dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali
(COM(2014)0714 – C8‑0279/2014 – 2014/0338(COD))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Claude Moraes
(Proċedura semplifikata – Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014) 0714),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a) u (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8–0279/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(2) tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0251/2015),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
li tħassar ċerti atti fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (Acquis ta' Schengen)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 87(2)(a) u (c) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
(1) It-titjib fit-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għal tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li m’għadx għandhom skop jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li tinsab fis-seħħ.
(2) Għadd ta’ atti adottati fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, u li jappartjenu għall-acquis ta’ Schengen, ma għadhomx rilevanti minħabba n-natura temporanja tagħhom jew billi l-kontenut tagħhom kien trattat f'atti suċċessivi, minkejja li ma tħassrux.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (93)14(2) kellha l-għan li ttejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja prattika għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga għal każijiet biss ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni minn Stat Membru. Din id-Deċiżjoni saret obsoleta mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Assistenza Reċiproka fi kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(3) li tipprovdi għal koperazzjoni usa' fost l-Istati Membri fil-politika dwar id-drogi.
(4) Dikjarazzjoni tal-Kumitati Eżekuttivi SCH/Com-ex decl.13 rev 2(4) indirizzat is-sitwazzjonijiet ta' sekwestru ta' minuri jew it-teħid illegali ta' minuri minn wieħed mill-ġenituri mingħand il-persuna li lilha ingħata d-dritt tal-kustodja. Din id-Dikjarazzjoni saret obsoleta wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) u id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/115/UE(6) li jipprovdu regoli ġodda dwar il-verifika ta' minuri li jaqsmu l-fruntiera esterna u fir-rigward ta' attivitajiet korrispondenti tal-uffiċċji SIRENE.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (98) 52(7) adottat il-Manwal ta’ Schengen dwar il-koperazzjoni tal-pulizija transfruntiera li tassisti lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ operazzjonijiet transfruntiera. Din id-Deċiżjoni saret obsoleta wara li l-kontenut tal-manwal ġie inkluż fil-Katalogu aktar riċenti aġġornat ta’ rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-acquis ta’ Schengen u l-aħjar prattiki: il-koperazzjoni tal-pulizija, Manwal dwar l-operazzjonijiet transfruntiera u Compendium dwar l-uffiċjali ta’ kollegament tal-infurzar tal-liġi.
(5a)Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (99)11 Rev. 2(8) adottat ftehim dwar kooperazzjoni dwar reati tat-traffiku fit-triq.Dak il-ftehim ma ġiex konkluż biss bejn ċerti Stati Membri iżda wkoll ma’ żewġ pajjiżi terzi (l-Iżlanda u n-Norveġja).Għaldaqstant mhuwiex att intern tal-acquis ta’ Schengen.Barra minn hekk, qatt ma daħal fis-seħħ u ebda wieħed mill-Istati Membri ma għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 20(3) dwar l-applikazzjoni tal-ftehim bejn dawk l-Istati Membri li rratifikawh.Għalhekk, dan l-istrument ma għandu ebda rilevanza u għandu jitħassar.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/173/ĠAI(9) stipulat l-ambitu, l-organizzazzjoni, il-kordinazzjoni u l-proċeduri ddettaljati ta’ validazzjoni għal ċerti testijiet li għandhom l-għan li jivvalutaw jekk is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) hiex konformi mal-ħtiġijiet tekniċi u funzjonali kif definiti fl-istrumenti legali tas-SIS II. Din id-Deċiżjoni eżawrixxiet l-effett legali tiegħu ladarba s-SIS II bdiet tiffunzjona fid-9 ta’ April 2013.
(7) Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u taċ-ċarezza, għandhom jitħassru dawn id-Deċiżjonijiet u d-Dikjarazzjonijiet li huma obsoleti.
(8) Billi l-objettiv ta’ danir-Regolament, jiġifieri t-tħassir ta’ għadd ta’ atti tal-Unjoni li ma għadhomx applikabbli fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u li jappartjenu għall-acquis ta' schengen, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.
(9) F’konformità mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex ser tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ danir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.
(10) Danir-Regolamentjikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda qed tieħu sehem f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE(10).
(11) Wara n-notifika mir-Renju Unit fl-24 ta’ Lulju 2013 f’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 10(4) tal-Protokoll Nru 36 dwar dispożizzjonijiet transitorji, id-Deċiżjonijiet u d-Dikjarazzjonijiet imsemmijin hawn fuq li ma għadhomx applikabbliwaqfu milli japplikaw għar-Renju Unit mill-1 ta’ Diċembru 2014, skont it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) ta' dak il-Protokoll. Għalhekk ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.
(12) Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, danir-Regolamentjikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(11), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1▌ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE(12).
(13) Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(13), li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI(14).
(14) Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(15), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE(16) ,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Revoka ta’ atti li ma jkunux għadhom applikabbli
L-atti li ġejjin huma mħassra:
- Deċiżjoni SCH/Com-ex (93) 14 (ġlieda kontra t-traffikar tad-droga);
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f ' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
NOTA SPJEGATTIVA
Fil-kuntest tal-iskadenza tal-perjodu transitorju stabbilit fil-Protokoll 36 dwar dispożizzjonijiet transnazzjonali anness mat-Trattati, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-acquis ta' Schengen u tal-istrumenti legali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. Għadd ta' atti ġew identifikati bħala skaduti minħabba li l-kontenut tagħhom iddaħħal f'atti suċċessivi jew minħabba li kienu ta' natura temporanja.
Fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2003, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ftehmu dwar tnaqqis fil-volum u simplifikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inkluż permezz ta' tħassir ta' atti skaduti.
Abbażi tal-iskrining tagħha u bi qbil mal-impenji fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar ta' liġijiet u l-politika tagħha dwar l-Idoneità tar-Regolamentazzjoni(17), il-Kummissjoni ressqet proposta għal tħassir bħala skaduti ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (93) 14 (il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga) u (98) 52 (manwal tal-pulizija), Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (97) decl. 13 rev 2 (ħtif ta' minuri) u Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/173/ĠAI tat-18 ta' Frar 2008 dwar testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II).
Bi qbil mal-emendi korrispondenti proposti mill-Kunsill fl-Approċċ Ġenerali tiegħu u miftehma mal-Kummissjoni, ir-rapporteur jipproponi l-inklużjoni tal-lista tad-Deċiżjoni dwar l-atti mħassra tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (99) 11 rev 2 dwar il-Ftehim ta' Koperazzjoni fi proċeduri kontra reati ta' traffiku fit-triq. Ir-raġuni għar-revoka ta' din id-Deċiżjoni hija dovuta għall-fatt li dan il-ftehim qatt ma daħal fis-seħħ u ebda wieħed mill-Istati Membri ma għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 20(3) dwar l-applikazzjoni tal-ftehim bejn l-Istati li rratifikawh. Barra minn hekk, dan ma jistax jitqies bħala att intern tal-acquis ta' schengen billi ma ġiex konkluż biss bejn Stati Membri tal-UE iżda wkoll ma' żewġ Stati terzi (l-Iżlanda u n-Norveġja).
Fid-dawl tal-emendi proposti mill-Kunsill għal din il-proposta tal-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew, ir-rapporteur jipproponi li jinbidel it-tip ta' att minn 'deċiżjoni' għal 'regolament'. Bi qbil mal-Artikolu 288 TFUE, regolament huwa vinkolanti kollu kemm hu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha, u jservi aħjar l-iskop tal-proposta għal tħassir tal-atti meqjusa bħala skaduti.
Ir-rapporteur jissuġġerixxi wkoll bosta emendi bl-għan li jittejjeb l-abbozzar tal-att, inkluża żieda fit-titolu fejn jiġi speċifikat li l-atti mħassra kkonċernati jappartjenu lill-acquis ta' Schengen, u emendi li jadattaw il-premessi għall-pożizzjoni tar-Renju Unit wara l-iskadenza tal-perjodu transitorju stabbilit fil-Protokoll Nru 36 tat-Trattati.
PROĊEDURA
Titolu
Li tħassar ċerti atti fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-14 ta' Diċembru 1993 dwar it-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja prattika fil-ġlieda kontra t-traffikar ta’ droga (SCH/Com-ex (93) 14) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 427)
Il-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000, stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3) u il-Protokoll mal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka fi kwistjonijiet kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (ĠU C 326 21.11.2001, p. 1).
Id-Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tad-9 ta' Frar 1998 dwar is-sekwestru ta’ minuri (SCH/Com-ex (97) decl. 13 rev 2) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 436),
Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/115/UE tas-26 ta’ Frar 2013 dwar il-Manwal SIRENE u miżuri ta' implimentazzjoni oħra għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 71, 14.3.2013, p. 1).
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Diċembru 1998 dwar il-Manwal dwar il-koperazzjoni transfruntiera tal-pulizija (SCH/Com-ex (98) 52) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 408).
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ Diċembru 1999 dwar il-Ftehim ta’ Koperazzjoni fi proċeduri kontra reati ta’ traffiku fit-triq (SCH/Com-ex (99)11 Rev. 2) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 428).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/173/ĠAI tat-18 ta' Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (ĠU L 57, 1.3.2008, p. 14).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-koperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2014 dwar "Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT)" Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi" (COM(2014) 368 finali, 18.6.2014.