RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva 76/621/KEE tal-Kunsill dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament (KE) Nru. 320/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor
18.9.2015 - (COM(2015)0174 – C8-0101/2015 – 2015/0090(COD)) - ***I
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur (għal opinjoni): Czesław Adam Siekierski
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva 76/621/KEE tal-Kunsill dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament (KE) Nru. 320/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor
(COM(2015)0174 – C8-0101/2015 – 2015/0090(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0174),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0101/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tas-7 ta' Settembru 2015 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0255/2015),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114 tiegħu, |
Ġustifikazzjoni | |
Iż-żieda tar-referenza għall-Artikolu 114 TFUE hi magħmula għal konsistenza mal-bażi ġuridika doppja (Politika dwar l-Agrikoltura u s-Suq Intern) użata għall-adozzjoni tad-Direttiva 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet. |
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
Is-Sur Czesław Adam Siekierski
President
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
BRUSSELL
Suġġett: Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal Regolament li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor (COM(2015)0174 – C8-0101/2015 – 2015/0090(COD))
Għażiż Sur President,
Bl-ittra tal-15 ta' Lulju 2015, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI), skont l-Artikolu 39(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, għal opinjoni dwar kemm hi xierqa l-bażi ġuridika tal-proposta msemmija hawn fuq.
Il-bażi ġuridika proposta mill-Kummissjoni tikkonsisti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 TFUE, li tirrigwarda l-applikazzjoni ta' regoli ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli, u l-Artikolu 43(2) TFUE, li jipprovdi għall-istabiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli.
Il-Kumitat AGRI qed jitlob opinjoni dwar jekk ikunx xieraq li jiżdied l-Artikolu 114 TFUE, rigward l-approssimazzjoni ta' liġijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, mal-bażi ġuridika msemmija hawn fuq. Dan l-iżvilupp ma jmissx il-bażi ġuridika oriġinali tar-Regolament propost, biż-żieda biss tal-Artikolu 114 TFUE bħala t-tielet bażi ġuridika.
I. Sfond
Il-proposta għandha l-għan li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 320/2006 dwar il-Politika Agrikola Komuni, li huma bbażati fl-Artikoli 42 u 43(2) TFUE.
Ċerti atti legali adottati tul l-aħħar għexieren ta' snin ma għadhomx rilevanti, jew għaliex il-kontenut taghom ittieħed f'atti sussegwenti, jew minħabba n-natura temporanja tagħhom.
Bi qbil mal-ftehim inter-istituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, il-liġi tal-Unjoni għandha tiġi aġġornata u mqassra billi jitneħħew l-atti li ma għadhomx japplikaw, dan sabiex titjieb it-trasparenza u ċ-ċertezza.
Skont il-proposta tal-Kummissjoni, mhuwiex fl-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tiddikjara l-atti li ġew adottati mill-Kunsill bħala atti li ma għadhomx validi. Għalhekk l-atti elenkati fil-proposta għandhom jiġu revokati mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew wara proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Abbozz ta' rapport tressaq quddiem il-Kumitat AGRI fit-23 ta' Ġunju 2015, bil-għan li jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-abrogazzjoni taż-żewġ atti li ma għadhomx validi.[1] Ir-rapporteur, is-Sur Czesław Adam Siekierski, sussegwentement (l-24 ta' Lulju 2015) ressaq emenda bil-għan li jinkludi referenza għall-Artikolu 114 TFUE "għal konsistenza mal-bażi ġuridika doppja (politika dwar l-Agrikoltura u s-Suq Intern) wżata għall-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet".[2]
F'ittra tas-7 ta' Settembru 2015, indirizzata lir-rapporteur, il-Kumitat Speċjali tal-Kunsill dwar l-Agrikoltura (KSA) ikkonferma li se japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.[3]
II. Artikoli Rilevanti mit-Trattati
L-Artikoli li ġejjin dwar it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, taħt it-Titolu III dwar "l-Agrikoltura u s-Sajd" tat-Tielet Taqsima tat-TFUE, msemmija Politika u Azzjonijiet Interni tal-Unjoni, qed jiġu sottomessi bħala l-bażi ġuridika fil-proposta tal-Kummissjoni (enfasi miżjuda):
Artikolu 42 TFUE
(eks Artikolu 36 TKE)
Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu relatat mar-regoli dwar il-kompetizzjoni għandu japplika għall-produzzjoni ta' u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli biss safejn jista' jiġi deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 43(2) u bi qbil mal-proċedura stipulata fih, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 39.
[...]
Artikolu 43
(eks Artikolu 37 TKE)
1. [...]
2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli stipulati fl-Artikolu 40(1) u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn li huma meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika agrikola komuni u tal-politika komuni tas-sajd.
[...]
III - Il-bażi ġuridika proposta
Il-Kumitat AGRI qed jitlob opinjoni dwar jekk hux xieraq li jiżdied l-Artikolu 114 TFUE mal-bażi ġuridika eżistenti li jaqra kif ġej (enfasi miżjuda):
Artikolu 114
(eks Artikolu 95 TKE)
1. Ħlief fejn provdut xort'oħra fit-Trattati, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.
[...]
IV. Każistika
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja "l-għażla tal-bażi legali ta' miżura Komunitarja għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att".[4] L-għażla ta' bażi ġuridika żbaljata tista' għaldaqstant tiġġustifika t-tħassir tal-att inkwistjoni.
Bi prinċipju, miżura għandha tissejjes fuq bażi legali unika. Madankollu tista' tintuża bażi legali doppja, fejn miżura tfittex li tikseb objettivi differenti fl-istess ħin jew għandha bosta elementi marbutin, mingħajr l-ebda waħda minnhomm ma tkun sekondarja u indiretta fir-rigward tal-oħra.[5] B'żieda ma' dan, il-proċeduri stipulati f'kul bażi legali għall-adozzjoni tal-miżura msemmija, ma għandhomx ikunu inkompatibbli ma' xulxin.[6]
V. L-għan u l-kontenut tar-regolament propost
Il-proposta għandha l-għan li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 320/2006,[7] li eżarew l-effetti prattiċi kollha tagħhom u li jibqgħu fis-seħħ fl-isem biss.
Skont il-premessa 1 tal-proposta, iż-żieda tat-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni, permezz inter alia, it-tneħħija "minn leġiżlazzjoni attiva ta' dawk l-atti li ma fadlilhomx effett reali", tikkostitwixxi element essenzjali tal-istrateġija għal tfassil ta' liġi aħjar implimentat mill-istituzzjonijiet.
IL-kontenut tad-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE ġie inkorporat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1881/2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel.[8] Barra minn hekk, l-iskema temporanja stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 320/2006 kienet tapplika biss sas-sena kummerċjali 2009/2010 (Premessa 2).
B'riżultat ta' dan, l-atti legali msemmija hawn fuq relatati mal-politika agrikola komuni ma għadhomx japplikaw, minkejja li formalment ikunu għadhom fis-seħħ u għalhekk għandha titħassar għal raġunijiet ta' sigurtà u ċarezza legali (Premessa 3 u l-Artikolu 1).
VI. Analiżi u Determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa
L-għan u l-kontenut tar-regolament propost jikkonsisti fis-sempliċi tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 320/2006.[9]
B'mod speċifiku, iż-żewġ atti m'għadhomx japplikaw peress li l-kontenut tad-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE ġie inkorporat fir-Regolament suċċessiv 1881/2006 billi r-Regolament tal-Kunsill Nru. 320/2006 stabilixxa biss skema temporanja li m'għadhiex applikabbli.
Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE ġiet adottata skont l-Artikoli 43 u 100 tat-Trattat KEE li attwalment jikkorrispondi għall-Artikoli 43 u 114 TFUE reispettivament, billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) nru. 320/2006 kienet ibbażata fuq l-Artikolu 36 u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(2) tat-Trattat tal-KE, li attwalment jikkorrispondi għall-Artikoli 42 u 43(2) TFUE rispettivament.
Kif ikkonfermat fin-nota tas-Servizz Legali dwar il-bażi ġuridika tal-proposta ta' Regolament (enfasi miżjuda):
'Għalhekk hemm traċċa tal-bażi ġuridika tas-suq intern f'wieħed miż-żewġ atti li qegħdin jitħassru. Anke jekk jista' jiġi argumentat illi fit-tħassir ġenerali, il-parti li tikkonċerna s-suq intern hi biss aċċidentali, madankollu tidher li tikkonforma mal-prattika użwali għal bażi ġuridika għat-tħassir ta' atti biex tl-Artikolu 114 jiżdied mal-bażi ġuridika.[10]
Barra minn hekk, peress li ż-żewġ Artikoli 43(2) TFUE u 114 TFUE, jistipulaw il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ma teżisti l-ebda inkompatibilità ta' proċedura f'dan il-każ.
VII. Konklużjoni u rakkomandazzjoni
Fid-dawl ta' din l-analiżi, peress li ż-żewġ atti proposti għat-tħassir jaqgħu fil-qasam tal-politika agrikola komuni u d-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE hi wkoll ibbażata fuq dak li attwalment jikkorrispondi għall-Artikolu 114 TFUE, il-bażi tas-suq intern għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114 TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika tal-proposta għal Regolament li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor.
Fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Settembru 2015, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali b'konsegwenza ddeċieda b'mod unanimu[11], li jirrakkomanda lill-Kumitat dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali li jinkludi l-Artikolu 114 TFUE flimkien mal-Artikoli 42 u 43(2) fil-bażi ġuridika.
Dejjem tiegħek,
Pavel Svoboda
PROĊEDURA
Titolu |
L-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u l-istabbiliment ta’ skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor |
||||
Referenzi |
COM(2015)0174 – C8-0101/2015 – 2015/0090(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
22.4.2015 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 27.4.2015 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 27.4.2015 |
INTA 27.4.2015 |
JURI 27.4.2015 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
DEVE 20.5.2015 |
INTA 6.5.2015 |
JURI 22.6.2015 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Czesław Adam Siekierski 5.5.2015 |
|
|
|
|
Bażi legali kkontestata Data tal-opinjoni tal-JURI |
JURI 15.9.2015 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
15.9.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Paul Brannen, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Jordi Sebastià, Lidia Senra Rodríguez, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Franc Bogovič, Angélique Delahaye, Jean-Paul Denanot, Maria Heubuch, Norbert Lins, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer-Pierik, Alyn Smith, Hannu Takkula, Ramón Luis Valcárcel Siso |
||||
Data tat-tressiq |
18.9.2015 |
||||
- [1] PE560.619v01-00.
- [2] PE565.051v01-00.
- [3] Ara l-ittra tal-KSA lir-rapporteur is-Sur Siekierski tas-7 ta' Settembru 2015 (SGS15/10567).
- [4] Kawża C-45/86, Kummissjoni vs. il-Kunsill (Skema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi) [1987] ECR 1439, para. 5; Kawża C-440/05, Kummissjoni vs. il-Kunsill [2007] E.C.R. I-9097; Kawża C-411/06, Kummissjoni vs. Parlament u l-Kunsill [2009] ECR I-7585.
- [5] Kawża C411/06 Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill [2009] ECR I-07585, paragrafu 47.
- [6] Kawża C-300/89 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill ("Diossidu tat-Titanju") [1991] ECR I-2867, paragrafi 17-25.
- [7] ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.
- [8] ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
- [9] ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.
- [10] SJ-0446/15.
- [11] Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Pavel Svoboda (President), Jean-Marie Cavada, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Axel Voss (Viċi President), Jytte Guteland (rapporteur), Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Daniel Buda, Therese Comodini Cachia, Angel Dzhambazki, Laura Ferrara, Enrico Gasbarra, Heidi Hautala, Sajjad Karim, Dietmar Köster, Stefano Maullu, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Tadeusz Zwiefka,Verónica Lope Fontagné (għal Rosa Estaràs Ferragut skont l-Artikolu 200(2)), u Dominique Martin (għal Gilles Lebreton skont l-Artikolu 200(2)).