Proċedura : 2011/0023(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0248/2015

Testi mressqa :

A8-0248/2015

Dibattiti :

PV 13/04/2016 - 16
CRE 13/04/2016 - 16

Votazzjonijiet :

PV 14/04/2016 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0127

IT-TIENI RAPPORT     ***I
PDF 1862kWORD 1321k
07.9.2015
PE 549.223v02-00 A8-0248/2015

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji

(COM(2011)0032 – C7‑0039/2011 – 2011/0023(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Timothy Kirkhope

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
 PROĊEDURA
 REFERENZA LURA LILL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji

(COM(2011)0032 – C7‑0039/2011 – 2011/0023(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0032),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0039/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet imressqa mill-Parlament Bulgaru, is-Senat Ċek, il-Bundesrat Ġermaniż, is-Senat Taljan, is-Senat Rumen, il-Kunsill Nazzjonali Awstrijakk, il-Parlament Portugiż u s-Senat Olandiż dwar l-abbozz tal-att leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tal-5 ta' Mejju 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-25 ta' Marzu 2011(2),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' April 2014 fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12, Digital Rights Ireland u Seitlinger et(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 188 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0150/2013),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ħidma mhux mitmuma mis-seba' leġiżlatura parlamentari,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0248/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Taqsima

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji

dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonali

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiżgura s-sigurtà, tipproteġi l-ħajja u s-sigurtà tal-pubbliku, u li jinħoloq qafas ġuridiku għall-protezzjoni u l-iskambju tad-dejta tal-PNR bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Id-dejta tal-PNR hija meħtieġa għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b'mod effettiv ta' reati terroristiċi u delitti serji u għalhekk tissaħħaħ is-sigurtà interna.

(5) Id-dejta tal-PNR hija meħtieġa għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b'mod effettiv ta' reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonali u għalhekk tissaħħaħ is-sigurtà interna.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Id-dejta tal-PNR tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti serji, inklużi atti ta' terroriżmu, billi titqabbel ma' bosta databases ta' persuni u oġġetti mfittxija, titwaqqaf evidenza u, fejn rilevanti, sabiex jinstabu assoċjati ta' kriminali u jinqabdu netwerks kriminali.

(6) Id-dejta tal-PNR tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti serji transnazzjonali, inklużi atti ta' terroriżmu, billi titqabbel ma' bosta databases ta' persuni u oġġetti mfittxija, titwaqqaf evidenza u, fejn rilevanti, sabiex jinstabu assoċjati ta' kriminali u jinqabdu netwerks kriminali.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-dejta tal-PNR tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jidentifikaw persuni, li qabel kienu "mhux magħrufa", jiġifieri persuni li qabel kienu mhux suspettati u jistgħu jkunu involuti f'delitt serju jew f'terroriżmu, iżda meta d-dejta tagħhom tiġi analizzata din tissuġġerixxi li setgħu jkunu involuti f'tali delitti u li għalhekk dawn il-persuni għandhom ikunu soġġetti għal aktar eżaminazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Bl-użu tad-dejta tal-PNR l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jindirizzaw it-theddida ta' delitti serji u terroriżmu minn perspettiva differenti u permezz tal-ipproċessar ta' kategoriji oħra ta' dejta personali. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ipproċessar tad-dejta ta' persuni innoċenti u persuni mhux sospettati jibqa' limitat kemm jista' jkun, l-aspetti tal-użu tad-dejta tal-PNR fir-rigward tal-istabbiliment u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni għandhom jiġu limitati ulterjorment għal delitti serji li għandhom wkoll natura transnazzjonali, jiġifieri huma intrisikament konnessi mal-ivvjaġġar u għal din hija r-raġuni għat-tip ta' dejta li qiegħda tiġi pproċessata.

(7) Id-dejta tal-PNR tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jidentifikaw persuni, li qabel kienu "mhux magħrufa", jiġifieri persuni li qabel kienu mhux suspettati u jistgħu jkunu involuti f'delitti serji transnazzjonali jew f'terroriżmu, iżda meta d-dejta tagħhom tiġi analizzata din tissuġġerixxi li setgħu jkunu involuti f'tali delitti u li għalhekk dawn il-persuni għandhom ikunu soġġetti għal aktar eżaminazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-ipproċessar tad-dejta personali jrid ikun proporzjonali għall-għan speċifiku tas-sigurtà segwit minn din id-Direttiva.

(8) L-ipproċessar tad-dejta personali jrid ikun meħtieġ u proporzjonali għall-mira speċifika tas-sigurtà segwit minn din id-Direttiva.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji, huwa għalhekk essenzjali li l-Istati Membri kollha jintroduċu dispożizzjonijiet li jistabbilixxu obbligi fuq it-trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet internazzjonali lejn jew minn territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(10) Għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonali , huwa għalhekk essenzjali li l-Istati Membri kollha jintroduċu dispożizzjonijiet li jistabbilixxu obbligi fuq it-trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet internazzjonali lejn jew minn territorju tal-Istati Membri.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) It-trasportaturi bl-ajru diġà jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR mill-passiġġieri tagħhom għall-iskopijiet kummerċjali tagħhom. Din id-Direttiva m'għandha timponi l-ebda obbligu fuq it-trasportaturi bl-ajru biex jiġbru jew iżommu dejta addizzjonali mill-passiġġieri jew jiponu xi obbligu fuq il-passiġġieri sabiex jipprovdu xi dejta addizzjonali ma' dik li diġà qed tkun ipprovduta lit-trasportaturi bl-ajru.

(11) It-trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru diġà jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR mill-passiġġieri tagħhom għall-iskopijiet kummerċjali tagħhom. Din id-Direttiva m'għandha timponi l-ebda obbligu fuq it-trasportaturi bl-ajru jew operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru biex jiġbru jew iżommu dejta addizzjonali mill-passiġġieri jew jiponu xi obbligu fuq il-passiġġieri sabiex jipprovdu xi dejta addizzjonali ma' dik li diġà qed tkun ipprovduta lit-trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) L-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru, bħal aġenziji tal-ivvjaġġar u operaturi turistiċi, ibigħu vjaġġi kollox inkluż li jagħmlu użu minn titjiriet charter li għalihom jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR tal-klijenti tagħhom però mingħajr ma neċessarjament jittrasferixxu d-dejta lil-linja tal-ajru li topera t-titjira tal-passiġġieri.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b) Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-ispejjeż tat-tħaddim u ż-żamma tas-sistema tal-PNR tiegħu stess, inkluż l-ispejjeż biex tinħatar u topera awtorità kompetenti u awtorità superviżorja nazzjonali. L-ispejjeż li jirriżultaw mit-trasferiment tad-dejta tal-PNR miżmuma mil-linji tal-ajru tal-passiġġieri fis-sistemi tal-ibbukkjar tagħhom, lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u lill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jitħallsu mil-linji tal-ajru.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Id-definizzjoni ta' reati terroristiċi għandha tittieħed mill-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu . Id-definizzjoni tad-delitti serji għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-Mandat ta' Arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawk id-delitti minuri li għalihom, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sistema ta' ġustizzja kriminali rispettiva tagħhom, l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont din id-direttiva ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-definizzjoni ta' delitti transnazzjonali serji għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI u mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

(12) Id-definizzjoni ta' reati terroristiċi għandha tittieħed mill-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI37. Id-definizzjoni tad-delitti serji transnazzjonali għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI u għandha tinkludi r-reati elenkati f'din id-Direttiva.

__________________

__________________

37 ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/919/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008, (ĠU L 330, 9.1.2.2008, p. 21).

37 Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

38 ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

38 Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Id-dejta tal-PNR għandha tiġi ttrasferita għal għand unità deżinjata waħda (Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri) fl-Istat Membru rilevanti, sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u jitnaqqsu l-kostijiet għat-trasportaturi bl-ajru.

(13) Id-dejta tal-PNR għandha tiġi ttrasferita għal għand unità deżinjata waħda (Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri) fl-Istat Membru rilevanti, sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u jitnaqqsu l-kostijiet għat-trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni bl-użu tal-Applikazzjoni ta' Netwerk Sikur għall-Iskambju ta' Informazzjoni (SIENA), sabiex jiġu żgurati il-qsim tal-informazzjoni u l-interoperabilità bejn l-Istati Membri.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-kontenut ta' kwalunkwe lista ta' dejta tal-PNR meħtieġa li għandha tinkiseb mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħejja bl-iskop li tirrifletti r-rekwiżiti leġittimi tal-awtoritajiet pubbliċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji, b'hekk tittejjeb s-sigurtà interna ġewwa l-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, l-aktar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. Dawn il-listi m'għandhomx jinkludu dejta personali li jistgħu jiżvelaw l-oriġini razzjali jew etniċi, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trejdjunjin jew id-dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali tal-individwu kkonċernat. Id-dejta tal-PNR għandha tinkludi dettalji dwar ir-riservazzjoni u l-itinerajru tal-ivvjaġġar tal-passiġġier li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jidentifikaw il-passiġġieri tal-ajru li jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà interna.

(14) Il-kontenut ta' kwalunkwe lista ta' dejta tal-PNR meħtieġa li għandha tinkiseb mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħejja bl-iskop li tirrifletti r-rekwiżiti leġittimi tal-awtoritajiet pubbliċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji transnazzjonali, b'hekk tittejjeb s-sigurtà interna ġewwa l-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, l-aktar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali, bl-applikazzjoni ta' standards għoljin, bi qbil mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta"), il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi rigward l-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (il-"Konvenzjoni Nru. 108), u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB). Dawn is-settijiet ta' dejta m'għandhomx jinkludu dejta personali li jistgħu jiżvelaw l-oriġini razzjali jew etniċi, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trejdjunjin jew id-dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali tal-individwu kkonċernat. Id-dejta tal-PNR għandha tinkludi biss dettalji dwar ir-riservazzjoni u l-itinerajru tal-ivvjaġġar tal-passiġġier kif imsemmi f'din id-Direttiva.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Hemm żewġ metodi possibbli ta' trasferiment ta' dejta bħalissa disponibbli: il-metodu 'pull', fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jeħtieġu d-dejta jistgħu jidħlu (jaċċessaw) fis-sistema tar-riservazzjoni tat-trasportatur bl-ajru u joħorġu ('pull') kopja tad-dejta meħtieġa, u l-metodu 'push', fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferu ('push') id-dejta tal-PNR meħtieġa lill-awtorità li qed titlobha, b'hekk dan jippermetti t-trasportaturi bl-ajru jżommu kontroll ta' liema dejta kienet ipprovduta. Il-metodu 'push' huwa kkunsidrat li joffri livell ogħla ta' protezzjoni tad-dejta u għandu jkun mandatorju għat-trasportaturi bl-ajru kollha.

(15) Hemm żewġ metodi possibbli ta' trasferiment ta' dejta bħalissa disponibbli: il-metodu 'pull', fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jeħtieġu d-dejta jistgħu jidħlu (jaċċessaw) fis-sistema tar-riservazzjoni tat-trasportatur bl-ajru u joħorġu ('pull') kopja tad-dejta meħtieġa, u l-metodu 'push', fejn it-trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu ('push') d-dejta tal-PNR meħtieġa lill-awtorità li qed titlobha, b'hekk dan jippermetti t-trasportaturi bl-ajru jżommu kontroll ta' liema dejta kienet ipprovduta. Il-metodu 'push' huwa kkunsidrat li joffri livell ogħla ta' protezzjoni tad-dejta u għandu jkun mandatorju għat-trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-Kummissjoni tappoġġja l-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) dwar il-PNR. Għaldaqstant dawn il-linji gwida għandhom ikunu l-bażi għall-adozzjoni tal-formati aċettati tad-dejta għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru lejn l-Istati Membri. Dan jiġġustifika li tali formati aċċettati tad-dejta, kif ukoll il-protokolli rilevanti applikabbli għat-trasferiment tad-dejta mit-trasportaturi bl-ajru għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva maħsuba fir-Regolament (UE) Nru….. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […..] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […..]

(16) Il-Kummissjoni tappoġġja l-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) dwar il-PNR. Għaldaqstant dawn il-linji gwida għandhom ikunu l-bażi għall-adozzjoni tal-formati aċettati tad-dejta għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru lejn l-Istati Membri. Sabiex ikun żgurat tali trasferiment ta' dejta tal-PNR, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)tali formati aċċettati tad-dejta, kif ukoll ta' protokolli komuni aċċettati applikabbli għat-trasferiment tad-dejta. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu lit-trasportaturi bl-ajru jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiġu pprovduti b'penali dissważivi, effettivi u proporzjonati, inklużi penali finanzjarji kontra dawk it-trasportaturi bl-ajru li jonqsu li jissodisfaw dawn l-obbligi fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta tal-PNR. Meta jkun hemm ksur serju ripetut li jista' jagħmel ħsara għall-iskopijiet bażiċi ta' din id-Direttiva, dawn il-penali jistgħu jinkludu, f'każijiet eċċezzjonali, miżuri bħall-immobilizzazzjoni, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi tat-trasport, jew is-sospensjoni temporanja jew l-irtirar tal-liċenzja tal-operazzjoni.

(17) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu lit-trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiġu pprovduti b'penali dissważivi, effettivi u proporzjonati, inklużi penali finanzjarji kontra dawk it-trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru li jonqsu li jissodisfaw dawn l-obbligi fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta tal-PNR u l-protezzjoni ta' dik id-dejta. Meta jkun hemm ksur serju ripetut li jista' jagħmel ħsara għall-iskopijiet bażiċi ta' din id-Direttiva, dawn il-penali jistgħu jinkludu, f'każijiet eċċezzjonali, miżuri bħall-immobilizzazzjoni, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi tat-trasport, jew is-sospensjoni temporanja jew l-irtirar tal-liċenzja tal-operazzjoni.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jivvaluta t-theddid potenzjali relatat ma' reati terroristiċi u delitti serji.

(18) Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jivvaluta t-theddid potenzjali relatat ma' reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonali.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Filwaqt li jiġi kkunsidrat bi sħiħ id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt tan-nondiskriminazzjoni, m'għandha tittieħed l-ebda deċiżjoni, li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwaha serjament, biss minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta tal-PNR. Barra minn hekk, l-ebda deċiżjoni bħal din m'għandha tittieħed fuq il-bażi tal-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna.

(19) Filwaqt li jiġi kkunsidrat bi sħiħ id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt tan-nondiskriminazzjoni bi qbil mal-Artikoli 8 u 21 tal-Karta, m'għandha tittieħed l-ebda deċiżjoni, li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwaha serjament, biss minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta tal-PNR. Barra minn hekk, l-ebda deċiżjoni bħal din m'għandha tittieħed fuq il-bażi tal-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna.

Emenda

    19

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a) Ir-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR ma għandu fl-ebda ċirkostanza jintuża mill-Istati Membri bħala raġuni biex jevitaw l-obbligi internazzjonali tagħhom taħt il-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tagħha tal-31 ta' Jannar 1967 u m'għandhiex tintuża biex il-persuni li jfittxu asil jiċċaħħdu milli jkollhom il-mezzi legali sikuri u effettivi fit-territorju tal-UE biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal protezzjoni internazzjonali.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19b) B'kunsiderazzjoni sħiħa tal-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-293/12, Digital Rights Ireland u C-594/12, Seitlinger et, l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u d-dritt għall-privatezza, il-prinċipju tal-proporzjonalità. Għandu wkoll ġenwinament jikseb l-għanijiet ta' dak li hu meħtieġ u proporzjonali sabiex jinkisbu l-interessi ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni u l-bżonn li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati transnazzjonali serji. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun ġustifikata kif xieraq u s-salvagwardji xierqa għandhom jiddaħħlu fis-seħħ biex tkun żgurata l-legalità ta' kwalunkwe ħżin, analiżi, trasferiment u użu tad-dejta tal-PNR.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-Istati Membri għandhom jikkondividu ma' Stati Membri oħrajn id-dejta tal-PNR li jirċievu fejn tali trasferiment huwa meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal strumenti oħra tal-Unjoni dwar l-iskambju tal-intelligence bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, inkluż id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Settembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan l-iskambju tad-dejta tal-PNR bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għandu jiġu irregolat mir-regoli dwar il-kooperazzjoni mal-pulizija u dik ġudizzjarja.

(20) L-Istati Membri għandhom jikkondividu ma' Stati Membri oħrajn u fil-livell tal-Unjoni, bħal permezz tal-Europol id-dejta tal-PNR li jirċievu fejn dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonalijew għall-prevenzjoni ta' theddid immedjat u serju għas-sigurtà pubblika. L-Unitajiet ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom fi kwalunkwe każ, jittrażmettu r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lill-Unitajiet ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stati Membri oħra mingħajr bżonn ta' aktar investigazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal strumenti oħra tal-Unjoni dwar l-iskambju tal-intelligence bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, inkluż id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI39 u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI40. Dan l-iskambju tad-dejta tal-PNR bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għandu jiġu irregolat mir-regoli dwar il-kooperazzjoni mal-pulizija u dik ġudizzjarja u m'għandux jipperikola l-livell għoli ta' privatezza u l-protezzjoni ta' dejta personali bi qbil mal-Karta, Konvenzjoni Nru. 108 u l-KEDB.

__________________

__________________

39 ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

39 Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).

40 ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89.

40 Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a) L-iskambju ta' informazzjoni permezz ta' sistema sikura tal-Unjoni għall-iskambju ta' dejta tal-PNR fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Ewropa. L-iżvilupp u l-ġestjoni operattiva ta' dik is-sistema tista' tkun ir-responsabilità tal-Europol. Jista' jinħoloq punt ta' kuntatt uniku bħala parti minn dik is-sistema għar-reġistrazzjoni u t-trażmissjoni ta' talbiet ta' skambji ta' informazzjoni. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq mis-sistema tal-Unjoni għall-iskambju tad-dejta tal-PNR mal-Europol.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Il-perjodu li matulu għandha tinżamm id-dejta tal-PNR għandu jkun proporzjonali mal-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji. Minħabba n-natura tad-dejta u l-użu tagħhom, huwa meħtieġ li d-dejta tal-PNR tinżamm għal perjodu twil biżżejjed biex titwettaq analiżi tax-xejriet u għall-użu fl-investigazzjonijiet. Sabiex jiġi evitat użu sproporzjonat, huwa meħtieġ li, wara perjodu tal-bidu, id-dejta tiġi anonimizzata u aċċessibbli biss taħt kundizzjonijiet stretti ħafna u limitati.

(21) Il-perjodu li matulu għandha tinżamm id-dejta tal-PNR għandu jkun neċessarju għal u proporzjonali mal-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonali. Minħabba n-natura tad-dejta u l-użu tagħhom, huwa meħtieġ li d-dejta tal-PNR tinżamm għal perjodu twil biżżejjed biex titwettaq analiżi tax-xejriet u għall-użu fl-investigazzjonijiet. Sabiex jiġi evitat użu sproporzjonat, huwa meħtieġ li, wara perjodu tal-bidu, id-dejta tiġi moħbija u tkun aċċessibbli biss taħt kundizzjonijiet stretti ħafna u limitati.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) Id-dejta tal-PNR għandha tiġi pproċessata kemm jista' jkun tkun soġġetta għal anonimazzjoni, sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tad-dejta billi jkun impossibbli għal dawk li jkollhom aċċess għal dik id-dejta li jidentifikaw is-suġġett tad-dejta u biex jinsiltu konklużjonijiet dwar liema persuni huma relatati għal dik id-dejta. L-identifikazzjoni mill-ġdid tad-dejta moħbija hija possibbli biss skont kundizzjonijiet li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-ipproċessar domestiku tad-dejta tal-PNR f'kull Stat Membru mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun soġġett għal standard ta' protezzjoni tad-dejta personali taħt il-liġi nazzjonali tiegħu li hija konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali ('Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI').

(23) L-ipproċessar domestiku tad-dejta tal-PNR f'kull Stat Membru mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun soġġett għal standard ta' protezzjoni tad-dejta personali taħt il-liġi nazzjonali tiegħu li hija konformi mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI41, u mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, inklużi rekwiżiti speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta stabbiliti f'din id-Direttiva.

__________________

__________________

41 ĠU L 350, 30.12.2008.

41 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008).

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Waqt li jiġi kkunsidrat id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tad-dejta soġġetta għall-ipproċessar tad-dejta tal-PNR tagħhom, bħad-dritt għall-aċċess, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir u l-ibblukkar, kif ukoll id-drittijiet għall-kumpens u rimedji ġudizzjarji, għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

(24) Waqt li jiġi kkunsidrat id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tad-dejta soġġetta għall-ipproċessar tad-dejta tal-PNR tagħhom, bħad-dritt għall-aċċess, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir u l-ibblukkar, kif ukoll id-drittijiet għall-kumpens u rimedji ġudizzjarji, għandhom ikunu bi qbil mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI, il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, u l-livell ta' protezzjoni għoli pprovdut mill-Karta u mill-KEDB.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Waqt li jikkunsidraw id-dritt li l-passiġġieri jiġu informati bl-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti b'informazzjoni preċiża dwar il-ġbir ta' dejta tal-PNR u t-trasferiment tagħha lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri.

(25) Waqt li jikkunsidraw id-dritt li l-passiġġieri jiġu informati bl-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti b'informazzjoni preċiża li hi faċilment aċċessibbli u li tista' tinftiehem faċilment dwar il-ġbir ta' dejta tal-PNR u t-trasferiment tagħha lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, kif ukoll id-drittijiet tagħhom bħala suġġetti tad-dejta.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) It-trasferiment tad-dejta tal-PNR minn Stati Membri lejn pajjiżi terzi għandu jkun permess biss fuq bażi ta' każ b'każ u b'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Biex jiġi żgurat il-protezzjoni tad-dejta personali, tali trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali dwar l-iskop tat-trasferiment, il-kwalità tal-awtorità li qed tirċievi u s-salvagwardji applikabbli għad-dejta personali trasferita lejn pajjiż terz.

(26) It-trasferiment tad-dejta tal-PNR minn Stati Membri lejn pajjiżi terzi għandu jkun permess abbażi ta' ftehim internazzjonali jew fuq bażi ta' każ b'każ u b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet stipulati mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Biex tkun żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali, tali trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali dwar l-iskop tat-trasferiment, il-kwalità tal-awtorità li qed tirċievi u s-salvagwardji applikabbli għad-dejta personali trasferita lejn pajjiż terz, kif ukoll il-prinċipju tan-neċessità u l-proporzjonalità ta' tali trasferiment, u l-livell għoli ta' protezzjoni pprovdut mill-Karta, il-Konvenzjoni Nru 108 u l-KEDB. Jekk awtorità superviżorja nazzjonali ssib li t-trasferiment tad-dejta tal-PNR lil pajjiż terz ikun bi ksur ta' xi wieħed mill-prinċipji msemmija f'din id-Direttiva, din għandha jkollha d-dritt li tissospendi l-fluss tad-dejta lejn dak il-pajjiż terz.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Din id-Direttiva ma taffetwax il-possibbiltà għall-Istati Membri li jipprovdu, taħt il-liġi domestika tagħhom, għal sistema ta' ġbir u ġestjoni ta' dejta tal-PNR għal skopijiet oħrajn minbarra dawk speċifikati f'din id-Direttiva, jew mill-fornituri tat-trasport minbarra dawk speċifikati fid-Direttiva, dwar titjiriet interni soġġetti għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-protezzjoni tad-dejta, sakemm tali liġi domestika tirrispetta l-acquis tal-Unjoni. Il-ħruġ tal-ġbir tad-dejta tal-PNR dwar titjiriet interni għandu jkun is-suġġett ta' riflessjoni speċifika f'data futura.

imħassar

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) B'riżultat tad-differenzi legali u tekniċi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ipproċessar tad-dejta personali, inklużi l-PNR, it-trasportaturi bl- huma u jkunu affaċċjati b'rekwiżiti differenti dwar it-tipi ta' informazzjoni li għandhom jiġu trażmessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom trid tiġi pprovduta din l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn id-differenzi jistgħu jkunu ta' ħsara għall-kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji.

(29) B'riżultat tad-differenzi legali u tekniċi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ipproċessar tad-dejta personali, inklużi l-PNR, it-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru huma u jkunu affaċċjati b'rekwiżiti differenti dwar it-tipi ta' informazzjoni li għandhom jiġu trażmessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom trid tiġi pprovduta din l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn id-differenzi jistgħu jkunu ta' ħsara għall-kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji transnazzjonali.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) B'mod partikolari, l-ambitu tad-Direttiva huwa limitat kemm jista' jkun, hija tippermetti ż-żamma tad-dejta tal-PNR għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames (5) snin, li warajhom din id-dejta trid titħassar, id-dejta trid tiġi anonimizzata wara perjodu qasir ħafna, il-ġbir u l-użu tad-dejta huwa pprojbit. Sabiex jiżguraw effiċjenza u livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżguraw li awtorità nazzjonali ta' sorveljanza indipendenti tkun responsabbli biex tagħti konsulenza u tagħmel monitoraġġ ta' kif tiġi pproċessata d-dejta tal-PNR. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR irid jiġi rreġistrat jew iddokumentat għall-iskop ta' verifikazzjoni jekk l-ipproċessar tad-dejta hux illegali, awtomonitoraġġ u sabiex tiġi żgurata integrità xierqa tad-dejta u sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li l-passiġġieri tingħatalhom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-ġbir tad-dejta tal-PNR u dwar id-drittijiet tagħhom.

(32) B'mod partikolari, l-ambitu ta' din id-Direttiva huwa limitat kemm jista' jkun, u jippermetti ż-żamma tad-dejta tal-PNR għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin, li warajhom din id-dejta għandha titħassar, id-dejta għandha tiġi moħbija wara 30 jum, il-ġbir u l-użu ta' dejta sensittiva għandu jiġi pprojbit. Sabiex jiżguraw effiċjenza u livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta, għandu jiġi żgurat li awtorità nazzjonali ta' sorveljanza indipendenti, u partikolarment l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tagħha, jkun responsabbli biex jagħti konsulenza u jissorvelja l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR għandu jiġi rreġistrat jew iddokumentat għall-iskop ta' verifikazzjoni jekk l-ipproċessar tad-dejta hux illegali, awtomonitoraġġ u sabiex tiġi żgurata integrità xierqa tad-dejta u sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-passiġġieri tingħatalhom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-ġbir tad-dejta tal-PNR u dwar id-drittijiet tagħhom.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KAPITOLU I

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Artikolu 1

Materja tas-suġġett u ambitu

Materja tas-suġġett u ambitu

1. Din id-Direttiva tipprovdi għat-trasferiment tad-dejta dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri mit-trasportaturi bl- ta' passiġġieri ta' titjiriet internazzjonali lejn u mill-Istati Membri, kif ukoll l-ipproċessar ta' dik id-dejta, inkluż il-ġbir, l-użu u ż-żamma tagħha mill-Istati Membri u l-iskambju tagħha bejniethom.

1. Din id-Direttiva tipprovdi għat-trasferiment tad-dejta dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru, ta' passiġġieri ta' titjiriet internazzjonali lejn u mill-Istati Membri, kif ukoll l-ipproċessar ta' dik id-dejta, inkluż il-ġbir, l-użu u ż-żamma tagħha mill-Istati Membri u l-iskambju tagħha fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Europol.

2. Id-dejta tal-PNR miġbura skont din id-Direttiva tista' tiġi pproċessata biss għall-iskopijiet li ġejjin:

2. Id-dejta tal-PNR miġbura skont din id-Direttiva tista' tiġi pproċessata biss għal skopijiet ta' prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni, u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u ta' ċerti tipi ta' delitti serji transnazzjonali skont l-Artikolu 4(2) jew għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika.

(a) Il-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji skont l-Artikolu 4(2)(b) u (c); u wkoll

(b) Il-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti transnazzjonali serji skont l-Artikolu 4(2)(a) u (d);

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 'trasportatur bl-' tfisser impriża tat-trasport bl- b'liċenzja valida jew ekwivalenti li tippermettilha li twettaq ġarr ta' passiġġieri bl-;

(a) 'trasportatur bl-ajru' tfisser impriża tat-trasport bl-ajru b'liċenzja valida jew ekwivalenti li tippermettilha li twettaq ġarr ta' passiġġieri bl-ajru;

(aa) 'operatur ekonomiku differenti mit-trasportatur bl-ajru' tfisser operatur ekonomiku awtorizzat, bħal aġenziji tal-ivvjaġġar u bħal operaturi turistiċi, li jipprovdu servizzi marbuta mal-ivjaġġar, fosthom il-prenotazzjoni ta' titjiriet li għalihom jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR tal-passiġġieri;

(b) 'titjira internazzjonali' tfisser kull titjira skedata jew mhux skedata minn trasportatur bl- ppjanat li jinżel fit-territorju ta' Stat Membru li toriġina minn pajjiż terz jew li titlaq mit-territorju ta' Stat Membru b'destinazzjoni finali f'pajjiż terz, inklużi fiż-żewġ każijiet kull titjira tat-trasferiment jew tat-transitu;

(b) 'titjira internazzjonali' tfisser kull titjira skedata jew mhux skedata minn trasportatur bl-ajru ppjanat li jinżel fit-territorju ta' Stat Membru li toriġina minn pajjiż terz jew li titlaq mit-territorju ta' Stat Membru b'destinazzjoni finali f'pajjiż terz, inklużi fiż-żewġ każijiet kull titjira tat-trasferiment jew tat-transitu;

(c) 'Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri' jew 'dejta tal-PNR' tfisser reġistru tar-rekwiżiti tal-ivvjaġġar ta' kull passiġġier li jinkludi informazzjoni meħtieġa biex tippermetti li r-riservazzjonijiet jistgħu jiġu pproċessati u kkontrollati mit-trasportaturi bl- tal-prenotazzjoni u tal-parteċipazzjoni għal kull vjaġġ ipprenotat minn jew f'isem persuna, kemm jekk inkluża fuq sistema tar-riservazzjoni, Sistemi tal-Kontroll tat-Tluq (DCS) jew sistemi ekwivalenti li jipprovdu l-istess funzjonijiet;

(c) 'Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri' jew 'dejta tal-PNR' tfisser reġistru tar-rekwiżiti tal-ivvjaġġar ta' kull passiġġier li jinkludi informazzjoni meħtieġa biex tippermetti li r-riservazzjonijiet jistgħu jiġu pproċessati u kkontrollati mit-trasportaturi bl-ajru tal-prenotazzjoni u tal-parteċipazzjoni għal kull vjaġġ ipprenotat minn jew f'isem persuna, kemm jekk inkluża fuq sistema tar-riservazzjoni, Sistemi tal-Kontroll tat-Tluq (DCS) jew sistemi ekwivalenti li jipprovdu l-istess funzjonijiet;

(d) 'passiġġier' tfisser kwalunkwe persuna, minbarra l-membri tal-ekwipaġġ, li tinġarr jew li għandha tinġarr fuq inġenji tal- bil-kunsens tat-trasportatur;

(d) 'passiġġier' tfisser kwalunkwe persuna, minbarra l-membri tal-ekwipaġġ, li tinġarr jew li għandha tinġarr fuq inġenji tal-ajru bil-kunsens tat-trasportatur;

(e) 'sistemi tar-riservazzjoni' tfisser is-sistema interna tal-inventajru tat-trasportatur bl-, fejn tinġabar id-dejta tal-PNR għall-ġestjoni tar-riservazzjonijiet;

(e) 'sistemi tar-riservazzjoni' tfisser is-sistema interna tal-inventajru tat-trasportatur bl-ajru jew tal-operatur ekonomiku differenti mit-trasportatur bl-ajru, fejn tinġabar id-dejta tal-PNR għall-ġestjoni tar-riservazzjonijiet;

(f) 'metodu push' tfisser il-metodu fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-dejta tal-PNR meħtieġa fid-database tal-awtorità li tkun qed titlobha;

(f) 'metodu push' tfisser il-metodu fejn it-trasportaturi bl-ajru l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportatur bl-ajru jittrasferixxu d-dejta tal-PNR meħtieġa elenkata fl-Anness fid-database tal-awtorità li tkun qed titlobha;

(g) 'reati terroristiċi' tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI;

(g) 'reati terroristiċi' tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI;

(h) 'delitt serju' tfisser id-delitti taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI jekk huma punibbli minn piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawk id-delitti minuri li, meta tiġi kkunsidrata s-sistema tal-ġustizzja kriminali rispettiva, l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont din id-direttiva fir-rigward tagħhom ma jkunx skont il-prinċipju tal-proporzjonalità;

(i) 'delitti transnazzjonali serji' tfisser id-delitti taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI jekk għalihom ikun hemm piena ta' kustodja jew ta' ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin taħt il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, jekk.

(i) 'delitti serji transnazzjonali' tfisser id-delitti li ġejjin, li għalihom ikun hemm piena ta' kustodja jew ta' ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, jekk, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI;

(i) Jitwettqu fi stat wieħed jew aktar;

(ii) Jitwettqu fi stat wieħed iżda parti sostanzjali tat-tħejjija, ippjanar, direzzjoni jew kontroll issir fi stat ieħor.;

(iii) Jitwettqu fi stat wieħed iżda jinvolvu grupp kriminali organizzat li jieħu sehem f'attivitajiet kriminali fi stat ieħor jew aktar; jew

(iv) Jitwettqu fi stat wieħed iżda għandhom effetti sostanzjali fi stat ieħor.

- parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali,

- traffikar tal-bnedmin, l-iffaċilitar ta' dħul u residenza mhux awtorizzati, il-kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti umani,

- sfruttament sesswali ta' tfal u pornografija tat-tfal, l-istupru, il-mutilazzjoni ġenitali femminili,

- traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u ta' sustanzi psikotropiċi,

- traffikar illeċitu ta' armi tan-nar, munizzjon u splussivi,

- frodi serju, frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-UE, il-ħasil tal-flus ġejjin mill-kriminalità, il-ħasil tal-flus u l-falsifikazzjoni ta' flus,

- omiċidju, offiża gravi fuq il-persuna, il-ħtif ta' persuni, iż-żamma illegali ta' persuni u t-teħid ta' ostaġġi, is-serq bl-użu tal-armi,

- kriminalità serja marbuta mal-informatika u ċ-ċiberkriminalità,

- reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċi ta' annimali fil-periklu u ta' speċi ta' pjanti u varjetajiet fil-periklu,

- falsifikar ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom, it-traffikar illeċitu f'beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti, l-iffalsifikar u l-piraterija ta' prodotti,

- ħtif illegali ta' inġenji tal-ajru/bastimenti,

- spjunaġġ u tradiment,

- kummerċ illeċitu u traffikar ta' materjali nukleari jew radjuattivi u l-prekursuri tagħhom u f'dan ir-rigward ir-reati marbutin man-nonproliferazzjoni

- kriminalità li taqa' fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jinnomina awtorità kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji jew fergħa ta' din l-awtorità biex taġixxi bħala l-'Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri' tiegħu responsabbli mill-ġbir tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-, il-ħażna tagħhom, l-analiżi tagħhom u t-trasmissjoni tar-riżultat tal-analiżi lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Il-membri tal-persunal tagħhom jistgħu jiġu sekondati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti.

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jinnomina awtorità kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u ta' delitti transnazzjonali u għall-prevenzjoni ta' theddid immedjat u serju għas-sigurtà pubblika, jew fergħa ta' din l-awtorità biex taġixxi bħala l-'Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri' tiegħu. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tkun responsabbli mill-ġbir tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru, il-ħżin, l-ipproċessar u l-analizzar ta' dik id-dejta u t-trażmissjoni tar-riżultat tal-analiżi lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha wkoll tkun responsabbli mill-iskambju tad-dejta tal-PNR u mir-riżultat tal-ipproċessar tagħha mal-Unitajiet tal-Informazzjoni tal-Passiġġieri ta' Stati Membri oħrajn u mal-Europol, bi qbil mal-Artikoli 7 u  7a, u għat-twettiq ta' valutazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4. Il-membri tal-persunal tagħhom jistgħu jiġu sekondati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri b'riżorsi adegwati sabiex twettaq il-kompiti tagħha.

2. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jistabbilixxu jew jinnominaw awtorità waħda biex isservi bħala l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tagħhom. Tali Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tiġi stabbilità f'wieħed mill-Istati Membri parteċipanti u għandha tiġi kkunsidrata bħala l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' tali Stati Membri kollha parteċipanti. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jaqblu fuq ir-regoli dettaljati għall-operazzjoni tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ppreżentati f'din id-Direttiva.

2. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jistabbilixxu jew jinnominaw awtorità waħda biex isservi bħala l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tagħhom. Tali Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tiġi stabbilità f'wieħed mill-Istati Membri parteċipanti u għandha tiġi kkunsidrata bħala l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' tali Stati Membri kollha parteċipanti. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jaqblu b'mod konġunt fuq ir-regoli dettaljati għall-operazzjoni tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ppreżentati f'din id-Direttiva.

3. Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni b'dan fi żmien xahar mill-istabbiliment tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u jistgħu jaġġornaw din id-dikjarazzjoni f'kull ħin. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni, kif ukoll kull aġġornament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3. Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni b'dan fi żmien xahar mill-istabbiliment tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u għandhom jaġġornaw din id-dikjarazzjoni f'kull ħin. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni, kif ukoll kull aġġornament, fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3a

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta fi ħdan l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri

1. Il-membri kollha tal-persunal tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri li għandhom aċċess għad-dejta tal-PNR għandhom jingħataw taħriġ imfassal b'mod speċifiku dwar l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR f'konformità sħiħa mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta u d-drittijiet fundamentali.

2. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha taħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għall-monitoraġġ tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR u għall-implimentazzjoni tas-salvagwardji relatati.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jinħatar fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b'mod partikolari, tal-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-kapaċità li jwettaq il-kompiti msemmija f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe dmir professjonali ieħor tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jkun kompatibbli mal-kompiti u d-dmirijiet ta' dik il-persuna bħala Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta u li ma jirriżultax f'kunflitt ta' interessi. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu:

(a) jissensibilizza u jagħti parir lill-membri tal-persunal tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri dwar l-obbligi tagħhom rigward il-protezzjoni tad-dejta personali, inkluż taħriġ tal-membri tal-persunal u t-tqassim ta' responsabilitajiet;

(b) isegwi l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta stipulati f'din id-Direttiva, partikolarment permezz it-teħid ta' kampjuni każwali ta' attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta;

(c) jiżgura d-dokumentazzjoni u r-rekords kollha jinżammu bi qbil ma' din id-Direttiva, jissorvelja d-dokumentazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni ta' ksur ta' dejta personali, u jirraporta imġiba skoretta fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta stipulati f'din id-Direttiva lill-awtoritajiet rilevanti;

(d) jsegwi t-tweġibiet għal talbiet mill-awtorità superviżorja nazzjonali u jikkopera mal-awtorità superviżorja nazzjonali, speċjalment dwar kwistjonijiet relatati mat-trasferiment tad-dejta lejn Stati Membri oħrajn jew lejn pajjiżi terzi, u jaġixxi ta' punt ta' kuntatt għall-awtorità superviżorja nazzjonali dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR, fejn xieraq u jikkuntattja lill-awtorità superviżorja nazzjonali fuq l-inizjattiva tiegħu/tagħha.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta bil-mezzi biex iwettqu d-dmirijiet u l-kompiti tagħhom, b'mod effikaċi u indipendenti, bi qbil ma' dan l-Artikolu.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw lis-suġġett tad-dejta bid-dritt li jikkuntattja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, bħala punt ta' kuntatt uniku, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-dejta PNR tas-suġġett tad-dejta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta huma kkomunikati lill-awtorità superviżorja nazzjonali u lill-pubbliku.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Proċessar tad-dejta tal-PNR

Proċessar tad-dejta tal-PNR

1. Id-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-, skont l-Artikolu 6, dwar it-titjiriet internazzjonali li jinżlu jew li jitilqu mit-territorju ta' kull Stat Membru għandha tinġabar mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru rilevanti. F'każ li d-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl- tinkludi dejta aktar minn dik imniżżla fl-Anness, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tħassar tali dejta immedjatament malli tkun irċevuta.

1. Id-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru, skont l-Artikolu 6, dwar it-titjiriet internazzjonali li jinżlu jew li jitilqu mit-territorju ta' kull Stat Membru għandha tinġabar mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' dak l-Istat Membru rilevanti. F'każ li d-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru tinkludi dejta aktar minn dik imniżżla fl-Anness, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tħassar tali dejta immedjatament u b'mod permanenti malli tkun irċevuta.

2. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tipproċessa d-dejta tal-PNR għall-iskopijiet li ġejjin biss:

2. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tipproċessa d-dejta tal-PNR għall-iskopijiet li ġejjin biss:

(a) tewttieq ta' valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitt transnazzjonali serju u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-tewttieq ta' tali valutazzjoni, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' tipproċessa d-dejta tal-PNR mal-kriterji stabbiliti minn qabel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

(a) twettiq ta' valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitt transnazzjonali serju u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5, u fejn rilevanti mill-Europol, bi qbil mal-Artikolu 7a. Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' tipproċessa d-dejta tal-PNR mal-kriterji stabbiliti minn qabel bi qbil ma' din id-Direttiva, u tista' tqabbel id-dejta tal-PNR ma' databases rilevanti, inkluż databases internazzjonali jew nazzjonali, jew mirja nazzjonali tad-databases tal-Unjoni, fejn dawn huma stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni, fuq persuni jew oġġetti mfittxija jew taħt alert, bi qbil mar-regoli tal-Unjoni, internazzjonali u nazzjonali applikabbli għal dawn il-fajls, bi qbil mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

(b) twettieq ta' valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitt serju u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' wkoll tqabbel id-dejta tal-PNR ma' databases rilevanti, inklużi databases internazzjonali jew nazzjonali jew mirja nazzjonali tad-databases tal-Unjoni, fejn dawn huma stabbiliti abbażi tal-liġi tal-Unjoni fuq persuni jew oġġetti mfittxija jew taħt allert, skont regoli tal-Unjoni, internazzjonali u nazzjonali applikabbli għal dawn il-fajls. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

(b) twettiq ta' valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitt transnazzjonali serju u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' wkoll tqabbel id-dejta tal-PNR ma' databases rilevanti, inklużi databases nazzjonali jew mirja nazzjonali tad-databases tal-Unjoni, fuq persuni jew oġġetti mfittxija jew taħt alert, skont regoli tal-Unjoni, u nazzjonali applikabbli għal dawn id-databases bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonali. Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' tqabbel id-dejta tal-PNR mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u mas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

(c) tweġiba, fuq bażi ta' kull każ individwali, għal talbiet b'raġuni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tipprovdi dejta tal-PNR u tipproċessa dejta tal-PNR f'każijiet speċifiċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji, u tipprovdi r-riżultati ta' dan l-ipproċessar lill-awtoritajiet kompetenti. kif ukoll

(c) tweġiba, fuq bażi ta' kull każ individwali abbażi ta' evidenza suffiċjenti, għal talbiet b'raġuni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tipprovdi dejta tal-PNR u tipproċessa dejta tal-PNR f'każijiet speċifiċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' delitti serji transnazzjonali, elenkati fil-punt(i) tal-Artikolu 2 jew għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika, u tipprovdi r-riżultati ta' dan l-ipproċessar lill-awtoritajiet kompetenti, jew fejn xieraq lill-Europol. kif ukoll

(d) l-analizzar tad-dejta tal-PNR bl-iskop li jiġu aġġornati jew jiġu stabbiliti kriterji ġodda għat-twettieq tal-valutazzjonijiet sabiex jiġu identifikati kwalunkwe persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitti transnazzjonali serji skont il-punt (a).

(d) l-analizzar tad-dejta tal-PNR bl-iskop li jiġu aġġornati jew jiġu stabbiliti kriterji ġodda għat-twettieq tal-valutazzjonijiet sabiex jiġu identifikati kwalunkwe persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitti serji transnazzjonali skont il-punt (a).

3. Il-valutazzjoni tal-passiġġieri, qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, għandha titwettaq b'mod nondiskriminatorju abbażi ta' kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji tal-valutazzjoni jiġu stabbiliti mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, bil-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Il-kriterji ta' valutazzjoni fl-ebda ċirkostanza m'għandhom jiġu bbażati fuq l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna.

3. Il-valutazzjoni tal-passiġġieri, qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, għandha titwettaq b'mod nondiskriminatorju abbażi ta' kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tagħha. Dawn il-kriterji ta' valutazzjoni għandhom ikunu mmirati, speċifiċi, ġustifikati, proporzjonati u bbażati fuq il-fatti. Rieżami regolari għandu jinkludi lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta; L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji tal-valutazzjoni jiġu stabbiliti mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, bil-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 u għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Il-kriterji ta' valutazzjoni fl-ebda ċirkostanza m'għandhom jiġu bbażati fuq l-oriġini tar-razza jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, is-sħubija jew l-attivitajiet fi trejdjunjin, u l-ipproċessar tad-dejta li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna..

4. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandha tittrasferixxi d-dejta tal-PNR jew ir-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR tal-persuni identifikati skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għal aktar analiżi lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-istess Stat Membru. Dawn it-trasferimenti jistgħu jsiru biss fuq bażi ta' każ b'każ.

4. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandha tittrasferixxi d-dejta tal-PNR jew ir-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR tal-persuni identifikati skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għal aktar analiżi lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-istess Stat Membru. Dawn it-trasferimenti jistgħu jsiru biss fuq bażi ta' każ b'intervent uman.

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jkollu aċċess għad-dejta kollha trażmessa lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri lil awtorità kompetenti skont l-Artikolu 5. Jekk l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jqis li t-trażmissjoni ta' kwalunkwe dejta ma kinitx legali, hi jew hu għandu/ha jirreferi/tirreferi l-kwistjoni lill-Awtorità Superviżorja, li għandu jkollha s-setgħa li tordna lill-awtorità kompetenti riċeventi li tħassar dik id-dejta.

4b. Il-ħżin, l-ipproċessar u l-analiżi tad-dejta tal-PNR għandha titwettaq b'mod esklussiv f'lokalità sigura fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea.

4c. L-Istati Membri huma responsabbli mill-ispejjeż għaż-żamma u l-iskambju tad-dejta tal-PNR.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Awtoritajiet kompetenti

Awtoritajiet kompetenti

1. Kull Stat Membru għandu jadotta lista tal-awtoritajiet kompetenti ntitolati li jitolbu jew jirċievu dejta tal-PNR jew ir-riżultat tal-ipproċessar ta' dejta tal-PNR mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri sabiex jeżamina aktar din l-informazzjoni jew biex jieħu azzjoni xierqa bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji.

1. Kull Stat Membru għandu jadotta lista tal-awtoritajiet kompetenti ntitolati li jitolbu jew jirċievu dejta tal-PNR moħbija jew ir-riżultat tal-ipproċessar sistematiku ta' dejta tal-PNR mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri sabiex jeżamina aktar din l-informazzjoni jew biex jieħu azzjoni xierqa bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonali jew il-prevenzjoni ta' theddid immedjat u serju għas-sigurtà pubblika. Il-Europol għandu jkun intitolat li jirċievi dejta tal-PNR jew ir-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri fi ħdan il-limiti tal-mandat tiegħu u fejn meħtieġ, għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu magħmula minn awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu magħmula minn awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonali, jew il-prevenzjoni ta' theddid immedjat u serju għas-sigurtà pubblika.

3. Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u jista' jaġġorna din id-dikjarazzjoni f'kull ħin. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni, kif ukoll kull aġġornament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3. Sa …* [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], kull Stat Membru għandu jinnotifika l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu lill-Kummissjoni u għandu jaġġorna din id-dikjarazzjoni f'kull ħin. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni, kif ukoll kull aġġornament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4. Id-dejta tal-PNR tal-passiġġieri u r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR riċevuti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri jistgħu jiġu pproċessati aktar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-iskop biss għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji.

4. Id-dejta tal-PNR tal-passiġġieri u r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR riċevuti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri jistgħu jiġu pproċessati aktar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-iskop speċifiku biss għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonali, fuq talba, skont l-Artikolu 4(2) jew għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika.

5. Il-paragrafu 4 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-infurzar tal-liġi nazzjonali jew poteri ġudizzjarji ta' meta reati oħra, jew indikazzjonijiet tagħhom, jiġu skoperti matul l-andament ta' azzjoni tal-infurzar wara dan l-ipproċessar.

5. Il-paragrafu 4 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-infurzar tal-liġi nazzjonali jew poteri ġudizzjarji ta' meta reati oħra, jew indikazzjonijiet tagħhom, jiġu skoperti matul l-andament ta' azzjoni tal-infurzar wara dan l-ipproċessar li għaliha kienet intiża.

6. L-awtoritajiet kompetenti m'għadhom jieħdu l-ebda deċiżjoni li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwah b'mod sinifikattiv sempliċiment minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-data tal-PNR. Tali deċiżjonijiet m'għandhomx jittieħdu fuq l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna.

6. L-awtoritajiet kompetenti m'għadhom jieħdu l-ebda deċiżjoni li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwah b'mod sinifikattiv sempliċiment minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta tal-PNR. Tali deċiżjonijiet m'għandhomx jittieħdu abbażi ta' dejta li tiżvela l-oriġini tar-razza jew etniċità tal-persuna, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, is-sħubija u l-attivitajiet fi trejdjunjin, u l-ipproċessar ta' dejta li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Obbligi fuq trasportaturi bl-ajru

Obbligi fuq trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl- jittrasferixxu ('push') id-dejta tal-PNR kif definita fl-Artikolu 2(c) u speċifikata fl-Anness, sakemm din id-dejta diġà jiġbruha huma, għad-database tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri nazzjonali tal-Istat Membru fit-territorju fejn it-titjira internazzjonali se tinżel jew mit-territorju minn fejn se titlaq it-titjira. Meta t-titjira għandha l-kodiċi kondiviż bejn trasportatur bl- wieħed jew aktar, l-obbligu għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR tal-passiġġieri kollha fuq it-titjira għandu jkun fuq it-trasportatur bl- li jopera t-titjira. Fejn it-titjira jkollha waqfa waħda jew aktar fl-porti tal-Istati Membri, it-trasportaturi bl- għandhom jitrasferixxu d-dejta tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri kkonċernati.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-dejta tal-PNR kollha trasferuta kif definita fl-Artikolu 2(c) u speċifikata fl-Anness, sakemm din id-dejta diġà jiġbruha huma waqt it-twettiq tal-attivitajiet normali tagħhom, għad-database tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri nazzjonali tal-Istat Membru fit-territorju fejn it-titjira internazzjonali se tinżel jew mit-territorju minn fejn se titlaq it-titjira. Meta t-titjira għandha l-kodiċi kondiviż bejn trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar, l-obbligu għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR tal-passiġġieri kollha fuq it-titjira għandu jkun fuq it-trasportatur bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru li jopera t-titjira. Fejn it-titjira jkollha waqfa waħda jew aktar fl-ajruporti tal-Istati Membri, it-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru għandhom jitrasferixxu d-dejta tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri kkonċernati.

2. It-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR permezz ta' mezzi elettroniċi bl-użu ta' protokolli komuni u formati aċċettati tad-dejta li għandhom ikunu adottati skont il-proċedura tal-Artikoli 13 u 14 jew, fil-każ ta' falliment tekniku, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura livell xieraq ta' sigurtà tad-dejta:

2. It-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR permezz ta' mezzi elettroniċi bl-użu ta' protokolli komuni u formati aċċettati tad-dejta li għandhom ikunu adottati skont l-Artikoli 13 u 14 jew, fil-każ ta' ħsara teknika, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura livell xieraq ta' sigurtà tad-dejta:

(a) 24 sa 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira;

(a) darba, 24 sa 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira;

kif ukoll

kif ukoll

(b) minnufih wara l-għeluq tat-titjira, jiġifieri hekk kif il-passiġġieri jkunu telgħu fuq l-inġenju tal- lesti għat-tluq u ma jkunx għadu possibbli li jitilgħu aktar passiġġieri abbord.

(b) darba, minnufih wara l-għeluq tat-titjira, jiġifieri hekk kif il-passiġġieri jkunu telgħu fuq l-inġenju tal-ajru lesti għat-tluq u ma jkunx għadu possibbli li jitilgħu aktar passiġġieri abbord.

3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasportaturi bl- jillimitaw it-trasferiment msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-aġġornamenti tat-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasportaturi bl-ajru u lill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru jillimitaw it-trasferiment imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-aġġornamenti tat-trasferiment imsemmi fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu.

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru u lill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku, imminenti u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti serji transnazzjonali.

4a. It-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru għandhom debitament jinformaw lill-passiġġieri dwar, it-tip ta' dejta personali li qed tinġabar għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, id-drittijiet tagħhom dwar id-dejta tagħhom bħala passiġġier. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-passiġġieri b'mod proattiv, f'forma li tinftiehem faċilment.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Skambju ta' informazzjoni bejn Stati Membri

Skambju ta' informazzjoni bejn Stati Membri

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta' persuni identifikati mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont l-Artikolu 4(2)(a) u (b), ir-riżultat tal-iproċessar tad-dejta tal-PNR huwa trażmess minn dik l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri meta l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel tikkunsidra tali trasferiment meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri riċeventi għandhom jittrażmettu tali dejta tal-PNR jew ir-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom.

1. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom jiskambjaw awtomatikament dejta dwar ir-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati tal-iproċessar tad-dejta tal-PNR, kemm informazzjoni analitika miksuba mid-dejta tal-PNR jew ir-riżultati fir-rigward tal-persuni identifikati minn Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont l-Artikolu 4(2), li hija trażmessa għal eżami ulterjuri lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom skont l-Artikolu 4(4), huma trażmessi b'mod proattiv minnufih minn Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri riċeventi għandhom jittrażmettu tali riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom, skont l-Artikolu 4(4). Fejn xieraq, għandha tiġi reġistrata twissija skont l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI1a.

2. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob, jekk ikun hemm bżonn, lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdilha d-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1), u, jekk ikun hemm bżonn, anke r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. It-talba għal tali dejta tista' tkun ibbażata fuq kwalunkwe waħda jew kombinazzjoni ta' elementi tad-dejta, kif meqjusa meħtieġa mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri li qed tagħmel it-talba għal każ speċifiku għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom jipprovdu d-dejta mitluba hekk kif tkun prattikabbli u għandhom jipprovdu wkoll ir-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR, jekk ikun diġà tħejja skont l-Artikolu 4(2)(a).

2. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollhom id-dritt li jitolbu, jekk ikun hemm bżonn, lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdilha d-data tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1) u, jekk ikun hemm bżonn, anke r-riżultat tal-ipproċessar tiegħu, jekk diġà ġie ppreparat skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(2). It-talba debitament raġunata għal tali data tkun strettament limitata għad-dejta neċessarja fil-każ speċifiku u tista' tkun ibbażata fuq kwalunkwe waħda jew kombinazzjoni ta' elementi tad-data, kif meqjusa meħtieġa mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri li qed tagħmel it-talba għal każ speċifiku għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew reati serji transnazzjonali jew għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom jipprovdu d-dejta mitluba hekk kif tkun prattikabbli bl-użu tal-protokolli ordinarji u ta' formati aċċettati tad-dejta. Tali talba għandha tiġi ġġustifikata bil-miktub.

3. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob, jekk ikun hemm bżonn, lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdilha d-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(2), u, jekk ikun hemm bżonn, anke r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' titlob aċċess għal dejta tal-PNR speċifika li tinżamm mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru ieħor fil-forma totali tagħha mingħajr il-ħabi ta' xi dejta biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali bi tweġiba għal theddida speċifika jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifiċi relatati ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

3. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollhom id-dritt li jitolbu, jekk ikun hemm bżonn, lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdilha d-dejta tal-PNR li ġiet moħbija u li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(2), u, jekk ikun hemm bżonn, anke r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' titlob aċċess għal dejta tal-PNR speċifika li tinżamm mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru ieħor fil-forma totali tagħha mingħajr il-ħabi ta' xi dejta biss f'ċirkostanzi l-aktar eċċezzjonali bi tweġiba għal theddida speċifika f'ħin reali jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifiċi relatati ma' reati terroristiċi jew delitti serji transnazzjonali jew il-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika. Tali aċċess għall-PNR sħiħ għandu jitħalla biss bl-approvazzjoni tal-Kap tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri rikjesta.

4. Huwa biss f'dawk il-każijiet fejn ikun hemm il-ħtieġa għall-prevenzjoni ta' theddida imminenti u serja għas-sigurtà pubblika li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu direttament lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdihom bid-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1) and (2). Dawn it-talbiet għandhom ikunu relatati ma' investigazzjoni jew prosekuzzjon speċifika ta' reati terroristiċi jew delitti serji u għandhom ikunu raġunati. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom iwieġbu għal dawn it-talbiet bħala kwistjoni ta' prijorità. Fil-każijiet l-oħra kollha l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu t-talbiet tagħhom mingħand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru tagħhom stess.

5. Eċċezzjonalment, meta jkun hemm bżonn aċċess kmieni bħala tweġiba għal theddida speċifika u reali dwar reati terroristiċi jew delitti serji, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollha d-dritt li titlob lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru ieħor biex tipprovdilha dejta tal-PNR tat-titjiriet li jinżlu fi jew li jitilqu mit-territorju ta' din tal-aħħar fi kwalunkwe ħin.

5. Eċċezzjonalment, meta jkun hemm bżonn aċċess kmieni bħala tweġiba għal theddida speċifika u reali dwar reati terroristiċi jew delitti serji transnazzjonali, jew biex tkun evitata theddida imminenti u serja għas-sigurtà pubblika, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollha d-dritt li titlob lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru ieħor biex tipprovdilha dejta tal-PNR tat-titjiriet li jinżlu fi jew li jitilqu mit-territorju ta' din tal-aħħar fi kwalunkwe ħin, fejn tali dejta nżammet. Dik il-proċedura tkopri biss talbiet għad-dejta tal-PNR diġà miġbura u miżmuma mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri li tintalab tipprovdi d-dejta.

6. L-iskambju tal-informazzjoni taħt dan l-Artikolu jista' jsir bl-użu tal-mezzi eżistenti għall-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi internazzjonali. Il-lingwa użata għat-talba u l-iskambju tal-informazzjoni għandha tkun waħda applikabbli għall-mezz użat. Meta jagħmlu n-notifiki tagħhom skont l-Artikolu 3(3), l-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw il-Kummissjoni bid-dettalji tal-kuntatti, lil min jistgħu jintbagħtu t-talbiet f'każ ta' urġenza. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika n-notifiki riċevuti lill-Istati Membri.

6. L-iskambju tal-informazzjoni taħt dan l-Artikolu għandu jsir bl-użu tal-mezzi eżistenti għall-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni u dik internazzjonali, b'mod partikolari l-Europol, l-Applikazzjoni ta' Netwerk Sikur għall-Iskambju ta' Informazzjoni (SIENA) tagħha u unitajiet nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI. Il-lingwa użata għat-talba u l-iskambju tal-informazzjoni għandha tkun waħda applikabbli għall-mezz użat. Meta jagħmlu n-notifiki tagħhom skont l-Artikolu 3(3), l-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw il-Kummissjoni bid-dettalji tal-kuntatti, lil min jistgħu jintbagħtu t-talbiet f'każ ta' urġenza. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika n-notifiki riċevuti lill-Istati Membri.

6a. Fejn l-informazzjoni analitika miksuba mill-PNR tiġi trasferita skont din id-Direttiva, għandhom jiġu mħarsa s-salvagwardji previsti fil-paragrafu 1.

__________________

1a Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7a

Kundizzjonijiet għall-aċċess għal dejta tal-PNR mill-Europol

1. Il-Europol jista' jressaq, fuq bażi ta' każ b'każ, talba elettroniku u debitament raġunata lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru għat-trażmissjoni ta' dejta tal-PNR speċifika jew ir-riżultati tal-iproċessar ta' dejta tal-PNR speċifika, meta din tkun strettament meħtieġa biex tappoġġa u ssaħħaħ azzjoni mill-Istati Membri biex tipprevjeni, tiskopri jew tinvestiga reat terroristiku speċifiku jew reat transnazzjonali serju sa fejn tali offiża jew reat jaqgħu fil-kompetenza tal-Europol skont id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI. It-talba motivata għandha tistipula raġunijiet validi li għalihom il-Europol għandha tikkunsidra li t-trażmissjoni tad-dejta tal-PNR jew ir-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR jistgħu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reat kriminali in kwistjoni.

2. Ladarba tiġi riċevuta talba mill-Europol, qorti jew entità amministrattiva indipendenti ta' Stat Membru għandha tivverifika, fi żmien xieraq, jekk il-kondizzjonijiet kollha elenkati fil-paragrafu 1 twettqux. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tipprovdi d-dejta mitluba mill-Europol hekk kif ikun prattikabbli, dment li dawk il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti.

3. Il-Europol għandu jinforma lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data maħtur bi qbil mal-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI dwar kull skambju ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu.

4. L-iskambju ta' informazzjoni taħt dan l-Artikolu jseħħ permezz ta' SIENA u skont id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI. Il-lingwa użata għat-talba u l-iskambju tal-informazzjoni għandha tkun dik applikabbli għas-SIENA.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Trasferiment ta' dejta lil pajjiżi terzi

Trasferiment ta' dejta lil pajjiżi terzi

Stat Membru jista' jittrasferixxi dejta tal-PNR u r-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lil pajjiż terz, fuq il-bażi ta' każ b'każ biss u jekk:

1. Stat Membru jista' jittrasferixxi dejta tal-PNR u r-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lil pajjiż terz, fuq il-bażi ta' każ b'każ biss, soġġett għal talba debitament motivata bbażata fuq evidenza suffiċjenti, fejn it-trasferiment huwa neċessarju għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, il-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-siġurtà pubblika jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali u l-awtorità kompetenti riċeventi fil-pajjiż terz hija responsabbli għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, il-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, dment li:

(a) jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ippreżentati fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI,

(a) il-pajjiż terz ikkonċernat jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni kif imsemmi fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a għall-ipproċessar tad-dejta intiż, soġġett li jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra kollha msemmija f'din id-Direttiva;

(b) it-trasferiment huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva speċifikata fl-Artikolu 1(2), u

(b) l-Istat Membru li mingħandu nkisbet id-dejta ta l-kunsens tiegħu għat-trasferiment f'konformità mad-dritt nazzjonali.

(c) it-tielet pajjiż jaqbel li jitrasferixxi d-dejta lil pajjiż terz ieħor fil-każ biss li huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) u biss bl-awtorizzazzjoni espressa tal-Istat Membru.

F'ċirkustanzi eċċezzjonali, trasferimenti tad-dejta tal-PNR mingħajr kunsens minn qabel skont il-paragrafu 1 għandu jkun permess biss għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew pajjiż terz jew għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali ta' Stat Membru u l-kunsens minn qabel ma jistax jinkiseb fi żmien debitu. L-awtorità responsabbli għall-għoti tal-kunsens għandha tiġi infurmata minnufih u t-trasferiment għandu jkun debitament reġistrat u suġġett għall-verifika ex-post.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, trasferimenti ta' dejta tkun permessa fuq bażi sistematika wara l-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali bejn pajjiż terz u l-Unjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi biss taħt termini konsistenti ma' din id-Direttiva u biss wara li jiġi żgurat li l-użu li r-riċevituri bi ħsiebhom jagħmlu tal-PNR ikun konsistenti ma' dawk is-salvagwardji.

3. Trasferimenti ulterjuri lil pajjiżi terzi oħra jkunu projbiti.

4. Meta d-dejta tal-PNR ta' ċittadin jew ta' resident ta' Stat Membru ieħor hija ttrasferita lejn pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom jiġu informati dwar il-kwistjoni mal-ewwel opportunità xierqa li tinħoloq.

5. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun informat kull darba li Stat Membru jittrasferixxi dejta tal-PNR skont dan l-Artikolu. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma, fuq bażi regolari, lill-Awtorità Superviżorja Nazzjonali rigward it-trażmissjoni tad-dejta skont dan l-Artikolu.

__________________

1a Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Perjodu taż-żamma tad-dejta

Perjodu taż-żamma tad-dejta

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR ipprovduta mit-trasportaturi bl- tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tinżamm f'database fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tagħha lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun nieżla jew tielqa t-titjira.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR ipprovduta mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tinżamm skont l-Artikolu 4(2) f'database fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tagħha lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun nieżla jew tielqa t-titjira.

2. Wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tad-dejta tal-PNR lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, id-dejta għandha tinżamm fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ieħor ta' ħames snin. Matul dan il-perjodu, l-elementi kollha tad-dejta li jistgħu jservu biex jidentifikaw il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, għandhom jiġu moħbija. Din id-dejta tal-PNR anonimizzata għandha tkun aċċessibbli biss għal numru limitat ta' persunal tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri awtorizzata speċifikament sabiex twettaq analiżi tad-dejta tal-PNR u tiżviluppa kriterji tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 4(2)(c). Aċċess għad-dejta tal-PNR kollha għandu jkun permess biss mill-Kap tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskop tal-Artikolu 4(2)(b) u fejn jista' jkun maħsub raġonevolment li hemm bżonn li titwettaq investigazzjoni u bħala reazzjoni għal theddida jew riskju speċifiku u reali jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika.

2. Wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tad-dejta tal-PNR lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, id-dejta għandha tinżamm fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ieħor ta' ħames snin. Matul dan il-perjodu, l-elementi kollha tad-dejta li jistgħu jservu biex jidentifikaw il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, għandhom jiġu moħbija. Din id-dejta tal-PNR mistura għandha tkun aċċessibbli biss għal numru limitat ta' persunal tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri awtorizzata speċifikament sabiex twettaq analiżi tad-dejta tal-PNR u tiżviluppa kriterji tal-valutazzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 4(2).

2a. Wara konsultazzjoni mal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 4(2), l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tawtorizza identifikazzjoni mill-ġdid ta' dejta tal-PNR moħbija u aċċess għad-dejta tal-PNR kollha fejn raġonevolment temmen li tali identifikazzjoni mill-ġdid hija neċessarja sabiex issir investigazzjoni bħala risposta għal theddida speċifika u attwali jew riskju dwar reati terroristiċi, biex twettaq investigazzjoni speċifika jew prosekuzzjoni relatata ma' reat serju transnazzjonali, jew biex tiġi prevenuta theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika. Tali aċċess għad-dejta sħiħa għandu jkun permess għal perjodu ta' erba' snin wara li d-data tkun inħbiet f'każijiet li jirrigwardaw delitti serji transnazzjonaliu għall-perjodu sħiħ ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 2 fil-każijiet li jirrigwardaw reati terroristiċi.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-elementi tad-dejta li jistgħu jservu biex jiġi identifikat il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, u li għandhom jiġu ffiltrati u moħbija.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-elementi tad-dejta li jistgħu jservu biex jiġi identifikat il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, u li għandhom jiġu ffiltrati u moħbija.

– Isem (ismijiet), kif ukoll ismijiet ta' passiġġieri oħrajn fuq il-PNR u n-numru ta' vjaġġaturi fuq il-PNR li qed jivvjaġġaw flimkien;

– Isem (ismijiet), kif ukoll ismijiet ta' passiġġieri oħrajn fuq il-PNR u n-numru ta' vjaġġaturi fuq il-PNR li qed jivvjaġġaw flimkien;

– Indirizz u informazzjoni dwar il-kuntatt;

– Indirizz u informazzjoni dwar il-kuntatt;

– Kummenti ġenerali safejn ikun fihom xi informazzjoni li tista' sservi biex jiġi identifikat il-passiġġier li miegħu huwa relatat l-PNR; kif ukoll

– Kummenti ġenerali safejn ikun fihom xi informazzjoni li tista' sservi biex jiġi identifikat il-passiġġier li miegħu huwa relatat l-PNR; kif ukoll

– Kwalunkwe Informazzjoni minn Qabel dwar il-Passiġġieri miġbura.

– Kwalunkwe Informazzjoni minn Qabel dwar il-Passiġġieri miġbura.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR titħassar hekk kif jiskadi l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2. Dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn dejta tal-PNR speċifika ġiet trasferita lil awtorità kompetenti u li tintuża fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet kriminali speċifiċi, fejn iż-żamma ta' tali dejta mill-awtorità kompetenti għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR titħassar permanentement hekk kif jiskadi l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2. Dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn dejta tal-PNR speċifika ġiet trasferita lil awtorità kompetenti u li tintuża fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet kriminali speċifiċi, fejn iż-żamma ta' tali dejta mill-awtorità kompetenti għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru.

4. Ir-riżultat ta' tqabbil msemmi fl-Artikolu 4(2)(a) u (b) għandu jinżamm mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri sakemm biss ikun hemm bżonn li jiġu informati l-awtoritajiet kompetenti ta' tqabbil pożittiv. Meta, wara analiżi individwali ta' mezzi mhux awtomatizzati, ir-riżultat ta' operazzjoni ta' tqabbil awtomatizzat joħroġ negattiv, madankollu għandu jinħażen biex jiġi evitat tqabbil pożittiv 'falz' futuri għal perjodu massimu ta' tliet snin sakemm id-dejta sottostanti tkun għadha ma tħassritx skont il-paragrafu 3 sal-iskadenza ta' dawk il-ħames (5) snin, li f'dak il-każ ir-reġistru għandu jinżamm sakemm id-dejta sottostanti titħassar.

4. Ir-riżultat ta' tqabbil msemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(2) għandu jinżamm mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri sakemm biss ikun hemm bżonn li jiġu informati l-awtoritajiet kompetenti ta' tqabbil pożittiv. Meta, wara analiżi individwali permezz tal-intervent uman minn membru tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, ir-riżultat ta' operazzjoni ta' tqabbil awtomatizzat joħroġ negattiv, madankollu għandu jinħażen biex jiġi evitat tqabbil pożittiv 'falz' futuri għal perjodu massimu ta' tliet snin sakemm id-dejta sottostanti tkun għadha ma tħassritx skont il-paragrafu 3 sal-iskadenza ta' dawk il-ħames snin, li f'dak il-każ ir-reġistru għandu jinżamm sakemm id-dejta sottostanti titħassar.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Penali kontra t-trasportaturi bl-

Penali kontra t-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li penali dissważivi, effettivi u proporzjonali, inklużi penali finanzjarji, jiġu pprovduti kontra t-trasportaturi bl- li, ma jittrażmettux id-dejta meħtieġa taħt din id-Direttiva, sakemm tkun diġà nġabret mit-trasportaturi bl-, jew ma jagħmlux hekk fil-format meħtieġ jew jiksru b'mod ieħor id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li penali dissważivi, effettivi u proporzjonali, inklużi penali finanzjarji, jiġu pprovduti kontra t-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru li ma jittrażmettux id-dejta meħtieġa taħt din id-Direttiva, sat-tali punt li tkun diġà nġabret mit-trasportaturi bl-ajru, jew li ma jagħmlux hekk fil-format meħtieġ, jew li ma jipproċessawx id-dejta skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta stipulati f'din id-Direttiva, jew jiksru b'mod ieħor id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

1a. Id-dejta kollha miżmuma minn trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru għandha tinżamm f'database sikura, f'sistema informatika akkreditata sikura, li jew tissodisfa jew teċċedi l-istandards industrijali internazzjonali.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Protezzjoni tad-dejta personali

Protezzjoni tad-dejta personali

1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li, fir-rigward tal-ipproċessar kollu tad-dejta personali skont din id-Direttiva, kull passiġġier għandu jkollu l-istess dritt għall-aċċess, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir u l-ibblukkar, id-dritt għall-kumpens u d-dritt għar-riżarċiment ġudizzjajru bħal dawk adottati mil-liġi nazzjonali fl-implementazzjoni tal-Artikoli 17, 18, 19 u 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17, 18, 19 u 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI għandhom għalhekk ikunu applikabbli.

1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li, fir-rigward tal-ipproċessar kollu tad-dejta personali skont din id-Direttiva, kull passiġġier għandu jkollu l-istess dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom, dritt għall-aċċess, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir u l-ibblukkar, id-dritt għall-kumpens u d-dritt għar-riżarċiment ġudizzjajru bħal dawk taħt il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, u fl-implementazzjoni tal-Artikoli 17, 18, 19 u 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI. Dawk l-Artikoli għandhom għalhekk ikunu applikabbli.

2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li d-dispożizzjonijiet adottati taħt il-liġi nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI dwar il-kunfidenzjalità tal-ipproċessar u s-sigurtà tad-dejta għandhom japplikaw għall-ipproċessar kollu tad-dejta personali skont din id-Direttiva

2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li d-dispożizzjonijiet adottati taħt il-liġi nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI dwar il-kunfidenzjalità tal-ipproċessar u s-sigurtà tad-dejta għandhom japplikaw għall-ipproċessar kollu tad-dejta personali skont din id-Direttiva

2a. Fejn dispożizzjonijiet adottati taħt il-liġi nazzjonali f'implimentazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE jipprovdu lill-passiġġier b'drittijiet akbar relatati mal-ipproċessar tad-dejta tagħhom milli ma' din id-Direttiva, dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw.

3. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta tal-PNR li jiżvela l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna għandu jkun projbit. F'każ li dejta tal-PNR li tiżvela din l-informazzjoni tasal għand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħassar minnufih.

3. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-ipproċessar ta' dejta tal-PNR milli tiżvela l-oriġini tar-razza jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, is-sħubija fi trade union jew l-attività fi ħdanha, u l-ipproċessar ta' dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali. F'każ li dejta tal-PNR li tiżvela din l-informazzjoni tasal għand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħassar minnufih.

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri żżomm dokumentazzjoni tas-sistemi u l-proċeduri kollha ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħha. Dik id-dokumentazzjoni għandha jkun fiha, mill-anqas:

(a) l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-organizzazzjoni u l-persunal fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri fdati bl-ipproċessar tad-dejta tal-PNR, il-livelli differenti ta' awtorizzazzjoni ta' aċċess u l-persunal ikkonċernat;

(b) it-talbiet mill-awtoritajiet kompetenti u minn Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stati Membri oħra u r-riċevituri tad-dejta tal-PNR ipproċessata;

(c) It-talbiet u t-trasferimenti kollha ta' dejta lil pajjiż terz, l-identifikazzjoni ta' dak il-pajjiż terz u r-raġunijiet legali li għalihom id-dejta hija trasferita;

(d) il-limiti taż-żmien għaż-żamma u t-tħassir ta' kategoriji ta' dejta differenti.

L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tagħmel id-dokumentazzjoni kollha disponibbli, fuq talba, lill-awtorità superviżorja nazzjonali.

3b. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri żżomm reġistrazzjonijiet tal-anqas tal-operazzjonijiet ta' pproċessar li ġejjin: ġbir, tibdil, konsultazzjoni, żvelar, taħlit jew tħassir. Ir-reġistrazzjonijiet ta' konsultazzjoni u żvelar għandhom juru b'mod partikolari l-fini, id-data u l-ħin ta' kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet u sa fejn possibbli, l-identifikazzjoni tal-persuna li tkun ikkonsultat jew żvelat id-dejta tal-PNR, u l-identità u r-riċevitur ta' dik id-dejta. Ir-reġistrazzjonijiet jintużaw biss għall-finijiet ta' verifika, l-awtomonitoraġġ u biex tiġi mħarsa l-integrità tad-dejta u s-sigurtà tad-dejta jew għall-finijiet ta' awditjar. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tagħmel ir-reġistrazzjonijiet kollha disponibbli, fuq talba, lill-awtorità superviżorja nazzjonali.

Il-persuni li joperaw il-kontrolli tas-sigurtà, li għandhom aċċess u janalizzaw id-dejta tal-PNR, u joperaw logs tad-dejta, iridu jkunu klerjati u mħarġa dwar is-sigurtà. Huma jkollhom profil li jistabbilixxi u jillimita r-reġistrazzjonijiet li huma awtorizzati li jaċċedu skont in-natura tax-xogħol, ir-rwol u l-intitolar legali tagħha.

Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinżammu għal perjodu ta' erba' snin. Madankollu, fejn skont l-Artikolu 9(3), id-dejta sottostanti għadha ma tħassritx fit-tmiem ta' dak il-perjodu ta' erba' snin, ir-reġistrazzjonijiet jinżammu sakemm id-dejta sottostanti tkun tħassret.

3c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Unità tagħhom ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġieri timplimenta l-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa biex ikun żgurat livell għoli ta' sigurtà xieraq għar-riskji rappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta tal-PNR.

3d. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ksur tad-dejta personali probabbilment jaffettwa ħażin il-protezzjoni tad-dejta personali jew tal-privatezza tas-suġġett tad-dejta, l-Unità ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tikkomunika minnufih il-ksur lis-suġġett tad-dejta u lill-kontrollur nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta.

4. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR minn Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u t-talbiet kollha mill-awtoritajiet kompetenti jew Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, anke jekk irrifjutati, għandhom jiġu rreġistrati jew iddokumentati mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u l-awtoritajiet kompetenti għall-iskop tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awto-monitoraġġ u assigurazzjoni tal-integrità tad-dejta xierqa u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta, b'mod partikolari mill-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta. Dawn l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin sakemm id-dejta sottostanti għadha ma tħassritx skont l-Artikolu 9(3) mal-iskadenza ta' dawk l-istess ħames snin, u f'dak il-każ l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu sakemm titħassar id-dejta sottostanti.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi bl-, l-aġenti tagħhom jew bejjiegħa oħra tal-biljetti għall-ġarr ta' passiġġieri fuq servizz tal- javżaw il-passiġġieri ta' titjiriet internazzjonali, fil-ħin li jipprenotaw it-titjira u fil-ħin tal-akkwist tal-biljett, b'mod ċar u preċiż dwar il-provvista ta' dejta tal-PNR għall-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, l-iskopijiet tal-ipproċessar tagħhom, il-perjodu taż-żamma tad-dejta, l-użu possibbli tagħhom għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji, il-possibbiltà tal-iskambju u l-kondiviżjoni ta' din id-dejta u d-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta, b'mod partikolari d-dritt li jilmentaw ma' awtorità nazzjonali tas-sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta tal-għażla tagħhom. L-istess informazzjoni għandha tkun disponibbli mill-Istati Membri lill-pubbliku.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru, javżaw il-passiġġieri ta' titjiriet internazzjonali, fil-ħin li jipprenotaw it-titjira u fil-ħin tal-akkwist tal-biljett, b'mod ċar u preċiż dwar il-provvista ta' dejta tal-PNR għall-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, l-iskopijiet tal-ipproċessar tagħhom, il-perjodu taż-żamma tad-dejta, l-użu possibbli tagħhom għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji transnazzjonali, il-possibbiltà tal-iskambju u l-kondiviżjoni ta' din id-dejta u d-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta, bħad-dritt għall-aċċess għad-dejta, id-dritt li d-dejta tiġi kkoreġuta, imħassra u mblukkata, u b'mod partikolari d-dritt li jsir ilment ma' awtorità nazzjonali tas-sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta tal-għażla tagħhom.

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tagħhom tipprovdi s-suġġett tad-dejta mal-informazzjoni fir-rigward tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 5 u kif teżerċità dawk id-drittijiet.

6. Għandu jiġi pprojbit kwalunkwe trasferiment tad-dejta tal-PNR mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u mill-awtoritajiet kompetenti u partijiet privati fi Stati Membri jew f'pajjiżi terzi.

7. Mingħajr preġudizju għall-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari għandhom jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonali u dissważivi sabiex jiġu imposti f'każijiet ta' ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva.

7. Mingħajr preġudizju għall-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari għandhom jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonali u dissważivi sabiex jiġu imposti f'każijiet ta' ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jieħdu azzjoni dixxiplinarja, kif xieraq, kontra persuni responsabbli għal kwalunkwe ksur intenzjonat tal-privatezza, li tinkludi ċaħda ta' aċċess għas-sistema, twissijiet formali, sospensjoni, demozzjoni, jew tneħħija mill-kariga.

7a. Għandu jiġi pprojbit kwalunkwe trasferiment tad-dejta tal-PNR mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri jew mill-awtoritajiet kompetenti lil partijiet privati fi Stati Membri jew f'pajjiżi terzi. Kwalunkwe mġiba ħażina għandha tiġi sanzjonata.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Awtorità Nazzjonali tas-Sorveljanza

Awtorità Superviżorja Nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jipprovdi li l-awtorità nazzjonali tas-sorveljanza stabbilita fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandha tkun responsabbli wkoll għan-notifika u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni fit-territorju tiegħu tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri skont din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/JHA għandhom ikunu applikabbli.

Kull Stat Membru għandu jipprovdi li l-awtorità superviżorja nazzjonali stabbilita fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI tkun responsabbli għan-notifika u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni fit-territorju tiegħu tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri skont din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandhom ikunu applikabbli.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

Dmirijiet u setgħat tal-awtorità tas-sorveljanza nazzjonali

1. L-awtorità tas-sorveljanza nazzjonali ta' kull Stat Membru tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u għall-kontribut għall-applikazzjoni konsistenti tagħha madwar l-Unjoni, sabiex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Kull awtorità tas-sorveljanza nazzjonali għandha:

(a) tisma' ilmenti li jitressqu minn kwalunkwe suġġett tad-dejta, tinvestiga l-każ u tinforma s-suġġetti tad-dejta dwar il-progress u l-andament tal-ilmenti tagħhom f'perjodu ta' żmien raġonevoli, b'mod partikolari fejn investigazzjoni ulterjuri jew koordinazzjoni ma' awtorità superviżorja nazzjonali oħra jkunu neċessarji, fejn tali ilmenti jkunu tressqu minn kwalunkwe individwu, ta' kwalunkwe nazzjonalità, pajjiż tal-oriġini, jew post ta' residenza;

(b) teżerċita setgħat ta' sorveljanza effettiva, investigazzjoni, intervenzjoni u ta' reviżjoni, u jkollha s-setgħa li tirreferi ksur tal-liġi relatati ma' din id-Direttiva għal prosekuzzjoni jew azzjoni dixxiplinarja, fejn xieraq;

(c) tivverifika l-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, twettaq investigazzjonijiet, spezzjoni u awditjar skont il-liġi nazzjonali, jew fuq l-inizzjattiva tagħha jew fuq il-bażi ta' lment, u tinforma s-suġġett tad-dejta ikkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment, dwar l-andamanet tal-investigazzjonijiet f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

(d) tissorvelja l-iżviluppi rilevanti, sa fejn dawn ikollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

L-Istati Membri jipprovdu proċess ta' rimedju għall-individwi li jemmnu li sofrew dewmien jew li ġew ipprojbiti milli jitilgħu abbord ajruplan kummerċjali peress li ġew identifikati bħala theddida meta dan ma kienx minnu.

2. Kull awtorità tas-superviżjoni għandha, fuq talba, tagħti parir lil kwalunkwe suġġett tad-dejta dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, u, fejn xieraq, tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni fi Stati Membri oħra għal dak il-għan.

3. Għall-ilmenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tipprovdi formola għas-sottomissjoni tal-ilmenti, li tista' timtela b'mod elettroniku, mingħajr ma jkunu esklużi mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju tad-dmirijiet tal-awtorità superviżorja nazzjonali tagħhom jkun bla ħlas għas-suġġett tad-dejta. Madankollu, fejn talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b'mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, l-awtorità superviżorja nazzjonali tista' titlob tariffa raġjonevoli.

5. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità superviżorja nazzjonali tiegħu tiġi provduta bir-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji adegwati, il-bini u l-infrastruttura meħtieġa għall-prestazzjoni effettiva tad-dmirijiet u s-setgħat tagħha.

6. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità superviżorja nazzjonali tiegħu jrid ikollha l-persunal tagħha stess li jinħatru minn u soġġett għad-diskrezzjoni tal-kap tal-awtorità superviżorja nazzjonali.

7. Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, membri tal-awtorità superviżorja nazzjonali għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjoni minn ħadd, u għandhom iżommu indipendenza u imparzjalità kompleta.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Protokolli komuni u formati aċċettati tad-dejta

Protokolli komuni u formati aċċettati tad-dejta

1. It-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl- lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'mezzi elettroniċi jew, fil-każ ta' falliment tekniku, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq ieħor, għal perjodu ta' sena wara l-adozzjoni tal-protokoll komuni u l-formati aċċettati tad-dejta skont l-Artikolu 14.

1. It-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru jew minn operaturi kummerċjali u operaturi oħra ta' titjiriet mhux kummerċjali lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'mezzi elettroniċi li jipprovdi biżżejjed garanziji fir-rigward ta' miżuri ta' sigurtà teknika u miżuri organizzattivi li jmexxu l-ipproċessar li jrid jitwettaq. Fil-każ ta' fallimenti tekniku, id-dejta tal-PNR għandha tiġi trasferita permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq ieħor filwaqt li jinżamm l-istess livell ta' sigurtà u b'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta.

2. Meta jkun skada l-limitu ta' żmien ta' sena mid-data mill-adozzjoni tal-protokolli komuni u l-foromati aċċettati tad-dejta, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl- lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'mod elettroniku bl-użu ta' metodi żguri f'għamla ta' protokolli komuni aċċettabbli li jkunu komuni għat-trasferimenti kollha biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta matul it-trasferiment, u f'format appoġġjat tad-dejta biex tiġi żgurata l-leġġibbiltà mill-partijiet kollha involuti. It-trasportaturi bl- kollha għandhom ikunu meħtieġa jagħżlu u jidentifikaw lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri l-protokoll komuni u l-format tad-dejta li bi ħsiebhom jużaw għat-trasferimenti tagħhom.

2. Meta jkun skada l-limitu ta' żmien ta' sena mid-data mill-adozzjoni tal-protokolli komuni u l-formati aċċettati tad-dejta, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'mod elettroniku bl-użu ta' metodi żguri f'għamla ta' protokolli komuni aċċettabbli li jkunu komuni għat-trasferimenti kollha biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta matul it-trasferiment, u f'format appoġġjat tad-dejta biex tiġi żgurata l-leġġibbiltà mill-partijiet kollha involuti. It-trasportaturi bl-ajru kollha għandhom ikunu meħtieġa jagħżlu u jidentifikaw lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri l-protokoll komuni u l-format tad-dejta li bi ħsiebhom jużaw għat-trasferimenti tagħhom.

3. Il-lista tal-protokolli komuni aċċettabbli u l-formati aċċettati tad-dejta għandhom jitħejjew u, jekk ikun hemm bżonn, aġġustati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2).

3. Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 dwar l-adozzjoni u, jekk neċessarju, l-aġġustament ta' lista tal-protokolli komuni aċċettabbli u l-formati aċċettati tad-dejta.

4. Sakemm il-protokolli komuni aċċettabbli u l-formati aċċettati tad-dejta msemmija fil-paragrafi 2 u 3 mhumiex disponibbli, il-paragrafu 1 għandu jibqa' applikabbli.

4. Sakemm il-protokolli komuni aċċettabbli u l-formati aċċettati tad-dejta msemmija fil-paragrafi 2 u 3 mhumiex disponibbli, il-paragrafu 1 għandu jibqa' applikabbli.

5. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-miżuri tekniċi meħtieġa huma adottati biex ikunu jistgħu jintużaw il-protokolli komuni u l-formati tad-dejta fi żmien sena mid-data meta ġew adottati l-protokolli komuni u l-formati aċċettati tad-dejta.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

Proċedura tal-kumitat

Atti delegati

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat ("il-Kumitat"). Il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament […/2011/UE] tas-16 ta' Frar 2011.

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament […/2011/UE] tas-16 ta' Frar 2011.

2. Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 13(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' [X] snin minn …* [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' [X] snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

2a. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 13(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka, ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma taffettwax il-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

2b. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2c. Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

imħassar

Dispożizzjonijiet transizzjonali

Mad-data msemmija fl-Artikolu 15(1), jiġifieri sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar id-dejta tal-PNR ta' mill-inqas 30% tat-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1). Sa sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar id-dejta tal-PNR ta' mill-inqas 60 % tat-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn erba' snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 15, tinġabar id-dejta tal-PNR mit-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1).

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

Artikolu 17

Analiżi

Analiżi

Abbażi l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha:

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha sa …*[erba' snin wara d-data ta' traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1)] twettaq analiżi tal-operat ta' din id-Direttiva u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dik l-analiżi għandha tkopri l-elementi kollha ta' din id-Direttiva.

(a) tanalizza l-vijabilità u ħtieġa li jiġu inklużi t-titjiriet interni fl-iskop ta' din id-Direttiva, fid-dawl tal-esperjenza miksuba minn dawk l-Istati Membri li jiġbru dejta tal-PNR dwar titjiriet interni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien sentejn mid-data msemmija fl-Artikolu 15(1);

(b) twettaq analiżi tal-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien erba' snin mid-data msemmija fl-Artikolu 15(1). Din l-analiżi għandha tkopri l-elementi kollha ta' din id-Direttiva, b'attenzjoni speċjali għall-konformità mal-istandard tal-protezzjoni tad-dejta personali, it-tul tal-perjodu taż-żamma tad-dejta u l-kwalità tal-valutazzjonijiet. Ikun fih ukoll informazzjoni ta' statistika miġbura skont l-Artikolu 18.

Fit-twettiq tal-analiżi tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-konformità mal-istandards ta' protezzjoni tad-dejta personali, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-ġbir u tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR għall-finijiet kollha ddikjarati, it-tul tal-perjodu taż-żamma tad-dejta u l-kwalità tal-valutazzjonijiet u l-effettività tal-kondiviżjoni tad-dejta bejn l-Istati Membri, u l-kwalità tal-valutazzjoni inkluż fir-rigward tal-informazzjoni statistika miġbura skont l-Artikolu 18. Ikun fih ukoll informazzjoni ta' statistika miġbura skont l-Artikolu 18;

Wara konsultazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, sa …* [sentejn wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva msemmija fl-Artikolu 15(1)], tippreżenta rapport ta' valutazzjoni inizzjali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

Artikolu 18

Dejta ta' statistika

Dejta ta' statistika

1. L-Istati Membri għandhom iħejju sett ta' informazzjoni statistika dwar id-dejta tal-PNR mogħtija lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. Tali statistika għandha bħala minimu tkopri n-numru ta' identifikazzjonijiet ta' kwalunkwe persuna li tista' tkun involuta f'reat terroristiku jew f'delitti serji skont l-Artikolu 4(2) u n-numru ta' azzjonijiet sussegwenti tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu l-użu tad-dejta tal-PNR għal kull trasportatur bl- u destinazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom iħejju sett ta' informazzjoni statistika dwar id-dejta tal-PNR mogħtija lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. Tali statistika għandha bħala minimu tkopri n-numru ta' identifikazzjonijiet ta' kwalunkwe persuna li tista' tkun involuta f'reat terroristiku jew f'delitti serji transnazzjonali skont l-Artikolu 4(2) u n-numru ta' azzjonijiet sussegwenti tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu l-użu tad-dejta tal-PNR għal kull trasportatur bl-ajru u destinazzjoni, inkluż in-numru ta' investigazzjonijiet u ta' kundanni li rriżultaw mill-ġbir tad-dejta tal-PNR f'kull Stat Membru.

2. Dawn l-istatistiċi m'għandhomx jinkludu dejta personali. Għandhom ikunu trażmessi lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

2. Dawn l-istatistiċi m'għandhomx jinkludu dejta personali. Għandhom ikunu trażmessi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kull sentejn.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

Artikolu 19

Relazzjoni ma' strumenti oħra

Relazzjoni ma' strumenti oħra

1. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali bejniethom dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti, fis-seħħ meta din id-Direttiva tiġi adottata, sakemm dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkunu kompatibbli ma' din id-Direttiva.

1a. Din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu jew impenn mill-Unjoni permezz ta' ftehim bilaterali u/jew multilaterali ma' pajjiżi terzi.

2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu jew impenn mill-Unjoni permezz ta' ftehim bilaterali u/jew multilaterali ma' pajjiżi terzi.

(1)

  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 107.

(2)

  ĠU C 181, 22.6.2011, p. 24.

(3)

  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' April 2014, Digital Rights Ireland u Seitlinger et, Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12, ECLI:UE:C:2014:238.

(4)

  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

NOTA SPJEGATTIVA

I. Sfond

In-natura tal-attività kriminali u terroristika qed tevolvi b'mod kostanti fis-snin riċenti. Qed issir aktar kuraġġuża, sofistikata u dejjem aktar transnazzjonali fin-natura tagħha. Minħabba l-ispiża għolja tar-reati, l-evidenza turi li ċ-ċittadini jixtiequ dejjem aktar li jaraw azzjoni aktar b'saħħitha fuq il-livell tal-UE biex jimmaniġġjaw ir-reati u t-terroriżmu organizzat(1).

Bi tweġiba għal dan, il-Programm ta' Stokkolma talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-użu tad-dejta tal-PNR biex tipprevjeni, tidentifika, tinvestiga u tipproċedi kontra t-terroriżmu u r-reati serji. Fis-6 ta' Novembru 2007 l-Kummissjoni adottat proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi. Il-proposta ġiet diskussa fil-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill u ntlaħaq kunsens dwar il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet fit-test. Madankollu, mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, il-proposta tal-Kummissjoni, li kienet għadha ma ġietx adottata mill-Kunsill, skadiet.

Id-dejta tal-PNR hija l-informazzjoni provduta mill-passiġġieri bl-ajru waqt l-ibbukkjar tal-biljett li jinżamm mit-trasportaturi bl-ajru. L-użu primarju tagħha mit-trasportaturi bl-ajru huwa għal għanijiet operattivi (hija tinkludi informazzjoni fi 19-il qasam bħad-dati tal-ivvjaġġar, l-itinerarju tal-ivjaġġar, id-dettalji tal-kuntatt, id-dettalji tal-aġenzija tal-ivvjaġġar, il-metodu ta' pagament li ntuża, l-informazzjoni dwar in-numru tas-siġġu u l-bagalji) iżda għandha wkoll valur kummerċjali u statistiku għal-linja tal-ajru.

Id-dejta tal-PNR tista' tintuża wkoll mill-entitajiet tal-infurzar tal-liġi u d-Direttiva proposta tistipula regoli armonizzati għat-tali miżuri. Id-dejta tal-PNR, meta tiġi analizzata b'mod akkurat, tista' tkun għodda effikaċi biex tidentifika u ssegwi l-attività kriminali u terroristika. Minbarra dan, tista' tintuża b'mod reattiv, f'ħin reali jew proattiv biex tinterċetta, tissorvelja, tinvestiga u tipproċedi kontra l-kriminali. Attwalment, mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit biss għandu sistema tal-PNR li tiffunzjona kompletament(2) filwaqt li 5 oħra (Franza, id-Danimarka, l-Isvezja, il-Belġju u l-Olanda) jużawha b'modi limitat jew qed jittestjaw l-użu tagħha.

Il-PNR m'għandux jiġi konfuż mal-Informazzjoni Avvanzata dwar il-Passiġġiera (API), li hija informazzjoni bijografika meħuda mill-parti tal-passaport li tinqara mill-magni. Din hija aktar limitata fl-ambitu tagħha u l-użu tagħha huwa regolat skont id-Direttiva tal-API(3).

II. Proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni (minn issa 'l quddiem "it-test") tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif iddikjarati fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' Novembru 2008(4) u tirrifletti s-sitwazzjoni tad-diskussjonijiet fil-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill fl-2009. Din tikkunsidra wkoll l-opinjonijiet mill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD), l-Artikolu 29 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Protezzjoni tad-Dejta u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali. Saret valutazzjoni sħiħa tal-impatt, kif ukoll kien hemm proċess ta' konsultazzjoni.

Prinċipalment, it-test jagħmel żewġ affarijiet: i) huwa jarmonizza l-obbligi tat-trasportaturi bl-ajru li joperaw it-titjiriet lejn u minn pajjiż terz u t-territorju ta' għallanqas Stat Membru wieħed fit-trażmissjoni ta' dejta tal-PNR għall-entitajiet tal-infurzar tal-liġi, u ii) jistipula l-kriterji li għalihom l-entitajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jużaw it-tali informazzjoni, jiġifieri għal skopijiet ta' prevenzjoni, ditezzjoni, investigazzjoni u proċeduri kontra r-reati terroristiċi u d-delitti serji. It-test huwa konformi mar-regoli stipulati fid-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI (jew kwalunkwe Deċiżjoni Qafas futura f'dan il-qasam) għall-protezzjoni tad-dejta peronali. Is-sistema proposta hija mandatorja filwaqt li tagħti lil kull Stat Membru żmien ta' sentejn biex fihom iwaqqaf is-sistema operattiva. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiġu permessi jmexxu sistemi konġunti bi skopijiet ta' qsim tal-ispejjeż.

Apparti mill-iskop tal-limitazzjoni, li ssemma hawn fuq, hemm bosta oqsma li fihom il-parlamentari ffokaw l-interess tagħhom b'mod tradizzjonali:

I. Iż-żamma tad-dejta

It-test jistipula approċċ f'żewġ stadji għaż-żamma tad-dejta tal-PNR mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru: jiġifieri perjodu ta' tletin ġurnata, segwit minn perjodu ta' ħames snin meta d-dejta tiġi mistura.

II. Sistema ċentralizzata v. deċentralizzata

It-test jistipula regoli għal sistema diċentralizzata. L-argumenti favur dan huma bażikament relatati mal-ispiża, iżda relatati wkoll man-natura sensittiva ta' lokazzjoni waħda ta' sistema ċentralizzata.

III. L-inklużjoni ta' titjiriet ġewwa l-UE

It-titjiriet ġewwa l-UE mhumiex inklużi fl-iskop tat-test.

IV. Ġbir immirat v. ġbir tal-100 %

Il-Kummissjoni tipproponi li tilħaq kopertura ta' 100% tat-titjiriet internazzjonali f'passi gradwali.

V. Id-definizzjoni tar-reati terroristiċi u d-delitti serji

Fit-test, "reati terroristiċi" tirreferi għal dawk fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI; u "delitti serji" huma definiti wkoll b'referenza għall-"Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, iżda biss dawk li għalihom ikun hemm piena ta' kustodja jew ta' ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin taħt il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru", għalkemm hawnhekk hija permessa ftit flessibilità.

III. Il-Pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jaqbel mal-maġġoranza vasta tal-approċċ tal-Kummissjoni dwar it-trażmissjoni u l-użu tad-dejta tal-PNR. Il-Kummissjoni u diversi entitajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri ppreżentaw evidenza lill-Membri rigward l-effikaċja ta' tali għodda u r-Rapporteur tiegħek isostni li l-ħtieġa, il-proporzjonalità, u l-valur miżjud tat-tali miżura ntwera: il-miżuri ma jimpedixxux il-moviment ħieles u m'għandhomx jipperikolaw id-dritt tad-dħul taċ-ċittadini, filwaqt li fl-istess ħin jgħinu biex jipproteġu s-sikurezza tagħhom. Minbarra dan, peress li l-proposta tal-Kummissjoni kkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament Ewropew f'Novembru 2008, u ladarba hija tistipula standards minimi li diġà ġew approvati mill-Kumitat LIBE, fir-rigward ta' Ftehimiet PNR oħra, it-test jipprovdi pjattaforma soda għal diskussjoni f'din il-kamra.

I. Iż-żamma tad-dejta

Ir-Rapporteur ma jemminx li għandhom isiru xi tibdiliet fit-test iżda l-abbozz tar-Rapport tiegħu jżid id-definizzjoni ta' "data mistura" li tiċċara t-tifsira preċiża ta' din id-dispożizzjoni. Huwa jintroduċi wkoll żewġ perjodi differenti għall-aċċessar tad-dejta - ħames snin għat-terroriżmu u erba' snin għad-delitti transnazzjonali serji, li jqisu għal kollox il-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu l-każi konġunti tal-Qorti tal-Ġustizzja C-293/12 u C-594/12.

II. Sistema ċentralizzata v. dik deċentralizzata

L-abbozz tar-Rapport jistipula regoli għal sistema deċentralizzata.

III. L-inklużjoni ta' titjiriet ġewwa l-UE

Ir-Rapporteur jinsab konvint li l-inklużjoni ta' titjiriet ġewwa l-UE se tagħti valur miżjud ċar lil kwalunkwe skema UE PNR. Għalkemm dan jista' jżid mal-ispejjeż inizjali, hemm benefiċċji ċari għall-inklużjoni tagħhom: forma uniformi u vantaġġi kbar ta' sigurtà. Minħabba l-għan miżjud tal-iskema, ir-Rapporteur estenda wkoll l-avvanz fiż-żmien tal-proposta minn sentejn għal tliet snin.

IV. Ġbir immirat v. ġbir tal-100 %

Ir-Rapporteur jappoġġa kopertura ta' 100% tat-titjiriet għall-benefiċċji ovvji ta' effikaċja u sigurtà. Hemm ukoll evidenza li tissuġġerixxi li l-kriminali jistgħu jevitaw ċerti titjiriet taħt sistema mmirata.

V. Id-definizzjoni tar-reati terroristiċi u d-delitti transnazzjonali serji

L-abbozz tar-rapport ma biddilx id-definizzjonijiet ta' "reat terroristiku" u "delitt serju". Madankollu, jillimita t-test għal "delitt transnazzjonali serju" biss b'lista ta' reati speċifiċi meħuda mill-lista tad-Deċiżjoni Qafas 2008/919/ĠAI.

Ir-Rapporteur inkluda wkoll id-dispożizzjonijiet li se jiċċaraw il-kwistjoni tal-ispejjeż, jirrimedjaw u jsaħħu ċ-ċertezza legali tat-test, billi rrefera b'mod aktar espliċitu għal-leġiżlazzjoni l-oħra diġà fis-seħħ f'dan il-qasam.

(1)

Ewrobarometru Standard 71, p. 149 tal-Anness.

(2)

"UK e-borders" is-sezzjonijiet 32 u 38 tal-Att dwar l-Immigrazzjoni, l-Ażil u n-Nazzjonalità 2006

(3)

Id-Direttiva 2004/82/KE tal-Kunsill tad-29 ta' Awwissu 2004 dwar l-obbligu ta' trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24).

(4)

Testi Adottati, P6_TA (2008)0561

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (6.5.2015)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji

(COM(2011)0032 – C7‑0039/2011 – 2011/0023(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Arnaud Danjean

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) tirrappreżenta informazzjoni fornuta mill-passiġġier u miġbura mit-trasportaturi bl-ajru għal finijiet kummerċjali. Fiha diversi tipi ta' informazzjoni li jvarjaw mid-dati u mill-itinerarji tal-vjaġġ għall-informazzjoni dwar il-mezzi ta' kif sar il-ħlas u d-dettalji tal-kuntatt.

Id-dejta tal-PNR hija utli ħafna għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Tista' tintuża b'mod reattiv, jiġifieri f'investigazzjonijiet jew fi prosekuzzjonijiet, f'ħin reali (qabel il-wasla jew it-tluq) sabiex tipprevjeni delitt jew arrest ta' persuni qabel iseħħ delitt, jew b'mod proattiv, għall-ħolqien ta' kriterji tal-valutazzjoni biex taġevola l-valutazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq ta' passiġġieri.

Diversi Stati Membri diġà qegħdin jiżviluppaw is-sistemi tagħhom ta' PNR iżda d-direttiva tkun tirregola l-użu ta' din id-dejta tal-PNR f'livell tal-UE u tipprova tarmonizza l-politiki tal-Istati Membri. Dan it-tip ta' armonizzazzjoni huwa indispensabbli biex jiġi evitat li kull Stat Membru jimponi lit-trasportaturi bl-ajru obbligi differenti b'hekk jiżdied b'mod konsiderevoli l-piż burokratiku u finanzjarju marbut mal-forniment tad-dejta tal-PNR. Ikun jiggarantixxi barra minn dan li l-UE kollha tkun koperta globalment minn sistema tal-PNR.

L-introduzzjoni ta' sistema tal-PNR tal-UE hija indispensabbli biex l-UE tkun tista' taffronta l-isfidi li qiegħda tħabbat wiċċha magħhom bħalissa. Barra mill-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu intern, id-Direttiva dwar il-PNR tirrappreżenta kontribut importanti liż-żamma tas-sigurtà internazzjonali. It-terroriżmu sar theddida globali u jrid jiġi affrontat bħala tali. It-trasport bl-ajru jiżvolġi rwol vitali fiż-żamma tan-netwerks terroristiċi u t-tluq u r-ritorn tal-hekk imsejħa "ġellieda barranin". Aċċess idoneu għad-dejta tal-PNR min-naħa tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jeħtieġ ikun garantit kemm għas-salvagwardja tas-sigurtà interna kif ukoll għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika barranija tal-UE.

Jeħtieġ ukoll li jiġi garantit il-fatt li d-dejta tal-PNR miġbura mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru bħall-aġenziji tal-ivvjaġġar u bħall-operaturi turistiċi li jirrikorru għat-titjiriet charter tkun inkluża fis-sistema tal-PNR tal-UE biex tiġi evitata l-possibbiltà li jsibu tieqa minn fejn jaħarbu dan l-obbligu. Peress li l-linji operanti spiss ma għandhomx aċċess għad-dejta ta' prenotazzjoni ta' dawn it-titjiriet charter, huwa indispensabbli li jiġu obbligati l-aġenziji tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi jfornu tali informazzjoni.

Dan l-aċċess għandu jkun neċessarjament ibbilanċjat mad-drittijiet għall-privatezza taċ-ċittadini tal-UE u jeħtieġ li jiġi garantit li d-Direttiva dwar il-PNR tkun allinjata mas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar id-direttiva dwar iż-żamma tad-dejta. Skont il-fehma tar-rapporteur, jekk dawn il-kwistjonijiet ikunu affrontati, id-direttiva se tagħti kontribut importanti lis-sigurtà nazzjonali u internazzjonali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Fir-riżoluzzjoni 2178 (2014) tiegħu, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti esprima tħassib serju dwar it-theddida gravi u dejjem ikbar maħluqa mill-ġellieda terroristi barranin, jiġifieri individwi li jmorru fi Stat differenti mill-Istat tar-residenza jew miċ-ċittadinanza tagħhom biex jikkommettu, jippjanaw, jippreparaw jew jipparteċipaw f'atti terroristiċi jew ifornu jew jirċievu taħriġ terroristiku u tiddeċiedi li taffronta din it-theddida; il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jirrikonoxxi l-importanza li tiġi affrontata t-theddida maħluqa mill-ġellieda terroristi barranin u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jużaw valutazzjoni tar-riskji tal-vjaġġatur ibbażata fuq provi u proċeduri ta' kontroll inklużi l-ġbir u l-analiżi tad-data tal-vjaġġ mingħajr ma jsir rikors għall-profilar ibbażat fuq stereotipi fondati fuq bażijiet diskriminatorji.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Id-dejta tal-PNR hija meħtieġa għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b'mod effettiv ta' reati terroristiċi u delitti serji u għalhekk tissaħħaħ is-sigurtà interna.

(5) Id-dejta tal-PNR hija meħtieġa għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b'mod effettiv ta' reati terroristiċi u delitti serji u għalhekk tissaħħaħ is-sigurtà interna u internazzjonali.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Id-dejta tal-PNR hija meħtieġa għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b'mod effettiv ta' reati terroristiċi u delitti serji u għalhekk tissaħħaħ is-sigurtà interna.

(5) Id-dejta tal-PNR tista' tkun strument utli għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b'mod effettiv ta' reati terroristiċi u delitti serji u għalhekk tissaħħaħ is-sigurtà interna.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Id-dejta tal-PNR tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti serji, inklużi atti ta' terroriżmu, billi titqabbel ma' bosta databases ta' persuni u oġġetti mfittxija, titwaqqaf evidenza u, fejn rilevanti, sabiex jinstabu assoċjati ta' kriminali u jinqabdu netwerks kriminali.

(6) Id-dejta tal-PNR tista' tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti serji, inklużi atti ta' terroriżmu, billi titqabbel ma' bosta databases ta' persuni u oġġetti mfittxija, titwaqqaf evidenza u, fejn rilevanti, sabiex jinstabu assoċjati ta' kriminali u jinqabdu netwerks kriminali.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-dejta tal-PNR tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jidentifikaw persuni, li qabel kienu "mhux magħrufa", jiġifieri persuni li qabel kienu mhux suspettati u jistgħu jkunu involuti f'delitt serju jew f'terroriżmu, iżda meta d-dejta tagħhom tiġi analizzata din tissuġġerixxi li setgħu jkunu involuti f'tali delitti u li għalhekk dawn il-persuni għandhom ikunu soġġetti għal aktar eżaminazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Bl-użu tad-dejta tal-PNR l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jindirizzaw it-theddida ta' delitti serji u terroriżmu minn perspettiva differenti u permezz tal-ipproċessar ta' kategoriji oħra ta' dejta personali. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ipproċessar tad-dejta ta' persuni innoċenti u persuni mhux sospettati jibqa' limitat kemm jista' jkun, l-aspetti tal-użu tad-dejta tal-PNR fir-rigward tal-istabbiliment u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni għandhom jiġu limitati ulterjorment għal delitti serji li għandhom wkoll natura transnazzjonali, jiġifieri huma intrisikament konnessi mal-ivvjaġġar u għal din hija r-raġuni għat-tip ta' dejta li qiegħda tiġi pproċessata.

(7) Id-dejta tal-PNR tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jidentifikaw persuni, li qabel kienu "mhux magħrufa", jiġifieri persuni li qabel kienu mhux suspettati u jistgħu jkunu involuti f'delitt serju jew f'terroriżmu, iżda meta d-dejta tagħhom tiġi analizzata din tissuġġerixxi li setgħu jkunu involuti f'tali delitti u li għalhekk dawn il-persuni għandhom ikunu soġġetti għal aktar eżami mill-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-individwi li jistgħu jkunu qegħdin jivvjaġġaw għal skopijiet li jippenetraw, jippjanaw jew jippreparaw atti terroristiċi jew jipparteċipaw fihom, jew ifornu jew jirċievu taħriġ terroristiku. Bl-użu tad-dejta tal-PNR l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jindirizzaw it-theddida ta' delitti serji u terroriżmu minn perspettiva differenti u permezz tal-ipproċessar ta' kategoriji oħra ta' dejta personali. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ipproċessar tad-dejta ta' persuni innoċenti u persuni mhux sospettati jibqa' limitat kemm jista' jkun, l-aspetti tal-użu tad-dejta tal-PNR fir-rigward tal-istabbiliment u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni għandhom jiġu limitati ulterjorment għal delitti serji li għandhom wkoll natura transnazzjonali, jiġifieri huma intrinsikament konnessi mal-ivvjaġġar u għal din hija r-raġuni għat-tip ta' dejta li qiegħda tiġi pproċessata.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-ipproċessar tad-dejta personali jrid ikun proporzjonali għall-għan speċifiku tas-sigurtà segwit minn din id-Direttiva.

(8) L-ipproċessar tad-dejta personali jrid ikun proporzjonali għall-għan speċifiku tas-sigurtà segwit minn din id-Direttiva u neċessarju biex jilħaq tali għan, skont il-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-4 ta' April 2014 kif ukoll mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-opinjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2011.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji, huwa għalhekk essenzjali li l-Istati Membri kollha jintroduċu dispożizzjonijiet li jistabbilixxu obbligi fuq it-trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet internazzjonali lejn jew minn territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(10) Għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji, huwa għalhekk essenzjali li l-Istati Membri kollha jintroduċu dispożizzjonijiet li jistabbilixxu obbligi fuq it-trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet internazzjonali lejn jew minn territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru għandhom ikunu wkoll ikkonċernati minn dawn l-obbligi meta jipprenotaw tali titjiriet.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji, huwa għalhekk essenzjali li l-Istati Membri kollha jintroduċu dispożizzjonijiet li jistabbilixxu obbligi fuq it-trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet internazzjonali lejn jew minn territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(10) Għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti transnazzjonali serji, huwa għalhekk essenzjali li l-Istati Membri kollha jintroduċu dispożizzjonijiet li jistabbilixxu obbligi fuq it-trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet internazzjonali lejn jew minn territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(Emenda orizzontali: it-terminu "delitti serji" huwa sostitwit bit-terminu "delitti transnazzjonali serji" fit-test kollu kemm hu.)

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiżgura s-sigurtà u tipproteġi l-ħajja u s-sikurezza tal-pubbliku, u jinħoloq qafas ġuridiku għall-protezzjoni u l-iskambju tad-dejta tal-PNR bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) Iż-żieda reċenti fl-atti terroristiċi fl-UE, l-espansjoni tar-radikalizzazzjoni u n-numri dejjem ogħla ta' ġellieda barranin li jirritornaw fl-UE lkoll jikkonfermaw li wasal iż-żmien li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) It-trasportaturi bl-ajru diġà jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR mill-passiġġieri tagħhom għall-iskopijiet kummerċjali tagħhom. Din id-Direttiva m'għandha timponi l-ebda obbligu fuq it-trasportaturi bl-ajru biex jiġbru jew iżommu dejta addizzjonali mill-passiġġieri jew jiponu xi obbligu fuq il-passiġġieri sabiex jipprovdu xi dejta addizzjonali ma' dik li diġà qed tkun ipprovduta lit-trasportaturi bl-ajru.

(11) It-trasportaturi bl-ajru diġà jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR mill-passiġġieri tagħhom għall-iskopijiet kummerċjali tagħhom. Din id-Direttiva m'għandha timponi l-ebda obbligu fuq it-trasportaturi bl-ajru u fuq l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportatur bl-ajru biex jiġbru jew iżommu dejta addizzjonali mill-passiġġieri jew jimponu xi obbligu fuq il-passiġġieri sabiex jipprovdu xi dejta addizzjonali ma' dik li diġà qed tkun ipprovduta lit-trasportaturi bl-ajru u lill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportatur bl-ajru.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) L-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru, bħall-aġenziji tal-ivvjaġġar u bħall-operaturi turistiċi, ibigħu vjaġġi "kollox inkluż" li jużaw titjiriet charter li għalihom jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR tal-klijenti tagħhom però mingħajr ma neċessarjament jittrasferixxu d-dejta lill-linja tal-ajru li topera t-titjira tal-passiġġieri.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Id-definizzjoni ta' reati terroristiċi għandha tittieħed mill-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu37. Id-definizzjoni tad-delitti serji għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-Mandat ta' Arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri38. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawk id-delitti minuri li għalihom, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sistema ta' ġustizzja kriminali rispettiva tagħhom, l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont din id-direttiva ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-definizzjoni ta' delitti transnazzjonali serji għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI u mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

(12) Id-definizzjoni ta' reati terroristiċi għandha tittieħed mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu37. Id-definizzjoni tad-delitti transnazzjoni serji għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-Mandat ta' Arrest Ewropew u mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jeskludu dawk id-delitti minuri li għalihom, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sistema ta' ġustizzja kriminali rispettiva tagħhom, l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont din id-direttiva ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

__________________

__________________

37 ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/919/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008, (ĠU L 330, 9.1.2.2008, p. 21).

37 ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/919/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008, (ĠU L 330, 9.1.2.2008, p. 21).

38 ĠUL 190, 18.7.2002, p. 1.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-kontenut ta' kwalunkwe lista ta' dejta tal-PNR meħtieġa li għandha tinkiseb mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħejja bl-iskop li tirrifletti r-rekwiżiti leġittimi tal-awtoritajiet pubbliċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji, b'hekk tittejjeb s-sigurtà interna ġewwa l-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, l-aktar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. Dawn il-listi m'għandhomx jinkludu dejta personali li jistgħu jiżvelaw l-oriġini razzjali jew etniċi, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trejdjunjin jew id-dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali tal-individwu kkonċernat. Id-dejta tal-PNR għandha tinkludi dettalji dwar ir-riservazzjoni u l-itinerajru tal-ivvjaġġar tal-passiġġier li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jidentifikaw il-passiġġieri tal-ajru li jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà interna.

(14) Il-kontenut ta' kwalunkwe lista ta' dejta tal-PNR meħtieġa li għandha tinkiseb mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħejja bl-iskop li tirrifletti r-rekwiżiti leġittimi tal-awtoritajiet pubbliċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji, b'hekk tittejjeb is-sigurtà interna ġewwa l-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, l-aktar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. Dawn il-listi m'għandhomx jinkludu dejta personali li jistgħu jiżvelaw l-oriġini razzjali jew etniċi, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trejdjunjin jew id-dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali tal-individwu kkonċernat. Id-dejta tal-PNR għandha tinkludi dettalji dwar ir-riservazzjoni u l-itinerajru tal-ivvjaġġar tal-passiġġier li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jidentifikaw il-passiġġieri tal-ajru li jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà interna u għas-sigurtà internazzjonali.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Hemm żewġ metodi possibbli ta' trasferiment ta' dejta bħalissa disponibbli: il-metodu 'pull', fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jeħtieġu d-dejta jistgħu jidħlu (jaċċessaw) fis-sistema tar-riservazzjoni tat-trasportatur bl-ajru u joħorġu ('pull') kopja tad-dejta meħtieġa, u l-metodu 'push', fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferu ('push') id-dejta tal-PNR meħtieġa lill-awtorità li qed titlobha, b'hekk dan jippermetti t-trasportaturi bl-ajru jżommu kontroll ta' liema dejta kienet ipprovduta. Il-metodu 'push' huwa kkunsidrat li joffri livell ogħla ta' protezzjoni tad-dejta u għandu jkun mandatorju għat-trasportaturi bl-ajru kollha.

(15) Hemm żewġ metodi possibbli ta' trasferiment ta' dejta bħalissa disponibbli: il-metodu 'pull', fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jeħtieġu d-dejta jistgħu jidħlu (jaċċedu) fis-sistema tar-riservazzjoni tat-trasportatur bl-ajru u joħorġu ('pull') kopja tad-dejta meħtieġa, u l-metodu 'push', fejn it-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu ('push') id-dejta tal-PNR meħtieġa lill-awtorità li qed titlobha, b'hekk dan jippermetti t-trasportaturi bl-ajru jżommu kontroll ta' liema dejta kienet ipprovduta. Il-metodu 'push' huwa kkunsidrat li joffri livell ogħla ta' protezzjoni tad-dejta u għandu jkun mandatorju għat-trasportaturi bl-ajru u għall-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru kollha.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu lit-trasportaturi bl-ajru jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiġu pprovduti b'penali dissważivi, effettivi u proporzjonati, inklużi penali finanzjarji kontra dawk it-trasportaturi bl-ajru li jonqsu li jissodisfaw dawn l-obbligi fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta tal-PNR. Meta jkun hemm ksur serju ripetut li jista' jagħmel ħsara għall-iskopijiet bażiċi ta' din id-Direttiva, dawn il-penali jistgħu jinkludu, f'każijiet eċċezzjonali, miżuri bħall-immobilizzazzjoni, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi tat-trasport, jew is-sospensjoni temporanja jew l-irtirar tal-liċenzja tal-operazzjoni.

(17) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu lit-trasportaturi bl-ajru u lill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiġu pprovduti b'penali dissważivi, effettivi u proporzjonati, inklużi penali finanzjarji kontra dawk it-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru li jonqsu li jissodisfaw dawn l-obbligi fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta tal-PNR. Meta jkun hemm ksur serju ripetut li jista' jagħmel ħsara għall-iskopijiet bażiċi ta' din id-Direttiva, dawn il-penali jistgħu jinkludu, f'każijiet eċċezzjonali, miżuri bħall-immobilizzazzjoni, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi tat-trasport, jew is-sospensjoni temporanja jew l-irtirar tal-liċenzja tal-operazzjoni.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jivvaluta t-theddid potenzjali relatat ma' reati terroristiċi u delitti serji.

(18) Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jivvaluta t-theddid potenzjali relatat ma' reati terroristiċi u delitti transnazzjonali serji.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Filwaqt li jiġi kkunsidrat bi sħiħ id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt tan-nondiskriminazzjoni, m'għandha tittieħed l-ebda deċiżjoni, li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwaha serjament, biss minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta tal-PNR. Barra minn hekk, l-ebda deċiżjoni bħal din m'għandha tittieħed fuq il-bażi tal-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna.

(19) Filwaqt li jiġi kkunsidrat bi sħiħ id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt tan-nondiskriminazzjoni, m'għandha tittieħed l-ebda deċiżjoni, li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwaha serjament, biss minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta tal-PNR. Barra minn hekk, l-ebda deċiżjoni bħal din m'għandha tittieħed fuq il-bażi tas-sess, il-kulur tal-ġilda, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-eta, is-saħħa jew l-orjentament sesswali ta' persuna.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-Istati Membri għandhom jikkondividu ma' Stati Membri oħrajn id-dejta tal-PNR li jirċievu fejn tali trasferiment huwa meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal strumenti oħra tal-Unjoni dwar l-iskambju tal-intelligence bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, inkluż id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li stabbiliet l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)39 u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Settembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea40. Dan l-iskambju tad-dejta tal-PNR bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għandu jiġu irregolat mir-regoli dwar il-kooperazzjoni mal-pulizija u dik ġudizzjarja.

(20) L-Istati Membri għandhom jikkondividu ma' Stati Membri oħrajn id-dejta tal-PNR li jirċievu fejn tali trasferiment huwa meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti transnazzjonali serji Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal strumenti oħra tal-Unjoni dwar l-iskambju tal-intelligence bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, inkluż id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li stabbiliet l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)39 u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Settembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea40. Dan l-iskambju tad-dejta tal-PNR bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għandu jiġu irregolat mir-regoli dwar il-kooperazzjoni mal-pulizija u dik ġudizzjarja.

__________________

__________________

39 ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

39 ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

40 ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89.

40 ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) It-trasferiment tad-dejta tal-PNR minn Stati Membri lejn pajjiżi terzi għandu jkun permess biss fuq bażi ta' każ b'każ u b'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Biex jiġi żgurat il-protezzjoni tad-dejta personali, tali trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali dwar l-iskop tat-trasferiment, il-kwalità tal-awtorità li qed tirċievi u s-salvagwardji applikabbli għad-dejta personali trasferita lejn pajjiż terz.

(26) It-trasferiment tad-dejta tal-PNR minn Stati Membri lejn pajjiżi terzi għandu jkun permess biss fuq bażi ta' każ b'każ u b'konformità mar-reviżjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali, tali dejta għandha tkun trasferita biss jekk ikun hemm konoxxenza preċiża tal-ipproċessar previst tad-dejta tal-PNR fil-pajjiż terz, tal-limiti ta' aċċess għad-dejta tal-PNR tal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz kif ukoll tal-użu suċċessiv tagħha u tas-salvagwardji applikabbli oħrajn għad-dejta personali trasferita lejn pajjiż terz

Ġustifikazzjoni

Id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI tinsab fil-fażi ta' reviżjoni b'segwitu għall-proposta tal-Kummissjoni li tibdel id-Deċiżjoni Qafas b'direttiva ġdida (COM(2012) 10 final).

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) It-trasferiment tad-dejta tal-PNR minn Stati Membri lejn pajjiżi terzi għandu jkun permess biss fuq bażi ta' każ b'każ u b'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Biex jiġi żgurat il-protezzjoni tad-dejta personali, tali trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali dwar l-iskop tat-trasferiment, il-kwalità tal-awtorità li qed tirċievi u s-salvagwardji applikabbli għad-dejta personali trasferita lejn pajjiż terz.

(26) It-trasferiment tad-dejta tal-PNR minn Stati Membri lejn pajjiżi terzi għandu jkun permess biss fuq bażi ta' każ b'każ u b'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Biex jiġi żgurat il-protezzjoni tad-dejta personali, tali trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali dwar l-iskop tat-trasferiment, il-kwalità tal-awtorità li qed tirċievi u s-salvagwardji applikabbli għad-dejta personali trasferita lejn pajjiż terz. It-trasferiment tad-dejta msemmija hawn fuq lejn kwalunkwe pajjiż ieħor għandu jkun permess biss jekk awtorizzat mill-Istat Membru tal-oriġini u fuq bażi ta' każ b'każ.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) B'riżultat tad-differenzi legali u tekniċi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ipproċessar tad-dejta personali, inklużi l-PNR, it-trasportaturi bl- huma u jkunu affaċċjati b'rekwiżiti differenti dwar it-tipi ta' informazzjoni li għandhom jiġu trażmessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom trid tiġi pprovduta din l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn id-differenzi jistgħu jkunu ta' ħsara għall-kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji.

(29) B'riżultat tad-differenzi legali u tekniċi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ipproċessar tad-dejta personali, inklużi l-PNR, it-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru huma u jkunu affaċċjati b'rekwiżiti differenti dwar it-tipi ta' informazzjoni li għandhom jiġu trażmessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom trid tiġi pprovduta din l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn id-differenzi jistgħu jkunu ta' ħsara għall-kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) B'riżultat tad-differenzi legali u tekniċi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ipproċessar tad-dejta personali, inklużi l-PNR, it-trasportaturi bl- huma u jkunu affaċċjati b'rekwiżiti differenti dwar it-tipi ta' informazzjoni li għandhom jiġu trażmessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom trid tiġi pprovduta din l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn id-differenzi jistgħu jkunu ta' ħsara għall-kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji.

(29) B'riżultat tad-differenzi legali u tekniċi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ipproċessar tad-dejta personali, inklużi l-PNR, it-trasportaturi bl-ajru huma u jkunu affaċċjati b'rekwiżiti differenti dwar it-tipi ta' informazzjoni li għandhom jiġu trażmessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom trid tiġi pprovduta din l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn id-differenzi jistgħu jkunu ta' ħsara għall-kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) B'mod partikolari, l-ambitu tad-Direttiva huwa limitat kemm jista' jkun, hija tippermetti ż-żamma tad-dejta tal-PNR għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames (5) snin, li warajhom din id-dejta trid titħassar, id-dejta trid tiġi anonimizzata wara perjodu qasir ħafna, il-ġbir u l-użu tad-dejta huwa pprojbit. Sabiex jiżguraw effiċjenza u livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżguraw li awtorità nazzjonali ta' sorveljanza indipendenti tkun responsabbli biex tagħti konsulenza u tagħmel monitoraġġ ta' kif tiġi pproċessata d-dejta tal-PNR. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR irid jiġi rreġistrat jew iddokumentat għall-iskop ta' verifikazzjoni jekk l-ipproċessar tad-dejta hux illegali, awtomonitoraġġ u sabiex tiġi żgurata integrità xierqa tad-dejta u sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li l-passiġġieri tingħatalhom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-ġbir tad-dejta tal-PNR u dwar id-drittijiet tagħhom.

(32) B'mod partikolari, l-ambitu tad-Direttiva huwa limitat kemm jista' jkun, hija tippermetti ż-żamma tad-dejta tal-PNR għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames (5) snin, li warajhom din id-dejta trid titħassar, id-dejta trid tinħeba wara perjodu qasir ħafna, il-ġbir u l-użu tad-dejta huwa pprojbit. Sabiex jiżguraw effiċjenza u livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżguraw li awtorità nazzjonali ta' sorveljanza indipendenti tkun responsabbli biex tagħti konsulenza u tagħmel monitoraġġ ta' kif tiġi pproċessata d-dejta tal-PNR. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR irid jiġi rreġistrat jew iddokumentat għall-iskop ta' verifikazzjoni jekk l-ipproċessar tad-dejta hux illegali, awtomonitoraġġ u sabiex tiġi żgurata integrità xierqa tad-dejta u sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li l-passiġġieri tingħatalhom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-ġbir tad-dejta tal-PNR u dwar id-drittijiet tagħhom.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Din id-Direttiva għandha tapplika anke għall-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru li jiġbru jew jaħżnu d-dejta tal-PNR dwar it-titjiriet tal-passiġġieri lejn jew minn pajjiżi terzi, li l-punt tat-tluq jew tad-destinazzjoni tagħhom jinsab fit-territorju tal-Unjoni.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dejta tal-PNR miġbura skont din id-Direttiva tista' tiġi pproċessata biss għall-iskopijiet li ġejjin:

2. Id-dejta tal-PNR miġbura skont din id-Direttiva tista' tiġi pproċessata biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u esklużivament għall-iskopijiet li ġejjin:

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-trasportaturi u għall-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru li joperaw it-titjiriet tal-passiġġieri bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi u t-titjiriet tal-passiġġieri fi ħdan it-territorju tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tat-titjiriet intra-UE hija importanti billi l-kriminali fi ħdan l-UE jużaw it-titjiriet fi ħdan it-territorji tal-UE u mhux biss it-titjiriet esterni. Barra minn dan il-kriminali jużaw ukoll rotot kumplessi lejn u minn għadd ta' pajjiżi tal-UE bil-għan li jevitaw li jiġu skoperti u mħarrka.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għat-trasportaturi u għall-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru li jinkorporaw jew jaħżnu dejta fl-Unjoni Ewropea u joperaw titjiriet tal-passiġġieri lejn jew minn pajjiżi terzi fejn il-punt ta' tluq jew destinazzjoni tagħhom huma fi ħdan l-Unjoni.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) 'trasportatur bl-' tfisser impriża tat-trasport bl- b'liċenzja valida jew ekwivalenti li tippermettilha li twettaq ġarr ta' passiġġieri bl-;

(a) 'trasportatur bl-ajru' tfisser impriża tat-trasport bl-ajru b'liċenzja valida jew ekwivalenti;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' trasportatur bl-ajru għandha tkun konformi mal-istess definizzjoni tar-Regolament 1008/2008 dwar ir-regoli komuni għall-operazzjonijiet tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) 'operatur ekonomiku differenti mit-trasportatur bl-ajru' tfisser l-operatur ekonomiku awtorizzat, bħall-aġenziji tal-ivvjaġġar u bħall-operaturi turistiċi, li jipprovdu servizzi marbuta mal-vjaġġi fosthom il-prenotazzjoni ta' titjiriet li għalihom jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR tal-passiġġieri;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) 'titjira internazzjonali' tfisser kull titjira skedata jew mhux skedata minn trasportatur bl- ppjanat li jinżel fit-territorju ta' Stat Membru li toriġina minn pajjiż terz jew li titlaq mit-territorju ta' Stat Membru b'destinazzjoni finali f'pajjiż terz, inklużi fiż-żewġ każijiet kull titjira tat-trasferiment jew tat-transitu;

(b) 'titjira internazzjonali' tfisser kull titjira skedata jew mhux skedata minn trasportatur bl-ajru ppjanata li tinżel fit-territorju ta' Stat Membru li toriġina minn pajjiż terz jew li titlaq mit-territorju ta' Stat Membru b'destinazzjoni finali f'pajjiż terz, inklużi titjiriet charter, ajruplani privati, titjiriet noleġġjati privatament kif ukoll it-titjiriet tat-transitu li jipprevedu l-iżbark tal-passiġġieri;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) 'Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri' jew 'dejta tal-PNR' tfisser reġistru tar-rekwiżiti tal-ivvjaġġar ta' kull passiġġier li jinkludi informazzjoni meħtieġa biex tippermetti li r-riservazzjonijiet jistgħu jiġu pproċessati u kkontrollati mit-trasportaturi bl- tal-prenotazzjoni u tal-parteċipazzjoni għal kull vjaġġ ipprenotat minn jew f'isem persuna, kemm jekk inkluża fuq sistema tar-riservazzjoni, Sistemi tal-Kontroll tat-Tluq (DCS) jew sistemi ekwivalenti li jipprovdu l-istess funzjonijiet;

(c) 'Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri' jew 'dejta tal-PNR' tfisser reġistru tar-rekwiżiti tal-ivvjaġġar ta' kull passiġġier li jinkludi informazzjoni meħtieġa biex tippermetti li r-riservazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu pproċessati u kkontrollati mit-trasportaturi bl-ajru tal-prenotazzjoni u tal-parteċipazzjoni, kif ukoll mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru fil-każ li fih it-trasportaturi bl-ajru ma wettqux il-prenotazzjoni huma stess, għal kull vjaġġ ipprenotat minn jew f'isem persuna, kemm jekk inkluża fuq sistema tar-riservazzjoni, Sistemi tal-Kontroll tat-Tluq (DCS) jew sistemi ekwivalenti li jipprovdu l-istess funzjonijiet;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) 'sistemi tar-riservazzjoni' tfisser is-sistema interna tal-inventajru tat-trasportatur bl-, fejn tinġabar id-dejta tal-PNR għall-ġestjoni tar-riservazzjonijiet;

(e) 'sistemi tar-riservazzjoni' tfisser is-sistema interna tal-inventajru tat-trasportatur bl-ajru jew tal-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru, fejn tinġabar id-dejta tal-PNR għall-ġestjoni tar-riservazzjonijiet;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) 'metodu push' tfisser il-metodu fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-dejta tal-PNR meħtieġa fid-database tal-awtorità li tkun qed titlobha;

(f) 'metodu push' tfisser il-metodu fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fid-database tal-awtorità li tkun qed titlobha;

Ġustifikazzjoni

It-trasportaturi bl-ajru jittrażmettu d-dejta tal-PNR li jiġbru għal skopijiet ta' riservazzjoni, mhux id-dejta tal-PNR "meħtieġa". Sta għall-awtoritajiet jiffiltraw id-dejta u jagħżlu liema jeħtieġu.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) 'reati terroristiċi' tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI;

(g) 'reati terroristiċi' tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI, inklużi l-individwi li jistgħu jkunu qegħdin jivvjaġġaw biex jikkommettu, jippjanaw, jippreparaw jew jipparteċipaw f'atti terroristiċi jew biex ifornu jew jirċievu taħriġ terroristiku;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) 'delitt serju' tfisser id-delitti taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI jekk huma punibbli minn piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawk id-delitti minuri li, meta tiġi kkunsidrata s-sistema tal-ġustizzja kriminali rispettiva, l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont din id-direttiva fir-rigward tagħhom ma jkunx skont il-prinċipju tal-proporzjonalità;

imħassar

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jinnomina awtorità kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji jew fergħa ta' din l-awtorità biex taġixxi bħala l-'Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri' tiegħu responsabbli mill-ġbir tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-, il-ħażna tagħhom, l-analiżi tagħhom u t-trasmissjoni tar-riżultat tal-analiżi lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Il-membri tal-persunal tagħhom jistgħu jiġu sekondati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti.

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jinnomina awtorità kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji jew fergħa ta' din l-awtorità biex taġixxi bħala l-'Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri' tiegħu responsabbli mill-ġbir tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru, il-ħażna tagħhom, l-analiżi tagħhom u t-trasmissjoni tar-riżultat tal-analiżi lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Il-membri tal-persunal tagħhom għandhom ikunu individwi ta' integrità u kompetenza ppruvata u jistgħu jiġu sekondati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-, skont l-Artikolu 6, dwar it-titjiriet internazzjonali li jinżlu jew li jitilqu mit-territorju ta' kull Stat Membru għandha tinġabar mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru rilevanti. F'każ li d-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl- tinkludi dejta aktar minn dik imniżżla fl-Anness, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tħassar tali dejta immedjatament malli tkun irċevuta.

1. Id-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru, skont l-Artikolu 6, dwar it-titjiriet internazzjonali li jinżlu jew li jitilqu mit-territorju ta' kull Stat Membru għandha tinġabar mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru rilevanti. F'każ li d-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru tinkludi dejta aktar minn dik imniżżla fl-Anness, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tħassar tali dejta immedjatament malli tkun irċevuta.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-, skont l-Artikolu 6, dwar it-titjiriet internazzjonali li jinżlu jew li jitilqu mit-territorju ta' kull Stat Membru għandha tinġabar mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru rilevanti. F'każ li d-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl- tinkludi dejta aktar minn dik imniżżla fl-Anness, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tħassar tali dejta immedjatament malli tkun irċevuta.

1. Id-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-ajru, skont l-Artikolu 6, dwar it-titjiriet internazzjonali li jinżlu jew li jitilqu mit-territorju ta' kull Stat Membru għandha tinġabar mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru rilevanti. It-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru ma għandhomx jittrasferixxu lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri dejta sensittiva pereżempju s-sess, il-kulur tal-ġilda, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-eta, is-saħħa jew l-orjentament sesswali tal-individwu inkwistjoni. F'każ li din id-dejta jew dejta oħra barra minn dik elenkata b'mod eżawrijenti fl-Anness tkun inkluża fid-dejta tal-PNR trasferita, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tħassar tali dejta immedjatament malli tkun irċevuta.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-, skont l-Artikolu 6, dwar it-titjiriet internazzjonali li jinżlu jew li jitilqu mit-territorju ta' kull Stat Membru għandha tinġabar mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru rilevanti. F'każ li d-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl- tinkludi dejta aktar minn dik imniżżla fl-Anness, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tħassar tali dejta immedjatament malli tkun irċevuta.

1. Id-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-ajru, skont l-Artikolu 6, dwar it-titjiriet internazzjonali li jinżlu jew li jitilqu mit-territorju ta' kull Stat Membru għandha tinġabar esklużivament mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru rilevanti. F'każ li d-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-ajru tinkludi dejta aktar minn dik imniżżla fl-Anness, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tħassar tali dejta immedjatament malli tkun irċevuta.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiżdied il-kelma "esklużivament" biex ikun żgurat li mhux l-awtoritajiet kompetenti kollha bid-dritt li jitolbu d-dejta tal-PNR (skont l-Artikolu 5) jirċivuha mit-trasportaturi.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tewttieq ta' valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitt transnazzjonali serju u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-tewttieq ta' tali valutazzjoni, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' tipproċessa d-dejta tal-PNR mal-kriterji stabbiliti minn qabel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

(a) twettiq ta' valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitt transnazzjonali serju, inklużi l-individwi li jistgħu jkunu qegħdin jivvjaġġaw biex jikkommettu, jippjanaw, jippreparaw jew jipparteċipaw f'atti terroristiċi jew biex ifornu jew jirċievu taħriġ terroristiku, u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' tipproċessa d-dejta tal-PNR mal-kriterji stabbiliti minn qabel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) twettieq ta' valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitt serju u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' wkoll tqabbel id-dejta tal-PNR ma' databases rilevanti, inklużi databases internazzjonali jew nazzjonali jew mirja nazzjonali tad-databases tal-Unjoni, fejn dawn huma stabbiliti abbażi tal-liġi tal-Unjoni fuq persuni jew oġġetti mfittxija jew taħt allert, skont regoli tal-Unjoni, internazzjonali u nazzjonali applikabbli għal dawn il-fajls. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

(b) twettiq ta' valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitt serju, inklużi l-individwi li jistgħu jkunu qegħdin jivvjaġġaw biex jikkommettu, jippjanaw, jippreparaw jew jipparteċipaw f'atti terroristiċi jew biex ifornu jew jirċievu taħriġ terroristiku, u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' wkoll tqabbel id-dejta tal-PNR ma' databases rilevanti, inklużi databases internazzjonali jew nazzjonali jew mirja nazzjonali tad-databases tal-Unjoni, fejn dawn huma stabbiliti abbażi tal-liġi tal-Unjoni fuq persuni jew oġġetti mfittxija jew taħt allert, skont regoli tal-Unjoni, internazzjonali u nazzjonali applikabbli għal dawn il-fajls. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valutazzjoni tal-passiġġieri, qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, għandha titwettaq b'mod nondiskriminatorju abbażi ta' kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji tal-valutazzjoni jiġu stabbiliti mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, bil-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Il-kriterji ta' valutazzjoni fl-ebda ċirkostanza m'għandhom jiġu bbażati fuq l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna.

3. Il-valutazzjoni tal-passiġġieri, qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, għandha titwettaq b'mod nondiskriminatorju abbażi ta' kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji tal-valutazzjoni jiġu stabbiliti mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, bil-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Il-kriterji ta' valutazzjoni fl-ebda ċirkostanza m'għandhom jiġu bbażati fuq is-sess, il-kulur tal-ġilda, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, is-saħħa jew l-orjentament sesswali ta' persuna.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-awtoritajiet kompetenti m'għadhom jieħdu l-ebda deċiżjoni li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwah b'mod sinifikattiv sempliċiment minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-data tal-PNR. Tali deċiżjonijiet m'għandhomx jittieħdu fuq l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna.

6. L-awtoritajiet kompetenti m'għadhom jieħdu l-ebda deċiżjoni li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwah sempliċiment minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-data tal-PNR. Tali deċiżjonijiet m'għandhomx jittieħdu fuq is-sess, il-kulur tal-ġilda, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-eta, is-saħħa jew l-orjentament sesswali ta' persuna.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligi fuq trasportaturi bl-

Obbligi fuq trasportaturi bl-ajru u operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl- jittrasferixxu ('push') id-dejta tal-PNR kif definita fl-Artikolu 2(c) u speċifikata fl-Anness, sakemm din id-dejta diġà jiġbruha huma, għad-database tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri nazzjonali tal-Istat Membru fit-territorju fejn it-titjira internazzjonali se tinżel jew mit-territorju minn fejn se titlaq it-titjira. Meta t-titjira għandha l-kodiċi kondiviż bejn trasportatur bl- wieħed jew aktar, l-obbligu għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR tal-passiġġieri kollha fuq it-titjira għandu jkun fuq it-trasportatur bl- li jopera t-titjira. Fejn it-titjira jkollha waqfa waħda jew aktar fl-porti tal-Istati Membri, it-trasportaturi bl- għandhom jitrasferixxu d-dejta tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri kkonċernati.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportatuti bl-ajru jittrasferixxu ('push') id-dejta tal-PNR kif definita fl-Artikolu 2(c) u speċifikata fl-Anness, sakemm din id-dejta diġà jiġbruha huma, għad-database tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri nazzjonali tal-Istat Membru fit-territorju fejn it-titjira internazzjonali se tinżel jew mit-territorju minn fejn se titlaq it-titjira. Meta t-titjira għandha l-kodiċi kondiviż bejn trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar, l-obbligu għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR tal-passiġġieri kollha fuq it-titjira għandu jkun fuq it-trasportatur bl-ajru li jopera t-titjira. Fejn it-titjira jkollha waqfa waħda jew aktar fl-ajruporti tal-Istati Membri, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl- jittrasferixxu ('push') id-dejta tal-PNR kif definita fl-Artikolu 2(c) u speċifikata fl-Anness, sakemm din id-dejta diġà jiġbruha huma, għad-database tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri nazzjonali tal-Istat Membru fit-territorju fejn it-titjira internazzjonali se tinżel jew mit-territorju minn fejn se titlaq it-titjira. Meta t-titjira għandha l-kodiċi kondiviż bejn trasportatur bl- wieħed jew aktar, l-obbligu għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR tal-passiġġieri kollha fuq it-titjira għandu jkun fuq it-trasportatur bl- li jopera t-titjira. Fejn it-titjira jkollha waqfa waħda jew aktar fl-porti tal-Istati Membri, it-trasportaturi bl- għandhom jitrasferixxu d-dejta tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri kkonċernati.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu ('push') id-dejta tal-PNR kif definita fl-Artikolu 2(c) u speċifikata fl-Anness, sakemm din id-dejta tkun qiegħda tinġabar matul il-kors normali tal-attivitajiet tagħhom, għad-database tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri nazzjonali tal-Istat Membru fit-territorju fejn it-titjira internazzjonali se tinżel jew mit-territorju minn fejn se titlaq it-titjira. Meta t-titjira għandha l-kodiċi kondiviż bejn trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar, l-obbligu għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR tal-passiġġieri kollha fuq it-titjira għandu jkun fuq it-trasportatur bl-ajru li jopera t-titjira. Fejn it-titjira jkollha waqfa waħda jew aktar fl-ajruporti tal-Istati Membri, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Fil-każ li t-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru jkunu ġabru kwalunkwe dejta tal-informazzjoni minn qabel dwar il-passiġġieri (API) elenkata taħt il-punt (18) tal-Anness 1 ta' din id-Direttiva iżda ma jżommux din id-dejta bħala parti mid-dejta tal-PNR, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu ('push') din id-dejta lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1. Fl-eventwalità ta' tali trasferiment, id-dispożizzjonijiet kollha ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw fir-rigward ta' din id-dejta tal-API bħallikieku kienu parti mid-dejta tal-PNR.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR permezz ta' mezzi elettroniċi bl-użu ta' protokolli komuni u formati aċċettati tad-dejta li għandhom ikunu adottati skont il-proċedura tal-Artikoli 13 u 14 jew, fil-każ ta' falliment tekniku, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura livell xieraq ta' sigurtà tad-dejta:

2. It-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR permezz ta' mezzi elettroniċi bl-użu ta' protokolli komuni u formati aċċettati tad-dejta li għandhom ikunu adottati skont il-proċedura tal-Artikoli 13 u 14 jew, fil-każ ta' ħsara teknika, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura livell xieraq ta' sigurtà tad-dejta:

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) 24 sa 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira;

(a) darba 24 sa 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) minnufih wara l-għeluq tat-titjira, jiġifieri hekk kif il-passiġġieri jkunu telgħu fuq l-inġenju tal- lesti għat-tluq u ma jkunx għadu possibbli li jitilgħu aktar passiġġieri abbord.

(b) darba minnufih wara l-għeluq tat-titjira, jiġifieri hekk kif il-passiġġieri jkunu telgħu fuq l-inġenju tal-ajru lesti għat-tluq u ma jkunx għadu possibbli li jitilgħu aktar passiġġieri abbord.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasportaturi bl- jillimitaw it-trasferiment msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-aġġornamenti tat-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru jillimitaw it-trasferiment msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-aġġornamenti tat-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jipprovdu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Huwa biss f'dawk il-każijiet fejn ikun hemm il-ħtieġa għall-prevenzjoni ta' theddida imminenti u serja għas-sigurtà pubblika li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu direttament lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdihom bid-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1) and (2). Dawn it-talbiet għandhom ikunu relatati ma' investigazzjoni jew prosekuzzjon speċifika ta' reati terroristiċi jew delitti serji u għandhom ikunu raġunati. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom iwieġbu għal dawn it-talbiet bħala kwistjoni ta' prijorità. Fil-każijiet l-oħra kollha l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu t-talbiet tagħhom mingħand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru tagħhom stess.

4. Huwa biss f'dawk il-każijiet fejn ikun hemm il-ħtieġa għall-prevenzjoni ta' theddida imminenti u serja għas-sigurtà pubblika li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu direttament lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdihom bid-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1) and (2). Dawn it-talbiet għandhom ikunu relatati ma' investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika ta' reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji u għandhom ikunu motivati. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom iwieġbu għal dawn it-talbiet bħala kwistjoni ta' prijorità. Fil-każijiet l-oħra kollha l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu t-talbiet tagħhom mingħand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru tagħhom stess.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru jista' jittrasferixxi dejta tal-PNR u r-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lil pajjiż terz, fuq il-bażi ta' każ b'każ biss u jekk:

Fid-dawl tal-importanza tal-koerenza bejn l-aspetti interni u esterni ta' sigurtà u bil-għan li titjieb il-kooperazzjoni internazzjonali, Stat Membru jista' jittrasferixxi dejta tal-PNR u r-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lil pajjiż terz, fuq il-bażi ta' każ b'każ biss u jekk:

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ippreżentati fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI,

imħassar

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) (b) it-trasferiment huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva speċifikata fl-Artikolu 1(2), u

(b) it-trasferiment huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva speċifikata fl-Artikolu 1(2),

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) (b) it-trasferiment huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva speċifikata fl-Artikolu 1(2), u

(b) it-trasferiment huwa meħtieġ u proporzjonat għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva speċifikata fl-Artikolu 1(2), u

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) l-awtorità riċeventi fil-pajjiż terz jew il-korp internazzjonali riċeventi huma responsabbli mill-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' atti terroristiċi internazzjonali jew delitti transnazzjonali serji;

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb) it-talba tal-awtorità riċeventi fil-pajjiż terz jew tal-korp internazzjonali riċeventi kienet tiddependi minn qorti jew minn entità amministrattiva indipendenti, li d-deċiżjoni tagħha tfittex li tillimita l-aċċess għad-dejta fil-pajjiż terz u l-użu tagħha għal dak li huwa strettament meħtieġ għal finijiet biex jintlaħaq l-objettiv imfittex, u tintervjeni b'segwitu għal talba motivata ta' tali awtoritajiet, ippreżentata fil-qafas tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni tal-atti terroristiċi internazzjonali jew delitti transnazzjonali serji;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc) l-Istat Membru li mingħandu nkisbet id-dejta ta l-kunsens tiegħu għat-trasferiment f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu;

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt bd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bd) il-perjodu ta' żamma fil-pajjiż terz jew għand il-korp internazzjonali jissejjes fuq kriterji oġġettivi bil-għan li jkun garantit li tkun limitat għal dak li hu strettament meħtieġ,

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-tielet pajjiż jaqbel li jitrasferixxi d-dejta lil pajjiż terz ieħor fil-każ biss li huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) u biss bl-awtorizzazzjoni espressa tal-Istat Membru.

(c) il-pajjiż terz li jirċievi d-dejta jaqbel li jittrasferixxi d-dejta lil pajjiż terz ieħor fil-każ biss li huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) u jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(a) jkunu sodisfatti.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR ipprovduta mit-trasportaturi bl- tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tinżamm f'database fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tagħha lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun nieżla jew tielqa t-titjira.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR ipprovduta mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tinżamm f'database fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tagħha lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun nieżla jew tielqa t-titjira.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR ipprovduta mit-trasportaturi bl- tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tinżamm f'database fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tagħha lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun nieżla jew tielqa t-titjira.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR ipprovduta mit-trasportaturi bl-ajru tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tinżamm f'database fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ta' 60 ġurnata wara t-trasferiment tagħha lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun nieżla jew tielqa t-titjira.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tad-dejta tal-PNR lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, id-dejta għandha tinżamm fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ieħor ta' ħames snin. Matul dan il-perjodu, l-elementi kollha tad-dejta li jistgħu jservu biex jidentifikaw il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, għandhom jiġu moħbija. Din id-dejta tal-PNR anonimizzata għandha tkun aċċessibbli biss għal numru limitat ta' persunal tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri awtorizzata speċifikament sabiex twettaq analiżi tad-dejta tal-PNR u tiżviluppa kriterji tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 4(2)(c). Aċċess għad-dejta tal-PNR kollha għandu jkun permess biss mill-Kap tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskop tal-Artikolu 4(2)(b) u fejn jista' jkun maħsub raġonevolment li hemm bżonn li titwettaq investigazzjoni u bħala reazzjoni għal theddida jew riskju speċifiku u reali jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika.

Wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 60 ġurnata wara t-trasferiment tad-dejta tal-PNR lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, id-dejta għandha tinżamm fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ieħor ta' ħames snin. Matul dan il-perjodu, l-elementi kollha tad-dejta li jistgħu jservu biex jidentifikaw il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, għandhom jiġu moħbija. Din id-dejta tal-PNR anonimizzata għandha tkun aċċessibbli biss għal numru limitat ta' persunal tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri awtorizzata speċifikament sabiex twettaq analiżi tad-dejta tal-PNR u tiżviluppa kriterji tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 4(2)(c). Aċċess għad-dejta tal-PNR kollha għandu jkun permess biss mill-Kap tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskop tal-Artikolu 4(2)(b) u fejn jista' jkun maħsub raġonevolment li hemm bżonn li titwettaq investigazzjoni u bħala reazzjoni għal theddida jew riskju speċifiku u reali jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tad-dejta tal-PNR lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, id-dejta għandha tinżamm fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ieħor ta' ħames snin. Matul dan il-perjodu, l-elementi kollha tad-dejta li jistgħu jservu biex jidentifikaw il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, għandhom jiġu moħbija. Din id-dejta tal-PNR anonimizzata għandha tkun aċċessibbli biss għal numru limitat ta' persunal tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri awtorizzata speċifikament sabiex twettaq analiżi tad-dejta tal-PNR u tiżviluppa kriterji tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 4(2)(c). Aċċess għad-dejta tal-PNR kollha għandu jkun permess biss mill-Kap tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskop tal-Artikolu 4(2)(b) u fejn jista' jkun maħsub raġonevolment li hemm bżonn li titwettaq investigazzjoni u bħala reazzjoni għal theddida jew riskju speċifiku u reali jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika.

Wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tad-dejta tal-PNR lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, id-dejta għandha tinżamm fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ieħor ta' ħames snin. Matul dan il-perjodu, l-elementi kollha tad-dejta li jistgħu jservu biex jidentifikaw il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, għandhom jiġu moħbija. Din id-dejta tal-PNR moħbija għandha tkun aċċessibbli biss għal numru limitat ta' persunal tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri awtorizzata speċifikament sabiex twettaq analiżi tad-dejta tal-PNR u tiżviluppa kriterji tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 4(2)(c). Aċċess għad-dejta tal-PNR kollha għandu jkun permess biss mill-Kap tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskop tal-Artikolu 4(2)(b) u fejn jista' jkun maħsub raġonevolment li hemm bżonn li titwettaq investigazzjoni u bħala reazzjoni għal theddida jew riskju speċifiku u reali jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– Isem (ismijiet), kif ukoll ismijiet ta' passiġġieri oħrajn fuq il-PNR u n-numru ta' vjaġġaturi fuq il-PNR li qed jivvjaġġaw flimkien;

– Isem (ismijiet), kif ukoll ismijiet ta' passiġġieri oħrajn fuq il-PNR, dawk tal-kuntatti ta' emerġenza u n-numru ta' vjaġġaturi fuq il-PNR li qed jivvjaġġaw flimkien;

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– in-numri telefoniċi u l-indirizzi tal-posta elettronika, inklużi dawk tal-eventwali kuntatti ta' emerġenza;

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – inċiż 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– il-programm "frequent flyer" ta' appartenenza u l-kodiċi rilevanti;

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – inċiż 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– l-indirizz IP li minnu saret ir-riservazzjoni;

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR titħassar hekk kif jiskadi l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2. Dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn dejta tal-PNR speċifika ġiet trasferita lil awtorità kompetenti u li tintuża fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet kriminali speċifiċi, fejn iż-żamma ta' tali dejta mill-awtorità kompetenti għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR titħassar definittivament hekk kif jiskadi l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2. Dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn dejta tal-PNR speċifika ġiet trasferita lil awtorità kompetenti u li tintuża fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet kriminali speċifiċi, fejn iż-żamma ta' tali dejta mill-awtorità kompetenti għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Penali kontra t-trasportaturi bl-

Penali kontra t-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li penali dissważivi, effettivi u proporzjonali, inklużi penali finanzjarji, jiġu pprovduti kontra t-trasportaturi bl- li, ma jittrażmettux id-dejta meħtieġa taħt din id-Direttiva, sakemm tkun diġà nġabret mit-trasportaturi bl-, jew ma jagħmlux hekk fil-format meħtieġ jew jiksru b'mod ieħor id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li penali dissważivi, effettivi u proporzjonali, inklużi penali finanzjarji, jiġu pprovduti kontra t-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru li, ma jittrażmettux id-dejta meħtieġa taħt din id-Direttiva, sakemm tkun diġà nġabret mit-trasportaturi bl-ajru, jew ma jagħmlux hekk fil-format meħtieġ jew jiksru b'mod ieħor id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta tal-PNR li jiżvela l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna għandu jkun projbit. F'każ li dejta tal-PNR li tiżvela din l-informazzjoni tasal għand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħassar minnufih.

3. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta tal-PNR li jiżvela s-sess, il-kulur tal-ġilda, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, is-saħħa jew l-orjentament sesswali ta' persuna għandu jkun projbit. Huwa pprojbit lil-linji tal-ajru li jittrasferixxu tali dejta iżda f'każ li dejta tal-PNR li tiżvela din l-informazzjoni tasal għand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħassar minnufih.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR minn Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u t-talbiet kollha mill-awtoritajiet kompetenti jew Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, anke jekk irrifjutati, għandhom jiġu rreġistrati jew iddokumentati mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u l-awtoritajiet kompetenti għall-iskop tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awto-monitoraġġ u assigurazzjoni tal-integrità tad-dejta xierqa u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta, b'mod partikolari mill-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta. Dawn l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin sakemm id-dejta sottostanti għadha ma tħassritx skont l-Artikolu 9(3) mal-iskadenza ta' dawk l-istess ħames snin, u f'dak il-każ l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu sakemm titħassar id-dejta sottostanti.

4. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR minn Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u t-talbiet kollha mill-awtoritajiet kompetenti jew Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, anke jekk irrifjutati, għandhom jiġu rreġistrati jew iddokumentati mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u l-awtoritajiet kompetenti għall-iskop tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awtomonitoraġġ u assigurazzjoni tal-integrità tad-dejta xierqa u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta, b'mod partikolari mill-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta. Dawn l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin sakemm id-dejta sottostanti għadha ma tħassritx skont l-Artikolu 9(3) mal-iskadenza ta' dawk l-istess ħames snin, u f'dak il-każ l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu sakemm titħassar id-dejta sottostanti.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR minn Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u t-talbiet kollha mill-awtoritajiet kompetenti jew Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, anke jekk irrifjutati, għandhom jiġu rreġistrati jew iddokumentati mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u l-awtoritajiet kompetenti għall-iskop tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awto-monitoraġġ u assigurazzjoni tal-integrità tad-dejta xierqa u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta, b'mod partikolari mill-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta. Dawn l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin sakemm id-dejta sottostanti għadha ma tħassritx skont l-Artikolu 9(3) mal-iskadenza ta' dawk l-istess ħames snin, u f'dak il-każ l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu sakemm titħassar id-dejta sottostanti.

4. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR minn Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u t-talbiet kollha mill-awtoritajiet kompetenti jew Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, anke jekk irrifjutati, għandhom jiġu rreġistrati jew iddokumentati mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u l-awtoritajiet kompetenti għall-iskop tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awto-monitoraġġ u assigurazzjoni tal-integrità tad-dejta xierqa u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta, b'mod partikolari mill-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta. Dawn l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin sakemm id-dejta sottostanti għadha ma tħassritx skont l-Artikolu 9(3) mal-iskadenza ta' dawk l-istess ħames snin, u f'dak il-każ l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu sakemm titħassar id-dejta sottostanti.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Għandu jintuża standard ta' sigurtà partikolarment għoli għall-protezzjoni tad-dejta kollha, immirat lejn l-aktar żviluppi reċenti f'diskussjonijiet bejn l-esperti dwar il-protezzjoni tad-dejta, u aġġornat b'mod kontinwu biex jinkludi għarfien u informazzjoni ġodda. Meta jittieħdu deċiżjonijiet fir-rigward tal-istandards li għandhom ikunu applikati fil-qasam tas-sigurtà, l-aspetti ekonomiċi eventwalment jitqiesu bħala element sekondarju.

B'mod partikolari, għandu jintuża l-iktar proċess modern u avvanzat ta' qlib ta' dejta f'kodiċi li:

- jiżgura li s-sistemi għall-ipproċessar tad-dejta ma jkunux jistgħu jintużaw minn persuni mhux awtorizzati;

- jiżgura li l-persuni awtorizzati li jużaw is-sistemi għall-ipproċessar tad-dejta jkollhom aċċess biss għad-dejta li għaliha jgawdu mid-dritt ta' aċċess u li d-dejta personali ma tkunx tista' tinqara, tkun kkupjata, tinbidel jew titneħħa mingħajr awtorizzazzjoni fil-mument tal-ipproċessar jew tal-użu jew wara ż-żamma.

- jiżgura li d-dejta personali ma tkunx tista' tinqara, tkun kkupjata, tinbidel jew titneħħa mingħajr awtorizzazzjoni fil-mument tat-trażmissjoni elettronika jew tat-trasferiment jew tas-salvataġġ fuq memorja u li jkun possibbli li jiġi kontrollat stabbilit fejn is-sistemi ta' trażmissjoni tad-dejta għandhom jittrasferixxu d-dejta personali.

Hija żgurata l-possibilità li jiġi kontrollat u stabbilit retrospettivament jekk id-dejta personali ddaħħlitx f'sistemi għall-ipproċessar tad-dejta, inbidlitx jew tneħħietx u eventwalment minn min.

Huwa żgurat li, meta jkun ikkummissjonat lil terzi, l-ipproċessar tad-dejta jista' jsir biss skont l-istruzzjonijiet tal-entità kkummissjonata.

Huwa żgurat li d-dejta personali hija protetta kontra l-qerda jew it-telf aċċidentali.

Hija żgurata l-possibbiltà tal-ipproċessar separat ta' dejta miġbura għal skopijiet differenti.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

Klawsola ta' estinzjoni

1. Din id-Direttiva ma tibqax tapplika ...*.

2. Barra minn hekk, l-applikazzjoni, l-impatt u l-effikaċja ta' din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti għall-verifika, għall-valutazzjoni u għas-superviżjoni indipendenti ta' waħda jew aktar mill-entitajiet segwenti:

(a) il-Parlament Ewropew;

(b) il-Kummissjoni;

(c) il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva.

Din il-proċedura hija konkluża sa ...**.

______________

* ĠU: daħħal id-data: erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

** ĠU: daħħal id-data: tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din id-Direttiva ma tibqax tapplika jew il-validità tagħha għandha tkun prorogata biss wara li l-impatt u l-effikaċja tagħha jkunu ġew verifikati u valutati.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl- lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'mezzi elettroniċi jew, fil-każ ta' falliment tekniku, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq ieħor, għal perjodu ta' sena wara l-adozzjoni tal-protokoll komuni u l-formati aċċettati tad-dejta skont l-Artikolu 14.

1. It-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'mezzi elettroniċi jew, fil-każ ta' ħsara teknika, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq ieħor, għal perjodu ta' sena wara l-adozzjoni tal-protokoll komuni u l-formati aċċettati tad-dejta skont l-Artikolu 14.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta jkun skada l-limitu ta' żmien ta' sena mid-data mill-adozzjoni tal-protokolli komuni u l-foromati aċċettati tad-dejta, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl- lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'mod elettroniku bl-użu ta' metodi żguri f'għamla ta' protokolli komuni aċċettabbli li jkunu komuni għat-trasferimenti kollha biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta matul it-trasferiment, u f'format appoġġjat tad-dejta biex tiġi żgurata l-leġġibbiltà mill-partijiet kollha involuti. It-trasportaturi bl- kollha għandhom ikunu meħtieġa jagħżlu u jidentifikaw lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri l-protokoll komuni u l-format tad-dejta li bi ħsiebhom jużaw għat-trasferimenti tagħhom.

2. Meta jkun skada l-limitu ta' żmien ta' sena mid-data mill-adozzjoni tal-protokolli komuni u l-formati aċċettati tad-dejta, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'mod elettroniku bl-użu ta' metodi żguri f'għamla ta' protokolli komuni aċċettabbli li jkunu komuni għat-trasferimenti kollha biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta matul it-trasferiment, u f'format appoġġjat tad-dejta biex tiġi żgurata l-leġġibbiltà mill-partijiet kollha involuti. It-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru kollha għandhom ikunu meħtieġa jagħżlu u jidentifikaw lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri l-protokoll komuni u l-format tad-dejta li bi ħsiebhom jużaw għat-trasferimenti tagħhom.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mad-data msemmija fl-Artikolu 15(1), jiġifieri sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar id-dejta tal-PNR ta' mill-inqas 30% tat-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1). Sa sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar id-dejta tal-PNR ta' mill-inqas 60 % tat-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn erba' snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 15, tinġabar id-dejta tal-PNR mit-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-importanza tal-iskop li għalih tinġabar u tiġi proċessata d-dejta tal-PNR, kif ukoll in-natura varjata, soffistikata u internazzjonali tat-theddida imposta, jeħtieġ li jkun hemm sistema li topera fuq il-bażi ta' ġbir ta' 100 % kemm fi ħdan l-UE kif ukoll ma' pajjiżi terzi sabiex is-sistema tkun kompletament effikaċi. Il-ġbir tal-100 % tad-dejta jnaqqas ukoll ir-riskju ta' "profiling".

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tanalizza l-vijabilità u ħtieġa li jiġu inklużi t-titjiriet interni fl-iskop ta' din id-Direttiva, fid-dawl tal-esperjenza miksuba minn dawk l-Istati Membri li jiġbru dejta tal-PNR dwar titjiriet interni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien sentejn mid-data msemmija fl-Artikolu 15(1);

imħassar

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) twettaq analiżi tal-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien erba' snin mid-data msemmija fl-Artikolu 15(1). Din l-analiżi għandha tkopri l-elementi kollha ta' din id-Direttiva, b'attenzjoni speċjali għall-konformità mal-istandard tal-protezzjoni tad-dejta personali, it-tul tal-perjodu taż-żamma tad-dejta u l-kwalità tal-valutazzjonijiet. Ikun fih ukoll informazzjoni ta' statistika miġbura skont l-Artikolu 18.

(b) twettaq analiżi tal-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien erba' snin mid-data msemmija fl-Artikolu 15(1). Din l-analiżi għandha tkopri l-elementi kollha ta' din id-Direttiva, b'attenzjoni speċjali għall-konformità mal-istandard tal-protezzjoni tad-dejta personali, inkluż fil-każijiet ta' trasferimenti ta' dejta lejn pajjiżi terzi, it-tul tal-perjodu taż-żamma tad-dejta u l-kwalità tal-valutazzjonijiet. Ikun fih ukoll informazzjoni ta' statistika miġbura skont l-Artikolu 18.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) twettaq analiżi tal-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien erba' snin mid-data msemmija fl-Artikolu 15(1). Din l-analiżi għandha tkopri l-elementi kollha ta' din id-Direttiva, b'attenzjoni speċjali għall-konformità mal-istandard tal-protezzjoni tad-dejta personali, it-tul tal-perjodu taż-żamma tad-dejta u l-kwalità tal-valutazzjonijiet. Ikun fih ukoll informazzjoni ta' statistika miġbura skont l-Artikolu 18.

(b) twettaq analiżi ta' din id-Direttiva u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien erba' snin mid-data msemmija fl-Artikolu 15(1). Din l-analiżi għandha l-ewwel nett tiddetermina jekk l-iskema tal-PNR hijiex tassew miżura meħtieġa u t-tieni nett tkopri l-elementi kollha ta' din id-Direttiva, b'attenzjoni speċjali għall-konformità mal-istandard tal-protezzjoni tad-dejta personali, it-tul tal-perjodu taż-żamma tad-dejta u l-kwalità tal-valutazzjonijiet. Ikun fih ukoll informazzjoni ta' statistika miġbura skont l-Artikolu 18.

Ġustifikazzjoni

Ir-rieżami ma għandux biss jirrigwarda l-applikazzjoni tad-Direttiva iżda wkoll jistabbilixxi jekk l-użu tad-dejta tal-PNR isservi għal skopijiet dikjarati jew jekk id-Direttiva għandhiex raġuni li teżisti.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iħejju sett ta' informazzjoni statistika dwar id-dejta tal-PNR mogħtija lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. Tali statistika għandha bħala minimu tkopri n-numru ta' identifikazzjonijiet ta' kwalunkwe persuna li tista' tkun involuta f'reat terroristiku jew f'delitti serji skont l-Artikolu 4(2) u n-numru ta' azzjonijiet sussegwenti tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu l-użu tad-dejta tal-PNR għal kull trasportatur bl- u destinazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom iħejju sett ta' informazzjoni statistika dwar id-dejta tal-PNR mogħtija lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. Tali statistika għandha bħala minimu tkopri n-numru ta' identifikazzjonijiet ta' kwalunkwe persuna li tista' tkun involuta f'reat terroristiku jew f'delitti transnazzjonali serji skont l-Artikolu 4(2) u n-numru ta' azzjonijiet sussegwenti tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu l-użu tad-dejta tal-PNR għal kull trasportatur bl-ajru u destinazzjoni.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu jew impenn mill-Unjoni permezz ta' ftehim bilaterali u/jew multilaterali ma' pajjiżi terzi.

2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu jew impenn mill-Unjoni permezz ta' ftehim bilaterali u/jew multilaterali ma' pajjiżi terzi, iżda ftehimiet ġodda ma' pajjiżi terzi ma għandhomx jinkludu dispożizzjonijiet li jbaxxu l-livell ta' protezzjoni tad-dejta taħt dak previst minn din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-eventwali ftehimiet PNR ma' pajjiżi terzi jridu jiggarantixxu almenu l-istess livell ta' protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Anness – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri sakemm miġbura mit-trasportaturi bl-

Dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri sakemm miġbura mit-trasportaturi bl-ajru u mill-operaturi ekonomiċi differenti mit-trasportaturi bl-ajru

PROĊEDURA

Titolu

L-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (UE-PNR)

Referenzi

COM(2011)0032 – C7-0039/2011 – 2011/0023(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.2.2011

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

14.2.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Arnaud Danjean

13.1.2015

Eżami fil-kumitat

30.3.2015

Data tal-adozzjoni

4.5.2015

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

5

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Klaus Buchner, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Eduard Kukan, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Ioan Mircea Pașcu, Tonino Picula, Kati Piri, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jaromír Štětina, Charles Tannock, Johannes Cornelis van Baalen, Geoffrey Van Orden

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reinhard Bütikofer, Neena Gill, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Marek Jurek, Antonio López-Istúriz White, Norbert Neuser, Urmas Paet, Gilles Pargneaux, Soraya Post, Marietje Schaake, Renate Sommer, István Ujhelyi, Traian Ungureanu, Paavo Väyrynen, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Victor Boștinaru, Jonás Fernández

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (29.4.2015)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji

(COM(2011)0032 – C7‑0039/2011 – 2011/0023(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Michael Cramer

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva biex tevalwa d-dejta tal-passiġġieri tirriżulta mill-fatt li skadiet il-proċedura leġiżlattiva għal deċiżjoni qafas dwar is-suġġett minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona.

Xi punti kritiċi li saru dwar il-proposta fl-2008 ittieħdu inkunsiderazzjoni. Iżda għad hemm tħassib sinifikanti dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' din il-miżura; dan it-tħassib ġie espress mis-Superviżur tal-Protezzjoni tad-Dejta(1), mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali(2) u mis-Servizz Legali tal-Kunsill(3). Il-proposta għandha tiġi emendata b'mod li jiġu inklużi l-kriterji tan-neċessità u l-proporzjonalità. Kif wera l-eżempju tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Rumena dwar il-ħżin tad-dejta(4), mhuwiex aċċertat jekk il-liġijiet tal-UE li jwasslu għal kontroversji dwar id-drittijiet bażiċi jistgħux fil-fatt jiġu traposti fl-Istati Membri. Fis-sentenza tagħha dwar il-ħżin tad-dejta(5), il-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża tat avviż ċar li aktar miżuri ta' retenzjoni - inkluż fuq il-livell tal-UE - jistgħu faċilment jirriżultaw fil-qbiż tal-limitu kumulattiv assolut fejn 'il hinn minnu anki nies li ma jaqgħux taħt suspett jiġu suġġetti għal monitoraġġ, bi ksur tad-drittijiet bażiċi.

L-ispiża finanzjarja taż-żamma tad-dejta hija konsiderevoli. Fl-2007, il-Kummissjoni stmat li l-ispiża ta' darba (mingħajr l-ispejjeż addizzjonali) għall-Istati Membri kollha jammontaw għal 614 833 187 EUR. Għall-impriżi tal-avjazzjoni (mingħajr ma wieħed jinkludi l-impriżi tal-avjazzjoni ta' terzi stati) ikunu ta' 11 647 116 EUR, li jkollhom spejjeż tat-tħaddim ta' 2 250 080 EUR bil-metodoloġija PUSH li tiġi applikata darbtejn għal kull passiġġier.

Ir-rapporteur tipproponi li l-Kummissjoni tintalab tagħmel studju dwar l-ispejjeż u biex tipproponi miżuri fejn dan hu meħtieġ.

Sabiex tiġi garantita l-proporzjonalità tad-Direttiva, ir-rapporteur tipproponi li jitnaqqas l-kamp ta' applikazzjoni:

·L-evalwazzjoni tad-dejta tal-PNR għandha ssir biss għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi. Id-definizzjoni ta' dawn ir-reati terroristiċi għandha tkun iktar eżatta u għandha tiġi limitata għal sitwazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/475/JI. M'hemmx bżonn li jiġu inklużi reati fl-Artikoli 2 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas, peress li t-terminu 'prevenzjoni' ta' reat terroristiku ikopri preparazzjonijiet għal u organizzazzjoni ta' att bħal dan.

·Id-dejta tal-passiġġieri m'għandhiex tiġi analizzata inkonnessjoni ma' "reat serju" kif imsemmi fl-abbozz, peress li d-definizzjoni mogħtija ta' "reat serju" hija wiesgħa wisq. Hija tinkludi reati "komuni" bħal frodi u wkoll 'reati żgħar', li l-inklużjoni tagħhom anki fl-opinjoni tal-Kummissjoni hija sproporzjonata (ara l-Artikolu 2 (h)).

·Minbarra dan, il-metodi użati għall-ipproċessar tad-dejta għandhom jiġu definiti b'mod aktar preċiż (Artikolu 4).

·It-trasferiment tad-dejta (Artikoli 7 u 8) għandu jkun limitat għal każijiet fejn dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reat terroristiku speċifiku u għandu, fejn huma involuti terzi pajjiżi, ikun jiddependi minn garanziji adegwati tal-protezzjoni tad-dejta.

·Il-perjodu taż-żamma għandu jitnaqqas b'mod konsiderevoli. Il-perjodu taż-żamma li ġie propost ta' 30 jum jieħu inkunsiderazzjoni d-drittijiet fundamentali. Għandu jkun biżżejjed għal każijiet ta' suspett serju jew suspett urġenti. Jista' jkun hemm aċċess għal dejta aktar qadima mill-awtoritajiet nazzjonali kull meta jridu mill-informazzjoni li tinżamm għal diversi xhur minn impriżi tal-avjazzjoni jew sistemi tal-ibbukkjar. Dan ma jeħtieġ l-ebda bażi legali ġdida.

·Id-drittijiet tal-passiġġieri rigward il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-dejta u għall-informazzjoni, rettifika, tħassir u bblokkar u d-dritt għall-kumpens u rimedju ġudizzjarju għandhom jissaħħu. Partikolarment id-dritt għall-informazzjoni, li huwa limitat ferm fid-Direttiva qafas, għandu jitjieb. Ir-rapporteur tipproponi li jiġu applikati liġijiet interni abbażi tad-Direttiva 95/46/KE għall-ipproċessar tad-dejta tal-PNR, anki jekk id-Direttiva inkwistjoni ma tapplikax għal kooperazzjoni bejn il-pulizija u ġudizzjarja bejn l-Istati Membri (ara l-Artikolu 3 tad-Direttiva). Fl-aħħar nett, jeħtieġ li tinstab soluzzjoni għal din il-problema tal-protezzjoni tad-dejta fl-oqsma tal-affarijiet ġudizzjarji u l-intern bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

·Għandha tiġi provvduta biss id-dejta meħtieġa għall-għanijiet tad-Direttiva.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-obbligu tat-trasportaturi bl-ajru li jikkomunikaw dejta tal-passiġġieri tirregola t-trasferiment bil-quddiem ta' informazzjoni dwar il-passiġġieri mit-trasportaturi bl-ajru lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-għan li jtejbu l-kontrolli bejn il-fruntieri u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari.

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-obbligu tat-trasportaturi bl-ajru li jikkomunikaw dejta tal-passiġġieri tirregola t-trasferiment bil-quddiem ta' informazzjoni dwar il-passiġġieri mit-trasportaturi bl-ajru lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-għan li jtejbu l-kontrolli bejn il-fruntieri u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Id-dejta tal-PNR hija meħtieġa għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b'mod effettiv ta' reati terroristiċi u delitti serji u għalhekk tissaħħaħ is-sigurtà interna.

(5) Id-dejta tal-PNR tista' tkun mezz utli għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b'mod effettiv ta' reati terroristiċi u ta' ċerti tipi ta' delitti serji ta' natura transnazzjonali u għalhekk tissaħħaħ is-sigurtà interna.

Ġustifikazzjoni

"Id-delitti transnazzjonali serji", speċjalment it-traffikar tal-persuni, it-traffikar ta' drogi u tal-armi illegali, huma wkoll relevanti u tipi serji ta' delitti, li l-prevenzjoni tagħhom tista' tiġi megħjuna permezz tal-użu tad-dejta tal-PNR. Billi jitnaqqas l-ambitu ta' din id-Direttiva permezz tat-tħassir ta' "delitti serji", l-użu tad-dejta tal-PNR huwa ffukat fuq id-delitti transkonfinali, fejn din id-dejta hija l-aktar relevanti u effikaċi.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Id-dejta tal-PNR tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti serji, inklużi atti ta' terroriżmu, billi titqabbel ma' bosta databases ta' persuni u oġġetti mfittxija, titwaqqaf evidenza u, fejn rilevanti, sabiex jinstabu assoċjati ta' kriminali u jinqabdu netwerks kriminali.

(6) Id-dejta tal-PNR tista' tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti transnazzjonali serji, inklużi atti ta' terroriżmu, billi titqabbel ma' bosta databases ta' persuni u oġġetti mfittxija, sabiex tinstab l-evidenza meħtieġa u, fejn rilevanti, sabiex jinstabu assoċjati ta' kriminali u jinqabdu netwerks kriminali.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-dejta tal-PNR tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jidentifikaw persuni, li qabel kienu “mhux magħrufa”, jiġifieri persuni li qabel kienu mhux suspettati u jistgħu jkunu involuti f'delitt serju jew f'terroriżmu, iżda meta d-dejta tagħhom tiġi analizzata din tissuġġerixxi li setgħu jkunu involuti f'tali delitti u li għalhekk dawn il-persuni għandhom ikunu soġġetti għal aktar eżaminazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Bl-użu tad-dejta tal-PNR l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jindirizzaw it-theddida ta' delitti serji u terroriżmu minn perspettiva differenti u permezz tal-ipproċessar ta' kategoriji oħra ta' dejta personali. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ipproċessar tad-dejta ta' persuni innoċenti u persuni mhux sospettati jibqa' limitat kemm jista' jkun, l-aspetti tal-użu tad-dejta tal-PNR fir-rigward tal-istabbiliment u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni għandhom jiġu limitati ulterjorment għal delitti serji li għandhom wkoll natura transnazzjonali, jiġifieri huma intrisikament konnessi mal-ivvjaġġar u għal din hija r-raġuni għat-tip ta' dejta li qiegħda tiġi pproċessata.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi limitu għall-użu tad-dejta tal-PNR tal-passiġġieri kollha bl-għan tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi billi jqabbel ma' databases, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-persuni mfittxija (Artikolu 4 punt b), jew fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti f'każijiet speċifiċi (Artikolu 4 punt c).

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) It-trasportaturi bl-ajru diġà jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR mill-passiġġieri tagħhom għall-iskopijiet kummerċjali tagħhom. Din id-Direttiva m'għandha timponi l-ebda obbligu fuq it-trasportaturi bl-ajru biex jiġbru jew iżommu dejta addizzjonali mill-passiġġieri jew jiponu xi obbligu fuq il-passiġġieri sabiex jipprovdu xi dejta addizzjonali ma' dik li diġà qed tkun ipprovduta lit-trasportaturi bl-ajru.

(11) It-trasportaturi bl-ajru diġà jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR mill-passiġġieri tagħhom għall-iskopijiet kummerċjali tagħhom. Din id-Direttiva m'għandha timponi l-ebda obbligu fuq it-trasportaturi bl-ajru biex jiġbru jew iżommu dejta addizzjonali mill-passiġġieri jew jiponu xi obbligu fuq il-passiġġieri sabiex jipprovdu xi dejta addizzjonali ma' dik li diġà qed tkun ipprovduta lit-trasportaturi bl-ajru. Meta t-trasportaturi bl-ajru ma jiġbrux dejta fil-kors normali tax-xogħol tagħhom għal skopijiet kummerċjali, huma m'għandhomx jiġu mitluba jiżviluppaw il-proċessi sabiex jiġbru dejta bħal din.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Id-definizzjoni ta' reati terroristiċi għandha tittieħed mill-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Id-definizzjoni tad-delitti serji għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-Mandat ta' Arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawk id-delitti minuri li għalihom, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sistema ta' ġustizzja kriminali rispettiva tagħhom, l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont din id-direttiva ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-definizzjoni ta' delitti transnazzjonali serji għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI u mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

(12) Id-definizzjoni ta' reati terroristiċi għandha tittieħed mill-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Id-definizzjoni ta' delitti transnazzjonali serji għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI u mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriminalità Organizzata. Transnazzjonali. L-Istati Membri għandhom jeskludu dawk id-delitti li għalihom, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sistema ta' ġustizzja kriminali rispettiva tagħhom, l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont din id-direttiva ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-kontenut ta' kwalunkwe lista ta' dejta tal-PNR meħtieġa li għandha tinkiseb mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħejja bl-iskop li tirrifletti r-rekwiżiti leġittimi tal-awtoritajiet pubbliċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji, b'hekk tittejjeb s-sigurtà interna ġewwa l-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, l-aktar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. Dawn il-listi m'għandhomx jinkludu dejta personali li jistgħu jiżvelaw l-oriġini razzjali jew etniċi, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trejdjunjin jew id-dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali tal-individwu kkonċernat. Id-dejta tal-PNR għandha tinkludi dettalji dwar ir-riservazzjoni u l-itinerajru tal-ivvjaġġar tal-passiġġier li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jidentifikaw il-passiġġieri tal-ajru li jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà interna.

(14) Il-kontenut ta' dejta tal-PNR li għandha tinkiseb mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri mniżżla fl-Anness ta' din id-Direttiva għandha titħejja bl-iskop li tirrifletti r-rekwiżiti leġittimi tal-awtoritajiet pubbliċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji, b'hekk tittejjeb s-sigurtà interna ġewwa l-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni, l-aktar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. Din id-dejta m'għandhiex tinkludi dejta personali li tista' tiżvela l-oriġini razzjali jew etniċi, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trejdjunjin jew id-dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali tal-individwu kkonċernat. Id-dejta tal-PNR għandha tinkludi dettalji dwar ir-riservazzjoni u l-itinerajru tal-ivvjaġġar tal-passiġġier li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jidentifikaw il-passiġġieri tal-ajru li jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà interna.

Ġustifikazzjoni

Fil-verżjoni Ingliża, il-kelma "meħtieġa" tista' twassal għal konfużjoni peress li t-trasportaturi bl-ajru jiġbru d-dejta tal-PNR minn fost l-informazzjoni li jkollhom fl-attivitajiet normali tagħhom. Dawn m'għandhomx ikunu obbligati li jiksbu jew iżommu d-dejta addizzjonali tal-passaġġieri, kif ukoll il-passiġieri m'għandhomx ikunu obbligati li jipprovdu aktar dejta minn dik normalment prevista mit-trasportaturi bl-ajru għal waqt it-twettiq tal-attivitajiet tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Hemm żewġ metodi possibbli ta' trasferiment ta' dejta bħalissa disponibbli: il-metodu 'pull', fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jeħtieġu d-dejta jistgħu jidħlu (jaċċessaw) fis-sistema tar-riservazzjoni tat-trasportatur bl-ajru u joħorġu ('pull') kopja tad-dejta meħtieġa, u l-metodu 'push', fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferu ('push') id-dejta tal-PNR meħtieġa lill-awtorità li qed titlobha, b'hekk dan jippermetti t-trasportaturi bl-ajru jżommu kontroll ta' liema dejta kienet ipprovduta. Il-metodu 'push' huwa kkunsidrat li joffri livell ogħla ta' protezzjoni tad-dejta u għandu jkun mandatorju għat-trasportaturi bl-ajru kollha.

(15) Hemm żewġ metodi possibbli ta' trasferiment ta' dejta bħalissa disponibbli: il-metodu 'pull', fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jeħtieġu d-dejta jistgħu jidħlu (jaċċessaw) fis-sistema tar-riservazzjoni tat-trasportatur bl-ajru u joħorġu ('pull') kopja tad-dejta meħtieġa, u l-metodu 'push', fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferu ('push') id-dejta tal-PNR lill-awtorità li qed titlobha, b'hekk dan jippermetti t-trasportaturi bl-ajru jżommu kontroll ta' liema dejta kienet ipprovduta. Il-metodu 'push' joffri livell ogħla ta' protezzjoni tad-dejta u għandu jsir mandatorju, sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għat-trasportaturi bl-ajru kollha li diġà jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR għal skopijiet kummerċjali u joperaw titjiriet internazzjonali lejn jew mit-territorju tal-Istati Membri. Jekk id-dejta tal-PNR tiġi trattata minn operaturi ta' Servizz ta' Riservazzjoni Kompjuterizzata (CRS), tapplika l-Kodiċi ta' Kondotta tas-CRS (Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu lit-trasportaturi bl-ajru jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiġu pprovduti b'penali dissważivi, effettivi u proporzjonati, inklużi penali finanzjarji kontra dawk it-trasportaturi bl-ajru li jonqsu li jissodisfaw dawn l-obbligi fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta tal-PNR. Meta jkun hemm ksur serju ripetut li jista' jagħmel ħsara għall-iskopijiet bażiċi ta' din id-Direttiva, dawn il-penali jistgħu jinkludu, f'każijiet eċċezzjonali, miżuri bħall-immobilizzazzjoni, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi tat-trasport, jew is-sospensjoni temporanja jew l-irtirar tal-liċenzja tal-operazzjoni.

(17) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu lit-trasportaturi bl-ajru jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiġu pprovduti b'penali dissważivi, effettivi u proporzjonati, inklużi penali finanzjarji kontra dawk it-trasportaturi bl-ajru li jonqsu li jissodisfaw dawn l-obbligi fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta tal-PNR.

Ġustifikazzjoni

Kultant jista' jkun il-każ li r-responsabbiltà ma tkunx tat-trasportaturi bl-ajru, iżda tat-terzi pajjiżi li ma jipprovdux id-dejta tal-PNR li jkollhom. Il-penali għandhom ikunu dissważivi, effettivi u proporzjonati, kif stipulat fl-ewwel parti tal-premessa. It-tieni parti tal-premessa tista' tiġi meqjusa bħala sproporzjonata jew li tikkontradixxi l-ewwel parti, li tkopri kull tip ta' sanzjoni.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-Istati Membri għandhom jikkondividu ma' Stati Membri oħrajn id-dejta tal-PNR li jirċievu fejn tali trasferiment huwa meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal strumenti oħra tal-Unjoni dwar l-iskambju tal-intelligence bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, inkluż id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li stabbiliet l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Settembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan l-iskambju tad-dejta tal-PNR bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għandu jiġu irregolat mir-regoli dwar il-kooperazzjoni mal-pulizija u dik ġudizzjarja.

(20) L-Istati Membri għandhom jikkondividu ma' Stati Membri oħrajn id-dejta tal-PNR li jirċievu fejn tali trasferiment huwa meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti transnazzjonali serji, kif definit f'din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal strumenti oħra tal-Unjoni dwar l-iskambju tal-intelligence bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, inkluż id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li stabbiliet l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Settembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan l-iskambju tad-dejta tal-PNR bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għandu jiġi irregolat mir-regoli dwar il-kooperazzjoni mal-pulizija u dik ġudizzjarja.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Il-perjodu li matulu għandha tinżamm id-dejta tal-PNR għandu jkun proporzjonali mal-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji. Minħabba n-natura tad-dejta u l-użu tagħhom, huwa meħtieġ li d-dejta tal-PNR tinżamm għal perjodu twil biżżejjed biex titwettaq analiżi tax-xejriet u għall-użu fl-investigazzjonijiet. Sabiex jiġi evitat użu sproporzjonat, huwa meħtieġ li, wara perjodu tal-bidu, id-dejta tiġi anonimizzata u aċċessibbli biss taħt kundizzjonijiet stretti ħafna u limitati.

(21) Il-perjodu li matulu għandha tinżamm id-dejta tal-PNR għandu jkun proporzjonali mal-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji. Minħabba n-natura tad-dejta u l-użu tagħhom, huwa meħtieġ li d-dejta tal-PNR tinżamm għal perjodu twil biżżejjed biex titwettaq analiżi tax-xejriet u għall-użu fl-investigazzjonijiet. Sabiex jiġi evitat użu sproporzjonat, huwa meħtieġ li, wara perjodu tal-bidu, id-dejta tiġi depersonalizzata u aċċessibbli biss taħt kundizzjonijiet stretti ħafna u limitati.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-ipproċessar domestiku tad-dejta tal-PNR f'kull Stat Membru mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun soġġett għal standard ta' protezzjoni tad-dejta personali taħt il-liġi nazzjonali tiegħu li hija konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali ('Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI').

(23) L-ipproċessar domestiku tad-dejta tal-PNR f'kull Stat Membru mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun soġġett għal standard ta' protezzjoni tad-dejta personali taħt il-liġi nazzjonali tiegħu li hija konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali ('Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI') u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data1.

____________

1ĠU L 281, 23.11.95, p.31.

Ġustifikazzjoni

Peress li tinġabar id-dejta tal-passiġġieri kollha tal-ajru, għandom japplikaw l-ogħla standards ta' protezzjoni tad-dejta.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Waqt li jiġi kkunsidrat id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tad-dejta soġġetta għall-ipproċessar tad-dejta tal-PNR tagħhom, bħad-dritt għall-aċċess, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir u l-ibblukkar, kif ukoll id-drittijiet għall-kumpens u rimedji ġudizzjarji, għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

(24) Waqt li jiġi kkunsidrat id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tad-dejta soġġetta għall-ipproċessar tad-dejta tal-PNR tagħhom, bħad-dritt għall-aċċess, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir u l-ibblukkar, kif ukoll id-drittijiet għall-kumpens u rimedji ġudizzjarji, għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI u mad-Direttiva 95/46/KE.

Ġustifikazzjoni

Peress li tinġabar id-dejta tal-passiġġieri kollha tal-ajru, għandom japplikaw l-ogħla standards ta' protezzjoni tad-dejta.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kostijiet li jirriżultaw mill-miżuri li jittieħdu għall-użu tad-dejta tal-PNR ma jiġux mgħoddija lill-passiġġieri.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Din id-Direttiva ma taffetwax il-possibbiltà għall-Istati Membri li jipprovdu, taħt il-liġi domestika tagħhom, għal sistema ta' ġbir u ġestjoni ta' dejta tal-PNR għal skopijiet oħrajn minbarra dawk speċifikati f'din id-Direttiva, jew mill-fornituri tat-trasport minbarra dawk speċifikati fid-Direttiva, dwar titjiriet interni soġġetti għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-protezzjoni tad-dejta, sakemm tali liġi domestika tirrispetta l-acquis tal-Unjoni. Il-ħruġ tal-ġbir tad-dejta tal-PNR dwar titjiriet interni għandu jkun is-suġġett ta' riflessjoni speċifika f'data futura.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Sabiex jipprovdu ċertezza legali kemm għall-protezzjoni tad-dejta tal-passiġġieri u għall-interessi ekonomiċi tal-operaturi, l-Istati Membri m'għandhomx jiġbru dejta tal-PNR differenti minn dik definita f'dan ir-Regolament.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28 b) It-trażmissjoni ta' dejta tal-PNR għandha tiġi limitata għal każijiet fejn din hija indispensabbli għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' delitti terroristiċi speċifiċi, għat-tmexxija tal-investigazzjonijiet u l-proċeduri legali li jirriżultaw minnhom u, meta huma involuti terzi pajjiżi, f'każijiet biss fejn ikun hemm salvagwardji għall- protezzjoni tad-dejta;

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) B'mod partikolari, l-ambitu tad-Direttiva huwa limitat kemm jista' jkun, hija tippermetti ż-żamma tad-dejta tal-PNR għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames (5) snin, li warajhom din id-dejta trid titħassar, id-dejta trid tiġi anonimizzata wara perjodu qasir ħafna, il-ġbir u l-użu tad-dejta huwa pprojbit. Sabiex jiżguraw effiċjenza u livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżguraw li awtorità nazzjonali ta' sorveljanza indipendenti tkun responsabbli biex tagħti konsulenza u tagħmel monitoraġġ ta' kif tiġi pproċessata d-dejta tal-PNR. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR irid jiġi rreġistrat jew iddokumentat għall-iskop ta' verifikazzjoni jekk l-ipproċessar tad-dejta hux illegali, awtomonitoraġġ u sabiex tiġi żgurata integrità xierqa tad-dejta u sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li l-passiġġieri tingħatalhom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-ġbir tad-dejta tal-PNR u dwar id-drittijiet tagħhom.

(32) B'mod paratikolari, l-ambitu tad-Direttiva huwa limitat kemm jista' jkun: hija tippermetti ż-żamma tad-dejta tal-PNR għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur, li warajhom din id-dejta trid titħassar; wara perjodu qasir ħafna, id-dejta trid tiġi moħbija u ssir inaċċessibbli ħlief għal numru limitat u ristrett ħafna ta' personal awtorizzat, u l-ġbir u l-użu tad-dejta huwa pprojbit. Sabiex jiżguraw effiċjenza u livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżguraw li awtorità nazzjonali ta' sorveljanza indipendenti tkun responsabbli biex tagħti konsulenza u tagħmel monitoraġġ ta' kif tiġi pproċessata d-dejta tal-PNR. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR irid jiġi rreġistrat jew iddokumentat għall-iskop ta' verifikazzjoni jekk l-ipproċessar tad-dejta hux illegali, awtomonitoraġġ u sabiex tiġi żgurata integrità xierqa tad-dejta u sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li l-passiġġieri tingħatalhom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-ġbir tad-dejta tal-PNR u dwar id-drittijiet tagħhom.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji skont l-Artikolu 4(2)(b) u (c); u

(a) Il-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u ċerti tipi ta' delitti transnazzjonali serji kif definiti fil-punt (i) tal-Artikolu 2 u skont l-Artikolu 4(2);

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Il-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti transnazzjonali serji skont l-Artikolu 4(2)(a) u (d);

imħassar

Ġustifikazzjoni

Kopert mill-Artikolu emendat 1.2(a).

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Id-dejta tal-PNR miġbura skont din id-Direttiva ma tistax tiġi pproċessata għal reati minuri li jistgħu jiġu kastigati permezz ta' sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' inqas minn tliet snin, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal titjiriet fi ħdan l-Unjoni jew għal mezzi ta' trasport oħra barra l-ajruplani.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) 'titjira internazzjonali' tfisser kull titjira skedata jew mhux skedata minn trasportatur bl- ppjanat li jinżel fit-territorju ta' Stat Membru li toriġina minn pajjiż terz jew li titlaq mit-territorju ta' Stat Membru b'destinazzjoni finali f'pajjiż terz, inklużi fiż-żewġ każijiet kull titjira tat-trasferiment jew tat-transitu;

(b) 'titjira internazzjonali' tfisser kull titjira skedata jew mhux skedata minn trasportatur bl-ajru ppjanat li jinżel fit-territorju ta' Stat Membru li toriġina minn pajjiż terz jew li titlaq mit-territorju ta' Stat Membru b'destinazzjoni finali f'pajjiż terz;

Ġustifikazzjoni

Inklużi titjiriet tat-transitu jew tat-trasferiment tfisser iż-żieda ta' titjiriet interni tal-UE fl-ambitu tad-Direttiva.

1) S'agissant des vols de transfert: étant donné que les transmissions PNR concernent la totalité des vols et non les passagers, les demandes visant à inclure les vols de transfer équivalent à demander des transmissions PNR pour pratiquement tous les vols intra communautaires.2)S'agissant des vols de transit: les données PNR sont envoyées aux autorités des aéroports d'où les passagers débarquent de vols, (et non les autorités des aéroports de transit, où par définition, les passagers "n'attérissent" pas dans les contrôles de l'immigration). L'itinéraire d'un passager ne correspondra pas toujours au point de transit, ainsi cette clause ne permet pas de satisfaire le système des conditions de demande.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) 'Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri' jew 'dejta tal-PNR' tfisser reġistru tar-rekwiżiti tal-ivvjaġġar ta' kull passiġġier li jinkludi informazzjoni meħtieġa biex tippermetti li r-riservazzjonijiet jistgħu jiġu pproċessati u kkontrollati mit-trasportaturi bl- tal-prenotazzjoni u tal-parteċipazzjoni għal kull vjaġġ ipprenotat minn jew f'isem persuna, kemm jekk inkluża fuq sistema tar-riservazzjoni, Sistemi tal-Kontroll tat-Tluq (DCS) jew sistemi ekwivalenti li jipprovdu l-istess funzjonijiet;

(c) 'Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri' jew 'dejta tal-PNR' tfisser reġistru tar-rekwiżiti tal-ivvjaġġar ta' kull passiġġier, miġbura u miżmuma elettronikament mit-trasportaturi bl-ajru fl-attivitajiet normali tagħhom, li jinkludi informazzjoni meħtieġa biex tippermetti li r-riservazzjonijiet jistgħu jiġu pproċessati u kkontrollati mit-trasportaturi bl-ajru tal-prenotazzjoni u tal-parteċipazzjoni għal kull vjaġġ ipprenotat minn jew f'isem persuna, kemm jekk inkluża fuq sistema tar-riservazzjoni, Sistemi tal-Kontroll tat-Tluq (DCS) jew sistemi ekwivalenti li jipprovdu l-istess funzjonijiet;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata ż-żieda ta' piżijiet ta' ħafna spejjeż fuq it-trasportaturi bl-ajru, li min-naħa tagħhom isarrfu fi spjejjeż għall-passiġġieri/konsumaturi.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) 'metodu push' tfisser il-metodu fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-dejta tal-PNR meħtieġa fid-database tal-awtorità li tkun qed titlobha;

(f) 'metodu push' tfisser il-metodu fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-dejta tal-PNR miġbura minnhom li hija mniżżla fl-Anness ta' din id-Direttiva fid-database tal-awtorità li tkun qed titlobha;

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f a) permezz tal-metodu 'pull', l-awtorità li tagħmel it-talba jkollha aċċess dirett għad-database tas-sistema ta' riservazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u tieħu d-dejta tal-passiġġieri mid-database;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tas-sistema 'pull' tidher li hija neċessarja peress li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tagħmel referenza għaliha f'diversi partijiet.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) 'delitt serju' tfisser id-delitti taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI jekk huma punibbli minn piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawk id-delitti minuri li, meta tiġi kkunsidrata s-sistema tal-ġustizzja kriminali rispettiva, l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont din id-direttiva fir-rigward tagħhom ma jkunx skont il-prinċipju tal-proporzjonalità;

imħassar

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) 'delitti transnazzjonali serji' tfisser id-delitti taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI jekk għalihom ikun hemm piena ta' kustodja jew ta' ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin taħt il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, jekk.

(i) 'delitti transnazzjonali serji' tfisser id-delitti li ġejjin taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 (2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI: it-traffikar tal-persuni, it-traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u t-traffikar illeċitu tal-armi, munizzjon u splussivi, jekk għalihom ikun hemm piena ta' kustodja jew ta' ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin taħt il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, jekk.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jinnomina awtorità kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji jew fergħa ta' din l-awtorità biex taġixxi bħala l-'Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri' tiegħu responsabbli mill-ġbir tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-, il-ħażna tagħhom, l-analiżi tagħhom u t-trasmissjoni tar-riżultat tal-analiżi lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Il-membri tal-persunal tagħhom jistgħu jiġu sekondati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti.

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jinnomina awtorità kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti transnazzjonali serji jew fergħa ta' din l-awtorità biex taġixxi bħala l-'Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri' tiegħu responsabbli mill-ġbir tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru, il-ħażna tagħhom, l-analiżi tagħhom u t-trasmissjoni tar-riżultat tal-analiżi lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Il-membri tal-persunal tagħhom jistgħu jiġu sekondati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3 a. Il-ħażna, l-ipproċessar u l-analiżi ta' dejta tal-PNR relatata mal-passiġġieri fuq titjiriet internazzjonali, għandha ssir esklussivament fi ħdan it-territorju tal-Unjoni. Il-liġi applikabbli għal dawn il-proċeduri għandha tkun il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' dejta personali;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-Istati Membri għandhom jerfgħu l-ispejjeż tal-ġbir, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tad-dejta tal-PNR.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tewttieq ta' valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitt transnazzjonali serju u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-tewttieq ta' tali valutazzjoni, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' tipproċessa d-dejta tal-PNR mal-kriterji stabbiliti minn qabel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

imħassar

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) twettieq ta' valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitt serju u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' wkoll tqabbel id-dejta tal-PNR ma' databases rilevanti, inklużi databases internazzjonali jew nazzjonali jew mirja nazzjonali tad-databases tal-Unjoni, fejn dawn huma stabbiliti abbażi tal-liġi tal-Unjoni fuq persuni jew oġġetti mfittxija jew taħt allert, skont regoli tal-Unjoni, internazzjonali u nazzjonali applikabbli għal dawn il-fajls. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

(b) il-valutazzjoni ulterjuri – li tista' ssir qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 – ta' passiġġieri fejn fir-rigward tagħhom hemm raġunijiet fattwali għal suspett ta' involviment f'reat terroristiku jew delitt transnazzjonali serju. Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' wkoll tqabbel id-dejta tal-PNR ma' databases rilevanti, inklużi databases internazzjonali jew nazzjonali jew mirja nazzjonali tad-databases tal-Unjoni, fejn dawn huma stabbiliti abbażi tal-liġi tal-Unjoni fuq persuni jew oġġetti mfittxija jew taħt allert, skont regoli tal-Unjoni, internazzjonali u nazzjonali applikabbli għal dawn il-fajls. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta' mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tweġiba, fuq bażi ta' kull każ individwali, għal talbiet b'raġuni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tipprovdi dejta tal-PNR u tipproċessa dejta tal-PNR f'każijiet speċifiċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji, u tipprovdi r-riżultati ta' dan l-ipproċessar lill-awtoritajiet kompetenti.

(c) tweġiba, fuq bażi ta' kull każ individwali, għal talbiet b'raġuni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tipprovdi dejta tal-PNR u tipproċessa dejta tal-PNR f'każijiet speċifiċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti transnazzjonali serji, u tipprovdi r-riżultati ta' dan l-ipproċessar lill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-analizzar tad-dejta tal-PNR bl-iskop li jiġu aġġornati jew jiġu stabbiliti kriterji ġodda għat-twettieq tal-valutazzjonijiet sabiex jiġu identifikati kwalunkwe persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitti transnazzjonali serji skont il-punt (a).

imħassar

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3 a. L-ipproċessar ta' dejta tal-PNR jista' jiġi ordnat wara li ssir applikazzjoni miċ-Ċentrali tal-PNR permezz ta' qorti ta' Stat Membru li għandha kompetenza għal dan. Huwa biss meta ċ-Ċentrali tal-PNR tindika perikolu imminenti ("periculum in mora"), li hija stess tkun tista' tiddeċiedi dan ir-regolament.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandha tittrasferixxi d-dejta tal-PNR jew ir-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR tal-persuni identifikati skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għal aktar analiżi lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-istess Stat Membru. Dawn it-trasferimenti jistgħu jsiru biss fuq bażi ta' każ b'każ.

4. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandha tittrasferixxi d-dejta tal-PNR jew ir-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR tal-persuni identifikati skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 għal aktar analiżi lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-istess Stat Membru. Dawn it-trasferimenti jistgħu jsiru biss fuq bażi ta' każ b'każ.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jadotta lista tal-awtoritajiet kompetenti ntitolati li jitolbu jew jirċievu dejta tal-PNR jew ir-riżultat tal-ipproċessar ta' dejta tal-PNR mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri sabiex jeżamina aktar din l-informazzjoni jew biex jieħu azzjoni xierqa bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji.

1. Kull Stat Membru għandu jadotta lista tal-awtoritajiet kompetenti ntitolati li jitolbu jew jirċievu dejta tal-PNR jew ir-riżultat tal-ipproċessar ta' dejta tal-PNR mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri sabiex jeżamina aktar din l-informazzjoni jew biex jieħu azzjoni xierqa bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti transnazzjonali serji.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu magħmula minn awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu magħmula minn awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti transnazzjonali serji.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-dejta tal-PNR tal-passiġġieri u r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR riċevuti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri jistgħu jiġu pproċessati aktar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-iskop biss għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji.

4. Id-dejta tal-PNR tal-passiġġieri u r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR riċevuti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri jistgħu jiġu pproċessati aktar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-iskop biss għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti transnazzjonali serji.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl- jittrasferixxu ('push') id-dejta tal-PNR kif definita fl-Artikolu 2(c) u speċifikata fl-Anness, sakemm din id-dejta diġà jiġbruha huma, għad-database tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri nazzjonali tal-Istat Membru fit-territorju fejn it-titjira internazzjonali se tinżel jew mit-territorju minn fejn se titlaq it-titjira. Meta t-titjira għandha l-kodiċi kondiviż bejn trasportatur bl- wieħed jew aktar, l-obbligu għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR tal-passiġġieri kollha fuq it-titjira għandu jkun fuq it-trasportatur bl- li jopera t-titjira. Fejn it-titjira jkollha waqfa waħda jew aktar fl-porti tal-Istati Membri, it-trasportaturi bl- għandhom jitrasferixxu d-dejta tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri kkonċernati.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru li diġà jiġbru dejta tal-PNR mill-passiġġieri tagħhom, jittrasferixxu (jiġifieri 'push') id-dejta tal-PNR kif definita fl-Artikolu 2(c) u speċifikata fl-Anness, sakemm din id-dejta jiġbruha huma fl-attivitajiet normali tagħhom, għad-database tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri nazzjonali tal-Istat Membru fit-territorju fejn it-titjira internazzjonali se tinżel jew mit-territorju minn fejn se titlaq it-titjira. Meta t-titjira għandha l-kodiċi kondiviż bejn trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar, l-obbligu għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR tal-passiġġieri kollha fuq it-titjira għandu jkun fuq it-trasportatur bl-ajru li jopera t-titjira. Fejn it-titjira jkollha waqfa waħda jew aktar fl-ajruporti tal-Istati Membri, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jitrasferixxu d-dejta tal-PNR esklussivament lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri.

1a. L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu trasportaturi bl-ajru biex jiġbru xi dejta tal-PNR li s'issa għadha ma tinġabarx mit-trasportaturi bl-ajru. It-trasportaturi bl-ajru m'għandhomx jittrasferixxu xi dejta tal-PNR barra minn dik definita fl-Artikolu 2 (c) u speċifikata fl-Anness. It-trasportaturi bl-ajru m'għandhomx ikunu responsabbli mill-eżattezza u l-kompletezza tad-dejta provduta mill-passiġġieri, minbarra jekk huma ma ħadux ħsieb raġonveoli biex jiżguraw li d-dejta miġbura mill-passiġġieri tkun eżatta u korretta.

2. It-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR permezz ta' mezzi elettroniċi bl-użu ta' protokolli komuni u formati aċċettati tad-dejta li għandhom ikunu adottati skont il-proċedura tal-Artikoli 13 u 14 jew, fil-każ ta' falliment tekniku, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura livell xieraq ta' sigurtà tad-dejta:

2. It-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR permezz ta' mezzi elettroniċi bl-użu ta' protokolli komuni u formati aċċettati tad-dejta li għandhom ikunu adottati skont il-proċedura tal-Artikoli 13 u 14 jew, fil-każ ta' falliment tekniku tat-trasportaturi bl-ajru, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura livell xieraq ta' sigurtà tad-dejta:

a) 24 sa 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira;

a) darba 24 sa 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira;

and

u

(b) minnufih wara l-għeluq tat-titjira, jiġifieri hekk kif il-passiġġieri jkunu telgħu fuq l-inġenju tal- lesti għat-tluq u ma jkunx għadu possibbli li jitilgħu aktar passiġġieri abbord.

(b) darba minnufih wara l-għeluq tat-titjira, jiġifieri hekk kif il-passiġġieri jkunu telgħu fuq l-inġenju tal- lesti għat-tluq u ma jkunx għadu possibbli li jitilgħu aktar passiġġieri abbord.

3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasportaturi bl- jillimitaw it-trasferiment msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-aġġornamenti tat-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

3. L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasportaturi bl- jillimitaw it-trasferiment msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-aġġornamenti tat-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta' persuni identifikati mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont l-Artikolu 4(2)(a) u (b), ir-riżultat tal-iproċessar tad-dejta tal-PNR huwa trażmess minn dik l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri meta l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel tikkunsidra tali trasferiment meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri riċeventi għandhom jittrażmettu tali dejta tal-PNR jew ir-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta' persuni identifikati mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont l-Artikolu 4(2) (b), ir-riżultat tal-iproċessar tad-dejta tal-PNR huwa trażmess minn dik l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri meta l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel tikkunsidra tali trasferiment meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji. Dawn it-tip ta' trasferimenti għandhom jiġu limitati strettament għad-dejta neċessarja f'każ speċifiku għall-prevenzjoni, l-iskoperta,l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' delitti transnazzjonali serji u għandhom jiġu ġustifikati bil-miktub. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri riċeventi għandhom jittrażmettu tali dejta tal-PNR jew ir-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom.

2. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob, jekk ikun hemm bżonn, lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdilha d-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1), u, jekk ikun hemm bżonn, anke r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. It-talba għal tali dejta tista' tkun ibbażata fuq kwalunkwe waħda jew kombinazzjoni ta' elementi tad-dejta, kif meqjusa meħtieġa mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri li qed tagħmel it-talba għal każ speċifiku għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom jipprovdu d-dejta mitluba hekk kif tkun prattikabbli u għandhom jipprovdu wkoll ir-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR, jekk ikun diġà tħejja skont l-Artikolu 4(2)(a).

2. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob, jekk ikun hemm bżonn, lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdilha d-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1), u, jekk ikun hemm bżonn, anke r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. It-talba għal tali dejta għandha tiġi strettament limitata għad-dejta neċessarja fil-każ speċifiku. Hija tista' tkun ibbażata fuq kwalunkwe waħda jew kombinazzjoni ta' elementi tad-dejta, kif meqjusa meħtieġa mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri li qed tagħmel it-talba għal każ speċifiku għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji u għandha tiġi ġustifikata bil-miktub. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom jipprovdu d-dejta mitluba hekk kif tkun prattikabbli u għandhom jipprovdu wkoll ir-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR, jekk ikun diġà tħejja skont l-Artikolu 4(2)(b).

3. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob, jekk ikun hemm bżonn, lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdilha d-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(2), u, jekk ikun hemm bżonn, anke r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' titlob aċċess għal dejta tal-PNR speċifika li tinżamm mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru ieħor fil-forma totali tagħha mingħajr il-ħabi ta' xi dejta biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali bi tweġiba għal theddida speċifika jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifiċi relatati ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

3. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob, jekk ikun hemm bżonn, lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdilha d-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(2), u, jekk ikun hemm bżonn, anke r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' titlob aċċess għal dejta tal-PNR speċifika li tinżamm mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru ieħor fil-forma totali tagħha mingħajr il-ħabi ta' xi dejta biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali bi tweġiba għal theddida speċifika jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifiċi relatati ma' reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji. Talba bħal din għandha tiġi ġustifikata bil-miktub.

4. Huwa biss f'dawk il-każijiet fejn ikun hemm il-ħtieġa għall-prevenzjoni ta' theddida imminenti u serja għas-sigurtà pubblika li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu direttament lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdihom bid-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1) and (2). Dawn it-talbiet għandhom ikunu relatati ma' investigazzjoni jew prosekuzzjon speċifika ta' reati terroristiċi jew delitti serji u għandhom ikunu raġunati. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom iwieġbu għal dawn it-talbiet bħala kwistjoni ta' prijorità. Fil-każijiet l-oħra kollha l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu t-talbiet tagħhom mingħand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru tagħhom stess.

4. Huwa biss f'dawk il-każijiet fejn ikun hemm il-ħtieġa għall-prevenzjoni ta' theddida imminenti u serja għas-sigurtà pubblika li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu direttament lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdihom bid-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta' din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1) and (2). Dawn it-talbiet għandhom ikunu relatati ma' investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika ta' reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji u għandhom ikunu raġunati. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom iwieġbu għal dawn it-talbiet bħala kwistjoni ta' prijorità. Fil-każijiet l-oħra kollha l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu t-talbiet tagħhom mingħand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru tagħhom stess.

5. Eċċezzjonalment, meta jkun hemm bżonn aċċess kmieni bħala tweġiba għal theddida speċifika u reali dwar reati terroristiċi jew delitti serji, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollha d-dritt li titlob lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru ieħor biex tipprovdilha dejta tal-PNR tat-titjiriet li jinżlu fi jew li jitilqu mit-territorju ta' din tal-aħħar fi kwalunkwe ħin.

5. Eċċezzjonalment, meta jkun hemm bżonn aċċess kmieni bħala tweġiba għal theddida speċifika u reali dwar reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru għandu jkollha d-dritt li titlob lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru ieħor biex tipprovdilha dejta tal-PNR tat-titjiriet li jinżlu fi jew li jitilqu mit-territorju ta' din tal-aħħar fi kwalunkwe ħin. Talbiet bħal dawn għandhom jiġu limitati strettament għad-dejta neċessarja f'każ speċifiku għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji, u għandhom jiġu ġustifikati bil-miktub.

6. L-iskambju tal-informazzjoni taħt dan l-Artikolu jista' jsir bl-użu tal-mezzi eżistenti għall-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi internazzjonali. Il-lingwa użata għat-talba u l-iskambju tal-informazzjoni għandha tkun waħda applikabbli għall-mezz użat. Meta jagħmlu n-notifiki tagħhom skont l-Artikolu 3(3), l-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw il-Kummissjoni bid-dettalji tal-kuntatti, lil min jistgħu jintbagħtu t-talbiet f'każ ta' urġenza. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika n-notifiki riċevuti lill-Istati Membri.

6. L-iskambju tal-informazzjoni taħt dan l-Artikolu jista' jsir bl-użu tal-mezzi eżistenti għall-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi Ewropea u internazzjonali, b'mod partikolari l-Europol u l-unitajiet nazzjonali skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009. Il-lingwa użata għat-talba u l-iskambju tal-informazzjoni għandha tkun waħda applikabbli għall-mezz użat. Meta jagħmlu n-notifiki tagħhom skont l-Artikolu 3(3), l-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw il-Kummissjoni bid-dettalji tal-kuntatti, lil min jistgħu jintbagħtu t-talbiet f'każ ta' urġenza. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika n-notifiki riċevuti lill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Bħala regola, m'għandux ikun hemm skambju tad-dejta personali tal-passiġġieri kollha. L-iskambju tad-dejta għandu jkun strettament limitat, relatat ma' każ speċifiku ta' prevenzjoni, tad-detenzjoni, tal-investigazzjoni jew tal-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u għandu jiġi ġustifikat bil-miktub sabiex ikun jista' jiġi verifikat.

Il-mezzi eżistenti għandhom jintużaw għall-iskambju tal-informazzjoni. Il-Europol, għalhekk, għandha tissemma b'mod espliċitu.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru jista' jittrasferixxi dejta tal-PNR u r-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lil pajjiż terz, fuq il-bażi ta' każ b'każ biss u jekk:

Stat Membru jista' jittrasferixxi dejta tal-PNR u r-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lil pajjiż terz biss abbażi ta' ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u t-terz pajjiż, fuq il-bażi ta' każ b'każ biss u jekk:

(-a) il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 7 ġew sodisfatti mutatis mutandis,

(a) jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ippreżentati fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI,

(a) jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ippreżentati fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI,

(b) it-trasferiment huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva speċifikata fl-Artikolu 1(2), u

(b) it-trasferiment huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva speċifikata fl-Artikolu 1(2), u

(c) it-tielet pajjiż jaqbel li jitrasferixxi d-dejta lil pajjiż terz ieħor fil-każ biss li huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) u biss bl-awtorizzazzjoni espressa tal-Istat Membru.

c) it-tielet pajjiż jiggarantixxi li huwa se juża d-dejta fil-każ biss li huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva kif speċifikat fl-Artikolu 1(2). It-trasferiment minn dan it-tielet pajjiż għal tielet pajjiż ieħor għandu jiġi pprojbit.

(d) il-pajjiż terz għandu jippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni, mingħajr xkiel, dewmien jew spejjeż eċċessivi, l-istess drittijiet ta' aċċess, rettifika, tħassir u kumpens fir-rigward ta' dejta tal-PNR bħal dawk li japplikaw fl-Unjoni,

(e) il-pajjiż terz jiżgura livell adegwat u komparabbli ta' protezzjoni għal dejta tal-PNR.

Ġustifikazzjoni

Id-dejta tal-PNR għandha tiġi trażmessa lil terzi pajjiżi biss jekk tiġi garantita protezzjoni adegwata tad-dejta.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tad-dejta tal-PNR lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, id-dejta għandha tinżamm fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ieħor ta' ħames snin. Matul dan il-perjodu, l-elementi kollha tad-dejta li jistgħu jservu biex jidentifikaw il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, għandhom jiġu moħbija. Din id-dejta tal-PNR anonimizzata għandha tkun aċċessibbli biss għal numru limitat ta' persunal tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri awtorizzata speċifikament sabiex twettaq analiżi tad-dejta tal-PNR u tiżviluppa kriterji tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 4(2)(c). Aċċess għad-dejta tal-PNR kollha għandu jkun permess biss mill-Kap tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskop tal-Artikolu 4(2)(b) u fejn jista' jkun maħsub raġonevolment li hemm bżonn li titwettaq investigazzjoni u bħala reazzjoni għal theddida jew riskju speċifiku u reali jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-ħażna tad-dejta tal-PNR kollha għal perjodi ta' żmien anki mingħajr suspett inizjali hija sproporzjonata. Il-qrati nazzjonali kostituzzjonali f'diversi deċiżjonijiet dwar iż-żamma tad-dejta fit-telekomunikazzjoni abbażi tad-direttiva 2006/24/KE, kif ukoll il-KEDB, fid-deċiżjoni tagħha dwar iż-żamma tal-kampjuni tad-DNA (S. and Marper vs UK) għamluha ċara u avżaw ukoll li l-effetti kumulattivi taż-żamma ta' tipi differenti ta' dejta jistgħu ikunu qrib il-limitu kostituzzjonali assolut. Is-Servizz Legali tal-Kunsill u l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE it-tnejn li huma ma ġewx konvinti dwar in-neċessità u l-proporzjonalità taż-żamma tad-dejta dwar il-passiġġieri.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR titħassar hekk kif jiskadi l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2. Dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn dejta tal-PNR speċifika ġiet trasferita lil awtorità kompetenti u li tintuża fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet kriminali speċifiċi, fejn iż-żamma ta' tali dejta mill-awtorità kompetenti għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR titħassar hekk kif jiskadi l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 1. Dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn dejta tal-PNR speċifika ġiet trasferita lil awtorità kompetenti u li tintuża fil-kuntest ta' investigazzjonijiet kriminali speċifiċi jew ta' azzjonijiet ta' prosekuzzjoni immirati lejn persuna partikolari jew lejn grupp partikolari ta' persuni, fejn iż-żamma ta' tali dejta mill-awtorità kompetenti għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

L-obbligu tat-tħassir tad-dejta wara ħames snin għandu jkun finali. L-eċċezzjoni provduta hawnhekk tagħmel sens, iżda għandu jiġi ċċarat li ż-żamma tad-dejta wara li jkunu għaddew ħames snin tista' tkun permessa biss f'każ ta' investigazzjonijiet kriminali dwar persuna partikolari jew dwar grupp partikolari ta' persuni. 'L-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet kriminali speċifiċi', li huma l-kliem użati fil-proposta tal-Kummissjoni, jistgħu jaffettwaw numru ta' persuni.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riżultat ta' tqabbil msemmi fl-Artikolu 4(2)(a) u (b) għandu jinżamm mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri sakemm biss ikun hemm bżonn li jiġu informati l-awtoritajiet kompetenti ta' tqabbil pożittiv. Meta, wara analiżi individwali ta' mezzi mhux awtomatizzati, ir-riżultat ta' operazzjoni ta' tqabbil awtomatizzat joħroġ negattiv, madankollu għandu jinħażen biex jiġi evitat tqabbil pożittiv 'falz' futuri għal perjodu massimu ta' tliet snin sakemm id-dejta sottostanti tkun għadha ma tħassritx skont il-paragrafu 3 sal-iskadenza ta' dawk il-ħames (5) snin, li f'dak il-każ ir-reġistru għandu jinżamm sakemm id-dejta sottostanti titħassar.

Ir-riżultat ta' tqabbil msemmi fl-Artikolu 4(2)(b) għandu jinżamm mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri sakemm biss ikun hemm bżonn li jiġu informati l-awtoritajiet kompetenti ta' tqabbil pożittiv. Meta, wara analiżi individwali ta' mezzi mhux awtomatizzati, ir-riżultat ta' operazzjoni ta' tqabbil awtomatizzat joħroġ negattiv, id-dejta sottostanti għandha tiġi korretta jew titħassar mid-database konċernata.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li penali dissważivi, effettivi u proporzjonali, inklużi penali finanzjarji, jiġu pprovduti kontra t-trasportaturi bl- li, ma jittrażmettux id-dejta meħtieġa taħt din id-Direttiva, sakemm tkun diġà nġabret mit-trasportaturi bl-, jew ma jagħmlux hekk fil-format meħtieġ jew jiksru b'mod ieħor id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li penali dissważivi, effettivi u proporzjonali, inklużi penali finanzjarji, jiġu pprovduti kontra t-trasportaturi bl-ajru li, ma jittrażmettux id-dejta meħtieġa taħt din id-Direttiva, sakemm tkun diġà nġabret mit-trasportaturi bl-ajru, jew ma jagħmlux hekk fil-format meħtieġ preskritt mil-linji gwida tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali dwar id-dejta tal-PNR jew jiksru b'mod ieħor id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. M'għandhomx jiġu imposti sanzjonijiet fuq it-trasportaturi bl-ajru meta l-awtoritajiet ta' tielet pajjiż ma jħalluhomx jittrasferixxu d-dejta tal-PNR.

Ġustifikazzjoni

Il-format mitlub għandu jkun format li kien hemm ftehim dwaru fid-dinja kollha u li huwa rikonoxxut mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (id-dokument 9944) u mill-Organizzjoni Dinjija Doganali.

Il-kjarifika hija meħtieġa għax il-leġiżlazzjoni dwar it-trasferiment tad-dejta hija differenti f'pajjiżi terzi.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li d-dispożizzjonijiet adottati taħt il-liġi nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI dwar il-kunfidenzjalità tal-ipproċessar u s-sigurtà tad-dejta għandhom japplikaw għall-ipproċessar kollu tad-dejta personali skont din id-Direttiva

2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li d-dispożizzjonijiet adottati taħt il-liġi nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI dwar il-kunfidenzjalità tal-ipproċessar u s-sigurtà tad-dejta għandhom japplikaw għall-ipproċessar kollu tad-dejta personali skont din id-Direttiva. It-trasportaturi bl-ajru li jakkwistaw iddettalji ta' kuntatt tal-passiġġieri mill-aġenziji tal-ivvjaġġar, m'għandhomx jiġu permessi li jużaw id-dettalji għal skopijiet kummerċjali.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Meta d-dispożizzjonijiet li ġew adottati skont il-liġi nazzjonali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE jipprovdu lill-passiġġier b'aktar drittijiet ta' aċċess, rettifika, kanċellazzjoni u imblokkar tad-dejta, għall-kompensazzjoni, rimedju ġudizzjarju, kunfidenzjalità tal-ipproċessar u sikurezza tad-dejta mid-dispożizzjonijiet li ġew referuti fil-paragrafi 1 u 2, għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Xi drittijiet ta' ċerti suġġetti tad-dejta huma indirizzati b'mod aktar adegwat fid-Direttiva 95/46/KE, b'mod partikolari, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni tas-suġġetti tad-dejta.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta tal-PNR li jiżvela l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna għandu jkun projbit. F'każ li dejta tal-PNR li tiżvela din l-informazzjoni tasal għand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħassar minnufih.

3. Kwalunkwe pproċessar minn Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' dejta tal-PNR li jiżvela l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna għandu jkun projbit. F'każ li dejta tal-PNR li tiżvela din l-informazzjoni tasal għand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħassar minnufih.

Ġustifikazzjoni

L-iskrinjar jew l-ipproċessar tal- PNR in konnessjoni mal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra, huma r-responsabbiltà tal-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, mhux tal-linji tal-ajru.

It-trasportaturi bl-ajru għandhom din l-informazzjoni, bil-mod kif tiġi provduta lilhom mill-passiġġieri.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR minn Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u t-talbiet kollha mill-awtoritajiet kompetenti jew Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, anke jekk irrifjutati, għandhom jiġu rreġistrati jew iddokumentati mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u l-awtoritajiet kompetenti għall-iskop tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awto-monitoraġġ u assigurazzjoni tal-integrità tad-dejta xierqa u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta, b'mod partikolari mill-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta. Dawn l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin sakemm id-dejta sottostanti għadha ma tħassritx skont l-Artikolu 9(3) mal-iskadenza ta' dawk l-istess ħames snin, u f'dak il-każ l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu sakemm titħassar id-dejta sottostanti.

4. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR minn Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u t-talbiet kollha mill-awtoritajiet kompetenti jew Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, anke jekk irrifjutati, għandhom jiġu rreġistrati jew iddokumentati mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u l-awtoritajiet kompetenti għall-iskop tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awto-monitoraġġ u assigurazzjoni tal-integrità tad-dejta xierqa u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta, b'mod partikolari mill-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta. Dawn l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin sakemm id-dejta sottostanti għadha ma tħassritx skont l-Artikolu 9(3) mal-iskadenza ta' dawk l-istess ħames snin, u f'dak il-każ l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu sakemm titħassar id-dejta sottostanti.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafru jirreferi għal dejta tal-PNR li ġiet trasferita lil Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, mhux id-dejta tal-PNR li hija miżmuma mit-trasportaturi bl-ajru.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Għandu japplika standard partikolarment għoli ta' sigurtà għall-protezzjoni tad-dejta kollha, li jikkunsidra l-aħħar żviluppi fid-diskussjonijiet professjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta u li jiġi aġġornat kontinwament biex jinkludi għarfien u perspettivi ġodda. Għandu jkun żgurat, li fid-deċiżjonijiet dwar l-istandards ta' sigurtà li għandhom jintużaw, il-perspettivi ekonomiċi jingħataw l-aktar l-aktar importanza sekondarja.

B'mod partikolari, għandu jiġi provdut l-użu ta' wieħed mill-metodi ta' "encryption" xieraq għall-istat attwali tat-teknoloġija li:

- jiżgura li ma jistgħux jintużaw sistemi ta' ipproċessar tad-dejta minn persuni mhux awtorizzati;

jiżgura li dawk awtorizzati li jużaw sistema tal-ipproċessar tad-dejta jkollhom aċċess biss għad-dejta li jkollhom l-awtorizzazzjoni għaliha u li d-dejta personali ma tkunx tista' tista' tinqara, tiġi kkopjata, tinbidel jew titneħħa bla permess waqt l-ipproċessar, l-użu u wara l-ħażna;

jiżgura li d-dejta personali, waqt it-trasferiment elettroniku jew waqt it-trasport tagħha jew il-ħżin tagħha fuq midja ta' ħażna tad-dejta, ma tkunx tista' tinqara, tiġi kkopjata, tinbidel jew titneħħa, u li jkun jista' jiġi sorveljat u determinat f'liema sitwazzjonijiet ikun previst it-trasferiment ta' dejta personali permezz tal-istabbiliment ta' trasferiment tad-dejta.

Għandu jkun żgurat li wieħed ikun jista' jissorvelja u jiddetermina posterjorment jekk id-dejta personali fis-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta nbidlitx jew tneħħietx u minn min.

Għandu jkun żgurat li d-dejta personali li tiġi proċessata fil-kuntratt tkun tista' tiġi proċessata biss skont l-istruzzjonijiet tal-klijent.

Għandu jkun żgurat li d-dejta personali għandha tkun protetta kontra d-destruzzjoni jew it-telf aċċidentali tagħha.

Għandu jkun żgurat li d-data miġbura għal skopijiet differenti tkun tista' tiġi proċessata b'mod separat.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi bl-, l-aġenti tagħhom jew bejjiegħa oħra tal-biljetti għall-ġarr ta' passiġġieri fuq servizz tal- javżaw il-passiġġieri ta' titjiriet internazzjonali, fil-ħin li jipprenotaw it-titjira u fil-ħin tal-akkwist tal-biljett, b'mod ċar u preċiż dwar il-provvista ta' dejta tal-PNR għall-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, l-iskopijiet tal-ipproċessar tagħhom, il-perjodu taż-żamma tad-dejta, l-użu possibbli tagħhom għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji, il-possibbiltà tal-iskambju u l-kondiviżjoni ta' din id-dejta u d-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta, b'mod partikolari d-dritt li jilmentaw ma' awtorità nazzjonali tas-sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta tal-għażla tagħhom. L-istess informazzjoni għandha tkun disponibbli mill-Istati Membri lill-pubbliku.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru, l-aġenti tagħhom jew bejjiegħa oħra tal-biljetti għall-ġarr ta' passiġġieri fuq servizz tal- javżaw il-passiġġieri ta' titjiriet internazzjonali, fil-ħin li jipprenotaw it-titjira u fil-ħin tal-akkwist tal-biljett, b'mod ċar u preċiż dwar il-provvista ta' dejta tal-PNR għall-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, l-iskopijiet tal-ipproċessar tagħhom, il-perjodu taż-żamma tad-dejta, l-użu possibbli tagħhom għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti transnazzjonali serji, il-possibbiltà tal-iskambju u l-kondiviżjoni ta' din id-dejta u d-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta, bħad-dritt għall-aċċess, għall-korrezzjoni,għat-tħassir u l-imblukkar tad-dejta, u d-dritt li jilmentaw ma' awtorità nazzjonali tas-sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta tal-għażla tagħhom. L-istess informazzjoni għandha tkun disponibbli mill-Istati Membri lill-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li jiġu ċċarati l-miżuri ta' protezzjoni ta' dejta personali.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

Spejjeż

Sal-...*, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-impatt finanzjarji ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jiffoka, b'mod partikolari, fuq l-ispejjeż magħmula mill-passiġġieri, mit-trasportaturi bl-ajru u mill-bejjiegħa tal-biljetti. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva bl-għan li tarmonizza s-separazzjoni tal-piż finanzjarju bejn l-awtoritajiet pubbliċi u t-trasportaturi bl-ajru fl-Unjoni kollha.

_____________

* ĠU : jekk jogħġbok inserixxi d-data: sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni tal-ispejjeż għandha tiġi indirizzata fir-Regolament.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jimxu ma' din id-Direttiva sa mhux iżjed tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet u skeda ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jimxu ma' din id-Direttiva sa mhux iżjed tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jagħmlu dan f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u mar-rekwiżiti tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet u skeda ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mad-data msemmija fl-Artikolu 15(1), jiġifieri sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar id-dejta tal-PNR ta' mill-inqas 30% tat-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1). Sa sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar id-dejta tal-PNR ta' mill-inqas 60 % tat-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn erba' snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 15, tinġabar id-dejta tal-PNR mit-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1).

imħassar

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) tanalizza l-vijabilità u ħtieġa li jiġu inklużi t-titjiriet interni fl-iskop ta' din id-Direttiva, fid-dawl tal-esperjenza miksuba minn dawk l-Istati Membri li jiġbru dejta tal-PNR dwar titjiriet interni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien sentejn mid-data msemmija fl-Artikolu 15(1);

imħassar

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iħejju sett ta' informazzjoni statistika dwar id-dejta tal-PNR mogħtija lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. Tali statistika għandha bħala minimu tkopri n-numru ta' identifikazzjonijiet ta' kwalunkwe persuna li tista' tkun involuta f'reat terroristiku jew f'delitti serji skont l-Artikolu 4(2) u n-numru ta' azzjonijiet sussegwenti tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu l-użu tad-dejta tal-PNR għal kull trasportatur bl- u destinazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom iħejju sett ta' informazzjoni statistika dwar id-dejta tal-PNR mogħtija lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. Tali statistika għandha bħala minimu tkopri n-numru ta' identifikazzjonijiet ta' kwalunkwe persuna li tista' tkun involuta f'reat terroristiku jew f'delitti transnazzjonali serji skont l-Artikolu 4(2) u n-numru ta' azzjonijiet sussegwenti tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu l-użu tad-dejta tal-PNR għal kull trasportatur bl-ajru u destinazzjoni.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Anness 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Kummenti ġenerali (inkluża l-informazzjoni kollha disponibbli fuq minuri mhux akkumpanjati taħt it-18-il sena, bħall-isem u s-sess tal-minuri, l-età, l-ilsien (ilsna) mitkellm(a), l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-kustodja mat-tluq u r-relazzjoni mal-minuri, l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-kustodja mal-wasla u r-relazzjoni mal-minuri, l-aġent tat-tluq u tal-wasla)

(12) l-informazzjoni kollha disponibbli fuq minuri akkumpanjati taħt it-18-il sena

PROĊEDURA

Titolu

L-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (UE-PNR)

Referenzi

COM(2011)0032 – C7-0039/2011 – 2011/0023(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.2.2011

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

14.2.2011

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Eva Lichtenberger

21.3.2011

Eżami fil-kumitat

11.7.2011

10.10.2011

21.11.2011

Data tal-adozzjoni

22.11.2011

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

15

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Philippe De Backer, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Michel Dantin, Dominique Riquet, Laurence J.A.J. Stassen, Sabine Wils

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Zalba Bidegain

PROĊEDURA

Titolu

L-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (UE-PNR)

Referenzi

COM(2011)0032 – C7-0039/2011 – 2011/0023(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.2.2011

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

14.2.2011

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Michael Cramer

17.3.2015

Data tal-adozzjoni

17.3.2015

Riżultat

Approvat fil-minuti

Membri preżenti

Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Karima Delli, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Bruno Gollnisch, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Tapardel, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Janusz Zemke

Sostituti preżenti

Ivo Belet, Rosa D'Amato, Daniel Dalton, Bas Eickhout, Kateřina Konečná, Werner Kuhn, Massimo Paolucci, Olga Sehnalová, Davor Škrlec, Patricija Šulin, Henna Virkkunen

(1)

Ara http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2011/11-03-25_PNR_EN.pdf

(2)

Ara http://fra.europa.eu/fraWebsite/attachments/FRA-PNR-Opinion-June2011.pdf

(3)

Ir-rapport tal-esperti ma ġiex pubblikat, iżda huwa aċċessibbli wkoll hawnhekk: http://gruen-digital.de/wp-content/uploads/2011/05/Gutachten-JD-Rat-PNR.pdf

(4)

Deċiżjoni Nru. 1258 tat-8 ta' Ottubru 2009, http://www.ccr.ro/decisions/pdf/ro/2009/D1258_09.pdf

(5)

Deċiżjoni tat-2 ta' Marzu 2010, 1 BvR 256/08, 1 BvR 263/08, 1 BvR 586/08, http://www.bundesverfassungsgericht.de/entscheidungen/rs20100302_1bvr025608.html.

PROĊEDURA

Titolu

L-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (UE-PNR)

Referenzi

COM(2011)0032 – C7-0039/2011 – 2011/0023(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.2.2011

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.2.2011

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

14.2.2011

TRAN

14.2.2011

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Timothy Kirkhope

15.7.2014

Data tal-adozzjoni

15.7.2015

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

26

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Iliana Iotova, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Vicky Maeijer, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Jeroen Lenaers, Artis Pabriks, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Esteban González Pons, Norbert Neuser

Data tat-tressiq

24.8.2015

REFERENZA LURA LILL-KUMITAT

Data tar-referenza lura lill-kumitat (Art. 60(3))

6.6.2014

Data ta' skadenza għar-rappurtar

0.0.0000

Rapporteur(s)

  Data tal-konferma/ħatra

Timothy Kirkhope

15.7.2014

Eżami fil-kumitat

11.11.2014

26.2.2015

26.5.2015

4.6.2015

Data tal-adozzjoni

15.7.2015

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

26

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Iliana Iotova, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Vicky Maeijer, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Jeroen Lenaers, Artis Pabriks, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Esteban González Pons, Norbert Neuser

Data tat-tressiq

24.8.2015

Avviż legali - Politika tal-privatezza