RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (Kodifikazzjoni)
21.9.2015 - (COM(2014)0667 – C8-0232/2014 – 2014/0309(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Heidi Hautala
(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (Kodifikazzjoni)
(COM(2014)0667 – C8-0232/2014 – 2014/0309(COD))
Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0667),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0232/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0256/2015),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
|
Brussell, 16 Diċembru 2014
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea
COM(2014)0667 tat-28.10.2014 – 2014/0309(COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-26 ta' Frar 2015 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami, fost oħrajn, tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.
Waqt dik il-laqgħa[2], sar eżami tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, li wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda, bi qbil komuni, li l-proposta hija kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bdil fis-sustanza tagħhom.
PROĊEDURA
Titolu |
Protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) |
||||
Referenzi |
COM(2014)0667 – C8-0232/2014 – 2014/0309(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
28.10.2014 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 28.1.2015 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Heidi Hautala 1.7.2015 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
15.9.2015 |
|
|
|
|
Data tat-tressiq |
22.9.2015 |
||||