RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjieg, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol

1.7.2015 - (COM(2014)0006 – C7‑0015/2014 – 2014/0002(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Heinz K. Becker


Proċedura : 2014/0002(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0224/2015
Testi mressqa :
A8-0224/2015
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjieg, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol

(COM(2014)0006 – C8‑0015/2014 – 2014/0002(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0006),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 46 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0015/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Ġunju 2014[1],

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta’ Ġunju 2014[2],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0224/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa element ewlieni għall-iżvilupp ta’ suq tax-xogħol tal-Unjoni iktar integrat li jippermetti li jkun hemm mobilità tal-ħaddiema minn żoni ta’ qgħad għoli għal żoni kkaratterizzati minn nuqqas ta’ ħaddiema. Jikkontribwixxi wkoll għas-sejbien tal-ħiliet it-tajbin għal postijiet tax-xogħol battala u sabiex jingħelbu l-ostakoli fis-suq tax-xogħol.

(2) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa wieħed mill-elementi ewlenin għall-iżvilupp ta’ suq tax-xogħol tal-Unjoni iktar integrat, b’mod partikolari fir-reġjuni transfruntieri, li jippermetti li jkun hemm mobilità tal-ħaddiema aktar għolja u jista’ jikkontribwixxi għal aktar diversità u għas-sejbien tal-ħiliet it-tajbin għal postijiet tax-xogħol battala u sabiex jingħelbu l-ostakoli fis-suq tax-xogħol.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni)19 stabbilixxew mekkaniżmi għall-approvazzjoni u għall-iskambju tal-informazzjoni u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 stipulat dispożizzjonijiet dwar il-funzjonament ta’ netwerk bl-isem ta’ EURES (Servizzi Ewropej tal-Impjiegi) skont dak ir-Regolament. Jeħtieġ li dan il-qafas regolatorju jiġi rivedut sabiex jirrifletti xejriet ġodda fil-mobilità, il-ħtiġijiet ikbar ta’ mobilità ġusta, il-bidliet fit-teknoloġija għall-qsim ta’ dejta dwar il-postijiet tax-xogħol battala, l-użu ta’ firxa ta’ kanali ta’ reklutaġġ minn persuni li qed ifittxu xogħol u l-impjegaturi u rwol dejjem ikbar ta’ intermedjarji oħrajn tas-suq tax-xogħol wara s-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) fil-forniment ta’ servizzi ta’ reklutaġġ.

 

(3) Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni)19 stabbilixxew mekkaniżmi għall-approvazzjoni u għall-iskambju tal-informazzjoni u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 stipulat dispożizzjonijiet dwar il-funzjonament ta’ netwerk bl-isem ta’ EURES (Servizzi Ewropej tal-Impjiegi) skont dak ir-Regolament. Jeħtieġ li dan il-qafas regolatorju jiġi rivedut sabiex jirrifletti tipi ġodda ta’ xogħol, mobilità, u xejriet ġodda tax-xogħol u tal-ħajja, il-ħtiġijiet ikbar ta’ mobilità ġusta, il-bidliet fit-teknoloġija għall-qsim ta’ dejta dwar il-postijiet tax-xogħol battala, l-użu ta’ firxa ta’ kanali ta’ reklutaġġ minn persuni li qed ifittxu xogħol u l-impjegaturi u rwol dejjem ikbar ta’ intermedjarji oħrajn tas-suq tax-xogħol wara s-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) fil-forniment ta’ servizzi ta’ reklutaġġ.

 

__________________

__________________

19 ĠU, 27.5.2011, L141, p.1

19 ĠU, 27.5.2011, L141, p.1

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex il-ħaddiema li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu jkunu megħjuna jeżerċitaw dak id-dritt b’mod effettiv, l-assistenza skont dan ir-Regolament hija miftuħa għal kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni li għandu dritt li jibda attività bħala persuna impjegata u l-membri tal-familja tiegħu, skont l-Artikolu 45 tat-Trattat. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-istess aċċess lil kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li, skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, jibbenefika minn trattament indaqs bħaċ-ċittadini tagħhom f’dan il-qasam.

(4) Sabiex il-ħaddiema li jgawdu mid-dritt għal xogħol ibbażat fuq il-moviment liberu jkunu megħjuna jeżerċitaw dak id-dritt b’mod effettiv, l-assistenza skont dan ir-Regolament hija miftuħa għal kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni li għandu dritt li jibda attività bħala persuna impjegata u l-membri tal-familja tiegħu, skont l-Artikolu 45 TFUE. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-istess aċċess lil kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li, skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, jibbenefika minn trattament indaqs bħaċ-ċittadini tagħhom f’dan il-qasam.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti) konsistentement sostniet li l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema hija wieħed mill-pedamenti tal-Unjoni u, konsegwentement, li d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu dik il-libertà għandhom jingħataw interpretazzjoni wiesgħa1a. Għal dak il-għan, dik il-libertà, hekk kif stabbilita fl-Artikolu 45 TFUE, għandha tiġi interpretata li tenumera, b’mod mhux eżawrjenti, ċerti drittijiet li jibbenefikaw minnhom iċ-ċittadini tal-Unjoni fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema u li dik il-libertà tinkludi wkoll id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqilqu liberament fit-territorju tal-Istati Membri oħra u li jibqgħu hemm għall-finijiet li jsibu x-xogħol1b. Skont l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-definizzjoni ta’ 'ħaddiem' f’dan ir-Regolament għandu għalhekk jinkludi dawk li qed ifittxu x-xogħol. Barra minn hekk, u wkoll skont l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, dik id-definizzjoni għandha tinkludi wkoll, meta l-kundizzjonijiet huma ssodisfati, persuni li jkunu qed jagħmlu apprendistat1c jew programm ta’ taħriġ1d.

 

__________________

 

1a Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-3 ta’ Ġunju 1986 fil-Kawża 139/85 Kempf vs Staatssecretaris van Justitie, paragrafu 13.

 

1bAra, b’mod partikolari, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 1991 fil-Kawża C-292/89, The Queen vs The Immigration Appeal Tribunal, ex parte Gustaff Desiderius Antonissen, paragrafu 13. Ara wkoll il-limiti stabbiliti fis-sentenza tal-11 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża C-333/13, Elisabeta Dano, Florin Dano vs Jobcenter Leipzig.

 

1c Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-19 ta’ Novembru 2002 fil-Kawża C-188/00 Bülent Kurz, né Yüce vs Land Baden-Württemberg.

 

1d Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 1992 fil-Kawża C-3/90 Bernini vs Minister van Onderwijs en Wetenschappen u tas-17 ta’ Marzu 2005 fil-Kawża C-109/04, Kraneman vs Land Nordrhein-Westfalen.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-interdipendenza dejjem ikbar bejn is-swieq tax-xogħol teħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn is-servizzi tal-impjiegi biex ikun hemm libertà tal-moviment għall-ħaddiema kollha permezz ta’ mobilità tal-forza tax-xogħol volontarja u ġusta fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 46 (a) tat-Trattat, u għalhekk għandu jiġi stabbilit qafas komuni għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni. Dan il-qafas għandu jiġbor flimkien postijiet tax-xogħol battala minn madwar l-Unjoni u l-possibilità ta’ applikazzjoni għal dawk il-postijiet tax-xogħol battala (‘approvazzjoni’), jiddefinixxi l-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ relatati lill-ħaddiema u l-impjegaturi u jipprevedi approċċ komuni biex tinqasam l-informazzjoni neċessarja biex titħaffef it-tali kooperazzjoni.

(5) L-interdipendenza dejjem ikbar bejn is-swieq tax-xogħol teħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn is-servizzi tal-impjiegi, b’mod partikolari f’reġjuni transfruntieri, biex ikun hemm libertà tal-moviment għall-ħaddiema kollha permezz ta’ mobilità tal-forza tax-xogħol volontarja u fuq bażi ġusta fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 46 (a) tat-Trattat. Għalhekk għandu jiġi stabbilit qafas komuni għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni. Dak il-qafas għandu jiġbor flimkien postijiet tax-xogħol battala minn madwar l-Unjoni u l-possibilità ta’ applikazzjoni għal dawk il-postijiet tax-xogħol battala (‘approvazzjoni’), jiddefinixxi l-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ relatati lill-ħaddiema u l-impjegaturi u jipprevedi approċċ komuni għall-qsim tal-informazzjoni u jingħataw servizzi ta’ konsulenza personalizzati neċessarji biex titħaffef it-tali kooperazzjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Minħabba l-importanza kritika li n-netwerk tal-EURES jagħti spinta lill-impjieg fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura finanzjament dirett u adegwat għall-funzjonament tajjeb tal-pjattaforma u għall-kooperazzjoni tal-Istati Membri.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Fil-‘Patt għal Tkabbir u Impjiegi’, il-Kunsill Ewropew talab li tiġi mistħarrġa l-possibilità ta’ estensjoni tan-netwerk tal-EURES għal apprentistati u skemi ta’ taħriġ, l-apprentistati u l-iskemi ta’ taħriġ jistgħu jkunu koperti skont dan ir-Regolament, dment li l-persuni kkonċernati jitqiesu bħala ħaddiema b'referenza għad-drittijiet konferiti liċ-ċittadini skont l-Artikolu 45 tat-Trattat. Hemm bżonn li jiġi introdott skambju xieraq ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-mobilità għal apprentistati u skemi ta’ taħriġ fi ħdan l-Unjoni u għandha tiġi żviluppata assistenza adegwata għall-kandidati għal dawk il-pożizzjonijiet, abbażi ta’ mekkaniżmu għall-approvazzjoni ta’ offerti, ladarba t-tali approvazzjoni titqies fattibbli skont l-istandards xierqa u bir-rispett dovut għall-kompetenzi tal-Istati Membri.

(6) Fil-‘Patt għal Tkabbir u Impjiegi’, il-Kunsill Ewropew talab li tiġi mistħarrġa l-possibilità ta’ estensjoni tan-netwerk tal-EURES għal apprentistati u skemi ta’ taħriġ. L-apprentistati u l-iskemi ta’ taħriġ jistgħu jkunu koperti skont dan ir-Regolament, dment li l-persuni kkonċernati jitqiesu bħala ħaddiema b’referenza għad-drittijiet konferiti liċ-ċittadini skont l-Artikoli 45 u 47 TFUE. Il-kundizzjonijiet li huma suġġetti għalihom dawk l-apprendistati u skemi ta’ taħriġ għandhom jiġu determinati fi ħdan il-qafas tal-liġi eżistenti tal-Unjoni u nazzjonali u għandhom ikunu konformi mal-istandards soċjali u tax-xogħol minimi tal-Istat Membru ospitanti. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu ċerti postijiet tax-xogħol battala għal apprendistati u skemi ta’ taħriġ minħabba d-differenzi fis-sistemi edukattivi tagħhom u l-politiki attivi tagħhom fis-suq tax-xogħol . Hemm bżonn li jiġi introdott skambju xieraq ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-mobilità għal apprentistati u skemi ta’ taħriġ fi ħdan l-Unjoni u għandha tiġi żviluppata assistenza adegwata għall-kandidati għal dawk il-pożizzjonijiet, abbażi ta’ mekkaniżmu għall-approvazzjoni ta’ offerti, ladarba t-tali approvazzjoni titqies fattibbli skont l-istandards xierqa u bir-rispett dovut għall-kompetenzi tal-Istati Membri.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-estensjoni tan-netwerk tal-EURES għall-apprendistati u t-taħriġ għandha tosserva r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas ta’ Kwalità għall-iskemi ta’ taħriġ, sabiex titjieb il-kwalità tat-taħriġ, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontenut tat-tagħlim u t-taħriġ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, bil-għan li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni, il-qgħad jew l-inattività lejn ix-xogħol. Fost l-oħrajn, it-taħriġ għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għall-apprendisti, taħt il-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, id-drittijiet u l-obbligi, it-trasparenza tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħha eċċ.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Hemm bżonn ta’ leġiżlazzjoni li ssaħħaħ l-effettività tal-PES. Il-promozzjoni tal-opportunitajiet ta’ impjieg ġust permezz tal-portal tal-EURES tiddependi wkoll fuq il-bini tal-kapaċità, l-assistenza teknika u r-riżorsi finanzjarji u umani tal-PES tal-impjiegi ta’ kull Stat Membru.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) In-netwerk tal-EURES għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jadatta għan-natura u struttura li qed titbiddel tas-servizzi tal-impjiegi. Il-ftuħ tas-sħubija tal-EURES itejjeb l-effiċjenza fil-provvista ta’ servizzi permezz ta’ sħubijiet, titjib fil-kwalità u żieda fis-sehem mis-suq tan-netwerk tal-EURES. Għaldaqstant Membru tal-EURES għandu jkun kwalunkwe organizzazzjoni pubblika, privata jew tas-settur terz li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti minn dan ir-Regolament.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-kooperazzjoni transnazzjonali u transfruntiera u l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet kollha li joperaw għall-EURES fl-Istati Membri titħaffef permezz ta’ struttura fil-livell tal-Unjoni (‘l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni’) li għandha tipprovdi informazzjoni komuni, attivitajiet ta’ taħriġ, għodod u gwida. Dik l-istruttura għandha tkun responsabbli wkoll għall-iżvilupp tal-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol (il-portal tal-EURES), il-pjattaforma informatika komuni. Biex jiggwidawh f’ħidmietu, għandhom jiġu żviluppati programmi ta’ ħidma multiannwali f’konsultazzjoni mal-Istati Membri.

(8) Il-kooperazzjoni u sħubijiet transnazzjonali u transfruntiera u l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet kollha li joperaw għall-EURES fl-Istati Membri titħaffef permezz ta’ struttura fil-livell tal-Unjoni (‘l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni’) li għandha tipprovdi informazzjoni komuni, attivitajiet ta’ taħriġ, għodod u gwida. Dik l-istruttura għandha tkun responsabbli wkoll għall-iżvilupp tal-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol (il-portal tal-EURES), il-pjattaforma informatika komuni. Biex jiggwidawh f’ħidmietu, għandhom jiġu żviluppati programmi ta’ ħidma multiannwali f’konsultazzjoni mal-Istati Membri.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu Uffiċċji ta’ Koordinazzjoni fil-livell nazzjonali sabiex jipprovdu appoġġ u assistenza ġenerali lill-organizzazzjonijiet kollha fit-territorju tagħhom li joperaw għall-EURES u jappoġġjaw il-kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Membri l-oħrajn u mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni. B’mod partikolari, dawn l-Uffiċċji ta’ Koordinazzjoni għandu jkollhom il-kompitu li jindirizzaw ilmenti u problemi dwar postijiet tax-xogħol battala, u jivverifikaw kwistjonijiet relatati mal-konformità fir-rigward tal-mobilità tal-forza tax-xogħol volontarja u ġusta fi ħdan l-Unjoni.

(9) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu Uffiċċji ta’ Koordinazzjoni fil-livell nazzjonali sabiex jipprovdu appoġġ u assistenza ġenerali lill-organizzazzjonijiet kollha fit-territorju tagħhom li joperaw għall-EURES, inklużi sħubijiet transfruntieri, u jappoġġjaw il-kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Membri l-oħrajn, b’mod partikolari fl-Istati Membri tal-viċinat, u mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni. B’mod partikolari, dawn l-Uffiċċji ta’ Koordinazzjoni għandu jkollhom il-kompitu li jindirizzaw ilmenti u problemi dwar postijiet tax-xogħol battala, u jivverifikaw kwistjonijiet relatati mal-konformità fir-rigward tal-mobilità tal-forza tax-xogħol volontarja u fuq bażi ġusta fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali fin-netwerk tal-EURES tikkontribwixxi b’mod partikolari għall-analiżi tal-ostakli għall-mobilità kif ukoll il-promozzjoni ta’ mobilità ġusta u volontarja tal-forza tax-xogħol fl-Unjoni, inkluż fir-reġjuni transfruntiera. Għalhekk, ir-rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu involuti fl-istruttura ta’ governanza ġenerali tan-netwerk tal-EURES, filwaqt li l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-impjegaturi u t-trejdjunjins jistgħu japplikaw biex isiru Sħab tal-EURES.

(10) Il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali fin-netwerk tal-EURES tikkontribwixxi b’mod partikolari għall-analiżi tal-ostakli għall-mobilità kif ukoll il-promozzjoni ta’ mobilità volontarja fuq bażi ġusta tal-forza tax-xogħol fl-Unjoni, b’mod partikolari fir-reġjuni transfruntiera. Għalhekk, ir-rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu involuti fl-istruttura ta’ governanza ġenerali tan-netwerk tal-EURES, filwaqt li l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-impjegaturi u t-trejdjunjins għandhom ikunu involuti f’konformità ma’ liġijiet u prattiki nazzjonali u għandhom ikunu kapaċi japplikaw biex isiru sħab tal-EURES.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sħubija usa’ tan-netwerk tal-EURES għandha benefiċċji soċjali, ekonomiċi u finanzjarji. Ittejjeb l-effiċjenza fil-forniment tas-servizzi billi tħaffef is-sħubijiet, issaħħaħ il-komplimentarjetà u ttejjeb il-kwalità. Iżżid is-sehem mis-suq tan-netwerk tal-EURES hekk kif membri ġodda jqiegħdu għad-dispożizzjoni postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol u curriculum vitae (‘CVs). Il-kooperazzjoni transnazzjonali u transfruntiera, li hija karatteristika ewlenija tal-operazzjoni tan-netwerk tal-EURES, tista’ tiġġenera forom innovattivi ta’ tagħlim u kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-impjiegi, inkluż fuq standards tal-kwalità għal postijiet tax-xogħol battala u servizzi ta’ appoġġ. Għalhekk, in-netwerk tal-EURES ikun qed isaħħaħ ir-relevanza tiegħu bħala wieħed mill-għodod ewlenin tal-Unjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għall-appoġġ ta’ miżuri konkreti lejn livell għoli ta’ impjieg fi ħdan l-Unjoni.

(12) Sħubija usa’ tan-netwerk tal-EURES għandha benefiċċji ekonomiċi, finanzjarji u soċjali potenzjali. Ittejjeb l-effiċjenza fil-forniment tas-servizzi billi tħaffef is-sħubijiet, issaħħaħ il-komplimentarjetà u ttejjeb il-kwalità. Iżżid is-sehem mis-suq tan-netwerk tal-EURES hekk kif membri ġodda jqiegħdu għad-dispożizzjoni postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol u curriculum vitae (‘CVs). Il-kooperazzjoni transnazzjonali u transfruntiera, li hija karatteristika ewlenija tal-operazzjoni tan-netwerk tal-EURES, tista’ tiġġenera forom innovattivi ta’ tagħlim u kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-impjiegi, inkluż fuq standards tal-kwalità għal postijiet tax-xogħol battala u servizzi ta’ appoġġ. Għalhekk, in-netwerk tal-EURES ikun qed isaħħaħ u jikkonsolida r-relevanza tiegħu bħala wieħed mill-għodod ewlenin tal-Unjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-appoġġ ta’ miżuri konkreti lejn livell għoli ta’ impjieg ta kwalità u sostenibbli fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-Politika tas-Suq tax-Xogħol hija kompetenza tal-Istati Membri kkoordinata u appoġġata mill-Unjoni taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TFUE. Miżuri ta’ għajnuna relatati mal-mobilità għandhom ikunu skont il-prinċipji tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), b’mod partikolari t-trattament indaqs, u d-dritt tal-Unjoni rilevanti.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Wieħed mill-objettivi tan-netwerk tal-EURES huwa li jappoġġja l-mobilità tal-forza tax-xogħol ġusta fi ħdan l-Unjoni u għalhekk, il-kriterji komuni minimi għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet biex jissieħbu għandhom jinkludu r-rekwiżit li dawk l-organizzazzjonijiet jieħdu impenn li jirrispettaw bis-sħiħ l-istandards tax-xogħol u r-rekwiżiti legali applikabbli.

(14) Wieħed mill-objettivi tan-netwerk tal-EURES huwa li jappoġġja l-mobilità tal-forza tax-xogħol ġusta fi ħdan l-Unjoni u għalhekk, il-kriterji komuni minimi għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet biex jissieħbu għandhom jinkludu r-rekwiżit li dawk l-organizzazzjonijiet jieħdu impenn li jirrispettaw bis-sħiħ l-istandards tax-xogħol, ir-rekwiżiti legali applikabbli u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw jew jirrevokaw l-ammissjoni tal-Membri jew tas-Sħab tal-EURES li jkunu qed jiksru l-istandards jew ir-rekwiżiti legali dwar ix-xogħol, b’mod partikolari dwar ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Fil-każ ta’ rifjut ta’ ammissjoni bbażat fuq in-nuqqas ta’ konformità mal-istandards tax-xogħol u r-rekwiżiti legali, b’mod partikolari fir-rigward tar-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għandu jinforma l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni sabiex tiġi trażmessa l-informazzjoni lill-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni l-oħra. Jekk il-Membru jew Sħab tal-EURES joperaw hemm, l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għandu jieħu azzjoni xierqa fit-territorju tiegħu stess skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) PES għandhom jiġu maħtura mill-Istati Membri bħala Membri tal-EURES, mingħajr ma jkunu meħtieġa jgħaddu minn proċedura ta’ ammissjoni, u soġġetti għal konformità ma’ kriterji minimi komuni. Għandu jkun possibbli li jiġu ddelegati attivitajiet relatati mal-organizzazzjoni tax-xogħol tal-EURES għall-PES.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) Id-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a tipprovdi paragun inklussiv ibbażat fuq l-evidenza u orjentat lejn il-prestazzjoni tal-PES kollha bil-ħsieb li jiġu identifikati l-aħjar prattiki u li l-potenzjal sħiħ tagħhom jikkonsisti fil-parteċipazzjoni kontinwa tal-Istati Membri.

 

___________________

 

1aId-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32).

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Biex jikkomunika informazzjoni affidabbli u aġġornata lil ħaddiema u impjegaturi fuq l-aspetti differenti tal-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni, in-netwerk tal-EURES għandu jikkoopera ma’ korpi, servizzi u netwerks oħrajn tal-Unjoni li jiffaċilitaw il-mobilità u li jgħarrfu liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, bħall-portal L-Ewropa Tiegħek, il-portal Żgħażagħ Ewropej u SOLVIT, l-organizzazzjonijiet responsabbli għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u l-korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament indaqs tal-ħaddiema, maħturin skont id-Direttiva../2013 (UE) tal-[Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema fil-kuntest tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema].

(16) Biex jikkomunika informazzjoni affidabbli u aġġornata lil ħaddiema u impjegaturi fuq l-aspetti differenti tal-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali fi ħdan l-Unjoni, in-netwerk tal-EURES għandu jikkoopera ma’ korpi, servizzi u netwerks oħrajn tal-Unjoni li jiffaċilitaw il-mobilità u li jgħarrfu liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, bħall-Kummissjoni Amministrattiva għas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 883/20041a, in-netwerk Ewropew għall-korpi tal-ugwaljanza (Equinet), il-portal L-Ewropa Tiegħek, il-portal Żgħażagħ Ewropej u SOLVIT, organizzazzjonijiet li qed jaħdmu għal kooperazzjoni transfruntiera u l-organizzazzjonijiet responsabbli għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u l-korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament indaqs tal-ħaddiema, maħturin skont id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.

 

______________

 

1a Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

 

1b Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32).

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Il-postijiet tax-xogħol battala kollha li huma pubblikament disponibbli għandhom jiġu pubblikati fuq il-portal tal-EURES, skont il-prattiki tal-Istat Membru stess.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Ir-responsabbiltà legali biex tiġi żgurata l-kwalità intrinsika u teknika tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-pjattaforma komuni tal-informatika, b’mod partikolari fir-rigward tad-dejta tal-postijiet tax-xogħol battala, hija f’idejn l-organizzazzjonijiet li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli skont il-liġi u/jew l-istandards stabbiliti mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni biex tagħmel possibbli id-detezzjoni bikrija ta’ kwalunkwe frodi jew abbuż marbuta mal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ewropew.

(19) Ir-responsabbiltà legali biex tiġi żgurata l-kwalità intrinsika u teknika tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-pjattaforma komuni tal-informatika, b’mod partikolari fir-rigward tad-dejta tal-postijiet tax-xogħol battala, hija f’idejn l-organizzazzjonijiet li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli skont il-liġi u/jew l-istandards stabbiliti mill-Istati Membri. Dawn l-organizzazzjonijiet, flimkien mal-Kummissjoni, għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni biex jidentifikaw kwalunkwe frodi jew abbuż marbuta mal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Il-partijiet kollha involuti għandhom jiżguraw il-provvista ta’ dejta ta’ kwalità għolja.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tal-ħiliet, il-kompetenzi, il-kwalifiki u l-okkupazzjonijiet tikkostitwixxi waħda mill-aktar għodod importanti biex ikunu jistgħu jsiru applikazzjonijiet onlajn għall-impjiegi fl-Unjoni; għaldaqstant jeħtieġ li tiġi żviluppata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà kif ukoll tlaqqigħ awtomatizzat sinifikanti bejn il-fruntieri, inkluż bl-immappjar lejn u mis-sistemi ta’ klassifikazzjoni komuni għal dawk nazzjonali. F’dan il-kuntest għandhom jintużaw ukoll għodod u formati Ewropej oħra għall-komparabbiltà u t-trasparenza dwar il-ħiliet u l-kwalifiki, bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u l-qafas uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass).

(20) Sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tal-ħiliet, il-kompetenzi, il-kwalifiki u l-okkupazzjonijiet tikkostitwixxi waħda mill-aktar għodod importanti biex ikunu jistgħu jsiru applikazzjonijiet online għall-impjiegi fl-Unjoni; għaldaqstant jeħtieġ li tiġi żviluppata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà kif ukoll tlaqqigħ awtomatizzat sinifikanti bejn il-fruntieri, inkluż bl-immappjar lejn u mis-sistemi ta’ klassifikazzjoni komuni għal dawk nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jinżammu infurmati dwar l-iżvilupp tal-għodda għall-Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO). F’dan il-kuntest għandhom jintużaw ukoll għodod u formati Ewropej oħra għall-komparabbiltà u t-trasparenza dwar il-ħiliet u l-kwalifiki, bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u l-qafas uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass).

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Is-sistema tal-klassifikazzjoni komuni għall-ħiliet/kompetenzi, il-kwalifiki u l-okkupazzjonijiet għandha tikkapitalizza fuq l-esperjenzi u l-prattiki tajbin miksubin diġà wara l-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

___________________

 

1aId-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b) L-Istati Membri għandhom jintensifikaw ukoll il-kooperazzjoni fil-qasam tar-rikonoxximent tad-diplomi bil-għan li jiżguraw l-aċċess tal-ħaddiema għall-possibilitajiet kollha ta’ impjieg fl-Unjoni kollha.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Għandu jiġi stabbilit approċċ komuni għas-servizzi pprovduti mill-organizzazzjonijiet (‘servizzi ta’ appoġġ’) li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES u għandu jiġi żgurat kemm jista’ jkun il-prinċipju ta’ trattament indaqs tal-ħaddiema u l-impjegaturi li jixtiequ assistenza fil-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni, indipendentement mnejn jinsabu fl-Unjoni, u għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti prinċipji u regoli rigward id-disponibilità ta’ servizzi ta’ appoġġ fit-territorju tal-Istati Membri individwali. Dan l-approċċ komuni jkopri wkoll l-apprentistati u l-iskemi ta’ taħriġ meqjusa bħala xogħol.

(21) Għandu jiġi stabbilit approċċ komuni għas-servizzi pprovduti mill-organizzazzjonijiet (‘servizzi ta’ appoġġ’) li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES u għandu jiġi żgurat kemm jista’ jkun il-prinċipju ta’ trattament indaqs tal-ħaddiema u l-impjegaturi li jixtiequ assistenza fil-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni, indipendentement mnejn jinsabu fl-Unjoni, u għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti prinċipji u regoli rigward id-disponibilità ta’ servizzi ta’ appoġġ fit-territorju tal-Istati Membri individwali. Dan l-approċċ komuni jkopri wkoll l-apprentistati u l-iskemi ta’ taħriġ meqjusa bħala xogħol skont l-Artikolu 45 TFUE.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Għażla usa’ u iktar komprensiva ta’ assistenza dwar l-opportunitajiet ta’ mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni tkun ta’ benefiċċju għall-ħaddiema, u hija meħtieġa biex jitjieb il-potenzjal tan-netwerk tal-EURES ħalli jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema matul il-ħajja tax-xogħol sħiħa tagħhom, u b’hekk ikunu salvagwardjati t-tranżizzjonijiet u l-karrieri tagħhom.

(22) Għażla usa’ u iktar komprensiva ta’ assistenza dwar l-opportunitajiet ta’ mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni tkun ta’ benefiċċju għall-ħaddiema, u hija meħtieġa biex jitjieb il-potenzjal tan-netwerk tal-EURES ħalli jipprovdi konsulenza personalizzata u appoġġ lill-ħaddiema matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom, u b’hekk ikunu salvagwardjati t-tranżizzjonijiet u l-karrieri tagħhom.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Is-servizzi ta’ appoġġ se jgħinu biex jonqos ix-xkiel li jaffaċċjaw persuni li qed ifittxu xogħol meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ħaddiema skont il-liġi tal-Unjoni kif ukoll biex jisfruttaw b’mod iktar effiċjenti l-opportunitajiet ta’ xogħol kollha tagħhom, u b’hekk jiżguraw prospettivi tax-xogħol individwali aħjar.

(23) Is-servizzi ta’ appoġġ se jgħinu biex jonqos ix-xkiel li jaffaċċjaw persuni li qed ifittxu xogħol meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni kif ukoll biex jisfruttaw b’mod iktar effiċjenti l-programi ta’ taħriġ, apprendistati u l-opportunitajiet ta’ xogħol kollha tagħhom, u b’hekk jiżguraw prospettivi tax-xogħol individwali aħjar.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fehim profond tad-domanda għal ħaddiema f’termini ta’ okkupazzjonijiet, setturi u ħtiġijiet tal-impjegaturi jkun jeħtieġ id-dritt ta’ moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni u b’hekk, is-servizzi ta’ appoġġ għandhom jinkludu assistenza ta’ kwalità tajba għall-impjegaturi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji. Relazzjonijiet tax-xogħol mill-qrib bejn servizzi tal-impjiegi u impjegaturi se jżidu l-ammont ta’ postijiet tax-xogħol battala u t-tlaqqigħ tax-xogħlijiet ma’ kandidati xierqa, jiżguraw soluzzjonijiet għal persuni li qed ifittxu xogħol, b’mod partikolari dawk fi gruppi vulnerabbli u jtejbu l-intelliġenza tas-suq tax-xogħol.

(24) Fehim profond tal-provvista u tad-domanda għal ħaddiema f’termini ta’ tqabbil ta’ ħiliet, kwalifiki, okkupazzjonijiet, setturi u ħtiġijiet tal-impjegaturi jkun jeħtieġ id-dritt ta’ moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni u b’hekk, is-servizzi ta’ appoġġ għandhom jinkludu assistenza ta’ kwalità tajba għall-impjegaturi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji. Relazzjonijiet tax-xogħol mill-qrib bejn servizzi tal-impjiegi u impjegaturi se jżidu l-ammont ta’ postijiet tax-xogħol battala u t-tlaqqigħ ma’ kandidati xierqa, jiżguraw soluzzjonijiet għal persuni li qed ifittxu xogħol, b’mod partikolari ż-żgħażagħ u dawk fi gruppi vulnerabbli u jtejbu l-intelliġenza tas-suq tax-xogħol.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Is-servizzi ta’ appoġġ komuni għall-Istati Membri kollha għandhom ikunu ddefiniti abbażi tal-kunsens li joħroħ dwar il-prattiki li jirnexxu tal-Istati Membri għal informazzjoni, konsulenza u pariri lil persuni li qed ifittxu xogħol u impjegaturi.

(25) Is-servizzi ta’ appoġġ komuni għall-Istati Membri kollha għandhom ikunu ddefiniti abbażi tal-kunsens li joħroġ dwar il-prattiki li jirnexxu tal-Istati Membri għal informazzjoni, konsulenza personalizzata u pariri lil persuni li qed ifittxu xogħol u impjegaturi. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assistenza teknika u finanzjarja tiġi provduta lis-servizzi ta’ appoġġ, inkluż lill-konsulenti tal-EURES.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi personalizzati pprovduti mill-konsulenti tal-EURES għandhom rwol ewlieni f’li jippermettu lill-ħaddiema jagħmlu deċiżjonijiet infurmati meta jeżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom ta’ moviment liberu.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Is-servizzi ta’ appoġġ għall-ħaddiema huma marbutin mal-eżerċizzju tal-libertà fundamentali tal-moviment tagħhom bħala ħaddiema skont il-liġi tal-Unjoni, u għandhom ikunu b’xejn. Madankollu, is-servizzi ta’ appoġġ għall-impjegaturi jafu jkunu suġġetti għal tariffa, skont il-prattiki nazzjonali.

(26) Is-servizzi ta’ appoġġ għall-ħaddiema huma marbutin mal-eżerċizzju tal-libertà fundamentali tal-moviment tagħhom bħala ħaddiema skont il-liġi tal-Unjoni, u għandhom ikunu b’xejn. Is-servizzi ta’ appoġġ għall-impjegaturi konnessi man-netwerk tal-EURES għandhom ukoll ikunu mingħajr ħlas.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tkun appoġġjata l-mobilità fir-reġjuni transfruntiera u biex jiġu pprovduti servizzi għal ħaddiema tal-fruntiera li qed jgħixu fi Stat Membru u jaħdmu f’ieħor u jridu jħabbtu wiċċhom ma’ prattiki u sistemi legali nazzjonali differenti u li jiltaqgħu ma’ xkiel amministrattiv, legali jew fiskali speċifiku għall-mobilità. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu strutturi speċifiċi ta’ appoġġ biex iħaffu dan it-tip ta’ mobilità, u t-tali strutturi, fi ħdan il-qafas tan-netwerk tal-EURES, għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi għal informazzjoni, gwida, tlaqqigħ transfruntier bejn id-domanda u l-provvista ta’ ħaddiema u l-kollokamenti li jirriżultaw.

(27) Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tkun appoġġjata l-mobilità fir-reġjuni transfruntiera u biex jiġu pprovduti servizzi għal ħaddiema tal-fruntiera li qed jgħixu fi Stat Membru u jaħdmu f’ieħor u jridu jħabbtu wiċċhom ma’ prattiki u sistemi legali nazzjonali differenti u li jiltaqgħu ma’ barrieri amministrattivi, legali jew fiskali speċifiku għall-mobilità. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu strutturi speċifiċi ta’ appoġġ biex iħaffu dan it-tip ta’ mobilità, u t-tali strutturi, fi ħdan il-qafas tan-netwerk tal-EURES, għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi għal informazzjoni, gwida, tlaqqigħ transfruntier bejn id-domanda u l-provvista ta’ ħaddiema u l-kollokamenti li jirriżultaw. F’dan ir-rigward, għandu jkun hemm attenzjoni partikolari fuq sħubijiet transfruntieri EURES.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) It-trasparenza tas-swieq tax-xogħol u l-kapaċitajiet adegwati ta’ tlaqqigħ huma prekundizzjonijiet għall-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni. Bilanċ aħjar bejn il-provvista u d-domanda ta’ ħaddiema jista’ jinkiseb permezz ta’ sistema effiċjenti fil-livell tal-Unjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar eċċess u nuqqas ta’ ħaddiema fil-livell nazzjonali u settorjali li għandha tiġi stabbilita bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea u din għandha tintuża bħala bażi sabiex l-Istati Membri jiżviluppaw il-politiki tagħhom dwar il-mobilità u jsostnu l-kooperazzjoni prattika fi ħdan in-netwerk tal-EURES.

(28) It-trasparenza tas-swieq tax-xogħol u l-kapaċitajiet adegwati ta’ tlaqqigħ, inkluż it-tqabbil tal-ħiliet u l-kwalifiki mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, huma prekundizzjonijiet għall-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni. Bilanċ aħjar bejn il-provvista u d-domanda ta’ ħaddiema, permezz ta’ tqabbil aħjar ta’ ħiliet u impjiegi, jista’ jinkiseb permezz ta’ sistema effiċjenti fil-livell tal-Unjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-provvista u d-domanda ta’ ħaddiema fil-livell nazzjonali, reġjonali u settorjali. Tali sistema għandha tiġi stabbilita bejn l-Istati Membri, bl-assistenza tal-Kummissjoni u din għandha tintuża bħala bażi sabiex l-Istati Membri jiżviluppaw il-politiki tagħhom dwar il-mobilità u jsostnu l-kooperazzjoni prattika fi ħdan in-netwerk tal-EURES.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja d-domanda u l-provvista fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni u tanalizza xejriet tal-forza tax-xogħol fuq bażi kontinwa, flimkien mal-Eurostat u n-netwerk tal-EURES.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema u l-livelli ta’ impjieg għoljin huma marbutin mill-qrib u jagħmluha neċessarja li l-Istati Membri jiżviluppaw politiki dwar il-mobilità li jappoġġjaw funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol fl-Unjoni. Il-politiki dwar il-mobilità tal-Istati Membri għandhom jitqiesu li huma parti integrali tal-politiki soċjali u dwar l-impjiegi tagħhom.

(29) Il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema u l-livelli ta’ impjieg għoljin huma marbutin mill-qrib u jagħmluha neċessarja li l-Istati Membri jiżviluppaw politiki dwar il-mobilità li jappoġġjaw funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol fl-Unjoni. Il-politiki dwar il-mobilità tal-Istati Membri għandhom jitqiesu li huma parti integrali tal-politiki soċjali u dwar l-impjiegi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ telenka l-aħjar prattiki tal-Istati Membri u tirreferi għalihom fir-rakkomandazzjonijiet tagħha għall-finijiet tas-Semestru Ewropew.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Dawn il-politiki għandhom iqisu wkoll l-ambjent tax-xogħol ostili, ir-riskji għoljin ta’ sfruttament u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena li l-ħaddiema mobbli jistgħu jgħaddu minnhom meta jaslu f’suq tax-xogħol ġdid. L-istess kunsiderazzjonijiet għandhom jingħataw lill-familji tal-ħaddiema kif ukoll l-opportunitajiet disponibbli għalihom sabiex jiġu integrati fis-suq tax-xogħol il-ġdid.

 

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Għandu jiġi stabbilit ċiklu ta’ programmazzjoni biex isostni l-koordinazzjoni ta’ azzjoni fuq il-mobilità fi ħdan l-Unjoni. Biex tkun effettiva, il-programmazzjoni tal-pjanijiet ta’ attività tal-Istati Membri għandha tikkunsidra dejta dwar il-flussi u x-xejriet tal-mobilità, l-analiżi tad-dejta ta’ nuqqas u eċċess eżistenti u mbassar tal-forza tax-xogħol, u l-esperjenzi u l-prattiki ta’ reklutaġġ fin-netwerk tal-EURES u għandha tikkonsisti f’analiżi tar-riżorsi u l-għodod eżistenti għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjonijiet fl-Istat Membru biex titħaffef il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE.

(30) Għandu jiġi stabbilit ċiklu ta’ programmazzjoni biex isostni l-koordinazzjoni ta’ azzjoni fuq il-mobilità fi ħdan l-Unjoni. Bil-għan li tindividwa u tipprevjeni l-effetti negattivi li jirriżultaw b’rabta mal-mobilità ġeografika fi ħdan l-Unjoni, u biex tiżgura mobilità ġusta, il-programmazzjoni tal-pjanijiet ta’ attività tal-Istati Membri għandha tikkunsidra dejta dwar il-flussi u x-xejriet tal-mobilità, l-analiżi tad-dejta ta’ provvista u domanda eżistenti u mbassar tal-forza tax-xogħol, u l-esperjenzi u l-prattiki ta’ reklutaġġ fin-netwerk tal-EURES u għandha tikkonsisti f’analiżi tar-riżorsi u l-għodod eżistenti għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjonijiet fl-Istat Membru biex titħaffef il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-qsim tal-abbozzi tal-pjanijiet ta’ attività fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni bejn l-Istati Membri għandu jippermetti li l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni, li jaġixxu f’isem l-Istati Membri, flimkien mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, jallokaw ir-riżorsi tan-netwerk tal-EURES f’azzjonijiet u proġetti xierqa, u b’hekk imexxu l-iżvilupp tan-netwerk tal-EURES bħala għodda orjentata iktar lejn ir-riżultati li twieġeb għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema skont id-dinamika tas-swieq tax-xogħol.

(31) Il-qsim tal-abbozzi tal-pjanijiet ta’ attività fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni bejn l-Istati Membri għandu jippermetti li l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni, li jaġixxu f’isem l-Istati Membri, flimkien mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u bl-involviment adegwat tas-sħab soċjali, jallokaw ir-riżorsi tan-netwerk tal-EURES f’azzjonijiet u proġetti xierqa, u b’hekk imexxu l-iżvilupp tan-netwerk tal-EURES bħala għodda orjentata iktar lejn ir-riżultati li twieġeb għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema skont id-dinamika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Sabiex tinkiseb informazzjoni adegwata għall-kejl tar-riżultati tan-netwerk tal-EURES, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi komuni. Dawk l-indikaturi għandhom jiggwidaw l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES fl-identifikazzjoni tar-riżultati tagħhom u għandhom jgħinu fil-valutazzjoni tal-progress li sar fl-isfond tal-objettivi stabbiliti għan-netwerk tal-EURES sħiħ, inkluża l-kontribuzzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ strateġija koordinata għall-impjiegi f’konformità mal-Artikolu 145 tat-Trattat.

(32) Sabiex tinkiseb informazzjoni adegwata għall-kejl tar-riżultati tan-netwerk tal-EURES, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi komuni kwantitattivi u kwalitattivi u fejn xieraq diżaggregata skont il-ġeneru, u għandha ssir valutazzjoni profonda tal-impatt tal-mobilità fuq is-swieq tax-xogħol. Dawk l-indikaturi u dik il-valutazzjoni tal-impatt għandhom jiggwidaw l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES fl-identifikazzjoni tar-riżultati tagħhom u għandhom jgħinu fil-valutazzjoni tal-progress li sar fl-isfond tal-objettivi stabbiliti għan-netwerk tal-EURES sħiħ, inkluża l-kontribuzzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ strateġija koordinata għall-impjiegi f’konformità mal-Artikolu 145 TFUE.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Kull meta l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta personali, dawn iridu jitwettqu skont il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali20 kif ukoll il-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali relatati magħha.

(33) Fejn il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta personali, dawn iridu jitwettqu skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali20 kif ukoll il-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali relatati magħha. Id-dejta personali m’għandhiex tinżamm iktar milli jkun hemm bżonn għall-iskop li għalih inġabret id-dejta.

__________________

__________________

20 B’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-dejta (ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1).

20 B’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-dejta (ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1).

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tippermetti l-ħolqien ta’ mekkaniżmu effikaċi għal integrazzjoni aħjar tas-sistemi edukattivi skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u tas-suq tax-xogħol b’mod ġenerali.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament - jiġifieri li jistabbilixxi qafas komuni għal kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jgħaqqad flimkien postijiet tax-xogħol battala u l-possibilità ta’ applikazzjoni għal dawk il-postijiet tax-xogħol battala u biex iħaffef il-kisba ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-impjiegi - ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effett tal-azzjoni, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat fl-Artikolu 5, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jilħaq dak l-objettiv.

(35) L-objettiv ta’ dan ir-Regolament - jiġifieri li jistabbilixxi qafas komuni għal kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jgħaqqad flimkien postijiet battala ta’ xogħol u l-possibilità ta’ applikazzjoni għal dawk il-postijiet battala ta’ xogħol u biex iħaffef il-kisba ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-impjiegi - jista’ jinkiseb aħjar meta l-Istati Membri jikkooperaw, bl-assistenza tal-Kummissjoni, fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’ konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat f’dak l-artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jilħaq dak l-objettiv.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Is-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri għall-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet biex jissieħbu fin-netwerk tal-EURES bħala Sħab tal-EURES u biex jipprovdu indikaturi komuni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jistgħu jiġu emendati fid-dawl tal-esperjenzi li jinkisbu bl-applikazzjoni tagħhom jew sabiex jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet evoluttivi fis-suq tax-xogħol. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(36) Is-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri għall-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet biex jissieħbu fin-netwerk tal-EURES bħala Sħab tal-EURES u biex jipprovdu indikaturi komuni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jistgħu jiġu emendati fid-dawl tal-esperjenzi li jinkisbu bl-applikazzjoni tagħhom jew sabiex jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet evoluttivi fis-suq tax-xogħol, kif ukoll sabiex ikun possibbli li jinbidel il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi ta’ assistenza għall-ħaddiema u tas-servizzi ta’ assistenza għall-impjegaturi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda                      44

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-istandards u l-formats tekniċi applikabbli għall-approvazzjoni u t-tlaqqigħ awtomatizzat kif ukoll il-mudelli u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(37) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-istandards u l-formats tekniċi applikabbli għall-approvazzjoni u t-tlaqqigħ awtomatizzat kif ukoll il-mudelli u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, u sabiex tiġi adottata l-lista ta’ ħiliet, kompetenzi u okkupazzjoni tal-klassifikazzjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_______________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda  45

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a) Għall-fini li tiġi stabbilita l-għamla tan-netwerk għal perjodu ta’ tranżizzjoni u li tiġi żgurata l-kontinwità operattiva man-netwerk stabbilit fil-qafas tar-Regolament (UE) 492/2011, l-organizzazzjoni identifikata bħala Sħab tal-EURES skont l-Artikolu 3(c) jew Sħab Assoċjati skont l-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE fil ...+ għandhom jitħallew ikomplu bħal Membri tal-EURES jew Sħab tal-EURES għal perjodu ta’ tranżizzjoni.

 

_______________

 

+ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jħaffef l-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 45 tat-TFUE, billi jistabbilixxi qafas komuni għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

1. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jħaffef l-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni u l-abolizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità qalb il-ħaddiema tal-Istati Membri rigward l-impjieg, ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol u l-impjieg fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 45 tat-TFUE, billi jistabbilixxi qafas komuni għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, is-sħab soċjali u l-Kummissjoni.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-azzjonijiet minn u bejn l-Istati Membri biex iħaffu l-kisba ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni, bil-għan li jkun promoss livell għoli ta’ impjieg;

(b) l-azzjonijiet minn u bejn l-Istati Membri biex iħaffu l-kisba ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni, bil-għan li jinkiseb livell għoli ta’ kwalità ta’ impjiegi sostenibbli;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-funzjonament ta’ network Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

(c) il-funzjonament ta’ network Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, bl-involviment adegwat tas-sħab soċjali;

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) is-servizzi provduti lil min qed ifittex xogħol sabiex tiġi żgurata mobilità ġusta;

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) għall-promozzjoni effettiva fil-livell tal-Unjoni tan-netwerk tal-EURES, permezz ta’ miżuri intensivi ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni u b’mod partikolari tal-Istati Membri, bl-użu ta’ strumenti li jippermettu distribuzzjoni u aċċessibbiltà wiesgħa;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi" huma l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, bħala parti mill-ministeri, il-korpi pubbliċi jew il-korporattivi li jaqgħu taħt il-liġi pubblika, li huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ politiki attivi fis-suq tax-xogħol u l-forniment ta’ servizzi tal-impjiegi fl-interess pubbliku;

(a) “is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi” jew “PES” huma l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, bħala parti mill-ministeri, il-korpi pubbliċi jew il-korporattivi li jaqgħu taħt il-liġi pubblika, li huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ politiki attivi fis-suq tax-xogħol u l-forniment ta’ servizzi tal-impjiegi ta’ kwalità għolja fl-interess pubbliku;

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "post tax-xogħol battal" tfisser kwalunkwe offerta għal impjieg, inkluż għal apprentistati u skemi ta' taħriġ meqjusa bħala xogħol;

(c) post tax-xogħol battal tfisser kwalunkwe offerta għal impjieg, inkluż għal apprentistati u skemi ta’ taħriġ meqjusa bħala xogħol skont l-Artikolu 45 TFUE, fejn il-kundizzjonijiet li fihom jieħdu sehem huma determinati fi ħdan il-qafas tad-dritt eżistenti tal-Unjoni u nazzjonali u huma konformi mal-istandards minimi soċjali u tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti;

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-“pjattaforma informatika komuni” tfisser l-infrastruttura informatika u pjattaformi relatati stabbiliti fil-livell Ewropew bil-għan ta’ approvazzjoni;

(e) “pjattaforma informatika komuni” tfisser l-infrastruttura informatika u pjattaformi relatati stabbiliti, monitorati u kondiviżi b’mod wiesa’ fil-livell Ewropew bil-għan ta’ approvazzjoni, li għandhom ikunu wkoll disponibbli għall-użu b’mod faċli mill-persuni b’diżabbiltà;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) “mobilità ġusta” tfisser mobilità li tkun volontarja u li ma twassalx għal ksur tal-liġi dwar l-impjieg, tal-istandards tal-impjieg jew tad-drittijiet tal-ħaddiema fl-Unjoni;

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) “sħubija transfruntiera tal-EURES” tfisser kooperazzjoni fit-tul bejn is-servizzi reġjonali u lokali tal-impjiegi, is-servizzi tal-impjieg, u partijiet interessati oħra fl-istrutturi reġjonali stabbiliti minnhom.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stabbiliment

Riorganizzazzjoni

Ġustifikazzjoni

In-netwerk EURES diġà jeżisti u jeħtieġ jiġi riorganizzat biex itejjeb is-servizzi għal benefiċjarji potenzjali.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi network Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi (‘in-netwerk tal-EURES’).

Dan ir-Regolament jipprevedi r-riorganizzazzjoni u t-tisħiħ tan-network Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi (‘in-netwerk EURES’).

Ġustifikazzjoni

In-netwerk EURES diġà jeżisti u jeħtieġ jiġi riorganizzat biex itejjeb is-servizzi għal benefiċjarji potenzjali.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. In-netwerk tal-EURES jinvolvi l-kategoriji ta’ organizzazzjonijiet li ġejjin:

1. In-Netwerk tal-EURES għandu jinkludi l-kategoriji ta’ organizzazzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-Kummissjoni Ewropea, li hija responsabbli għall-assistenza lin-netwerk tal-EURES fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu permezz tal-"Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni";

(a) L-“Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni” stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni li huwa responsabbli għall-assistenza lin-Netwerk tal-EURES fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu;

 

(aa) L-“Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni” li huma l-korpi maħtura mill-Istati Membri li huma responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istat Membru rispettiv; l-Istati Membri jistgħu jaħtru lill-PES tagħhom bħala Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni;

Il-Membri tal-EURES li huma l-korpi magħżulin mill-Istati Membri responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istat Membru rispettiv, jiġifieri “l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni”;

(b) Il-“Membri tal-EURES” li huma:

 

(i) il-PES rispettivament stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8a; kif ukoll

 

(ii) l-organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati awtorizzati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8 biex jipprovdu appoġġ fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, inkluż fuq bażi transfruntiera, b’servizzi ta’ approvazzjoni u appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi.

(c) Is-Sħab tal-EURES li huma l-organizzazzjonijiet awtorizzati mill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ fil-livell nazzjonali, reġjonali u/jew lokali b’servizzi ta’ approvazzjoni u/jew appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi tal-UE.

(c) Is-Sħab tal-EURES li huma l-organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati awtorizzati mill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż fuq bażi transfruntiera, b’servizzi ta’ approvazzjoni jew appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F’konformità mar-rwoli u r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet kollha li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES jippromwovu b’mod attiv, f’kooperazzjoni mill-qrib, l-opportunitajiet li l-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE toffri u jfittxu li jsaħħu l-modi u l-mezzi sabiex ħaddiema u impjegaturi jaħtfu dawn l-opportunitajiet fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

2. F’konformità mar-rwoli u r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet kollha li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES għandhom jippromwovu b’mod attiv, f’kooperazzjoni mill-qrib, l-opportunitajiet li l-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni toffri u jfittxu li jsaħħu l-modi u l-mezzi sabiex ħaddiema u impjegaturi jgawdu minn mobilità ġusta u jaħtfu dawn l-opportunitajiet fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż fuq bażi transfruntiera.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Organizzazzjonijiet ta’ sħab soċjali jsiru parti min-netwerk tal-EURES bħala Membri jew Sħab tal-EURES skont l-Artikolu 8.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-implimentazzjoni tal-istrateġija koordinata għall-impjiegi skont l-Artikolu 145 tat-TFUE;

(b) l-implimentazzjoni tal-istrateġija koordinata għall-impjiegi u b’mod partikolari għall-promozzjoni ta’ forza tax-xogħol bi kwalifiki għoljin, imħarrġa u li tadatta skont l-Artikolu 145 tat-TFUE;

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-funzjonament u l-integrazzjoni aħjar tas-swieq tax-xogħol fl-Unjoni;

(c) il-funzjonament, il-koeżjoni u l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol fl-Unjoni, inklużi s-swieq tax-xogħol transfruntieri, bil-għan li jiġi żgurat aċċess nondiskriminatorju għal opportunitajiet ta’ xogħol u applikazzjonijiet għal impjieg, kif ukoll għal informazzjoni relevanti dwar is-suq tax-xogħol;

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) iż-żieda fil-mobilità ġeografika u okkupazzjonali volontarja fl-Unjoni fuq bażi ġusta;

(d) iż-żieda fil-mobilità ġeografika u okkupazzjonali volontarja fl-Unjoni, b’mod partikolari fir-reġjuni transfruntieri, fuq bażi ġusta;

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) tħeġġeġ lill-Istati Membri jegħlbu kull ostakolu għal din il-mobilità fi ħdan il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom;

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-inklużjoni u l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol.

(e) l-inklużjoni u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni kollha ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, b’attenzjoni speċjali għall-gruppi l-aktar vulnerabbli tas-suq tax-xogħol u persuni fir-reġjuni l-aktar affettwati mill-qgħad;

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) koerenza akbar bejn politiki tal-Unjoni introdotti għall-finijiet li jiġi trattat il-qgħad, b’mod partikolari l-qgħad u l-inugwaljanzi fost iż-żgħażagħ.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt e b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) l-appoġġ ta’ tranżizzjoni mingħajr intoppi mill-edukazzjoni għax-xogħol fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-operazzjoni u l-iżvilupp ta’ portal Ewropew dwar il-mobilità okkupazzjonali, “il-portal tal-EURES”, u servizzi informatiċi relatati, inklużi sistemi u proċeduri għall-iskambju ta’ postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol, CVs, u dokumenti ta’ appoġġ bħal passaporti tal-ħiliet u oħrajn simili, u informazzjoni oħra, f’kooperazzjoni ma’ servizzi jew netwerks u inizjattivi relevanti oħrajn tal-Unjoni ta’ informazzjoni u konsulenza;

(i) l-operazzjoni u l-iżvilupp ta’ portal Ewropew dwar il-mobilità okkupazzjonali, “il-portal tal-EURES”, u servizzi informatiċi relatati li jistgħu jintużaw u huma aċċessibbli, inklużi sistemi u proċeduri għall-iskambju ta’ postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol, CVs, u dokumenti ta’ appoġġ bħal passaporti tal-ħiliet u oħrajn simili, u informazzjoni oħra, f’kooperazzjoni ma’ servizzi jew netwerks u inizjattivi relevanti oħrajn tal-Unjoni ta’ informazzjoni u konsulenza;

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni;

(ii) attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fl-Unjoni, permezz ta’ pjattaformi li jilħqu l-utenti kollha possibbli, inkluż li jiġi pprovdut ambjent ħieles minn barrieri;

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) programm ta’ taħriġ komuni għall-persunal tal-EURES;

(iii) programm ta’ taħriġ komuni u żvilupp kontinwu għall-persunal tal-EURES, inklużi aġġornamenti fuq il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali hekk kif previst fir-Regolament (KE) Nru 883/2004, u taħriġ fl-għarfien biex jindirizza bżonnijiet differenti ta’ grupp speċifiku ta’ ħaddiema;

 

(iiia) servizzi ta’ appoġġ professjonali disponibbli direttament għall-konsulenti tal-EURES;

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) l-iffaċilitar ta’ netwerking, l-iskambju tal-aħjar prattika u t-tagħlim reċiproku fi ħdan in-netwerk tal-EURES;

(iv) l-iffaċilitar tal-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku fi ħdan in-netwerk tal-EURES;

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iva) l-ikbar aċċess possibbli għas-servizzi tal-EURES fuq bażi mhux diskriminatorja;

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-analiżi tal-mobilità ġeografika u okkupazzjonali;

(b) l-analiżi tad-domanda u tal-provvista tas-suq tax-xogħol fl-Unjoni, kif ukoll tal-mobilità ġeografika u okkupazzjonali, b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri;

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-iżvilupp ta’ qafas xieraq għall-kooperazzjoni u l-approvazzjoni fi ħdan l-Unjoni dwar apprentistati u skemi ta’ taħriġ, skont dan ir-Regolament;

(c) l-iżvilupp ta’ qafas xieraq u ta’ struttura għall-kooperazzjoni u l-approvazzjoni fi ħdan l-Unjoni dwar apprentistati u skemi ta’ taħriġ, inkluż fuq bażi transfruntiera fejn applikabbli, skont dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Bħala parti minn netwerk EURES li jiffunzjona, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jrid jislet tagħlimiet mill-esperjenzi li għaddew u jaddatta l-għarfien miksub għal karatteristiċi speċifiċi lokali u reġjonali.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attività tal-EURES u l-prestazzjoni tal-impjiegi tiegħu, b’kooperazzjoni mal-Membri tal-EURES;

(d) il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attività tal-EURES u l-iżvilupp ta’ rapporti li huma speċifiċi għall-pajjiż;

 

(da) kooperazzjoni mal-Kummissjoni Amministrattiva għas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali, SOLVIT u Equinet.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni huwa mmaniġġjat mill-Kummissjoni. Dan għandu jiżviluppa u jwettaq l-attivitajiet tiegħu f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, sħubijiet transfruntieri u l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni, għandu joħroġ dikjarazzjoni annwali li tirrapporta n-numru ta’ postijiet tax-xogħol battala disponibbli f’kull Stat Membru, b’mod partikolari billi jitqiesu l-popolazzjoni u d-daqs tal-ekonomija tiegħu.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni previsti fl-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni dwar dik l-għażla.

1. Kull Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni huwa responsabbli għal:

1. Kull Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jkun responsabbli għal:

(a) il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u Stati Membri oħrajn dwar l-approvazzjoni fi ħdan il-qafas stabbilit fil-Kapitolu III;

(a) il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u Stati Membri oħrajn, b’mod partikolari mal-Istati Membri tal-viċinat, dwar l-approvazzjoni fi ħdan il-qafas stabbilit fil-Kapitolu III;

 

(aa) it-teħid tal-miżuri neċessarji kollha sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet għal xogħol u CVs kollha disponibbli fuq livell nazzjonali jkunu disponibbli fil-portal tal-EURES;

 

(ab) jiġi infurmat l-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni Ewropea bi kwalunkwe diskrepanza magħrufa bejn in-numru ta’ postijiet ta’ xogħol battala notifikati u n-numru totali ta’ positjiet ta’ xogħol disponibbli fil-livell nazzjonali;

(b) l-organizzazzjoni tal-ħidma għall-EURES fl-Istati Membri, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ skont il-Kapitolu IV;

(b) l-organizzazzjoni tal-ħidma għall-EURES fl-Istat Membru, inkluż l-iżgurar ta’ trasferiment ikkoordinat ta’ informazzjoni fil-portal tal-EURES dwar il-postijiet tax-xogħol battala, l-applikazzjonijiet għal xogħol u CVs skont l-Artikolu 14;

(c) il-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet mill-Istat Membru kkonċernat u ma’ Stati Membri oħrajn skont il-Kapitolu V.

(c) il-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet mill-Istat Membru kkonċernat u ma’ Stati Membri oħrajn skont il-Kapitolu V.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jorganizza wkoll l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali tal-attivitajiet ta’ appoġġ orizzontali pprovduti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6, kif xieraq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni oħrajn. Dawn l-attivitajiet ta’ appoġġ orizzontali huma b’mod partikolari:

2. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jorganizza u jivverifika wkoll l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali tal-attivitajiet ta’ appoġġ orizzontali pprovduti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6, kif xieraq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni oħrajn. Dawn l-attivitajiet ta’ appoġġ orizzontali huma b’mod partikolari:

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għall-għan ta’ pubblikazzjoni, inkluż fuq il-portal tal-EURES, il-ġbir u l-validazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-Sħab tal-EURES li joperaw mit-territorju nazzjonali tiegħu, l-attivitajiet tagħhom u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi ta’ appoġġ li jipprovdu għal ħaddiema u impjegaturi;

(a) għall-għan ta’ pubblikazzjoni, inkluż fuq il-portal tal-EURES, il-ġbir u l-validazzjoni ta’ informazzjoni aġġornata dwar il-Membri u s-Sħab tal-EURES li joperaw mit-territorju nazzjonali tiegħu, l-attivitajiet tagħhom u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi ta’ appoġġ li jipprovdu għal ħaddiema u impjegaturi;

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għandu jiżgura t-taħriġ u d-dispożizzjoni ta’ numru suffiċjenti ta’ konsulenti tal-EURES, imqassma b’mod ugwali fit-territorju kollu biex tiġi żgurata l-promozzjoni tar-riċerka tal-EURES u, eventwalment, jagħmel minnu għodda essenzjali tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-fini ta’ pubblikazzjoni, inkluż fuq il-portal tal-EURES, fl-interess tal-ħaddiema u l-impjegaturi, l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jivvalida, jaġġorna b’mod regolari u jqassam fil-ħin informazzjoni u gwida disponibbli fil-livell nazzjonali dwar:

3. Għall-fini ta’ pubblikazzjoni, inkluż fuq il-portal tal-EURES, u fir-rigward tal-provvista ta’ informazzjoni personalizzata lill-ħaddiema u l-impjegaturi mill-konsulenti tal-EURES, l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għandu jivvalida, jaġġorna b’mod regolari u jqassam fil-ħin fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru, informazzjoni u gwida disponibbli fil-livell nazzjonali dwar:

(a) il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol;

(a) il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, inklużi l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-ħlasijiet tat-taxxa;

(b) il-proċeduri amministrattivi rigward l-impjiegi;

(b) il-proċeduri amministrattivi li jirrigwardaw l-aċċess u t-teħid tal-impjieg;

(c) ir-regoli applikabbli għall-ħaddiema;

(c) ir-regoli applikabbli għall-ħaddiema, bħal dawk stipulati fi ftehimiet kollettivi, regoli ta’ reklutaġġ, kategoriji individwali ta’ kuntratti ta’ xogħol u informazzjoni prattika oħra rilevanti;

(d) l-apprendistati u l-iskemi ta’ taħriġ;

(d) ir-regoli applikabbli għal apprentistati u l-iskemi ta’ taħriġ f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill fuq Qafas ta’ Kwalità għal Skemi ta’ taħriġ u tad-dritt eżistenti tal-Unjoni u nazzjonali;

 

(da) l-aċċess għal edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

(e) meta applikabbli, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-fruntiera b’mod partikolari f’reġjuni transfruntiera

(e) is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-fruntiera b’mod partikolari f’reġjuni transfruntiera, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħubiji transfruntiera tal-EURES;

Kif xieraq, l-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali jista’ jivvalida u jqassam l-informazzjoni f’kooperazzjoni ma’ servizzi u netwerks oħrajn ta’ informazzjoni u konsulenza u korpi xierqa fil-livell nazzjonali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema.

L-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali jista’ jivvalida u jqassam l-informazzjoni f’kooperazzjoni ma’ servizzi u netwerks oħrajn ta’ informazzjoni u konsulenza u korpi xierqa fil-livell nazzjonali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema.

 

3a. L-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-mekkaniżmi u l-istandards imsemmijin fl-Artikolu 14(4) kif ukoll dwar standards rigward is-sigurtà tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta li huma rilevanti għall-pjattaforma komuni tal-IT. Huma għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, b’mod partikolari fil-każ ta’ lmenti u fejn il-postijiet tax-xogħol battala huma meqjusa mhux konformi ma’ dawk l-istandards skont il-liġi nazzjonali.

 

3b. L-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandhom jiżguraw li d-dejta personali prodotta jew miġbura għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament tinżamm għal perjodu mhux itwal milli meħtieġ għall-finijiet li tkun inġabret għalihom.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jipprovdi appoġġ ġenerali lill-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fi ħdan it-territorju tiegħu stess fin-netwerk tal-EURES rigward kollaborazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom tal-EURES fi Stati Membri oħrajn. Dan jinkludi appoġġ fil-każ ta’ lmenti relatati ma’ postijiet tax-xogħol battala u reklutaġġi tal-EURES, kif ukoll kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi bħal spettorati tax-xogħol.

4. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jipprovdi appoġġ ġenerali lill-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fi ħdan it-territorju tiegħu stess fin-netwerk tal-EURES rigward kollaborazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom tal-EURES fi Stati Membri oħrajn. Dan jinkludi appoġġ fil-każ ta’ lmenti relatati ma’ postijiet tax-xogħol battala u reklutaġġi tal-EURES, kif ukoll kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi bħal spettorati tax-xogħol. Ir-riżultat tal-proċeduri ta’ lmenti għandu jkun disponibbli għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni sabiex jiġu sintetizzati u solvuti l-ostakoli għall-mobilità.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jippromwovi l-kollaborazzjoni ma’ partijiet interessatii bħal servizzi ta’ gwida fil-karriera, universitajiet, kmamar tal-kummerċ u organizzazzjonijiet involuti f’apprentistati u skemi ta’ taħriġ.

5. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jippromwovi l-portal tal-EURES u l-kollaborazzjoni ma’ partijiet interessati bħal servizzi ta’ gwida fil-karriera, taħriġ vokazzjonali u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, kmamar tal-kummerċ, u servizzi soċjali u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol u organizzazzjonijiet involuti f’apprentistati u skemi ta’ taħriġ.

 

5a. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għandu jistabbilixxi djalogu regolari mas-sħab soċjali f’livell nazzjonali skont id-dritt u l-prattiki nazzjonali.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kull Stat Membru jiżgura li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni tiegħu jingħata l-persunal u r-riżorsi neċessarji l-oħrajn biex iwettaq il-kompiti tiegħu kif definiti f’dan ir-Regolament.

6. Kull Stat Membru jiżgura li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni tiegħu jingħata l-persunal u r-riżorsi finanzjarji adegwati u neċessarji l-oħrajn kollha biex iwettaq il-kompiti tiegħu kif definiti f’dan ir-Regolament u li l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja u fil-ħin.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorizzazzjoni ta’ Sħab tal-EURES

Awtorizzazzjoni tal-Membri u tas-Sħab tal-EURES

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema li tawtorizza Sħab tal-EURES biex jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES, tissorvelja l-attivitajiet tagħhom u l-konformità tagħhom mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni. Din is-sistema għandha tkun trasparenti, proporzjonata u tirrispetta l-prinċipji ta’ trattament indaqs għall-organizzazzjonijiet li japplikaw u l-proċess dovut tal-liġi.

1. Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema li permezz tagħha jawtorizza Sħab tal-EURES biex jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES, jew biex tirtira tali awtorizzazzjoni u biex tissorvelja l-attivitajiet tagħhom u l-konformità tagħhom mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali. Din is-sistema għandha tkun trasparenti, proporzjonata u tirrispetta l-prinċipji ta’ trattament indaqs għall-organizzazzjonijiet li japplikaw u l-proċess dovut tal-liġi. Għal servizzi tal-impjiegi oħra għajr il-PES, għandhom jitqiesu s-sistemi ta’ liċenzjar u l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni eżistenti.

 

1a. Għall-finijiet tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jfasslu r-rekwiżiti u l-kriterji għall-awtorizzazzjoni tal-Membri u tas-Sħab tal-EURES. Dawk ir-rekwiżiti u l-kriterji għandhom tal-inqas ikunu stretti daqs dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-Anness.

 

1b. B’mod konformi mas-sistema msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw sabiex isiru Membri tal-EURES. Membri tal-EURES għandhom jipparteċipaw fin-netwerk tal-EURES skont l-Artikolu 9 u għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom bis-sħiħ, fuq bażi nazzjonali jew reġjonali.

 

1c. B’mod konformi mas-sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-servizzi tal-impjieg u organizzazzjonijiet oħra jistgħu japplikaw biex isiru Sħab tal-EURES jekk jintrabtu li jissodisfaw l-obbligi ġenerali kollha u għall-inqas wieħed mill-kompiti msemmija fl-Artikolu 9.

 

1d. Fejn ikunu ssodisfati r-rekwiżiti u kriterji li jirregolaw l-awtorizzazzjoni bħala Membru jew Sieħeb tal-EURES, l-Istat Membru għandu jawtorizza lill-applikant skont il-każ.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jgħarrfu lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali implimentati tagħhom u s-Sħab tal-EURES li awtorizzaw biex jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES kif xieraq.

2. L-Istati Membri jgħarrfu lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali tagħhom hekk kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tal-Membri u tas-Sħab tal-EURES li awtorizzaw li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES skont dik is-sistema, ta’ kwalunkwe rifjut ta’ awtorizzazzjoni fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ konformità mat-Taqsima I(1) tal-Anness, u ta’ kwalunkwe revoka ta’ tali awtorizzazzjoni inklużi r-raġunijiet għaliha. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jgħaddi dik l-informazzjoni lill-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni l-oħrajn.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jawtorizzax organizzazzjoni partikolari taʼ impjieg biex tieħu sehem bħala Membru jew Sieħeb tal-EURES, dik l-organizzazzjoni tingħata l-opportunità li tappella kontra d-deċiżjoni.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kwalunkwe servizz tal-impjiegi li jopera b’mod legali fi Stat Membru jista’ jitlob f’dak l-Istat Membru l-parteċipazzjoni fin-netwerk tal-EURES bħala Sieħeb tal-EURES, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u għas-sistema stabbilita minn dak l-Istat Membru.

imħassar

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Is-Sħab tal-EURES huma awtorizzati jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES skont il-kriterji komuni minimi stabbiliti fl-Anness.

imħassar

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-kriterji komuni minimi huma mingħajr ħsara għall-applikazzjoni minn Stat Membru ta’ kriterji jew rekwiżiti addizzjonali meqjusin neċessarji mill-Istat Membru għall-għan ta’ applikazzjoni korretta tar-regoli applikabbli għall-attivitajiet tas-servizzi tal-impjiegi u l-ġestjoni effettiva ta’ politiki dwar is-suq tax-xogħol fit-territorju nazzjonali tiegħu. Biex tkun żgurata trasparenza, dawn il-kriterji u rekwiżiti huma parti integrali mis-sistema msemmija fil-paragrafu 1.

5. Il-kriterji komuni minimi huma mingħajr ħsara għall-applikazzjoni minn Stat Membru ta’ kriterji jew rekwiżiti addizzjonali meqjusin neċessarji mill-Istat Membru għall-għan ta’ applikazzjoni korretta tar-regoli applikabbli għall-attivitajiet tas-servizzi tal-impjiegi u l-ġestjoni effettiva ta’ politiki dwar is-suq tax-xogħol fit-territorju nazzjonali tiegħu. Biex tkun żgurata trasparenza, dawn il-kriterji u rekwiżiti supplimentari jiġu notifikati lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, billi huma parti integrali mis-sistema msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Is-sħab tal-EURES jistgħu jinvolvu Sħab oħrajn tal-EURES jew organizzazzjonijiet oħrajn sabiex tinżamm konformità mal-kriterji fl-Anness. F’dan il-każ, l-eżistenza ssoktata ta’ sieħeb xieraq hija kundizzjoni addizzjonali għall-parteċipazzjoni fin-netwerk tal-EURES.

imħassar

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6 a. L-Istati Membri jirrevokaw l-ammissjoni ta’ Membri u Sħab tal-EURES meta ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji jew ir-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-paragrafu 1a, 1b, 1c jew 5.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Biex temenda l-Anness, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33.

imħassar

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Approvazzjoni tas-servizz pubbliku tal-impjiegi bħala Membru tal-EURES

 

L-Istati Membri jaħtru l-PES tagħhom biex ikunu Membri tal-EURES u jinfurmaw lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni dwar dan. Bis-saħħa tal-ħatra tagħhom, il-PES għandhom jibbenefikaw minn status speċjali fi ħdan in-netwerk tal-EURES.

 

L-Istati Membri jiżguraw li fir-rwol tagħhom bħala Membri tal-EURES, il-PES jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament u għall-inqas jissodisfaw il-kriterji elenkati fl-Anness.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-responsabilitajiet tas-Sħab tal-EURES

Ir-responsabilitajiet tal-Membri u tas-Sħab tal-EURES

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-organizzazzjonijiet li japplikaw jistgħu jagħżlu li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES skont l-għażliet li ġejjin:

1. Il-Membri tal-EURES jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES skont ir-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan il-paragrafu, u s-sħab tal-EURES jipparteċipaw skont għall-inqas wieħed minnhom:

(a) li jikkontribwixxu għall-ġabra ta’ postijiet tax-xogħol battala skont l-Artikolu 14(1)(a);

(a) jikkontribwixxu għall-ġabra ta’ postijiet tax-xogħol battala skont l-Artikolu 14(1)(a);

(b) li jikkontribwixxu għall-ġabra ta’ applikazzjonijiet għall-impjiegi u s-CVs skont l-Artikolu 14(1)(b);

(b) jikkontribwixxu għall-ġabra ta’ applikazzjonijiet għall-impjiegi u s-CVs skont l-Artikolu 14(1)(b);

(c) li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi skont il-Kapitolu IV jew

(c) jipprovdu servizzi ta’ appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi skont il-Kapitolu IV.

(d) taħlita tal-punti (a) sa (c).

 

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-Sħab tal-EURES jagħżlu punt ta’ kuntatt wieħed jew iktar, bħal uffiċċji ta’ kollokament u reklutaġġ, ċentri ta’ assistenza bit-telefon, għodod self-service u l-bqija, fejn ħaddiema u impjegaturi jistgħu jingħataw appoġġ fl-approvazzjoni u/jew l-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ skont dan ir-Regolament. Il-punti ta’ kuntatt jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq programmi ta’ skambju tal-persunal, id-distakk tal-uffiċjali ta’ kollegament jew jinvolvu aġenziji ta’ kollokament komuni.

2. Il-Membri u s-Sħab tal-EURES jagħżlu punt ta’ kuntatt wieħed jew iktar, aċċessibbli għal persuni b’diżabilitajiet, bħal uffiċċji ta’ kollokament u reklutaġġ, ċentri ta’ assistenza bit-telefon, għodod self-service, pjattaformi differenti ta’ komunikazzjoni aċċessibbli għall-ikbar numru possibbli ta’ konsumaturi finali, fejn ħaddiema u impjegaturi jistgħu jingħataw appoġġ fir-rigward tal-approvazzjoni u/jew l-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ skont dan ir-Regolament. Il-punti ta’ kuntatt jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq programmi ta’ skambju tal-persunal jew id-distakk tal-uffiċjali ta’ kollegament u jistgħu jinvolvu aġenziji ta’ kollokament komuni.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li s-Sħab tal-EURES jikkontribwixxu

4. Filwaqt illi jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-Istati Membri, permezz tal-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni tagħhom, jistgħu jeħtieġu li l-Membri u s-Sħab tal-EURES jikkontribwixxu:

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għall-funzjonament taċ-ċentru nazzjonali msemmi fl-Artikolu 15(5) permezz ta’ tariffa jew f’forma oħra;

imħassar

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a) għall-ġbir tal-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata permezz tal-portal tal-EURES;

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-modalitajiet għal dawn il-kontribuzzjonijiet fis-sistemi nazzjonali tagħhom fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, filwaqt li jikkunsidraw fatturi bħall-kapaċità amministrattiva tas-Sieħeb tal-EURES u l-grad ta’ parteċipazzjoni tiegħu fin-netwerk tal-EURES kif imsemmi fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-modalitajiet għal dawn il-kontribuzzjonijiet.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ imsemmijin fl-Artikoli 21 sa 23 lis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tagħhom, diment li dawn tal-aħħar jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES, jew bħala Msieħeb tal-EURES awtorizzati skont l-Artikolu 8 u l-Anness għal dan ir-Regolament jew bħala Msieħeb tal-EURES fuq il-bażi tal-eżenzjoni fil-paragrafu 3.

2. L-Istati Membri jinkarigaw il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ imsemmijin fl-Artikoli 21, 22 u 23 lill-PES tagħhom jew lill-ministeri għax-xogħol tagħhom.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għal perjodu massimu ta’ ħames snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn reviżjoni bl-applikazzjoni tal-Artikolu 8 u l-Anness għal dan ir-Regolament dawk is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi li fi żmien id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament kienu parti min-netwerk tal-EURES b’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE u/jew, fejn xieraq, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/8/KE. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-eżenzjonijiet mogħtijin

imħassar

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Ir-rwol tas-sħubijiet transfruntieri EURES u strutturi oħra ta’ appoġġ f’reġjuni transfruntieri

 

1. Sħubijiet transfruntieri EURES u strutturi speċifiċi oħra ta’ appoġġ jistgħu jitwaqqfu f'reġjuni transfruntieri biex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-forza tax-xogħol transfruntiera.

 

2. Sħubijiet transfruntieri huma komposti minn organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fin-netwerk tal-EURES skont l-Artikolu 8 kif ukoll partijiet interessati oħra u jipprovdu servizzi ta’ appoġġ transfruntieri f’qasam partikolari transfruntier.

 

3. Il-kompiti tas-sħubijiet transfruntieri jinkludu, b’mod partikolari, l-għoti ta’ informazzjoni, konsulenza u servizzi ta’ kollokament u ta’ reklutaġġ lill-ħaddiema u impjegaturi tal-fruntieri, l-appoġġ tan-networking tal-konsulenti tal-EURES f’żoni tal-funtiera, il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni bejn sħab, it-twettiq ta’ attivitajiet transfruntieri bil-għan li tittejjeb it-trasparenza tas-suq tax-xogħol u jitneħħew l-ostakli għall-mobilità, u l-preparazzjoni ta’ pubblikazzjonijiet multilingwi għall-ħaddiema u impjegaturi tal-fruntiera.

 

4. L-Istati Membri jappoġġaw l-attivitajiet tal-istrutturi transfruntieri u jinkoraġixxu l-istabbiliment ta’ sħubijiet ġodda bil-għan li tiġi ssodisfata b’mod iktar effettiv il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni fir-rigward tal-mobilità tal-forza tax-xogħol f’żoni transfruntieri.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni huwa msawwar minn rappreżentanti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni.

1. Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jkun imsawwar minn rappreżentanti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u l-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni bil-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistieden lir-rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni biex jattendu l-laqgħat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Imħassar għaliex is-Sħab Soċjali għandhom ikunu membru tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES jiżguraw li l-informazzjoni u l-materjal promozzjonali li jipprovdu huma koerenti mal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ġenerali tan-netwerk tal-EURES u mal-informazzjoni li ġejja mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni.

3. L-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES jiżguraw li l-informazzjoni u l-materjal promozzjonali li jipprovdu huma koerenti mal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ġenerali u mal-istandards komuni u ta’ kwalità għolja tan-netwerk tal-EURES u mal-informazzjoni li ġejja mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jħaffef il-kollaborazzjoni ta n-netwerk tal-EURES ma’ servizzi u netwerks oħrajn tal-Unjoni ta’ informazzjoni u konsultazzjoni.

1. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jħaffef il-kooperazzjoni bejn in-netwerk tal-EURES u servizzi u netwerks oħrajn tal-Unjoni ta’ informazzjoni u konsultazzjoni.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Uffiċċji Nazzjonali ta' Koordinazzjoni jikkollaboraw mas-servizzi u n-netwerks imsemmija fil-paragrafu 1 fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jinkisbu s-sinerġiji u jiġi evitat l-irduppjar, u, fejn xieraq, jinovlvu l-Imsieħba tal-EURES.

2. L-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jikkollaboraw mas-servizzi u n-netwerks imsemmija fil-paragrafu 1 fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jinkisbu s-sinerġiji u jiġi evitat l-irduppjar, u, fejn xieraq, jinvolvu l-Membri u s-Sħab tal-EURES.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Sabiex jonqos il-qgħad, l-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni, jieħdu miżuri biex jiżguraw li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw aċċess ugwali meta dawn ikunu qed japplikaw għal postijiet tax-xogħol battala.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżviluppaw soluzzjonijiet ta’ punt uniku ta’ servizz għall-komunikazzjoni ma’ ħaddiema u impjegaturi dwar l-attivitajiet komuni tan-netwerk tal-EURES u dawk is-servizzi u n-netwerks.

3. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżviluppaw soluzzjonijiet ta’ punt uniku ta’ servizz, inkluż online, għall-komunikazzjoni ma’ ħaddiema u impjegaturi dwar l-attivitajiet komuni tan-netwerk tal-EURES u dawk is-servizzi u n-netwerks u jiżguraw li dawn is-soluzzjonijiet ikunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Biex jgħaqqad offerti ta’ xogħol flimkien ma’ applikazzjonijiet għal xogħol, kull Stat Membru għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-portal tal-EURES:

1. Biex jgħaqqad offerti ta’ xogħol flimkien ma’ applikazzjonijiet għal xogħol, kull Stat Membru għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-portal tal-EURES:

(a) il-postijiet tax-xogħol battala kollha disponibbli mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tiegħu kif ukoll dawk ipprovduti mis-Sħab tal-EURES tiegħu;

(a) il-postijiet tax-xogħol battala kollha disponibbli mill-PES tiegħu kif ukoll dawk ipprovduti mill-Membri u mis-Sħab tal-EURES;

(b) l-applikazzjonijiet għal xogħol u s-CVs kollha disponibbli mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tiegħu kif ukoll dawk ipprovduti mis-Sħab tal-EURES tiegħu, diment li l-ħaddiema kkonċernati taw il-kunsens biex l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni fil-portal tal-EURES ukoll skont it-termini definiti fil-paragrafu 3.

(b) l-applikazzjonijiet u s-CVs kollha disponibbli mill-PES tiegħu kif ukoll dawk ipprovduti mill-Membri tal-EURES l-oħra u, fejn rilevanti, mis-Sħab tal-EURES, dment li l-applikanti kkonċernati taw il-kunsens biex l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni fil-portal tal-EURES ukoll skont it-termini definiti fil-paragrafu 3.

 

Stati Membri jistgħu jippermettu li post battal ma jiġix ippubblikat fil-portal tal-EURES fejn debitament ġustifikat minn impjegatur fuq il-bażi tar-rekwiżiti tal-ħiliet u tal-kompetenzi relatati max-xogħol u fil-każ ta’ postijiet battala li mhumiex ippubblikati. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jeżentaw apprendistati u programmi ta’ taħriġ fejn debitament ġustifikat b’mod konformi mas-sistema edukattiva nazzjonali jew il-politika nazzjonali tas-suq tax-xogħol.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta jqiegħdu għad-dispożizzjoni dejta dwar postijiet tax-xogħol battala fil-portal tal-EURES, l-Istati Membri

2. Meta jqiegħdu għad-dispożizzjoni dejta dwar postijiet tax-xogħol battala fil-portal tal-EURES, l-Istati Membri:

(a) ma għandhom jagħmlu ebda distinzjoni skont l-għamla u d-durata tal-kuntratti u lanqas skont l-intenzjonijiet ta’ reklutaġġ tal-impjegaturi;

(a) ma għandhom jagħmlu ebda distinzjoni skont l-għamla u d-durata tal-kuntratti u lanqas skont l-intenzjonijiet ta’ reklutaġġ tal-impjegaturi, iżda għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata f’dan ir-rigward;

(b) jistgħu jeskludu l-postijiet tax-xogħol battala li minħabba n-natura tagħhom jew ir-regoli nazzjonali, huma miftuħa biss għaċ-ċittadini ta’ pajjiż speċifiku.

(b) jistgħu jeskludu l-postijiet tax-xogħol battala li jirrigwardaw kategoriji ta’ programmi ta’ taħriġ u apprendistati li huma ffinanzjati pubblikament, bħala parti mill-politiki tagħhom tas-suq tax-xogħol;

 

(b a) jistgħu jeskludu postijiet tax-xogħol battala oħra bħala parti debitament ġustifikata tal-politiki attivi tagħhom tas-suq tax-xogħol.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kunsens tal-ħaddiema msemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun espliċitu, mhux ambigwu, minn jeddhom, speċifiku u informat. Il-ħaddiema għandhom ikunu jistgħu jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe waqt u jitolbu t-tħassir jew l-emenda ta’ kwalunkwe dejta, jew kollha kemm hi, li tqiegħdet għad-dispożizzjoni. Il-ħaddiema għandhom ikunu jistgħu jagħżlu minn numru ta’ għażliet biex jillimitaw l-aċċess għad-dejta tagħhom jew għal ċerti attributi.

3. Il-kunsens imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun espliċitu, mhux ambigwu, minn jeddhom, speċifiku u informat. L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe waqt u jitolbu t-tħassir jew l-emenda ta’ kwalunkwe dejta, jew kollha kemm hi, li tqiegħdet għad-dispożizzjoni. L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jagħżlu minn numru ta’ għażliet biex jillimitaw l-aċċess għad-dejta tagħhom jew għal ċerti attributi, bħal pereżempju li jiddeċiedu jekk id-dejta tagħhom tkunx tista’ ssir tfittxija għaliha biss permezz tal-kategoriji ta’ dejta ġenerali jew jekk is-CV u d-dejta personali tagħhom ikunux disponibbli direttament għall-impjegaturi potenzjali rreġistrati.

Ġustifikazzjoni

Rakkomandazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-mekkaniżmi u l-istandards imsemmijin fil-paragrafu 4 kif ukoll dwar standards rigward is-sigurtà tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta. Għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, b’mod partikolari fil-każ ta’ lmenti u postijiet tax-xogħol battala meqjusin mhux konformi mal-istandards applikabbli skont il-liġi nazzjonali.

imħassar

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Biex ikunu jistgħu jitlaqqgħu l-offerti ta’ xogħol mal-applikazzjonijiet għal xogħol, kull Stat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 skont sistema uniformi.

7. Biex ikunu jistgħu jitlaqqgħu l-offerti ta’ xogħol mal-applikazzjonijiet għal xogħol, kull Stat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mod trasparenti u uniformi.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7 a. Il-portal tal-EURES ikun aċċessibbli, u jikkonforma mal-Istandard Ewropew adottat EN 301549 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-ICT.

Ġustifikazzjoni

L-istandard stabbilit tal-UE EN 301549 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi tal-ICT jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli. B’mod preċiż, il-klawżola numru 9 ta’ dan l-istandard tinkludi l-linji gwida WCAG 2.0 aċċettati fuq livell internazzjonali, il-Livell AA, li huwa l-livell kruċjali biex iċ-ċittadini, inklużi l-persuni b’diżabbiltà, jkunu jistgħu jaċċessaw il-kontenut online. Bl-iddisinjar ta’ portal aċċessibbli, il-portal jikkonforma wkoll mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, ratifikata mill-UE.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a. Il-PES jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni msaħħa biex jassistu t-tlaqqigħ tax-xogħlijiet bejn il-fruntieri.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-għodod interni għal dawk li jaħdmu fuq il-każijiet ġestiti mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi l-postijiet tax-xogħol battala kollha, l-applikazzjonijiet tax-xogħol, u s-CVs disponibbli fuq il-portal tal-EURES għandhom ikunu disponibbli fuq l-istess livell ma’ kwalunkwe dejta nazzjonali f’dawn l-għodod.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-għodod interni għal dawk li jaħdmu fuq il-każijiet ġestiti mill-PES il-postijiet tax-xogħol battala kollha, l-applikazzjonijiet tax-xogħol, u s-CVs disponibbli fuq il-portal tal-EURES, skont l-Artikolu 14, għandhom ikunu disponibbli fuq l-istess livell ma’ kwalunkwe dejta nazzjonali f’dawn l-għodod.

Ġustifikazzjoni

Rakkomandazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati japplikaw ukoll il-prinċipji msemmijin fil-paragrafi 1 u 3, skont l-għażla ta’ dawn l-organizzazzjonijiet skont l-Artikolu 9(1).

4. Il-Membri u s-Sħab tal-EURES ikkonċernati japplikaw ukoll il-prinċipji msemmijin fil-paragrafi 1 u 3.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċentru nazzjonali li jippermetti t-trasferiment fuq il-portal EURES ta’ informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol battala, l-applikazzjonijiet tax-xogħol u s-CVs disponibbli minn kwalunkwe organizzazzjoni li hija lesta li taqsam din l-informazzjoni wkoll fuq il-portal tal-EURES.

5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċentru nazzjonali billi jużaw, jekk jista’ jkun, strutturi governattivi li diġà jeżistu, li jippermetti t-trasferiment fuq il-portal EURES ta’ informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol battala, l-applikazzjonijiet tax-xogħol u s-CVs disponibbli minn kwalunkwe organizzazzjoni li hija lesta li taqsam din l-informazzjoni wkoll fuq il-portal tal-EURES.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżviluppaw soluzzjonijiet ta’ punt uniku ta’ servizz għall-komunikazzjoni mal-ħaddiema tal-fruntiera u l-impjegaturi f’dawk ir-reġjuni transfruntiera fejn l-Istati Membri kkonċernati f’daqqa jqisu li hemm bżonn li jistabbilixxu strutturi speċifiċi ta’ kooperazzjoni u servizz.

6. L-Istati Membri għandhom ifittxu, fʼkooperazzjoni mill-qrib mas-sħubiji transfruntieri tal-EURES, li jiżviluppaw soluzzjonijiet taʼ punt uniku taʼ servizz¸ fosthom online, għall-komunikazzjoni lejn ħaddiema tal-fruntiera u l-impjegaturi fir-reġjuni transfruntiera.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa klassifikazzjoni Ewropea ta’ ħiliet, kompetenzi, kwalifiki u okkupazzjonijiet. Din il-klassifikazzjoni hija l-għodda li tiffaċilita l-applikazzjoni onlajn għal xogħol b’mod transfruntier għall-Unjoni Ewropea billi tagħmel tlaqqigħ tax-xogħlijiet, tidentifika nuqqas ta’ ħiliet, tirrikonoxxi kwalifiki u tipprovdi gwida għall-karriera fuq il-portal tal-EURES.

1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa klassifikazzjoni Ewropea ta’ ħiliet, kompetenzi, kwalifiki u okkupazzjonijiet (“Klassifikazzjoni Ewropea”). Din il-klassifikazzjoni hija l-għodda li tiffaċilita l-applikazzjoni online għal xogħol b’mod transfruntier għall-Unjoni Ewropea billi tagħmel tlaqqigħ tax-xogħlijiet, tidentifika nuqqas ta’ ħiliet, tirrikonoxxi kwalifiki u tipprovdi gwida għall-karriera fuq il-portal tal-EURES.

2. L-Istati Membri jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni Ewropea rigward l-interoperabilità bejn sistemi nazzjonali u l-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2. L-Istati Membri, u b’mod partikolari l-Membri tal-EURES, jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni rigward l-interoperabilità bejn sistemi nazzjonali u l-klassifikazzjoni Ewropea li qed tiġi żviluppata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni żżomm lill-Istati Membri infurmati dwar l-iżvilupp tal-klassifikazzjoni Ewropea.

 

2 a. Il-klassifikazzjoni Ewropea tqis l-esperjenzi u l-aħjar prattika diġà miksuba wara l-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew ta’ Kwalifiki u d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

2 b. Il-Kummissjoni tadotta u taġġorna, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-lista ta’ ħiliet u kompetenzi u impjiegi tal-klassifikazzjoni Ewropea. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).

3. Għal dan il-għan, sal-1.1.2017 kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju inizjali biex ifassal mappa tal-klassifikazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u settorjali kollha tiegħu ma’ u mill-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u, wara l-introduzzjoni tal-użu tal-inventarju fuq il-bażi ta’ applikazzjoni li ssir mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, jaġġorna b’mod regolari l-inventarju biex iżommu aġġornat mal-evoluzzjoni tas-servizzi ta’ reklutaġġ.

3. Kull Stat Membru, fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-lista msemmija fil-paragrafu 2(b), jistabbilixxi inventarju inizjali biex ifassal mappa tal-klassifikazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u settorjali kollha tiegħu ma’ dik il-lista u minnha u jżommu aġġornat.

 

3 a. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jissostitwixxu l-klassifikazzjoni nazzjonali tagħhom bil-klassifikazzjoni Ewropea, kif titlesta, jew iżommu s-sistemi ta’ klassifikazzjoni nazzjonali interoperabbli tagħhom.

4. Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri li jagħżlu li jibdlu l-klassifikazzjonijiet nazzjonali mal-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4. Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku u, fejn possibbli, finanzjarju lill-Istati Membri li jagħżlu li jibdlu l-klassifikazzjonijiet nazzjonali mal-klassifikazzjoni Ewropea.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-istandards tekniċi u l-formats neċessarji għall-operazzjoni tal-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-istandards tekniċi u l-formats neċessarji għall-operazzjoni tat-tlaqqigħ awtomatizzat permezz tal-pjattaforma komuni tal-IT bl-użu tal-klassifikazzjoni Ewropea u l-interoperabilità bejn sistemi nazzjonali u l-klassifikazzjoni Ewropea. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jużaw is-servizzi tagħhom, meta jqiegħdu għad-dispożizzjoni applikazzjonijiet għal xogħol u/jew CVs magħhom, jistgħu jagħżu sabiex dawk is-servizzi tal-impjiegi jgħinuhom bir-reġistrazzjoni fuq il-portal tal-EURES, billi jużaw iċ-ċentru nazzjonali msemmi fl-Artikolu 15(5).

1. Il-Membru u s-Sħab tal-EURES għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jużaw is-servizzi tagħhom, meta jqiegħdu għad-dispożizzjoni applikazzjonijiet għal xogħol u/jew CVs magħhom, ikunu infurmati dwar il-possibilità li jagħżlu sabiex dawk is-servizzi tal-impjiegi jgħinuhom bir-reġistrazzjoni fuq il-portal tal-EURES, billi jużaw iċ-ċentru nazzjonali msemmi fl-Artikolu 15(5). Tali assistenza tiġi offruta fuq bażi nondiskriminatorja u mingħajr dewmien.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-ħaddiema u l-impjegaturi għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni ġenerali dwar kemm, meta u fejn jistgħu jaġġornaw, jirrevedu u jirtiraw id-dejta kkonċernata.

4. Il-ħaddiema u l-impjegaturi għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni dettaljata dwar kemm, meta u fejn jistgħu jaġġornaw, jirrevedu u jirtiraw id-dejta kkonċernata.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema u l-impjegaturi jista’ jkollhom aċċess għal servizzi ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema u l-impjegaturi jista’ jkollhom aċċess, kemm online jew offline, għal servizzi ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali minnufih.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta’ approċċ koordinat fil-livell nazzjonali għal servizzi bħal dawn.

2. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta’ approċċ koordinat fil-livell nazzjonali għal servizzi bħal dawn bil-għan li jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi taż-żoni reġjonali u/jew lokali.

Ġustifikazzjoni

Is-suċċess tan-netwerk EURES jitlob li l-Istati Membri jrawmu r-rabtiet tagħhom mal-interessi speċifiċi tar-reġjuni u/jew il-muniċipalitajiet tal-UE.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c a) permezz tas-sħubijiet transfruntieri tal-EURES; jew

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) permezz ta’ taħlita tal-punti (a) sa (c).

(d) permezz ta’ taħlita tal-punti (a) sa (ca).

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Is-servizzi ta’ appoġġ għall-ħaddiema kif stipulati fl-Artikoli 20, 22 u 23 u l-assistenza b’ reġistrazzjoni fuq il-portal tal-EURES imsemmija fl-Artikolu 17(1) huma bla ħlas.

5. Is-servizzi ta’ appoġġ għall-ħaddiema kif stipulati fl-Artikoli 20, 22 u 23 u l-assistenza b’reġistrazzjoni fuq il-portal tal-EURES imsemmija fl-Artikolu 17(1) u (2) huma bla ħlas.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Is-servizzi ta’ appoġġ għall-impjegaturi msemmija fl-Artikoli 21 u 22 u l-assistenza b’reġistrazzjoni fuq il-portal tal-EURES imsemmija fl-Artikolu 17(2) jistgħu jkunu suġġetti għal tariffa. Kwalunkwe tariffa mitluba, ma tistax tvarja bejn it-tariffi imposti għas-servizzi tal-EURES u dawk applikabbli għal servizzi paragunabbli oħrajn ipprovduti mill-organizzazzjoni kkonċernata.

imħassar

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Tiġi pprovduta informazzjoni dwar dan l-appoġġ kif ukoll il-prezz possibbli tiegħu b’mod preċiż u ċar kemm lill-impjegaturi kif ukoll lill-ħaddiema.

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jindikaw b’mod ċar lill-ħaddiema u l-impjegaturi l-medda ta’ servizzi ta’ appoġġ li jipprovdu, fejn u kif dawk is-servizzi huma aċċessibbli u l-kundizzjonijiet li fihom huwa pprovdut aċċess, billi jintużaw il-kanali ta’ informazzjoni tagħhom. Dik l-informazzjoni hija ppubblikata fuq il-portal tal-EURES.

7. Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jindikaw b’mod ċar lill-ħaddiema u l-impjegaturi l-medda ta’ servizzi ta’ appoġġ li jipprovdu, fejn u kif dawk is-servizzi huma aċċessibbli u l-kundizzjonijiet li fihom huwa pprovdut aċċess, billi jintużaw il-kanali ta’ informazzjoni l-iktar aċċessibbli possibbli tagħhom. Dik l-informazzjoni hija ppubblikata fuq il-portal tal-EURES.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema u l-impjegaturi kollha li jitolbu servizzi tal-klijenti mis-servizzi tal-impjiegi jirċievu jew ikunu konxji bl-informazzjoni bażika dwar l-appoġġ għall-mobilità disponibbli fil-livell nazzjonali li

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema u l-impjegaturi kollha li jitolbu servizzi tal-klijenti mis-servizzi tal-impjiegi jirċievu jew ikunu konxji bl-informazzjoni xierqa dwar l-appoġġ għall-mobilità disponibbli fil-livell nazzjonali li

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) hija faċilment aċċessibbli u ppreżentata b’mod faċli għall-utenti.

(b) mhix diskriminatorja u hija faċilment aċċessibbli u ppreżentata b’mod faċli għall-utenti, kif ukoll aċċessibbli għal persuni bʼdiżabilità.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni huwa pedament ta’ suq tax-xogħol inklużiv, li jaħdem tajjeb.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Dawk kollha li jfittxu xogħol għandhom id-dritt għal informazzjoni komprensiva rigward il-kundizzjonijiet b’rabta mal-liġi dwar l-impjiegi, bħal pereżempju d-drittijiet tal-pensjonijiet, is-sigurtà soċjali jew l-assigurazzjoni tas-saħħa, fil-pajjiż jew fuq il-post tax-xogħol.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jappoġġa l-iżvilupp ta’ informazzjoni bażika skont dan l-Artikolu u jassisti lill-Istati Membri fl-iżgurar ta’ kopertura lingwistika adegwata.

3. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jappoġġa l-iżvilupp ta’ informazzjoni bażika skont dan l-Artikolu u jassisti lill-Istati Membri fl-iżgurar ta’ kopertura lingwistika adegwata, billi jqis it-talbiet tas-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati joffru b’mod proattiv lill-ħaddiema kollha li jkunu qed ifittxu impjieg l-opportunità li jiksbu aċċess għas-servizzi ddefiniti f’dan l-Artikolu. Meta xieraq, din l-offerta tittenna matul il-proċess ta’ tiftix ta’ xogħol.

1. Is-Sħab u l-Membri tal-EURES ikkonċernati joffru, minnufih u b’mod proattiv lill-persuni li huma intitolati legalment li jaħdmu fl-Unjoni u li jkunu qed ifittxu impjieg l-opportunità li jiksbu aċċess għas-servizzi ddefiniti f’dan l-Artikolu. Meta xieraq, tali offerta tittenna matul il-proċess ta’ tiftix ta’ xogħol.

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-ħaddiema jkunu interessati f’iktar assistenza, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu informazzjoni u gwida dwar opportunitajiet ta’ xogħol individwali u b’mod partikolari joffrulhom is-servizzi li ġejjin:

2. Jekk il-ħaddiema jkunu interessati f’iktar assistenza, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu informazzjoni u gwida dwar opportunitajiet ta’ xogħol individwali u b’mod partikolari joffrulhom is-servizzi personalizzati li ġejjin, bla ħlas:

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a) jipprovdu informazzjoni u gwida kif imsemmi fl-Artikolu 7(3);

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a) jipprovdu informazzjoni dwar servizzi ta’ konsulenza dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg għall-familji tal-ħaddiema;

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b b) jipprovdu lill-ħaddiema b’informazzjoni fuq integrazzjoni interkulturali u appoġġ lingwistiku;

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc) jipprovdu informazzjoni dwar it-termini tal-impjieg fl-Istat Membru u fil-post tax-xogħol, bħal drittijiet għall-pensjoni, is-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni jew l-assigurazzjoni tas-saħħa.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) meta jkun hemm bżonn, jipprovdu assistenza billi jtellgħu t-tali applikazzjonijiet għal xogħol u fuq portali nazzjonali relevanti ta’ tiftix ta’ xogħol u l-portal tal-EURES;

(d) meta jkun hemm bżonn, jipprovdu assistenza fl-użu tal-portal tal-EURES, bħal pereżempju biex itellgħu applikazzjonijiet għal xogħol fuq il-portal tal-EURES;

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) meta xieraq, jirreferu għal Sieħeb tal-EURES ieħor.

(f) meta xieraq, jirreferu għal Membru jew Sieħeb tal-EURES ieħor.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk il-ħaddiema jkunu interessati f’iktar assistenza u jkun hemm probabilità raġonevoli ta’ kollokament fi ħdan l-UE, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu iktar assistenza fit-tiftix ta’ xogħol, li tikkonsisti f’servizzi bħall-għażla ta’ postijiet tax-xogħol battala xierqa, assistenza fit-tfassil ta’ applikazzjonijiet għal xogħol u CVs u l-forniment ta’ traduzzjonijiet u/jew il-kisba ta’ kjarifiki dwar postijiet tax-xogħol battala speċifiċi fi Stati Membri oħrajn.

3. Il-Membri u s-Sħab tal-EURES ikkonċernati, fejn xieraq, jipprovdu servizzi addizzjonali bħall-għażla ta’ postijiet tax-xogħol battala xierqa, assistenza fit-tfassil ta’ applikazzjonijiet għal xogħol u CVs u l-forniment ta’ traduzzjonijiet u/jew il-kisba ta’ kjarifiki dwar postijiet tax-xogħol battala speċifiċi fi Stati Membri oħrajn, jekk il-ħaddiema jkunu interessati f’iktar assistenza.

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Wara r-reklutaġġ ta’ ħaddiem fi Stat Membru ieħor bis-saħħa tas-servizzi pprovduti skont dan l-Artikolu, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu lill-persuna kkonċernata bid-dettalji ta’ kuntatt tal-organizazzjonijiet fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni li jistgħu joffru assistenza wara r-reklutaġġ.

4. Wara r-reklutaġġ ta’ ħaddiem fi Stat Membru ieħor bis-saħħa tas-servizzi pprovduti skont dan l-Artikolu, il-Membri u s-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu lill-persuna kkonċernata bid-dettalji ta’ kuntatt tal-organizazzjonijiet, inklużi s-sħab soċjali fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni li jistgħu joffru assistenza wara r-reklutaġġ.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni u gwida lill-impjegaturi interessati fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema minn Stati Membri oħrajn u b’mod partikolari joffrulhom is-servizzi li ġejjin:

1. Il-Membri u s-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni u gwida lill-impjegaturi interessati fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema minn Stati Membri oħrajn u b’mod partikolari joffrulhom is-servizzi li ġejjin:

(a) jipprovdu informazzjoni dwar ir-regoli speċifiċi applikabbli meta jimpjegaw lil dawk il-ħaddiema;

(a) jipprovdu informazzjoni dwar ir-regoli speċifiċi applikabbli meta jimpjegaw lil dawk il-persuni minn Stati Membri oħra u fir-rigward tat-tipi differenti ta’ kuntratti tax-xogħol;

(b) jippromwovu l-użu tan-netwerk tal-EURES u l-bażi tad-dejta ta’ CVs fuq il-portal tal-EURES bħala għodda li tgħin sabiex jimtlew postijiet tax-xogħol battala;

(b) jippromwovu, b’mod partikolari online, l-użu tan-netwerk tal-EURES u l-bażi tad-dejta ta’ CVs fuq il-portal tal-EURES bħala għodda li tgħin sabiex jimtlew postijiet battala;

(c) jipprovdu informazzjoni u gwida dwar fatturi li jistgħu jħaffu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema u dwar kif tkun sostnuta l-integrazzjoni tagħhom;

(c) jipprovdu informazzjoni u gwida dwar fatturi li jistgħu jħaffu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema u dwar kif tkun sostnuta l-integrazzjoni tagħhom;

(d) meta jintalbu, jipprovdu informazzjoni u gwida dwar il-formulazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ impjieg individwali f’post tax-xogħol battal li jistgħu jiġu emendati għal udjenza Ewropea;

(d) meta jintalbu, jipprovdu informazzjoni speċifika u gwida individwali dwar il-formulazzjoni ta’ rekwiżiti għall-postijiet battala;

(e) meta jintalbu, jipprovdu assistenza dwar il-formulazzjoni tal-post tax-xogħol battal skont l-istandards tekniċi u l-formati Ewropej imsemmija fl-Artikoli 14(8) u 16(5);

(e) meta jintalbu, jipprovdu assistenza dwar il-formulazzjoni tal-post tax-xogħol battal skont l-istandards tekniċi u l-formati Ewropej imsemmija fl-Artikoli 14(8) u 16(5);

(f) meta jkun hemm bżonn, jipprovdu assistenza fir-reġistrazzjoni bħala impjegatur fuq il-portal tal-EURES;

(f) meta jkun hemm bżonn, jipprovdu assistenza fl-użu tal-portal tal-EURES, jiġifieri appoġġ fir-reġistrazzjoni bħala impjegatur fuq il-portal tal-EURES;

(g) meta xieraq, jirreferu għal Sieħeb tal-EURES ieħor.

(g) meta xieraq, jirreferu għal Membru jew Sieħeb tal-EURES ieħor.

2. Jekk l-impjegaturi jkunu interessati f’iktar assistenza u jkun hemm probabilità raġonevoli ta’ reklutaġġ fi ħdan l-UE, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu iktar assistenza, li tikkonsisti f’servizzi bħall-preselezzjoni tal-kandidati xierqa u assistenza fil-forniment ta’ traduzzjonijiet u/jew il-kisba ta’ kjarifiki dwar applikazzjonijiet għal xogħol speċifiċi.

2. Il-Membri jew is-Sħab tal-EURES ikkonċernati, fejn xieraq, jipprovdu servizzi addizzjonali bħall-preselezzjoni tal-kandidati xierqa u assistenza fil-forniment ta’ traduzzjonijiet u/jew il-kisba ta’ kjarifiki dwar applikazzjonijiet għal xogħol speċifiċi jekk l-impjegaturi huma interessati f’assistenza ulterjuri.

3. Wara r-reklutaġġ ta’ ħaddiem minn Stat Membru ieħor bis-saħħa tas-servizzi pprovduti skont dan l-Artikolu, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu lill-impjegatur ikkonċernat bid-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet li jistgħu joffru assistenza fl-integrazzjoni ta’ ħaddiema reklutati ġodda minn Stati Membri oħrajn.

3. Wara r-reklutaġġ ta’ ħaddiem minn Stat Membru ieħor bis-saħħa tas-servizzi pprovduti skont dan l-Artikolu, il-Membri jew is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu lill-impjegatur ikkonċernat bid-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet li jistgħu joffru assistenza fl-integrazzjoni ta’ ħaddiema reklutati ġodda minn Stati Membri oħrajn.

4. Is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandhom jieħdu l-impenn li jiftiehmu ma’ servizzi tal-impjiegi oħrajn li joperaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru

4. Il-PES għandhom jieħdu l-impenn li jiftiehmu ma’ servizzi tal-impjiegi oħrajn li joperaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru

(a) sabiex flimkien jippromwovu fit-territorju tal-Istat Membru r-reġistrazzjoni tal-impjegaturi fin-netwerk tal-EURES u l-użu tagħhom ta’ pjattaforma komuni għall-approvazzjoni Ewropea;

(a) sabiex flimkien jippromwovu u jinkoraġixxu fit-territorju tal-Istat Membru r-reġistrazzjoni tal-impjegaturi fin-netwerk tal-EURES u l-użu tagħhom ta’ pjattaforma komuni għall-approvazzjoni Ewropea;

(b) sabiex jaqsmu l-informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar is-servizzi ta’ appoġġ għall-impjegaturi interessati fir-reklutaġġ minn Stati Membri oħrajn.

(b) sabiex jaqsmu l-informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar is-servizzi ta’ appoġġ għall-impjegaturi interessati fir-reklutaġġ minn Stati Membri oħrajn.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jipprovdu, fuq talba tal-ħaddiema u l-impjegaturi, informazzjoni ġenerali dwar l-assistenza wara r-reklutaġġ u dwar fejn jiksbu assistenza wara r-reklutaġġ bħal taħriġ dwar komunikazzjoni interkulturali, korsijiet tal-lingwa u appoġġ fl-integrazzjoni.

1. Il-Membri jew is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jipprovdu lill-ħaddiema u l-impjegaturi informazzjoni ġenerali dwar l-assistenza wara r-reklutaġġ u dwar fejn jiksbu assistenza wara r-reklutaġġ bħal taħriġ dwar komunikazzjoni interkulturali, korsijiet tal-lingwa u appoġġ fir-rigward tal-integrazzjoni.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Permezz ta’ Deroga mill-Artikolu 18(5), is-Sħab tal-EURES jistgħu joffru l-assistenza msemmija fil-paragrafu 1 lil ħaddiema bi ħlas.

imħassar

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess iffaċilitat għall-informazzjoni u s-servizzi dwar is-sigurtà soċjali

Aċċess iffaċilitat għall-informazzjoni u s-servizzi dwar is-saħħa, is-sigurtà soċjali u t-tassazzjoni

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bejn is-servizzi ta’ appoġġ skont dan ir-Regolament u s-servizzi pprovduti dwar is-sigurtà soċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bejn is-servizzi ta’ appoġġ skont dan ir-Regolament u s-servizzi pprovduti dwar is-saħħa, is-sigurtà soċjali, assigurazzjoni għall-qgħad u tassazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u permezz ta’ strutturi ta’ kooperazzjoni transfruntiera, u jfittxu li jipprevjenu problemi dwar dispożizzjonijiet differenti fil-livelli reġjonali u lokal fil-pajjiżi tagħhom.

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-għan tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom isostnu l-iżvilupp ta’ aċċess online integrat bħala l-ewwel sors ta’ informazzjoni għal ħaddiema, ħaddiema tal-fruntiera u impjegaturi.

2. Għall-għan tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom isostnu l-iżvilupp ta’ aċċess online integrat bħala l-ewwel sors ta’ informazzjoni għal ħaddiema, ħaddiema tal-fruntiera u impjegaturi u servizzi personalizzati ulterjuri pprovduti mill-konsulenti tal-EURES.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi personalizzati pprovduti mill-konsulenti tal-EURES għandhom rwol ewlieni f’li jippermettu lill-ħaddiema jagħmlu deċiżjonijiet infurmati meta jeżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom ta’ moviment liberu.

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq talba ta’ ħaddiema, ħaddiema tal-fruntiera u impjegaturi, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet relatati mas-sigurtà soċjali u jieħdu l-impenn li jirreferu dawk it-talbiet għal informazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti u, jekk applikabbli, lil korpi oħrajn li jappoġġjaw lill-ħaddiema fl-eżerċizzju ta’ drittijiethom fil-kuntest tal-libertà tal-moviment.

3. Il-Membri u s-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet relatati mas-sigurtà soċjali u assigurazzjoni għall-qgħad u tassazzjoni fuq id-dħul. Barra minn hekk, is-sħubijiet transfruntieri jipprovdu informazzjoni multilingwi speċifika dwar it-tipi partikolari taʼ impjieg. Dik l-informazzjoni jkun fiha, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar l-istandards minimi fil-liġi tax-xogħol, ħarsien tal-impjieg u tas-saħħa u pagi minimi. Talbiet għal informazzjoni speċifika jiġu riferuti lill-awtoritajiet kompetenti u, jekk applikabbli, u lil korpi oħrajn li jappoġġjaw lill-ħaddiema fl-eżerċizzju ta’ drittijiethom fil-kuntest tal-libertà tal-moviment.

Ġustifikazzjoni

Il-persuni li jixtiequ jaħdmu f’pajjiż differenti jeħtieġ li jkollhom din l-informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni b’għarfien sħiħ tal-fatti.

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru ma għandux jillimita l-aċċess għal miżuri nazzjonali tas-suq tax-xogħol għas-sempliċi raġuni li ħaddiem ifittex dik l-assistenza sabiex isib xogħol fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Skont ir-Regolament (UE) Nru 492/2011, Stat Membru ma għandux jillimita l-aċċess għal miżuri attivi nazzjonali tas-suq tax-xogħol li jipprovdu lill-ħaddiema b’assistenza fit-tiftix ta’ xogħol sempliċement fuq il-bażi li ħaddiem ifittex dik l-assistenza sabiex isib xogħol fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Madankollu, Stat Membru jista’ jeskludi ċerti miżuri finanzjati pubblikament li jiffurmaw parti mill-politiki attivi tiegħu tas-suq tax-xogħol.

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw il-flussi u l-mudelli fi ħdan l-Unjoni tal-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE fuq il-bażi ta’ statistika tal-Eurostat u d-dejta nazzjonali disponibbli.

Il-Kummissjoni timmonitorja u tippubblika l-flussi u l-mudelli fi ħdan l-Unjoni tal-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE fuq il-bażi ta’ statistika tal-Eurostat u d-dejta nazzjonali disponibbli.

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu, b’mod partikolari, jiġbor u janalizza informazzjoni dwar:

1. Kull Stat Membru għandu, b’mod partikolari, jiġbor u janalizza informazzjoni diżaggregata skont is-sess dwar:

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema fi swieq tax-xogħol nazzjonali u settorjali u kemm il-mobilità tal-forza tax-xogħol tista’ tindirizzahom;

(a) in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema fi swieq tax-xogħol nazzjonali u settorjali u kemm il-mobilità tal-forza tax-xogħol tista’ tindirizzahom, b’attenzjoni speċjali lill-gruppi l-aktar vulnerabbli tas-suq tax-xogħol u lir-reġjuni l-aktar affetwati mill-qgħad;

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-ħtiġijiet u t-tendenzi tas-suq tax-xogħol sabiex jinħolqu sinerġiji possibbli bejn l-impjegaturi u l-universitajiet jew l-istituti ta’ taħriġ professjonali biex jindirizzaw il-problema ta’ nuqqas ta’ tlaqqigħ bejn il-ħiliet u l-postijiet battala;

Emenda  162

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-attivitajiet tal-EURES fil-livell nazzjonali;

(b) l-attivitajiet tal-EURES fil-livell nazzjonali, u fejn xieraq fil-livell transfruntier, biex jiġu identifikati possibbiltajiet ġodda għal inizjattivi politiċi;

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-pożizzjoni tan-netwerk tal-EURES fis-suq għal servizzi ta’ reklutaġġ fil-livell nazzjonali ġenerali.

(c) il-pożizzjoni tan-netwerk EURES fis-suq għal servizzi ta’ reklutaġġ fil-livell nazzjonali ġenerali u, fejn xieraq, fil-livell transfruntier.

Emenda  164

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Billi jikkunsidraw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-analiżi konġunta, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw politiki dwar il-mobilità bħala parti integrali mill-politiki tagħhom dwar l-impjiegi. Dawn il-politiki dwar il-mobilità jipprovdu l-qafas li fuq il-bażi tiegħu l-Istati Membri jistgħu jimxu bil-programmazzjoni msemmija fl-Artikolu 28.

3. Billi jikkunsidraw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-analiżi konġunta, l-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw politiki dwar il-mobilità bħala parti integrali mill-politiki tagħhom dwar l-impjiegi. Dawn il-politiki dwar il-mobilità jipprovdu l-qafas li fuq il-bażi tiegħu l-Istati Membri jistgħu jimxu bil-programmazzjoni msemmija fl-Artikolu 28.

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri jieħdu l-impenn li jħassru mil-liġijiet nazzjonali tagħhom id-dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jdewmu u saħansitra jxekklu l-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-organizzazzjonijiet kollha li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES imsemmija fl-Artikolu 4 għandhom jaqsmu u jiskambjaw informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Istati Membri rigward il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, il-proċeduri amministrattivi u r-regoli applikabbli għal ħaddiema minn Stati Membri oħrajn, u b’hekk jiggwidaw lil ħaddiema u impjegaturi.

1. L-organizzazzjonijiet kollha li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES imsemmija fl-Artikolu 4 għandhom jaqsmu u jiskambjaw informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Istati Membri rigward il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, il-proċeduri amministrattivi u r-regoli applikabbli għal ħaddiema minn Stati Membri oħrajn, u b’hekk jiggwidaw kif meħtieġ lil ħaddiema u impjegaturi.

Emenda  167

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Kull Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jevalwa u jikkondividi r-rapport u r-rakkomandazzjoni speċifiċi għall-pajjiż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni mal-Membri u s-Sħab tal-EURES.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull sena, kull Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jfassal programm ta’ ħidma għall-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

1. Kull Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jfassal programm ta’ ħidma annwali fuq il-bażi tar-rapport u r-rakkomandazzjoni speċifiċi għall-pajjiż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għall-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru

Emenda  169

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) L-attivitajiet ewlenin li għandhom jitwettqu skont dan ir-Regolament;

(a) L-attivitajiet ewlenin li għandhom jitwettqu skont dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali kollu kemm hu, u fejn xieraq, fil-livell transfruntier;

Emenda  170

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni tiżgura, permezz tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, li l-finanzjament ta’ attivitajiet tan-netwerk EURES ikun konformi mal-programmi ta’ ħidma nazzjonali u konformi wkoll mad-dispożizzjonijiet tal-Programm EaSI, filwaqt li d-dispożizzjonijiet għall-finanzjament tal-attivitajiet EURES jiżguraw is-sinerġija mal-finanzjament disponibbli mill-INTERREG 2014-2020.

Emenda  171

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) riżultati dwar l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizz, miksuba bl-ikkompletar ta’ kwestjonarju standardizzat mill-konsulenti tal-EURES.

Emenda  172

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li tikkunsidra l-informazzjoni miġbura kif imsemmi f’dan il-Kapitolu, kull sentejn il-Kummissjoni Ewropea għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni u s-servizzi pprovduti lill-ħaddiema biex jitħaffef l-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment skont l-Artikolu 46 tat-TFUE.

Filwaqt li tikkunsidra l-informazzjoni miġbura kif imsemmi f’dan il-Kapitolu, kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni u s-servizzi pprovduti lill-ħaddiema biex jitħaffef l-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment skont l-Artikolu 46 tat-TFUE.

Emenda  173

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew evalwazzjoni ex post dwar l-operazzjoni u l-effetti ta’ dan ir-Regolament ħames snin wara li jidħol fis-seħħ.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni evalwazzjoni ex post dwar it-tħaddim u l-effetti ta’ dan ir-Regolament sa …* [sentejn wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ].

Emenda  174

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 8 u 29 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew minn kwalunkwe data oħra stabbilita mil-leġiżlatur.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 29 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew minn kwalunkwe data oħra stabbilita mil-leġiżlatur.

Emenda  175

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 8 u 29 tista’ tkun revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 29 tista’ tkun revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat diġà fis-seħħ.

Emenda  176

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 8 u 29 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 29 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-libertà li wieħed jaħdem fi kwalunkwe pajjiż fl-UE hija aspett ewlieni tal-libertà tal-moviment, wieħed mill-erba’ libertajiet bażiċi li fuqhom hija bbażata l-UE, u b’hekk ukoll taċ-ċittadinanza tal-UE. B’mod partikolari mill-esperjenza tar-rata tal-qgħad għolja f’ċerti reġjuni tal-Ewropa, il-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-UE għandha tissaħħaħ, l-opportunitajiet ta’ xogħol għall-ħaddiema għandhom ikunu mtejbin u l-impjegaturi għandhom ikunu megħjuna jimlew il-postijiet vakanti aħjar u iktar malajr. Dan jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ suq tax-xogħol Ewropew b’livell għoli ta’ impjiegi. Il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE hija relattivament baxxa meta mqabbla mad-daqs tas-suq tax-xogħol u l-popolazzjoni attiva tal-UE - ir-rata ta’ mobilità fl-UE27 hija biss ta’ 0.29 %.

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li n-netwerk tal-EURES isir strument effettiv għall-persuni li qed ifittxu xogħol jew għall-impjegaturi li huma interessati fil-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE, billi jagħmel aċċessibbli u trasparenti fl-Ewropa kollha ġabra kemm jista’ jkun estensiva ta’ postijiet tax-xogħol battala u profili ta’ dawk li qegħdin ifittxu xogħol. Anke l-apprendistati u l-iskemi ta’ taħriġ għandhom ikunu inklużi fin-netwerk, dment li dawn jagħtu lid-detentur drittijiet sħaħ ta’ impjegat.

Huwa stabbilit b’mod espliċitu li l-politika dwar is-suq tax-xogħol inklużi l-miżuri kollha ta’ appoġġ mingħajr ebda bidla tibqa’ parti mill-kompetenzi nazzjonali. Hawnhekk se jibqa’ stabbilit il-prinċipju tal-post ta’ residenza.

Iridu jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat li dawk kollha li jfittxu x-xogħol jistgħu jiksbu informazzjoni komprensiva dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-disponibbiltà ta' assistenza fil-post fejn jinsab ix-xogħol.

Il-pjattaforma trid tkun aċċessibbli faċilment u kemm jista’ jkun faċli biex tintuża.

Is-suċċess tan-netwerk tal-EURES jiddependi fuq l-inklużjoni fin-netwerk ta’ servizzi effettivi ta’ impjieg pubbliċi u privati fl-Istati Membri u fuq sforzi mmirati fl-UE kollha biex jittejjeb il-profil tan-netwerk, fil-forma ta’ miżuri intensivi ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri mmirati lill-pubbliku ġenerali.

Fin-netwerk tal-EURES, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES) għandhom jingħataw prijorità u għandhom jinħatru awtomatikament mill-Istati Membri bħala membri responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Lil hinn minn dawn, l-Istati Membri jistgħu japprovaw aġenziji għall-impjieg addizzjonali bħala Membri tal-EURES kif ukoll jawtorizzaw organizzazzjonijiet oħrajn biex jieħdu sehem fin-netwerk bħala Sħab tal-EURES, pereżempju aġenziji għall-impjieg privati, aġenziji, NGOs, eċċ., sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tar-rekwiżiti tan-netwerk tal-EURES.

Fil-mili ta’ postijiet tax-xogħol battala l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li bħala prijorità dawn jimtlew b’ċittadini mill-Istati Membri tal-UE, sabiex tingħata preferenza lill-Unjoni.

L-effiċjenza ta’ dan in-netwerk għandha tkun evalwata b’mod regolari, sabiex jiġu eżaminati l-effikaċja u l-applikabbiltà, biex jekk ikun hemm bżonn isir titjib kemm jista’ jkun malajr u b’hekk in-netwerk tal-EURES ikun operat b’suċċess b’mod permanenti.

3.3.2015

Opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjieg, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol

(COM(2014)0006 – C7‑0015/2014 – 2014/0002(COD))

Rapporteur għal opinjoni:Viorica Dăncilă

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Kuljum, aktar minn 1.1 miljun ċittadin Ewropew li jgħixu f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE jaqsmu l-fruntiera biex jaħdmu f’pajjiż ġar.

Barra minn hekk, aktar minn 7 miljun ċittadin Ewropew għexu u ħadmu fi Stat Membru ieħor fl-2013, 78% minnhom kienu ekonomikament attivi u 68% minnhom kellhom xogħol.

Dan huwa possibbli peress li l-ħaddiema tal-UE jistgħu jiċċaqalqu liberament, jistgħu ifittxu x-xogħol f’pajjiż differenti tal-UE u jistgħu jaħdmu f’dak il-pajjiż mingħajr ma jeħtieġu permess tax-xogħol.

Skont l-istatistiċi Ewropej, in-numru ta’ nies li jgħixu fi Stat Membru ieħor għajr il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom żdied bi kważi 60% wara l-2005, wara t-tkabbir tal-2004 u l-2007, iżda xorta jikkostitwixxi 3.1% biss tal-forza tax-xogħol tal-UE. Il-flussi ta’ mobilità fi ħdan l-UE sussegwentement niżlu b’terz bħala riżultat tal-kriżi.

B’mod ġenerali huwa stmat li l-flussi ta’ mobilità ta’ wara t-tkabbir għenu biex jiżdied il-PDG tal-pajjiżi tal-UE-15 b’madwar 1% fil-perjodu 2004-2009.

Minkejja l-livelli għoljin ta’ qgħad (aktar minn 25 miljun ruħ fl-UE, li aktar minn 5 miljun minnhom huma żgħażagħ), għad hemm nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa u konġestjoni fil-postijiet tax-xogħol battala f’ħafna reġjuni fi ħdan l-Istati Membri.

Tabilħaqq, in-numru ta’ postijiet tax-xogħol battala ilu jiżdied sa minn nofs tal-2009, b’mod partikolari f’setturi bi tkabbir għoli bħat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-ekonomija ekoloġika.

F’dan il-kuntest, il-portal dwar il-mobilità fix-xogħol tal-EURES jirrappreżenta opportunità unika għal dawk li qed ifittxu xogħol fl-UE: huwa b’xejn, joffri informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi parteċipanti kollha f’25 lingwa, iqiegħed lil dawk qed ifittxu xogħol f’kuntatt ma’ impjegaturi li jkunu qed ifittxu ħiliet partikolari u jiggwida lil dawk li qed ifittxu xogħol lejn setturi u okkupazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa, u jappoġġa programmi ta’ mobilità għaż-żgħażagħ.

Is-sinifikat tal-iskema EURES jintwera mill-fatt li l-websajt tagħha tirċievi 4 miljun żjara kull xahar, tistabbilixxi 150 000 kuntatt fix-xahar bejn dawk li jkunu qed ifittxu xogħol u l-impjegaturi, twassal għal aktar minn 50 000 kollokament fis-sena, bħala medja tilqa’ 750 000 CV fix-xahar, u jiġu organizzati mijiet ta’ avvenimenti madwar l-Ewropa.

Il-Kummissjoni issa qed tipproponi riforma tal-EURES li testendi n-numru ta’ msieħba li joffru servizzi ta’ mobilità permezz tal-EURES, tikkonsolida l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-impjiegi pubbliċi u privati sabiex ikopru perċentwal saħansitra ogħla ta’ postijiet tax-xogħol battala disponibbli (attwalment dan il-perċentwal ivarja bejn 30% u 40% tal-postijiet tax-xogħol battala totali disponibbli), u jiffukaw aktar fuq iż-żgħażagħ, li huma aktar lesti li jkunu mobbli, li jfisser li tkopri wkoll il-forom ta’ impjieg li jgħaqqdu x-xogħol u l-opportunitajiet ta’ tagħlim, bħal apprentistati u skemi ta’ taħriġ.

Aħna favur l-aġġornament tal-operat tal-EURES u li jkun konformi mal-iżviluppi soċjali fil-livell Ewropew, iżda l-proposta tal-Kummissjoni ma tagħmilx referenza ċara għall-proporzjon ta’ kompetenzi bejn dawk involuti u l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fin-netwerk, jew għar-rwol tal-imsieħba soċjali u l-metodi ta’ għażla li għandhom jintużaw.

Il-proposta tal-Kummissjoni tonqos ukoll milli ssemmi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Iżvizzera, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein, pajjiżi li diġà huma involuti fin-netwerk EURES.

Madankollu, hemm sinjali mill-Istati Membri li din ir-riforma friska tista’ tfixkel l-operat attwali tal-organizzazzjonijiet transfruntiera meta jitqies li dawn l-istrutturi wettqu għadd kbir ta’ miżuri konġunti sabiex jinfurmaw u jikkollokaw ħaddiema transfruntiera

Din ir-riforma għandha tippermetti lis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi biex jibnu l-pedamenti għal kooperazzjoni aktar mill-qrib ma istituzzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ, b’mod partikolari fir-rigward ta’ aktar taħriġ, inkluż għal persuni li huma akbar minn 40 sena, b’hekk dan jippermetti lil dawk li qed ifittxu xogħol biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jagħmlu użu intelliġenti mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

Hemm il-ħtieġa wkoll ta’ koordinazzjoni interministerjali aħjar sabiex jingħelbu l-ostakoli legali li jiffaċċjaw il-ħaddiema li jixtiequ jaħdmu f’pajjiż ieħor, peress li fil-preżent ħafna nies jaħsbuha darbtejn jekk jaċċettawx offerta ta’ impjieg fi Stat Membru ieħor tal-UE minħabba inċertezzi jew nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-sistemi tas-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni u obbligi oħrajn li jkunu japplikaw fil-pajjiż ta’ residenza.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex iqis l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa element ewlieni għall-iżvilupp ta’ suq tax-xogħol tal-Unjoni iktar integrat li jippermetti li jkun hemm mobilità tal-ħaddiema minn żoni ta’ qgħad għoli għal żoni kkaratterizzati minn nuqqas ta’ ħaddiema. Jikkontribwixxi wkoll għas-sejbien tal-ħiliet it-tajbin għal postijiet tax-xogħol battala u sabiex jingħelbu l-ostakoli fis-suq tax-xogħol.

(2) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa element ewlieni għall-iżvilupp ta’ suq tax-xogħol tal-Unjoni iktar integrat li jippermetti li jkun hemm mobilità tal-ħaddiema minn żoni ta’ qgħad għoli għal żoni kkaratterizzati minn nuqqas ta’ ħaddiema. Jikkontribwixxi wkoll biex jinstab il-persunal meħtieġ b’ħiliet adegwati għal postijiet tax-xogħol battala u sabiex jingħelbu l-ostakoli fis-suq tax-xogħol.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) F’konformità mal-Artikolu 174 TFUE, għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tat-Tramuntana l-aktar imbiegħda b’densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna, u għal reġjuni insulari, transfruntiera u muntanjużi.

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex il-ħaddiema li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu jkunu megħjuna jeżerċitaw dak id-dritt b’mod effettiv, l-assistenza skont dan ir-Regolament hija miftuħa għal kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni li għandu dritt li jibda attività bħala persuna impjegata u l-membri tal-familja tiegħu, skont l-Artikolu 45 tat-Trattat. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-istess aċċess lil kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li, skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, jibbenefika minn trattament indaqs bħaċ-ċittadini tagħhom f’dan il-qasam.

(4) Sabiex il-ħaddiema li jgawdu mid-dritt li jaħdmu abbażi tal-moviment liberu jkunu megħjuna jeżerċitaw dak id-dritt b’mod effettiv, l-assistenza skont dan ir-Regolament hija miftuħa għal kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni li għandu dritt li jibda attività bħala persuna impjegata u l-membri tal-familja tiegħu, skont l-Artikolu 45 tat-Trattat. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-istess aċċess lil kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li, skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, jibbenefika minn trattament indaqs bħaċ-ċittadini tagħhom f’dan il-qasam.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-interdipendenza dejjem ikbar bejn is-swieq tax-xogħol teħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn is-servizzi tal-impjiegi biex ikun hemm libertà tal-moviment għall-ħaddiema kollha permezz ta’ mobilità tal-forza tax-xogħol volontarja u ġusta fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 46 (a) tat-Trattat, u għalhekk għandu jiġi stabbilit qafas komuni għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni. Dan il-qafas għandu jiġbor flimkien postijiet tax-xogħol battala minn madwar l-Unjoni u l-possibilità ta’ applikazzjoni għal dawk il-postijiet tax-xogħol battala (‘approvazzjoni’), jiddefinixxi l-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ relatati lill-ħaddiema u l-impjegaturi u jipprevedi approċċ komuni biex tinqasam l-informazzjoni neċessarja biex titħaffef it-tali kooperazzjoni.

(5) L-interdipendenza dejjem ikbar bejn is-swieq tax-xogħol u l-ħtieġa għall-integrazzjoni tagħhom teħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn is-servizzi tal-impjiegi biex ikun hemm libertà tal-moviment għall-ħaddiema kollha permezz ta’ mobilità tal-forza tax-xogħol volontarja u ġusta fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 46 (a) tat-Trattat, u għalhekk għandu jiġi stabbilit qafas komuni għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u n-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein. Dan il-qafas għandu jiġbor flimkien postijiet tax-xogħol battala minn madwar l-Unjoni u ċ-ċittadini tal-Unjoni u ta’ dawn l-erba’ pajjiżi u l-possibilità ta’ applikazzjoni għal dawk il-postijiet tax-xogħol battala ('approvazzjoni'), jiddefinixxi l-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ relatati lill-ħaddiema u l-impjegaturi u jipprevedi approċċ komuni biex tinqasam l-informazzjoni neċessarja biex titħaffef it-tali kooperazzjoni. L-Unjoni għandha, b’mod partikolari, tieħu l-miżuri neċessarji biex tiggarantixxi l-opportunitajiet ta’ impjieg u d-drittijiet tal-ħaddiema b’mod ġenerali, anki fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li jipparteċipaw fin-netwerk EURES.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Fil-‘Patt għal Tkabbir u Impjiegi’, il-Kunsill Ewropew talab li tiġi mistħarrġa l-possibilità ta’ estensjoni tan-netwerk tal-EURES għal apprentistati u skemi ta’ taħriġ, l-apprentistati u l-iskemi ta’ taħriġ jistgħu jkunu koperti skont dan ir-Regolament, dment li l-persuni kkonċernati jitqiesu bħala ħaddiema b’referenza għad-drittijiet konferiti liċ-ċittadini skont l-Artikolu 45 tat-Trattat. Hemm bżonn li jiġi introdott skambju xieraq ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-mobilità għal apprentistati u skemi ta’ taħriġ fi ħdan l-Unjoni u għandha tiġi żviluppata assistenza adegwata għall-kandidati għal dawk il-pożizzjonijiet, abbażi ta’ mekkaniżmu għall-approvazzjoni ta’ offerti, ladarba t-tali approvazzjoni titqies fattibbli skont l-istandards xierqa u bir-rispett dovut għall-kompetenzi tal-Istati Membri.

(6) Fil-'Patt għal Tkabbir u Impjiegi', il-Kunsill Ewropew talab li tiġi mistħarrġa l-possibilità ta’ estensjoni tan-netwerk EURES għal apprentistati u traineeships, inklużi dawk organizzati mill-isħubijiet transfruntiera. L-apprentistati u t-traineeships jistgħu jkunu koperti skont dan ir-Regolament, dment li l-persuni kkonċernati jitqiesu bħala ħaddiema b’referenza għad-drittijiet konferiti liċ-ċittadini skont l-Artikolu 45 tat-Trattat. Hemm bżonn li jiġi introdott skambju xieraq ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-mobilità għal apprentistati u traineeships fi ħdan l-Unjoni, li għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod simili għal diplomi mogħtija mis-sistemi standard ta’ edukazzjoni fl-Istati Membri, u għandha tiġi żviluppata assistenza adegwata għall-kandidati għal dawk il-pożizzjonijiet, abbażi ta’ mekkaniżmu għall-approvazzjoni ta’ offerti, ladarba t-tali approvazzjoni titqies fattibbli skont l-istandards xierqa u bir-rispett dovut għall-kompetenzi tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Persuni li ħadu sehem fi traineeships u apprentistati jirċievu ċertifikat malli jlestu l-programm tagħhom, u dan iċ-ċertifikat irid jiġi rikonoxxut fi Stati Membri oħrajn.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-kooperazzjoni transnazzjonali u transfruntiera u l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet kollha li joperaw għall-EURES fl-Istati Membri titħaffef permezz ta’ struttura fil-livell tal-Unjoni (‘l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni’) li għandha tipprovdi informazzjoni komuni, attivitajiet ta’ taħriġ, għodod u gwida. Dik l-istruttura għandha tkun responsabbli wkoll għall-iżvilupp tal-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol (il-portal tal-EURES), il-pjattaforma informatika komuni. Biex jiggwidawh f’ħidmietu, għandhom jiġu żviluppati programmi ta’ ħidma multiannwali f’konsultazzjoni mal-Istati Membri.

(8) Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni interreġjonali, transnazzjonali u transfruntiera u l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet kollha li joperaw għall-EURES fl-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-operazzjoni ta’ struttura fil-livell tal-Unjoni ('l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni') li għandha tkompli toffri servizzi bħal: provvista komuni ta’ informazzjoni u konsulenza, attivitajiet ta’ taħriġ, għodod u gwida. Dik l-istruttura għandha tkun responsabbli wkoll għat-tisħiħ tal-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol (il-portal tal-EURES), il-pjattaforma informatika komuni. Biex jiggwidawh f’ħidmietu, għandhom jiġu żviluppati programmi ta’ ħidma pluriennali f’konsultazzjoni mal-Istati Membri.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu Uffiċċji ta’ Koordinazzjoni fil-livell nazzjonali sabiex jipprovdu appoġġ u assistenza ġenerali lill-organizzazzjonijiet kollha fit-territorju tagħhom li joperaw għall-EURES u jappoġġjaw il-kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Membri l-oħrajn u mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni. B’mod partikolari, dawn l-Uffiċċji ta’ Koordinazzjoni għandu jkollhom il-kompitu li jindirizzaw ilmenti u problemi dwar postijiet tax-xogħol battala, u jivverifikaw kwistjonijiet relatati mal-konformità fir-rigward tal-mobilità tal-forza tax-xogħol volontarja u ġusta fi ħdan l-Unjoni.

(9) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu Uffiċċji ta’ Koordinazzjoni fil-livell nazzjonali sabiex jipprovdu appoġġ u assistenza ġenerali lill-organizzazzjonijiet kollha fit-territorju tagħhom li joperaw għall-EURES, inklużi sħubijiet transfruntiera u jappoġġaw il-kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Membri l-oħrajn u mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni. B’mod partikolari, dawn l-Uffiċċji ta’ Koordinazzjoni għandu jkollhom il-kompitu li jappoġġaw il-ħolqien ta’ strumenti u proċeduri għall-funzjonament tal-EURES u li jindirizzaw ilmenti u problemi dwar postijiet tax-xogħol battala u xkiel amministrattiv, b’mod partikolari oqsma b’nuqqas kbir ta’ ħaddiema li jikkostitwixxi riskju li jinħoloq żbilanċ fis-suq tax-xogħol, u jivverifikaw kwistjonijiet relatati mal-konformità fir-rigward tal-mobilità tal-forza tax-xogħol volontarja u ġusta fi ħdan l-Unjoni¸ isolvu l-ilmenti biex jevitaw interpretazzjonijiet li jvarjaw fil-leġiżlazzjoni, u jiġġestixxu każijiet ta’ diskriminazzjoni u protezzjoni tad-data. L-Istati Membri li għandhom sistema deċentralizzata għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu uffiċċji ta’ koordinazzjoni reġjonali.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali fin-netwerk tal-EURES tikkontribwixxi b’mod partikolari għall-analiżi tal-ostakli għall-mobilità kif ukoll il-promozzjoni ta’ mobilità ġusta u volontarja tal-forza tax-xogħol fl-Unjoni, inkluż fir-reġjuni transfruntiera. Għalhekk, ir-rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu involuti fl-istruttura ta’ governanza ġenerali tan-netwerk tal-EURES, filwaqt li l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-impjegaturi u t-trejdjunjins jistgħu japplikaw biex isiru Sħab tal-EURES.

(10) Il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali fin-netwerk EURES tikkontribwixxi b’mod partikolari għall-analiżi tal-ostakli għall-mobilità kif ukoll il-promozzjoni ta’ mobilità ġusta u volontarja tal-forza tax-xogħol fl-Unjoni, inkluż fir-reġjuni transfruntiera. Għalhekk, ir-rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu involuti fl-istruttura ta’ governanza ġenerali tan-netwerk EURES, filwaqt li l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-impjegaturi u t-trejdjunjins jistgħu japplikaw biex isiru Sħab tal-EURES, b’attenzjoni għall-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala l-ġeneraturi ewlenin tal-impjiegi fl-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) F’reġjuni transfruntiera, l-istrutturi permanenti – bħall-komunitajiet tax-xogħol, l-ewroreġjuni u b’mod partikolari r-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) – jistgħu jikkostitwixxu l-bażi għal sħubijiet tranfsruntiera.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sħubija usa’ tan-netwerk tal-EURES għandha benefiċċji soċjali, ekonomiċi u finanzjarji. Ittejjeb l-effiċjenza fil-forniment tas-servizzi billi tħaffef is-sħubijiet, issaħħaħ il-komplimentarjetà u ttejjeb il-kwalità. Iżżid is-sehem mis-suq tan-netwerk tal-EURES hekk kif membri ġodda jqiegħdu għad-dispożizzjoni postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol u curriculum vitae ('CV's'). Il-kooperazzjoni transnazzjonali u transfruntiera, li hija karatteristika ewlenija tal-operazzjoni tan-netwerk tal-EURES, tista’ tiġġenera forom innovattivi ta’ tagħlim u kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-impjiegi, inkluż fuq standards tal-kwalità għal postijiet tax-xogħol battala u servizzi ta’ appoġġ. Għalhekk, in-netwerk tal-EURES ikun qed isaħħaħ ir-relevanza tiegħu bħala wieħed mill-għodod ewlenin tal-Unjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għall-appoġġ ta’ miżuri konkreti lejn livell għoli ta’ impjieg fi ħdan l-Unjoni.

(12) Sħubija usa’ tan-netwerk EURES għandha benefiċċji soċjali, ekonomiċi u finanzjarji. Ittejjeb l-effiċjenza fil-forniment tas-servizzi billi tħaffef is-sħubijiet, issaħħaħ il-komplimentarjetà u ttejjeb il-kwalità. Iżżid is-sehem mis-suq tan-netwerk EURES hekk kif membri ġodda jqiegħdu għad-dispożizzjoni postijiet tax-xogħol battala, applikazzjonijiet għal xogħol u curriculum vitae ('CV's'). Il-kooperazzjoni interreġjonali, transnazzjonali u transfruntiera, li hija karatteristika ewlenija tal-operazzjoni tan-netwerk EURES, għandha tkompli tiġġenera forom innovattivi ta’ tagħlim u kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-impjiegi, inkluż fuq standards tal-kwalità għal postijiet tax-xogħol battala u servizzi ta’ appoġġ. Għalhekk, in-netwerk EURES ikun qed isaħħaħ ir-relevanza tiegħu bħala wieħed mill-għodod ewlenin tal-Unjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għall-appoġġ ta’ miżuri konkreti lejn livell għoli ta’ impjieg fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) F’konformità mal-kompetenzi tagħhom fl-organizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol, l-Istati Membri stess għandhom ikunu responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet bħala sħab tal-EURES għan-netwerk tal-EURES, kull wieħed fit-territorju tiegħu stess. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal kriterji komuni minimi u sett limitat ta’ regoli bażiċi dwar il-proċess ta’ awtorizzazzjoni, biex ikunu żgurati trasparenza u opportunitajiet indaqs fis-sħubija man-netwerk tal-EURES, mingħajr ħsara għall-flessibilità neċessarja biex jiġu kkunsidrati l-mudelli nazzjonali u l-forom ta’ kooperazzjoni differenti bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u atturi oħrajn fis-suq tax-xogħol fl-Istati Membri.

(13) F’konformità mal-kompetenzi tagħhom fl-organizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol, l-Istati Membri stess għandhom ikunu responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet bħala sħab tal-EURES għan-netwerk EURES, kull wieħed fit-territorju tiegħu stess. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal kriterji komuni minimi u sett limitat ta’ regoli bażiċi dwar il-proċess ta’ awtorizzazzjoni, biex ikunu żgurati trasparenza u opportunitajiet indaqs fis-sħubija man-netwerk EURES, mingħajr ħsara għall-flessibilità neċessarja biex jiġu kkunsidrati l-mudelli nazzjonali, reġjonali u lokali u l-forom ta’ kooperazzjoni differenti bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u atturi oħrajn fis-suq tax-xogħol fl-Istati Membri.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Biex jikkomunika informazzjoni affidabbli u aġġornata lil ħaddiema u impjegaturi fuq l-aspetti differenti tal-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni, in-netwerk tal-EURES għandu jikkoopera ma’ korpi, servizzi u netwerks oħrajn tal-Unjoni li jiffaċilitaw il-mobilità u li jgħarrfu liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, bħall-portal L-Ewropa Tiegħek, il-portal Żgħażagħ Ewropej u SOLVIT, l-organizzazzjonijiet responsabbli għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u l-korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament indaqs tal-ħaddiema, maħturin skont id-Direttiva../2013 (UE) tal-[Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema fil-kuntest tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema].

(16) Biex jikkomunika informazzjoni affidabbli u aġġornata lil ħaddiema u impjegaturi fuq l-aspetti differenti tal-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni, in-netwerk EURES għandu jikkoopera ma’ korpi, servizzi u netwerks oħrajn tal-Unjoni li jiffaċilitaw il-mobilità u li jgħarrfu liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni, bħall-portal L-Ewropa Tiegħek, il-portal Żgħażagħ Ewropej u SOLVIT, l-organizzazzjonijiet li jaħdmu għall-kooperazzjoni transfruntiera u organizzazzjonijiet oħra responsabbli għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u l-korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament indaqs tal-ħaddiema, maħturin skont id-Direttiva../2013 (UE) tal-[Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema fil-kuntest tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema].

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fehim profond tad-domanda għal ħaddiema f’termini ta’ okkupazzjonijiet, setturi u ħtiġijiet tal-impjegaturi jkun jeħtieġ id-dritt ta’ moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni u b’hekk, is-servizzi ta’ appoġġ għandhom jinkludu assistenza ta’ kwalità tajba għall-impjegaturi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji. Relazzjonijiet tax-xogħol mill-qrib bejn servizzi tal-impjiegi u impjegaturi se jżidu l-ammont ta’ postijiet tax-xogħol battala u t-tlaqqigħ tax-xogħlijiet ma’ kandidati xierqa, jiżguraw soluzzjonijiet għal persuni li qed ifittxu xogħol, b’mod partikolari dawk fi gruppi vulnerabbli u jtejbu l-intelliġenza tas-suq tax-xogħol.

(24) Fehim profond tad-domanda għal ħaddiema f’termini ta’ okkupazzjonijiet, setturi u ħtiġijiet tal-impjegaturi jkun jeħtieġ id-dritt ta’ moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni u b’hekk, is-servizzi ta’ appoġġ għandhom jinkludu assistenza ta’ kwalità tajba għall-impjegaturi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji, inklużi persuni li jiddedikaw ruħhom għall-produzzjoni artiġjanali. Relazzjonijiet tax-xogħol mill-qrib bejn servizzi tal-impjiegi u impjegaturi se jżidu l-ammont ta’ postijiet tax-xogħol battala u t-tlaqqigħ tax-xogħlijiet ma’ kandidati xierqa, itaffu n-nuqqas ta’ ħaddiema, jiżguraw soluzzjonijiet għal persuni li qed ifittxu xogħol, b’mod partikolari dawk fi gruppi vulnerabbli u jtejbu l-intelliġenza tas-suq tax-xogħol.

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Is-servizzi ta’ appoġġ għall-ħaddiema huma marbutin mal-eżerċizzju tal-libertà fundamentali tal-moviment tagħhom bħala ħaddiema skont il-liġi tal-Unjoni, u għandhom ikunu b’xejn. Madankollu, is-servizzi ta’ appoġġ għall-impjegaturi jafu jkunu suġġetti għal tariffa, skont il-prattiki nazzjonali.

(26) Is-servizzi ta’ appoġġ għall-ħaddiema huma marbutin mal-eżerċizzju tal-libertà fundamentali tal-moviment tagħhom bħala ħaddiema skont id-dritt tal-Unjoni, u għaldaqstant għandhom ikunu b’xejn, bħalma għandhom ikunu b’xejn is-servizzi ta’ appoġġ għall-impjegaturi.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tkun appoġġjata l-mobilità fir-reġjuni transfruntiera u biex jiġu pprovduti servizzi għal ħaddiema tal-fruntiera li qed jgħixu fi Stat Membru u jaħdmu f’ieħor u jridu jħabbtu wiċċhom ma’ prattiki u sistemi legali nazzjonali differenti u li jiltaqgħu ma’ xkiel amministrattiv, legali jew fiskali speċifiku għall-mobilità. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu strutturi speċifiċi ta’ appoġġ biex iħaffu dan it-tip ta’ mobilità, u t-tali strutturi, fi ħdan il-qafas tan-netwerk tal-EURES, għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi għal informazzjoni, gwida, tlaqqigħ transfruntier bejn id-domanda u l-provvista ta’ ħaddiema u l-kollokamenti li jirriżultaw.

(27) Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jingħata appoġġ lir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti u lill-mobilità fir-reġjuni transfruntiera u l-għotja ta’ servizzi għall-ħaddiema tal-fruntiera li qed jgħixu fi Stat Membru u jaħdmu f’ieħor, li n-numru tagħhom qed jiżdied kontinwament, u li jridu jħabbtu wiċċhom ma’ prattiki u sistemi legali nazzjonali differenti u xkiel amministrattiv, legali jew fiskali speċifiku għall-mobilità. L-Istati Membri għandhom ikomplu jipprovdu sostenn għal strutturi speċifiċi ta’ appoġġ li jħaffu dan it-tip ta’ mobilità, u li, fi ħdan il-qafas tan-netwerk EURES, jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi għal informazzjoni, konsulenza, gwida, tlaqqigħ transfruntier bejn id-domanda u l-provvista tal-ħaddiema u l-kollokamenti li jirriżultaw.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Għandu jiġi stabbilit ċiklu ta’ programmazzjoni biex isostni l-koordinazzjoni ta’ azzjoni fuq il-mobilità fi ħdan l-Unjoni. Biex tkun effettiva, il-programmazzjoni tal-pjanijiet ta’ attività tal-Istati Membri għandha tikkunsidra dejta dwar il-flussi u x-xejriet tal-mobilità, l-analiżi tad-dejta ta’ nuqqas u eċċess eżistenti u mbassar tal-forza tax-xogħol, u l-esperjenzi u l-prattiki ta’ reklutaġġ fin-netwerk tal-EURES u għandha tikkonsisti f’analiżi tar-riżorsi u l-għodod eżistenti għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjonijiet fl-Istat Membru biex titħaffef il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE.

(30) Għandu jiġi stabbilit ċiklu ta’ programmazzjoni biex isostni l-koordinazzjoni ta’ azzjoni fuq il-mobilità fi ħdan l-Unjoni. Bil-għan li tindividwa u tipprevjeni l-effetti negattivi li jirriżultaw b’rabta mal-mobilità ġeografika fi ħdan l-Unjoni, il-programmazzjoni tal-pjanijiet ta’ attività tal-Istati Membri għandha tikkunsidra data dwar il-flussi u x-xejriet tal-mobilità, l-analiżi tad-data ta’ nuqqas u eċċess eżistenti u mbassar ta’ ħaddiema, u l-esperjenzi u l-prattiki ta’ reklutaġġ fin-netwerk EURES u għandha tikkonsisti f’analiżi tar-riżorsi u l-għodod eżistenti għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjonijiet fl-Istat Membru biex titħaffef il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tippermetti l-ħolqien ta’ mekkaniżmu effikaċi għal integrazzjoni aħjar tas-sistemi edukattivi skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol minn naħa, u tas-suq tax-xogħol b’mod ġenerali min-naħa l-oħra.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a) Għandha tinstab soluzzjoni rigward it-tassazzjoni ta’ ħaddiema migranti transfruntiera, peress li l-assenza ta’ soluzzjoni bħal din tillimita bil-kbir il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, skont l-Artikolu 45 TFUE. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom itejbu l-proċeduri biex jeliminaw id-diskriminazzjoni ta’ natura fiskali li tiskoraġġixxi l-mobilità tal-forza tax-xogħol, peress li din tal-aħħar hija fattur essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fir-rata tal-impjieg fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u, b’mod partikolari l-gvernijiet tal-Istati Membri, għandhom jiżguraw li fl-Unjoni kollha tiżdied il-viżibilità pubblika tan-netwerk EURES permezz ta’ miżuri ta’ komunikazzjoni intensiva maħsuba apposta għaċ-ċittadini tal-Unjoni, speċifikament għall-pubbliku destinatarju.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-għan tal-ewwel paragrafu, dan ir-Regolament jistipula objettivi, prinċipji u regoli dwar

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli għal qafas għal kooperazzjoni biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 45 tat-TFUE, permezz ta’:

Ġustifikazzjoni

In-netwerk EURES diġà qed jopera u wera l-utilità tiegħu. Is-servizzi għall-benefiċjarji potenzjali jeħtieġ li jittejbu.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-azzjonijiet minn u bejn l-Istati Membri biex iħaffu l-kisba ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni, bil-għan li jkun promoss livell għoli ta’ impjieg;

(b) l-azzjonijiet minn u bejn l-Istati Membri biex iħaffu l-ksib ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni, bil-għan li jippromwovu livell għoli ta’ impjieg, b’attenzjoni partikolari għar-reġjuni transfruntiera;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-funzjonament ta’ network Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

(c) it-tisħiħ tal-funzjonament tan-network Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein;

Ġustifikazzjoni

In-netwerk EURES diġà qed jopera u wera l-utilità tiegħu. Is-servizzi għall-benefiċjarji potenzjali jeħtieġ li jittejbu.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) is-servizzi relatati ta’ appoġġ fil-mobilità li għandhom ikunu pprovduti lil ħaddiema u impjegaturi.

(d) is-servizzi adegwati ta’ appoġġ u konsulenza fil-qasam tal-mobilità li għandhom ikunu pprovduti lill-ħaddiema u l-impjegaturi.

Ġustifikazzjoni

In-netwerk EURES diġà qed jopera u wera l-utilità tiegħu. Is-servizzi għall-benefiċjarji potenzjali jeħtieġ li jittejbu.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) “servizzi tal-impjiegi” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, li topera b’mod legali fi Stat Membru, li tipprovdi servizzi għal persuni li qed ifittxu xogħol sabiex jingħażlu u għal impjegaturi biex jirreklutaw persuni li qed ifittxu impjieg;

(b) “servizzi tal-impjiegi” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, li topera b’mod legali fi Stat Membru, kemm ta’ natura pubblika kif ukoll ta’ natura privata u, f’dan l-aħħar każ, bi skop ta’ qligħ jew mingħajru, li tipprovdi servizzi għal persuni li qed ifittxu xogħol sabiex jingħataw impjieg u għal impjegaturi biex jirreklutaw persuni li qed ifittxu impjieg;

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċarezza regolatorja u ċ-ċertezza legali joħolqu l-ħtieġa li jitwarrbu elementi impliċiti fid-dispożizzjoni maħsuba biex tiddefinixxi s-“servizzi tal-impjieg” fl-Istati Membri. L-għan huwa li jiġu enfasizzati b’mod speċifiku d-diversi forom li dawn is-servizzi jistgħu jieħdu, inkluża l-possibbiltà li jeżisti għan ta’ profitt u r-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) b’mod espliċitu. Dan huwa konsistenti kemm mal-każistika tal-UE kif ukoll mal-idea li għandha l-istess Kummissjoni tas-servizzi tal-impjieg bħala servizzi ta’ interess ġenerali. Din il-formulazzjoni tirrifletti l-idea li kwalunkwe politika pubblika li għandha l-għan li tikseb impjieg sħiħ għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni pubblika/privata fil-livelli territorjali kollha billi lill-aġenziji privati ttihom aċċess għas-servizzi ta’ informazzjoni, pariri u medjazzjoni għall-impjieg.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) il-formulazzjoni “sħubija u kooperazzjoni transfruntiera għall-kollokament ta’ ħaddiema tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe attività ta’ kooperazzjoni u kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali biex jipprovdu servizzi li jissimplifikaw il-provvista u d-domanda bl-objettiv li jimtela post tax-xogħol battal għall-ħaddiema tal-fruntiera.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Twaqqif

Riorganizzazzjoni

Ġustifikazzjoni

In-netwerk EURES diġà jeżisti u jeħtieġ jiġi riorganizzat biex itejjeb is-servizzi għal benefiċjarji potenzjali.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi network Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi (‘in-netwerk tal-EURES’).

Dan ir-Regolament jipprevedi r-riorganizzazzjoni u t-tisħiħ tan-network Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi u l-uffiċċji transfruntiera tal-EURES ('in-netwerk EURES').

Ġustifikazzjoni

In-netwerk EURES diġà jeżisti u jeħtieġ jiġi riorganizzat biex itejjeb is-servizzi għal benefiċjarji potenzjali.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Is-Sħab tal-EURES li huma l-organizzazzjonijiet awtorizzati mill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ fil-livell nazzjonali, reġjonali u/jew lokali b’servizzi ta’ approvazzjoni u/jew appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi tal-UE.

(c) Is-Sħab tal-EURES, li huma l-organizzazzjonijiet awtorizzati mill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ fil-livell nazzjonali, reġjonali u/jew lokali, anki fuq bażi transfruntiera, b’servizzi ta’ approvazzjoni u/jew appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi tal-UE u sħubijiet transfruntiera tal-EURES.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F’konformità mar-rwoli u r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet kollha li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES jippromwovu b’mod attiv, f’kooperazzjoni mill-qrib, l-opportunitajiet li l-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE toffri u jfittxu li jsaħħu l-modi u l-mezzi sabiex ħaddiema u impjegaturi jaħtfu dawn l-opportunitajiet fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

2. F’konformità mar-rwoli u r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet kollha li jieħdu sehem fin-netwerk EURES jippromwovu b’mod attiv, f’kooperazzjoni mill-qrib, l-opportunitajiet li l-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE toffri u jfittxu li jsaħħu l-modi u l-mezzi sabiex ħaddiema u impjegaturi jaħtfu dawn l-opportunitajiet fil-livell Ewropew, nazzjonali, u, b’mod partikolari, reġjonali u lokali, anki fuq bażi transfruntiera u f’reġjuni b’livell għoli ta’ qgħad u bi ftit opportunitajiet ta’ xogħol. Lill-ħaddiema u l-impjegaturi għandhom jipprovdulhom ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe xkiel amministrattiv li jafu jħabbtu wiċċhom miegħu.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-funzjonament u l-integrazzjoni aħjar tas-swieq tax-xogħol fl-Unjoni;

(c) il-funzjonament u l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol fl-Unjoni, inklużi s-swieq tax-xogħol transfruntiera, bil-għan li jiġi żgurat aċċess nondiskriminatorju għal opportunitajiet ta’ xogħol u applikazzjonijiet għal impjieg, kif ukoll għal informazzjoni relevanti dwar is-suq tax-xogħol;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-inklużjoni u l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol.

(e) l-inklużjoni u l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni li jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli li jiġu esklużi mis-suq tax-xogħol.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) li jservi bħala punt ta’ attrazzjoni għaż-żgħażagħ permezz tas-sistema 'First Job EURES', li tappoġġa tranżizzjoni mingħajr xkiel mill-edukazzjoni għad-dinja tax-xogħol fis-swieq tax-xogħol fl-Unjoni.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) it-tiswir ta’ qafas koerenti u l-forniment ta’ appoġġ orizzontali għall-benefiċċju tan-netwerk tal-EURES, inklużi

(a) l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ qafas koerenti u l-forniment ta’ appoġġ orizzontali għall-benefiċċju tan-netwerk EURES, inklużi

Ġustifikazzjoni

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu jappoġġa n-netwerk EURES billi jislet tagħlimiet mill-esperjenzi li għaddew u jaddatta l-għarfien miksub għal karatteristiċi speċifiċi lokali u reġjonali.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni;

(ii) attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, fosthom billi titfassal strateġija ta’ komunikazzjoni għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini Ewropej dwar in-netwerk EURES, b’mod partikolari ta’ dawk li m’għandhomx aċċess għall-internet;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) programm ta’ taħriġ komuni għall-persunal tal-EURES;

(iii) programm ta’ taħriġ komuni għall-persunal tal-EURES, inkluż taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni biex jiġu indirizzati ħtiġijiet differenti ta’ gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema.

 

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-analiżi tal-mobilità ġeografika u okkupazzjonali;

(b) l-analiżi tal-mobilità ġeografika u okkupazzjonali, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi lokali u reġjonali;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-iżvilupp ta’ qafas xieraq għall-kooperazzjoni u l-approvazzjoni fi ħdan l-Unjoni dwar apprentistati u skemi ta’ taħriġ, skont dan ir-Regolament;

(c) l-iżvilupp ta’ qafas xieraq għall-kooperazzjoni u l-approvazzjoni fi ħdan l-Unjoni dwar traineeships, anki fuq bażi transfruntiera fejn applikabbli, u skemi ta’ taħriġ, f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Bħala parti minn netwerk EURES li jiffunzjona, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni jrid jislet tagħlimiet mill-esperjenzi li għaddew u jaddatta l-għarfien miksub għal karatteristiċi speċifiċi lokali u reġjonali.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attività tal-EURES u l-prestazzjoni tal-impjiegi tiegħu, b’kooperazzjoni mal-Membri tal-EURES;

(d) il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attività tal-EURES u l-prestazzjoni tal-impjiegi tiegħu, b’kooperazzjoni mal-Membri tal-EURES, b’attenzjoni partikolari għad-dimensjoni reġjonali u lokali tiegħu u, fejn xieraq, it-tħejjija ta’ proposti għat-titjib.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programmi ta’ ħidma pluriennali tiegħu jitfasslu f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-EURES imsemmi fl-Artikolu 11.

2. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu jadotta programmi ta’ ħidma pluriennali li jitfasslu wara li jiġi kkonsultat il-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-EURES imsemmi fl-Artikolu 11.

 

Ġustifikazzjoni

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u l-uffiċċji nazzjonali jfasslu l-programmi ta’ ħidma pluriennali flimkien.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni huwa responsabbli għal:

1. Kull Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni, innominat mill-Istati Membri u nnotifikat lill-Kummissjoni, huwa responsabbli għal:

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri jiddeċiedu dwar l-awtoritajiet fuq livell nazzjonali.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u Stati Membri oħrajn dwar l-approvazzjoni fi ħdan il-qafas stabbilit fil-Kapitolu III;

(a) il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u Stati Membri oħrajn, kif ukoll in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein, dwar l-approvazzjoni fi ħdan il-qafas stabbilit fil-Kapitolu III;

Ġustifikazzjoni

Dawn l-erba’ pajjiżi diġà huma membri attivi tan-netwerk, u s-sħubijiet magħhom jistgħu jissaħħu biex b’hekk ikunu ta’ vantaġġ għall-benefiċjarji kollha.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-organizzazzjoni tal-ħidma għall-EURES fl-Istati Membri, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ skont il-Kapitolu IV;

(b) l-organizzazzjoni tal-ħidma għall-EURES fl-Istati Membri, inkluża l-organizzazzjoni tal-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ, b’attenzjoni partikolari għad-dimensjoni reġjonali u lokali, bil-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u partijiet interessati oħrajn, f’konformità mal-Kapitolu IV;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet mill-Istat Membru kkonċernat u ma’ Stati Membri oħrajn skont il-Kapitolu V.

(c) il-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet mill-Istat Membru kkonċernat u ma’ Stati Membri oħrajn, kif ukoll in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein, f’konformità mal-Kapitolu V.

Ġustifikazzjoni

Dawn l-erba’ pajjiżi diġà huma membri attivi tan-netwerk, u s-sħubijiet magħhom jistgħu jissaħħu biex b’hekk ikunu ta’ vantaġġ għall-benefiċjarji kollha.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol;

(a) il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, inklużi t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali;

Ġustifikazzjoni

Dawk li jirċievu offerti ta’ impjieg permezz tan-netwerk EURES jeħtieġu jiġu infurmati dwar l-imposti u t-taxxi li għandhom iħallsu fi Stati Membri oħrajn tal-UE sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk jaċċettawx l-offerta b’għarfien sħiħ tal-fatti.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Meta applikabbli, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-fruntiera b’mod partikolari f’reġjuni transfruntiera.

(e) f’oqsma fejn dan huwa applikabbli, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-fruntiera b’mod partikolari f’reġjuni transfruntiera.

Ġustifikazzjoni

In-numru ta’ sħubijiet transfruntiera jaf jiżdied, għall-benefiċċju tas-sħab lokali u reġjonali kollha.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) it-trasferiment tad-data sabiex jinstabu l-aktar soluzzjonijiet xierqa għall-impjegaturi u l-impjegati.

Ġustifikazzjoni

L-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-sħab jeħtieġ li jittejjeb.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jipprovdi appoġġ ġenerali lill-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fi ħdan it-territorju tiegħu stess fin-netwerk tal-EURES rigward kollaborazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom tal-EURES fi Stati Membri oħrajn. Dan jinkludi appoġġ fil-każ ta’ lmenti relatati ma’ postijiet tax-xogħol battala u reklutaġġi tal-EURES, kif ukoll kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi bħal spettorati tax-xogħol.

4. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jipprovdi appoġġ ġenerali lill-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fi ħdan it-territorju tiegħu stess fin-netwerk EURES rigward kollaborazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom tal-EURES fi Stati Membri oħrajn, inklużi organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fi sħubijiet transfruntiera, u ma’ sħab fin-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein. Dan jinkludi appoġġ fil-każ ta’ lmenti relatati ma’ postijiet tax-xogħol battala u reklutaġġi tal-EURES, kif ukoll kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi bħal spettorati tax-xogħol.

Ġustifikazzjoni

Dawn l-erba’ pajjiżi diġà huma membri attivi tan-netwerk, u s-sħubijiet magħhom, anki bejn sħab transfruntiera, jistgħu jissaħħu biex b’hekk ikunu ta’ vantaġġ għall-benefiċjarji kollha.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jippromwovi l-kollaborazzjoni ma’ partijiet interessatii bħal servizzi ta’ gwida fil-karriera, universitajiet, kmamar tal-kummerċ u organizzazzjonijiet involuti f’apprentistati u skemi ta’ taħriġ.

5. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jippromwovi l-kollaborazzjoni ma’ partijiet interessati mil-livelli kollha tal-governanza u s-soċjetà bħal servizzi ta’ gwida fil-karriera, universitajiet, kmamar tal-kummerċ, NGOs u organizzazzjonijiet involuti f’apprentistati u traineeships, b’attenzjoni partikolari għall-SMEs.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kull Stat Membru jiżgura li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni tiegħu jingħata l-persunal u r-riżorsi neċessarji l-oħrajn biex iwettaq il-kompiti tiegħu kif definiti f’dan ir-Regolament.

6. Kull Stat Membru jiżgura li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni tiegħu jingħata l-persunal u r-riżorsi neċessarji l-oħrajn biex iwettaq il-kompiti tiegħu kif definiti f’dan ir-Regolament u li, barra minn hekk, jirrappreżenta adegwatament l-interessi reġjonali u lokali.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema li tawtorizza Sħab tal-EURES biex jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES, tissorvelja l-attivitajiet tagħhom u l-konformità tagħhom mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni. Din is-sistema għandha tkun trasparenti, proporzjonata u tirrispetta l-prinċipji ta’ trattament indaqs għall-organizzazzjonijiet li japplikaw u l-proċess dovut tal-liġi.

1. Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu, filwaqt li jqis l-atturi reġjonali u lokali, is-sħab soċjali u l-partijiet interessati relevanti, jistabbilixxi sistema li tawtorizza s-Sħab tal-EURES biex jieħdu sehem fin-netwerk EURES, u li tissorvelja l-attivitajiet tagħhom u l-konformità tagħhom mad-dritt nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni. Din is-sistema għandha tkun trasparenti, proporzjonata u tirrispetta l-prinċipji ta’ trattament indaqs għall-organizzazzjonijiet li japplikaw u l-proċess dovut tal-liġi. Is-sħubijiet transfruntiera tal-EURES għandhom ikunu eżenti minn dik il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali u għandhom jitqiesu Sħab tal-EURES b’jedd.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Is-sħab tal-EURES jistgħu jinvolvu Sħab oħrajn tal-EURES jew organizzazzjonijiet oħrajn sabiex tinżamm konformità mal-kriterji fl-Anness. F’dan il-każ, l-eżistenza ssoktata ta’ sieħeb xieraq hija kundizzjoni addizzjonali għall-parteċipazzjoni fin-netwerk tal-EURES.

6. Is-sħab tal-EURES jistgħu jinvolvu Sħab oħrajn tal-EURES jew organizzazzjonijiet oħrajn sabiex tinżamm konformità mal-kriterji fl-Anness. F’każijiet bħal dawn, iż-żamma ta’ sħubija xierqa, inkluża kwalunkwe sħubija tranfruntiera u dawk is-sħubijiet maħsuba biex isolvu l-problemi speċifiċi tar-reġjuni u l-munċipalitajiet tal-UE, hija kundizzjoni addizzjonali għall-parteċipazzjoni fin-netwerk EURES

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-organizzazzjonijiet li japplikaw jistgħu jagħżlu li jieħdu sehem fin-netwerk tal-EURES skont l-għażliet li ġejjin:

1. L-organizzazzjonijiet applikanti jistgħu jieħdu sehem fin-netwerk EURES bil-mezzi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-possibbiltà li jintgħażlu r-responsabbiltajiet min-naħa tas-Sħab tal-EURES mhix iġġustifikata. Is-Sħab tal-EURES għandhom ikunu obbligati, kif inhu l-każ bħalissa, li jipprovdu s-servizzi kollha msemmija fl-Artikolu 9, il-punti a-c.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li jikkontribwixxu għall-ġabra ta’ postijiet tax-xogħol battala skont l-Artikolu 14(1)(a);

(a) billi jikkontribwixxu għall-ġabra ta’ postijiet tax-xogħol battala skont l-Artikolu 14(1)(a);

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li jikkontribwixxu għall-ġabra ta’ applikazzjonijiet għall-impjiegi u s-CVs skont l-Artikolu 14(1)(b);

(b) billi jikkontribwixxu għall-ġabra ta’ applikazzjonijiet għall-impjiegi u s-CVs skont l-Artikolu 14(1)(b);

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi skont il-Kapitolu IV jew

(c) billi jipprovdu servizzi ta’ appoġġ lil ħaddiema u impjegaturi skont il-Kapitolu IV.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) taħlita tal-punti (a) sa (c).

imħassar

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Sabiex jonqos il-qgħad, l-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni, jieħdu miżuri biex jiżguraw li ċ-ċittadini tal-UE jingħataw aċċess ugwali meta dawn ikunu qed jimlew postijiet tax-xogħol battala.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-postijiet tax-xogħol battala kollha disponibbli mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tiegħu kif ukoll dawk ipprovduti mis-Sħab tal-EURES tiegħu;

(a) il-postijiet tax-xogħol battala kollha disponibbli mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tiegħu kif ukoll dawk ipprovduti mis-Sħab tal-EURES tiegħu; f’każijiet debitament ġustifikati, il-mikrointrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar għandhom jingħataw il-possibbiltà li jippubblikaw il-postijiet tax-xogħol battala tagħhom fl-EURES;

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jieħdu l-impenn li jkollhom ftehimiet ma’ servizzi tal-impjiegi oħrajn li joperaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru biex jiżguraw l-applikabilità tal-prinċipju msemmi fil-paragrafu 1, anki ma’ għodod onlajn ta’ tiftix ta’ xogħol amministrati minnhom.

2. Is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandhom, b’mod attiv, jieħdu l-impenn li jkollhom ftehimiet ma’ servizzi tal-impjiegi oħrajn li joperaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru biex jiżguraw l-applikabilità tal-prinċipju msemmi fil-paragrafu 1, anki ma’ għodod onlajn ta’ tiftix ta’ xogħol amministrati minnhom.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċentru nazzjonali li jippermetti t-trasferiment fuq il-portal EURES ta’ informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol battala, l-applikazzjonijiet tax-xogħol u s-CVs disponibbli minn kwalunkwe organizzazzjoni li hija lesta li taqsam din l-informazzjoni wkoll fuq il-portal tal-EURES.

5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċentru nazzjonali billi jużaw, jekk jista’ jkun, strutturi governattivi li diġà jeżistu, li jippermetti t-trasferiment fuq il-portal EURES ta’ informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol battala, l-applikazzjonijiet tax-xogħol u s-CVs disponibbli minn kwalunkwe organizzazzjoni li hija lesta li taqsam din l-informazzjoni wkoll fuq il-portal tal-EURES.

 

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta’ approċċ koordinat fil-livell nazzjonali għal servizzi bħal dawn.

2. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta’ approċċ koordinat fil-livell nazzjonali għal servizzi bħal dawn, maħsuba biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni, il-muniċipalitajiet jew tat-tnejn li huma.

Ġustifikazzjoni

Is-suċċess tan-netwerk EURES jitlob li l-Istati Membri jrawmu r-rabtiet tagħhom mal-interessi speċifiċi tar-reġjuni u/jew il-muniċipalitajiet tal-UE.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) hija faċilment aċċessibbli u ppreżentata b’mod faċli għall-utenti.

(b) hija aċċessibbli faċilment u mingħajr diskriminazzjoni, u ppreżentata b’mod faċli għall-utenti.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-persuni kollha li jfittxu impjieg għandhom id-dritt għal informazzjoni komprensiva rigward il-kondizzjonijiet tal-impjieg, pereżempju b’rabta mad-drittijiet tal-pensjoni, is-sigurtà soċjali jew l-assigurazzjoni tas-saħħa, fil-pajjiż jew fuq il-post tax-xogħol.

Ġustifikazzjoni

Dan it-tip ta’ informazzjoni hija ta’ importanza kbira għal persuni li jfittxu impjieg.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw informazzjoni speċifika għall-ħaddiema tal-fruntiera f’dawk ir-reġjuni transfruntiera fejn l-Istati Membri kkonċernati flimkien iqisuha li hemm bżonn li jiġu stabbiliti strutturi speċifiċi ta’ kooperazzjoni u servizz.

2. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw informazzjoni speċifika għall-ħaddiema tal-fruntiera f’dawk ir-reġjuni transfruntiera fejn l-Istati Membri kkonċernati flimkien iqisuha li hemm bżonn li jiġu stabbiliti strutturi speċifiċi ta’ kooperazzjoni u servizz f’każijiet fejn dawn ma jkunux diġà jeżistu.

Ġustifikazzjoni

L-uffiċċji ta’ kooperazzjoni transfruntiera eżistenti diġà taw prova tal-effikaċja tagħhom f’ħafna okkażjonijiet, u entitajiet oħrajn simili jistgħu jitgħallmu mill-esperjenza tagħhom.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati joffru b’mod proattiv lill-ħaddiema kollha li jkunu qed ifittxu impjieg l-opportunità li jiksbu aċċess għas-servizzi ddefiniti f’dan l-Artikolu. Meta xieraq, din l-offerta tittenna matul il-proċess ta’ tiftix ta’ xogħol.

1. Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati joffru b’mod proattiv lill-ħaddiema kollha li jkunu qed ifittxu impjieg, b’attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli, l-opportunità li jiksbu aċċess għas-servizzi ddefiniti f’dan l-Artikolu. Meta xieraq, din l-offerta tiġi ripetuta matul il-proċess ta’ tiftix ta’ xogħol.

Ġustifikazzjoni

Kull membru tal-pubbliku li qed ifittex impjieg għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk il-ħaddiema jkunu interessati f’iktar assistenza u jkun hemm probabilità raġonevoli ta’ kollokament fi ħdan l-UE, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu iktar assistenza fit-tiftix ta’ xogħol, li tikkonsisti f’servizzi bħall-għażla ta’ postijiet tax-xogħol battala xierqa, assistenza fit-tfassil ta’ applikazzjonijiet għal xogħol u CVs u l-forniment ta’ traduzzjonijiet u/jew il-kisba ta’ kjarifiki dwar postijiet tax-xogħol battala speċifiċi fi Stati Membri oħrajn.

3. Jekk il-ħaddiema jkunu interessati f’iktar assistenza u jkun hemm probabilità raġonevoli ta’ kollokament fi ħdan l-UE, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu iktar assistenza fit-tiftix ta’ xogħol, li tikkonsisti f’servizzi bħall-għażla ta’ postijiet tax-xogħol battala xierqa, assistenza fit-tfassil ta’ applikazzjonijiet għal xogħol u CVs u l-forniment ta’ traduzzjonijiet u/jew il-ksib ta’ kjarifiki dwar postijiet tax-xogħol battala speċifiċi fi Stati Membri oħrajn, speċjalment fl-oqsma fejn hemm nuqqas kbir ta’ ħaddiema fl-Istat Membru kkonċernat..

Ġustifikazzjoni

Attwalment jeżisti nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa u ħaddiema b’ħiliet medji f’għadd ta’ okkupazzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ interess għal persuni fi Stati Membri oħrajn.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni u gwida lill-impjegaturi interessati fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema minn Stati Membri oħrajn u b’mod partikolari joffrulhom is-servizzi li ġejjin:

1. Is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni u gwida lill-impjegaturi interessati fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema minn Stati Membri oħrajn u b’mod partikolari joffrulhom, b’mod proattiv, jekk jista’ jkun, is-servizzi li ġejjin:

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk l-impjegaturi jkunu interessati f’iktar assistenza u jkun hemm probabilità raġonevoli ta’ reklutaġġ fi ħdan l-UE, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu iktar assistenza, li tikkonsisti f’servizzi bħall-preselezzjoni tal-kandidati xierqa u assistenza fil-forniment ta’ traduzzjonijiet u/jew il-kisba ta’ kjarifiki dwar applikazzjonijiet għal xogħol speċifiċi.

2. Jekk l-impjegaturi jkunu interessati f’iktar assistenza u jkun hemm probabilità raġonevoli ta’ reklutaġġ fi ħdan l-UE, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati jipprovdu iktar assistenza, li tikkonsisti f’servizzi bħall-preselezzjoni tal-kandidati xierqa u assistenza fil-forniment ta’ traduzzjonijiet u/jew il-ksib ta’ kjarifiki dwar applikazzjonijiet għal xogħol speċifiċi, b’mod partikolari fl-oqsma fejn jeżisti nuqqas kbir ta’ ħaddiema fl-Istat Membru kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

L-impjegaturi spiss iħabbtu wiċċhom ma’ problemi huma u jfittxu ħaddiema tas-sengħa fl-Istati Membri tagħhom biex jimlew pożizzjonjiet li jistgħu jkunu ta’ interess għal ħaddiema minn Stati Membri oħrajn.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bejn is-servizzi ta’ appoġġ skont dan ir-Regolament u s-servizzi pprovduti dwar is-sigurtà soċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bejn is-servizzi ta’ appoġġ skont dan ir-Regolament u s-servizzi pprovduti dwar is-sigurtà soċjali mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u permezz ta’ uffiċċji ta’ kooperazzjoni transfruntiera eżistenti jew futuri.

Ġustifikazzjoni

Il-persuni li jixtiequ jaħdmu f’pajjiż differenti jeħtieġ li jkollhom din l-informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni b’għarfien sħiħ tal-fatti.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq talba ta’ ħaddiema, ħaddiema tal-fruntiera u impjegaturi, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet relatati mas-sigurtà soċjali u jieħdu l-impenn li jirreferu dawk it-talbiet għal informazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti u, jekk applikabbli, lil korpi oħrajn li jappoġġjaw lill-ħaddiema fl-eżerċizzju ta’ drittijiethom fil-kuntest tal-libertà tal-moviment.

3. Fuq talba ta’ ħaddiema, ħaddiema tal-fruntiera u impjegaturi, is-Sħab tal-EURES ikkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni dwar id-drittijiet relatati mas-sigurtà soċjali u t-tassazzjoni fuq l-introjtu, u jieħdu l-impenn li jirreferu dawk it-talbiet għal informazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti u, jekk applikabbli, lil korpi oħrajn li jappoġġaw lill-ħaddiema fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom fil-kuntest tal-libertà tal-moviment.

Ġustifikazzjoni

Il-persuni li jixtiequ jaħdmu f’pajjiż differenti jeħtieġ li jkollhom din l-informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni b’għarfien sħiħ tal-fatti.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw il-flussi u l-mudelli fi ħdan l-Unjoni tal-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE fuq il-bażi ta’ statistika tal-Eurostat u d-dejta nazzjonali disponibbli.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw il-flussi u l-mudelli fi ħdan l-Unjoni tal-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE abbażi tal-istatistika tal-Eurostat u d-data nazzjonali u reġjonali disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Il-monitoraġġ tal-flussi u l-mudelli tal-mobilità tal-forza tax-xogħol jipproduċi riżultati aktar preċiżi jekk iqisu aktar il-karatteristiċi li jvarjaw tar-reġjuni tal-UE.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-attivitajiet tal-EURES fil-livell nazzjonali;

(b) l-attivitajiet tal-EURES fil-livell nazzjonali, u, fejn xieraq, fil-livell transfruntier;

Ġustifikazzjoni

F’xi reġjuni, in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema jista’ jiġi aġġustat aktar faċilment permezz ta’ din it-tip ta’ kooperazzjoni.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-pożizzjoni tan-netwerk tal-EURES fis-suq għal servizzi ta’ reklutaġġ fil-livell nazzjonali ġenerali.

(c) il-pożizzjoni tan-netwerk EURES fis-suq għal servizzi ta’ reklutaġġ fil-livell nazzjonali ġenerali u, fejn xieraq, fil-livell transfruntier.

Ġustifikazzjoni

F’xi reġjuni, in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema jista’ jiġi aġġustat aktar faċilment permezz ta’ din it-tip ta’ kooperazzjoni.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Billi jikkunsidraw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-analiżi konġunta, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw politiki dwar il-mobilità bħala parti integrali mill-politiki tagħhom dwar l-impjiegi. Dawn il-politiki dwar il-mobilità jipprovdu l-qafas li fuq il-bażi tiegħu l-Istati Membri jistgħu jimxu bil-programmazzjoni msemmija fl-Artikolu 28.

3. Billi jikkunsidraw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-analiżi konġunta, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilthom biex jiżviluppaw politiki dwar il-mobilità bħala parti integrali mill-politiki tagħhom dwar l-impjiegi. Dawn il-politiki dwar il-mobilità jipprovdu l-qafas li fuq il-bażi tiegħu l-Istati Membri jistgħu jimxu bil-programmazzjoni msemmija fl-Artikolu 28.

 

Ġustifikazzjoni

Minkejja li l-kompetenza regolatorja fil-qasam tal-impjieg hija kondiviża formalment bejn l-UE u l-Istati Membri, fil-prattika din tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. Li l-Istati Membri jiġu obbligati jiżviluppaw politiki ta’ mobilità jmur lil hinn mis-sempliċi tfassil tal-linji gwida (l-Artikolu 148(2) TFUE) min-naħa tal-leġiżlaturi tal-UE jew mill-adozzjoni min-naħa tagħhom tal-miżuri għall-appoġġ tal-inizjattivi tal-Istati Membri fil-qasam tal-impjieg (l-Artikolu  149 TFUE). Dan l-obbligu għandu jiġi sostitwit minn rakkomandazzjoni sempliċi lill-Istati Membri sabiex jintervjenu f’dan il-qasam.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) L-attivitajiet ewlenin li għandhom jitwettqu skont dan ir-Regolament;

(a) L-attivitajiet ewlenin li għandhom jitwettqu skont dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali u, fejn xieraq, fil-livell transfruntier;

Ġustifikazzjoni

Dan jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn is-Sħab tal-EURES fil-livell nazzjonali, reġjonali, lokali u transfruntier. Għaldaqstant, ir-regoli applikabbli għall-aċċess u l-użu tal-finanzjament se jkunu l-istess għas-sħab kollha.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, permezz tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, li l-finanzjament ta’ attivitajiet tan-netwerk EURES ikun konformi mal-programmi ta’ ħidma nazzjonali u konformi wkoll mad-dispożizzjonijiet tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), filwaqt li d-dispożizzjonijiet għall-finanzjament tal-attivitajiet EURES għandhom jiżguraw is-sinerġija mal-finanzjament disponibbli mill-inizjattiva Komunitarja dwar iż-żoni tal-fruntiera (INTERREG) 2014-2020.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikoli 14(1) sa (7) għandhom japplikaw sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 1.

PROĊEDURA

Titolu

Netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol

Referenzi

COM(2014)0006 – C7-0015/2014 – 2014/0002(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

3.2.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

3.2.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Viorica Dăncilă

23.7.2014

Data tal-adozzjoni

26.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, José Blanco López, Franc Bogovič, Victor Boștinaru, Mercedes Bresso, Steeve Briois, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Anna Hedh, Krzysztof Hetman, Andrew Lewer, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Terry Reintke, Olaf Stuger, Ruža Tomašić, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Daniel Buda, Enrique Calvet Chambon, Viorica Dăncilă, Andor Deli, Anneliese Dodds, Josu Juaristi Abaunz, Ivana Maletić, Davor Škrlec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz

VOTAZZJONI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET

[44]

+

[ALDE]

[Martina Dlabajová, Marian Harkin, António Marinho e Pinto, Yana Toom, Ulla Tørnæs, Renate Weber]

[ECR]

[Anthea McIntyre, Branislav Škripek, Helga Stevens, Jana Žitňanská]

[EFDD]

[Laura Agea, Tiziana Beghin]

[EPP]

[Georges Bach, Heinz K. Becker, David Casa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Anne Sander, Sven Schulze, Michaela Šojdrová, Csaba Sógor, Tom Vandenkendelaere]

[Greens]

[Jean Lambert, Tamás Meszerics, Terry Reintke]

[S&D]

[Maria Arena, Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Jan Keller, Miapetra Kumpula-Natri, Javi López, Edouard Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Marita Ulvskog]

[5]

-

[EFDD]

[Tim Aker]

[ENF]

[Mara Bizzotto, Dominique Martin, Joëlle Mélin]

[NI]

[Lampros Fountoulis]

[5]

0

[GUE/NGL]

[Rina Ronja Kari, Kostadinka Kuneva, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo, Inês Cristina Zuber]

PROĊEDURA

Titolu

Netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol

Referenzi

COM(2014)0006 – C7-0015/2014 – 2014/0002(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.1.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

3.2.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

3.2.2014

REGI

3.2.2014

CULT

3.2.2014

JURI

3.2.2014

 

FEMM

3.2.2014

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

11.2.2014

CULT

6.10.2014

JURI

3.9.2014

FEMM

3.9.2014

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Heinz K. Becker

26.9.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

2.12.2014

21.1.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

23.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

5

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Marian Harkin, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Yana Toom, Ulla Tørnæs, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tim Aker, Maria Arena, Georges Bach, Heinz K. Becker, Miapetra Kumpula-Natri, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Tamás Meszerics, Csaba Sógor, Helga Stevens, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Branislav Škripek, Michaela Šojdrová

Data tat-tressiq

1.7.2015

  • [1]  ĠU C 424, 26.11.2014, p. 27.
  • [2]  ĠU C 271, 19.08.2014, p. 70.