingħata konsiderazzjoni bir-reqqa lill-SMEs fil-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, bl-għan li tipprovdi evidenza tal-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE u l-ispejjeż u l-benefiċċji tagħha, biex tirrikonoxxi l-importanza tal-prinċipju "aħseb l-ewwel fiż-żgħir" fil-linji gwida riveduti tal-valutazzjoni tal-impatt, li għandhom jinkludu test obbligatorju tal-SME u l-ittestjar tal-kompetittività, u biex tanalizza kif xieraq l-impatt soċjali, ambjentali u ekonomiku tal-leġiżlazzjoni proposta;

7.  Jirrimarka li l-adozzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni mill-Kulleġġ tal-Kummissarji trid tkun ibbażata fuq opinjoni favorevolimill-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impattfejn jindika li l-valutazzjoni tal-impatt korrispondenti twettqet b’mod sodisfaċenti;

8.  Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar l-eżenzjoni ġenerali ta’ mikrointrapriżi mil-leġiżlazzjoni tal-UE, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 dwar "l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs): kompetittività u opportunitajiet kummerċjali"(1) u tas-27 ta’ Novembru 2014 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u r-rwol tat-test tal-SMEs(2), li l-eżenzjonijiet jeħtieġ li jiġu evalwati fuq bażi ta’ każ b’każ għal kull proposta sabiex tiġi riflessa l-politika tal-inverżjoni tal-oneru tal-provi, jiġifieri li l-mikrointrapriżi għandhom jibqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposti sakemm ma jintweriex li għandhom jiġu inklużi; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tibni fuq il-progress li għamlet f'dan il-qasam billi tkompli tnaqqas l-ispiża tal-leġiżlazzjoni għall-mikrointrapriżi u l-SMEs; jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-27 ta’ Novembru 2014 dwar din il-kwistjoni;

9.  Jinnota li l-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-ikbar għaxar proċessi ta’ konsultazzjoni u t-tħaffif tal-piż tar-regolamentazzjoni tal-UE fuq l-SMEs, kif stipulat fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2014 dwar dan is-suġġett(3), kienet li l-piżijiet li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni dwar l-impjieg għandhom jitnaqqsu u d-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol tiġi riformata fundamentalment, peress li hija inflessibbli għall-mikrointrapriżi u l-SMEs; jinnota, barra minn hekk, li fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq il-Parlament irrakkomanda li l-kumpaniji b’riskju baxx ma jkunux rikjesti li jfasslu valutazzjonijiet bil-miktub dwar is-saħħa u s-sikurezza, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza;

10. Jinnota li sa terz tal-piż amministrattiv relatat mal-leġiżlazzjoni tal-UE jirriżulta minn miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali, u jtenni l-importanza li jiġu żgurati t-traspożizzjoni rapida u konsistenti, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni, flimkien mas-simplifikazzjoni proposta, u jissottolinja l-ħtieġa li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi kriterji għall-valutazzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni eċċessivi bil-għan li tiddefinixxi b’mod ċar ir-regolamentazzjoni żejda nazzjonali fit-Tabella ta' Valutazzjoni regolatorja tal-UE, sabiex tali innovazzjonijiet addizzjonali fl-Istati Membri individwali jiġu identifikati bħala tali; jenfasizza li definizzjoni bħal din għandha tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li japplikaw standards aktar stretti f’każijiet fejn il-liġi tal-UE tipprevedi biss armonizzazzjoni minima;

11. Jemmen li prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar għandhom japplikaw għal deċiżjonijiet dwar leġiżlazzjoni sekondarja kif ukoll leġiżlazzjoni primarja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji tagħha biex fejn xieraq jakkumpanjaw l-atti delegati u ta' implimentazzjoni b'valutazzjoni tal-impatt mandatorja, inkluża l-konsultazzjoni ma' partijiet interessati u l-partijiet ikkonċernati, kull meta l-impatt tagħhom jista' jkun mistenni li jkun konsiderevoli; jitlob, għal dan l-għan, li l-linji gwida għall-atti ta' implimentazzjoni jiġu emendati b'konformità mal-linji gwida ġenerali għall-atti delegati; jenfasizza li l-koleġiżlaturi għandhom ikunu kemm jista’ jkun speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tal-ewwel livell dwar liema atti delegati u atti ta' implimentazzjoni għandhom iwettqu; jinnota li fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Frar 2014 dwar l-Idoneità Regolatorja u s-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità(4), il-Kummissjoni ġiet imħeġġa żżid ir-rieżami tagħha tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, b’mod speċjali fir-rigward tal-użu tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar atti delegati u atti ta' implimentazzjoni;

12. Japprova l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttejjeb l-evalwazzjonijiet bħala aspett ċentrali tal-leġiżlazzjoni intelliġenti; jinnota li l-evalwazzjonijiet joffru informazzjoni affidabbli dwar l-impatt reali tal-liġijiet fuq id-destinatarji tagħhom, u f’dan il-kuntest jitlob l-involviment formali u estensiv tal-partijiet ikkonċernati tad-destinatarji fil-proċess ta’ evalwazzjoni;

13. Jitlob li l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jiġi negozjat mill-ġdid u aġġornat, sabiex jikkunsidra t-Trattat taʼ Lisbona u l-ftehim qafas bejn il-Parlament u l-Kummissjoni u jiżviluppa u jikkonsolida l-aħjar prattiki fʼoqsma bħall-ippjanar leġiżlattiv, il-valutazzjonijiet tal-impatt, l-evalwazzjonijiet sistematiċi ex-post tad-dispożizzjonijiet legali tal-UE, u l-implimentazzjoni u t-trattament tal-atti delegati u taʼ implimentazzjoni;

14. Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi metodoloġija għall-miri kwantitattivi għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fil-livell Ewropew; jinnota l-esperjenzi pożittivi f'ċerti Stati Membri li stabbilixxu miri ta' tnaqqis nett bl-għan li jnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità; jitlob li din il-metodoloġija tiġi diskussa fil-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Piżijiet Amministrattivi u tiġi kkunsidrata f’valutazzjonijiet tal-impatt futuri ladarba tiġi aċċettata;

15. Jistieden lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, fosthom is-sħab soċjali, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji, l-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet ambjentali u soċjali u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, biex jiġu involuti aktar mill-qrib fil-verifiki dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, il-valutazzjoni tal-piż amministrattiv (inkluż l-impatt pożittiv kif ukoll l-ispejjeż iġġenerati b’konformità mal-leġiżlazzjoni), l-għażla ta’ bażi legali, l-idoneità regolatorja u l-evalwazzjoni ex-post, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali; jemmen li dawn il-verifiki u l-evalwazzjonijiet jistgħu jissaħħu permezz tal-użu tal-evalwazzjoni bejn il-pari mill-Istati Membri; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Grupp ta’ Livell Għoli ġdid dwar regolamentazzjoni aħjar taħt ir-responsabilità tal-Viċi President responsabbli, li jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ partijiet ikkonċernati u esperti nazzjonali indipendenti; jipproponi li dan il-grupp jingħata mandat b’saħħtu sabiex ikun jista' jsir korp konsultattiv effettiv u indipendenti;

16.  Jemmen li valutazzjoni tal-impatt mhux ibbilanċjata jew mhux kompluta jew in-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt iridu jiġu kkunsidrati bħala raġunijiet għat-tneħħija potenzjali jew ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni taħt il-programm REFIT;

17. Jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ minn isfel għal fuq għad-deregolamentazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tistabbilixxi “Forum Ewropew għall-Partijiet Ikkonċernati” dwar regolamentazzjoni aħjar u anqas burokrazija, b’mira kwantitattiva ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv b’ 25 % sal-2020; jenfasizza li dan il-Forum għandu jinkludi lil partijiet ikkonċernati rilevanti, fosthom is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-komunità tan-negozju; jenfasizza li l-proposti mill-Forum għandhom jitqiesu b’mod attiv mill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni għandha tindirizza dawn il-proposti f’konformità mal-prinċipju "kkonforma jew spjega"; jemmen li l-Forum jista’ jservi ta' pjattaforma għal negozji jew gruppi ta’ ħidma kollettiva jew f’livell nazzjonali jew madwar l-Ewropa biex jissottomettu inputs diretti li jappoġġaw il-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar jew jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-burokrazija fir-Regolament applikabbli fis-settur tagħhom;

18. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati jkunu trasparenti u f’waqthom u li r-riżultati tagħhom jiġu analizzati kemm f’termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi biex jiżguraw li qed jitqiesu ukoll fehmiet minoritarji; iqis li huwa kruċjali li l-partijiet ikkonċernati jkollhom l-opportunità, fl-istadji bikrija tal-proċess leġiżlattiv, li jikkummentaw dwar l-aspetti ta’ piż bla bżonn tal-proposti tal-Kummissjoni permezz ta’ abbozz ippubblikat tal-valutazzjoni tal-impatt imressaq quddiem il-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt, fl-istadju ta’ qabel il-proposta leġiżlattiva finali u l-valutazzjoni, pereżempju permezz tal-involviment futur ta’ Grupp ta’ Livell Għoli ta’ esperti dwar regolamentazzjoni aħjar;

19. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkwadra l-eżerċizzju REFIT fil-kuntest usa’ tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma u l-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni u torbtu miegħu;

20. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid il-konsultazzjoni tagħha, kemm pubblika kif ukoll privata, mal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-konsumaturi, waqt li tkun qed tħejji atti ta' implimentazzjoni u atti delegati bl-għan li tikkunsidra kif l-aħjar li żżid is-sensibilizzazzjoni ta’ proposti fi stadju proviżorju; jemmen bil-qawwa li tali sforzi biex jiżdied il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati qabel ma jiġu ffinalizzati r-rakkomandazzjonijiet se jwasslu għal leġiżlazzjoni aħjar; f’dan ir-rigward jilqa’ inizjattivi possibbli biex jitqabblu l-proċessi għall-konsultazzjoni dwar regoli jew standards proviżorji ma’ dawk użati f’ġuriżdizzjonijiet oħra sabiex tiġi żviluppata l-aħjar prattika;

21. Iqis li l-partijiet ikkonċernati, l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll l-Istati Membri għandhom ikunu involuti aktar mill-qrib fl-identifikazzjoni tad-diffikultajiet tal-implimentazzjoni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali u għandhom jipprovdu feedback lill-Kummissjoni; jitlob li jsir użu mill-indikaturi għall-kejl tal-ispejjeż tal-konformità kif ukoll tal-ispejjeż tan-nuqqas ta' regolamentazzjoni (fuq il-linji tal-"Cost of non-Europe"); jitlob biex dawn l-indikaturi jkunu komprensivi u adattati biex jivvalutaw il-benefiċċji possibbli u l-iżvantaġġi, u l-ispejjeż u l-iffrankar, ta’ approċċ ta’ suq uniku, kemm f’termini kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi;

22. Jemmen li l-valutazzjoni ta’ REFIT u sforzi addizzjonali fir-rigward ta’ regolamentazzjoni aħjar għandha ssegwi l-bidla lejn id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, is-soċjetà u l-amministrazzjoni pubblika; jemmen li użu estensiv tal-għodda REFIT u l-użu tal-verifiki tal-idoneità jistgħu jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-koerenza u l-konsistenza ta’ oqsma regolatorji fi ħdan il-qafas usa’ tas-suq uniku diġitali;

23. Jilqa' l-abbozzar prospettiv tal-linji gwida interni għat-titjib tal-kwalità tal-konsultazzjonijiet u l-evalwazzjoni tagħhom; jemmen li, fir-rigward tal-kumplessità tal-għażliet politiċi f’qasam wieħed partikolari, il-mistoqsijiet fil-konsultazzjonijiet jeħtieġu jkunu aktar speċifiċi u fformulati b'tali mod li jinftiehmu faċilment; iqis li, fejn il-leġiżlazzjoni tkun proposta f’qasam kumpless, għandu jiġi previst it-tieni stadju ta’ konsultazzjoni, fejn abbozz ta’ att leġiżlattiv jiġi ppubblikat, akkumpanjat minn Valutazzjoni tal-Impatt proviżorja, għal kummenti mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; iqis li dan it-tieni stadju jintroduċi aktar severità fl-analiżi tal-Kummissjoni u jsaħħaħ il-każ għal kwalunkwe proposta adottata wara dan il-proċess;

24. Ifakkar li l-Kummissarju Bieńkowska, waqt is-seduta ta’ smigħ ta’ konferma tagħha, impenjat lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-irtirar ta’ kwalunkwe proposta meta l-Membri jsibu li valutazzjoni tal-impatt hija difettuża jew isibu elementi li ma ġewx ikkunsidrati b’mod korrett; jistieden lill-Kummissjoni tikkonferma bil-miktub li din hija l-politika tal-Kulleġġ tal-Kummissarji kollu kemm hu;

25. Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-politika ta’ komunikazzjoni tal-UE dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE, li fir-rigward tagħha l-aġenda tar-Regolamentazzjoni Aħjar hija bażi prezzjuża biex l-azzjoni tal-UE ssir aktar komprensibbli u tanġibbli; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa aktar il-portal L-Ewropa Tiegħek f’kooperazzjoni mal-Istati Membri biex tagħti lill-SMEs aċċess faċli għal informazzjoni prattika, f’format multilingwi, dwar il-konsultazzjonijiet futuri, regoli tal-UE rilevanti u l-applikazzjoni tagħhom fl-Istati Membri;

26. Jilqa' u jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi, fit-terminu medju, numru ta' evalwazzjonijiet ġodda u kontrolli tal-idoneità tal-prestazzjoni ta' regolamenti eżistenti tal-UE u l-applikazzjoni tal-liġi tat-Trattat, inklużi dwar pagamenti tard.

RIZULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.3.2015

 

 

 

Rizultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

12

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Pascal Durand, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Antanas Guoga, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Eva Paunova, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Jussi Halla-aho, Kaja Kallas, Othmar Karas, Emma McClarkin, Jens Nilsson, Julia Reda, Adam Szejnfeld, Lambert van Nistelrooij, Josef Weidenholzer, Kerstin Westphal

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Andrea Bocskor, Roger Helmer, György Hölvényi, Emilian Pavel

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

2

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Jytte Guteland, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Angelika Niebler, Cecilia Wikström

(1)

ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 40.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2014)0069.

(3)

Testi adottati, P7_TA(2014)0459.

(4)

Testi adottati, P7_TA(2014)0061.

Avviż legali - Politika tal-privatezza