Proċedura : 2014/0305(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0257/2015

Testi mressqa :

A8-0257/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2016 - 6.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0206

RAPPORT     ***I
PDF 735kWORD 80k
21.9.2015
PE 560.912v01-00 A8-0257/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni)

(COM(2014)0660 – C8-0229/2014 – 2014/0305(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Heidi Hautala

(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_COD_Codification

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni)

(COM(2014)0660 – C8-0229/2014 – 2014/0305(COD))

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0660),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0229/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014(1),

–       wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(2),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0257/2015),

A.     billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 13 Jannar 2015

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea

COM(2014)660 of 27.10.2014 – 2014/0305(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġislattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa' fit-13 ta' Novembru 2014 bl-għan li jeżamina, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

F'dik il-laqgħa(3), eżami tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, li rettifika għandha tiġi ppubblikata fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009. Fid-diċitura attwali ta' dak is-subparagrafu, il-kelma "produttur" għandha titħassar. B'konsegwenza ta' dik il-korrezzjoni meħtieġa, id-diċitura tas-subparagrafu msemmi tinqara skont is-segwenti: "Għall-iskop ta' dan il-paragrafu, wieħed għandu jitqies li jikkontrolla lill-ieħor meta tal-ewwel ikun legalment jew operattivament f'qagħda li jeżerċita kontroll jew direzzjoni fuq it-tieni."

B'konsegwenza ta' dan, l-eżami tal-proposta ppermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil ġenerali, li l-proposta hija kodifikazzjoni sempliċi ta' testi attwali, mingħajr tibdil sostanzjali.

F. DREXLER                        H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                            Ġurikonsult                            Direttur Ġenerali

PROĊEDURA

Titolu

Protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE (Kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2014)0660 – C8-0229/2014 – 2014/0305(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.10.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

12.11.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Heidi Hautala

1.7.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

15.9.2015

 

 

 

Data tat-tressiq

22.9.2015

(1)

ĠU C 230, 14.7.2015, p. 129.

(2)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

(3)

              Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.

Avviż legali - Politika tal-privatezza