RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Tuneżija, min-naħa l-oħra, rigward Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni

17.9.2015 - (16160/2014 – C8-0080/2015 – 2014/0118(NLE)) - ***

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Pier Antonio Panzeri

Proċedura : 2014/0118(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0254/2015
Testi mressqa :
A8-0254/2015
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni

(16160/2014 – C8-0080/2015 – 2014/0118(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16160/2014),

–       wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni (16159/2014),

–       wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0080/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0254/2015),

1.      Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tat-Tuneżija.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-Tuneżija kienet in-nieqa tar-Rebbiegħa Għarbija. S'issa, hija l-uniku pajjiż fir-reġjun MENA li kellu suċċess f'dan l-esperiment soċjali u politiku. Is-suċċess tat-Tuneżija fit-tranżizzjoni lejn id-demokrazija se jiddependi fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha fil-futur. It-Tuneżija għandha potenzjal sinifikanti ta' tkabbir fit-tul. L-implimentazzjoni tar-riformi mistennija, flimkien mal-assi eżistenti bħar-riżorsi umani u l-ekonomija miftuħa tagħha, se jilliberaw dan il-potenzjal, u b'hekk tingħata spinta lill-ekonomija tagħha b'mod aktar sostenibbli u inklużiv. Fis-snin riċenti, l-ekonomija Tuneżina marret lura ħafna, kemm fil-livell domestiku kif ukoll fl-arena internazzjonali, b'mod speċjali fir-rigward tal-kummerċ tagħha mal-Ewropa, li għadha l-imsieħba ewlenija tagħha. Għalhekk, huwa importanti li l-kwistjoni Tuneżina ssir prijorità tal-UE, fejn l-UE tagħmel impenji ekonomiċi u ta' investiment konkreti bl-għan li tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni fraġli tal-pajjiż lejn id-demokrazija, filwaqt li tkun konxja mill-fatt li s-suċċess tal-esperiment Tuneżin huwa fl-interess tar-reġjun kollu u tal-UE. Għalhekk, il-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-programmi tal-UE għandha titqies minn dan il-lat. B'mod partikolari, il-kontribuzzjoni finanzjarja tat-Tuneżija (ara l-Artikolu 2) għandha tkun kemm jista' jkun baxxa, f'konformità mat-tnaqqis mogħti lill-pajjiżi l-oħrajn tal-viċinat, bħall-Ukraina. L-UE għandha żżid ukoll il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni universitarja, l-edukazzjoni ġenerali, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, permezz ta' programmi bħall-Erasmus+, u programmi oħrajn immirati biex jiżviluppaw il-kuntatti "bejn il-persuni". It-Tuneżija għandha tingħata wkoll l-opportunità li tissieħeb fil-missjonijiet u l-attivitajiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tal-Ewropa.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

60

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Michael Gahler, Richard Howitt, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Kati Piri, Andrej Plenković, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Alyn Smith, Jaromír Štětina, Charles Tannock, Eleni Theocharous, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ryszard Czarnecki, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Cătălin Sorin Ivan, Marek Jurek, Antonio López-Istúriz White, Urmas Paet, Jean-Luc Schaffhauser, György Schöpflin, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Paavo Väyrynen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Liisa Jaakonsaari, Claudiu Ciprian Tănăsescu