RAPPORT     ***I
PDF 350kWORD 631k
29.9.2015
PE 546.598v02-00 A8-0270/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 fir-rigward tat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq

(COM(2014)0028 – C8‑0027/2014 – 2014/0012(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Albert Deß

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 fir-rigward tat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq

(COM(2014)0028 – C8‑0027/2014 – 2014/0012(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0028),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0027/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' April 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0270/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Il-problema tat-tniġġis tal-arja u l-impatti tal-klima tat-traffiku tat-triq hija kwistjoni kbira u kumplessa. Sabiex jiġi garantit approċċ komprensiv fir-rigward tal-emissjonijiet mit-toroq għandu jiġi żgurat li l-bidliet leġiżlattivi ż-żgħar, li jistgħu joħolqu kunflitti mal-objettivi ta' leġiżlazzjoni oħra u li jista' jkollhom implikazzjonijiet sproporzjonati għall-kompetizzjoni bejn dawk il-manifatturi li jikkonformaw, jiġu evitati.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Għalkemm l-emissjonijiet tal-metan mhumiex magħrufa li għandhom effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, il-metan huwa gass b'saħħtu li jikkawża l-effett serra. Għaldaqstant, b'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6)2 u mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta' emissjonijiet tal-metan fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta' CO2.

(2) Għalkemm l-emissjonijiet tal-metan mhumiex magħrufa li għandhom effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, il-metan huwa gass b'saħħtu li jikkawża l-effett serra u huwa prekursur sinifikanti tal-ożonu. Għaldaqstant, b'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6)2 u mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta' emissjonijiet tal-metan fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta' CO2, għal perjodu ta' wara l-2020, wara li twettaq valutazzjoni tal-impatt ċara u dettaljata li tevalwa l-konverżjoni xierqa tal-emissjonijiet tal-metan f'CO2 u l-fattibilità tagħha fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi tax-xogħol ħafif u tal-passiġġieri.

____________________

____________________

2 ĠU C 182, 19.7.2008, p. 17.

2 ĠU C 182, 19.7.2008, p. 17.

3 Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

3 Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex l-introduzzjoni ta' vetturi tal-gass naturali tkun aktar faċli, il-limitu attwali tat-total tal-emissjonijiet ta' idrokarburi (THC) għandu jiżdied u l-effett tal-emissjonijiet tal-metan għandu jitqies u jkun espress bħala ekwivalenti ta' CO2 għal skopijiet regolatorji u tal-informazzjoni għall-konsumatur.

(3) Sabiex issir valutazzjoni ta' vetturi tal-gass naturali u tal-petrol skont standards ugwali, f'dak li jikkonċerna l-emissjonijiet, il-limitu attwali tat-total tal-emissjonijiet ta' idrokarburi (THC) għandu jiġi rieżaminat abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt ċara u dettaljata u l-effett tal-emissjonijiet tal-metan għandu jiġi kkunsidrat li huwa meqjus u espress bħala ekwivalenti ta' CO2.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-proċedura tat-test li tipprovdi l-bażi għar-regolamenti dwar l-emissjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE għandha tirrifletti r-rati tal-emissjoni osservati f'kundizzjonijiet tas-sewqan reali. Għalhekk, is-sistemi ta' kontroll tal-emissjoni u ċ-ċikli tat-test għandhom jitfasslu f'kundizzjonijiet tas-sewqan reali, speċjalment f'żoni urbani fejn il-kundizzjonijiet tas-sewqan ivarjaw.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-vetturi diżil moderni jemettu ammonti għoljin, u li qegħdin dejjem jikbru, ta' NO2 bħala sehem mill-emissjonijiet totali ta' NOx li ma kinux antiċipati meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-parti l-kbira tal-problemi fil-kwalità tal-arja fiż-żoni urbani affettwati jidhru li huma relatati mal-emissjonijiet diretti tal-NO2. Għaldaqstant, għandu jiġi introdott limitu xieraq tal-emissjonijiet.

(4) Il-vetturi diżil moderni jemettu ammonti għoljin, u li qegħdin dejjem jikbru, ta' NO2 bħala sehem mill-emissjonijiet totali ta' NOx li ma kinux antiċipati meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-parti l-kbira tal-problemi fil-kwalità tal-arja fiż-żoni urbani affettwati jidhru li huma relatati mal-emissjonijiet diretti tal-NO2. Il-Kummissjoni, wara valutazzjoni dettaljata u bir-reqqa, għandha tikkunsidra, għaldaqstant, jekk miżuri leġiżlattivi li jistabbilixxu limiti separati għall-NO2, flimkien mal-emissjonijiet eżistenti tal-NOx, jew limiti tal-emissjonijiet ġodda tal-NOx humiex meħtieġa.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Bħalissa l-limiti ta' emissjonijiet għall-CO u għat-total ta' idrokarburi (THC) wara startjatura kiesħa f'temperatura baxxa ttieħdu mir-rekwiżiti tal-Euro 3 stabbiliti fid-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4, li jidhru li huma skaduti fid-dawl tat-teknoloġija tal-vetturi eżistenti u l-ħtiġijiet tal-kwalità tal-arja. Barra minn hekk, il-problemi fil-kwalità tal-arja u r-riżultati tal-kejl tal-emissjonijiet tal-vetturi jissuġġerixxu l-ħtieġa li jiġi introdott limitu xieraq tal-emissjonijiet tal-NOx/NO2. Għaldaqstant, il-limiti għall-emissjonijiet riveduti għandhom jiġu introdotti skont l-Artikolu 14(5) tar- Regolament (KE) Nru 715/2007.

(5) Bħalissa l-limiti ta' emissjonijiet għall-CO u għat-total ta' idrokarburi (THC) wara startjatura kiesħa f'temperatura baxxa ttieħdu mir-rekwiżiti tal-Euro 3 stabbiliti fid-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4, li jidhru li huma skaduti fid-dawl tat-teknoloġija tal-vetturi eżistenti u l-kwalità tal-arja ottimali meħtieġa biex is-saħħa pubblika ma titqigħedx fil-periklu. Barra minn hekk, il-problemi fil-kwalità tal-arja u r-riżultati tal-kejl tal-emissjonijiet tal-vetturi jissuġġerixxu l-ħtieġa li jiġi introdott limitu xieraq tal-emissjonijiet tal-NOx/NO2. Għaldaqstant, għandhom jiġu introdotti limiti għall-emissjonijiet, inkluż fir-rigward ta' vetturi diżil moderni, riveduti b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

__________________

__________________

4 Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis tal-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1).

4 Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis tal-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-limitu tal-emissjonijiet stabbilit għall-NH3 fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huwa rekwiżit imfassal biex jillimita t-tisfija tal-ammonja mill-NOx wara t-teknoloġiji tat-trattament li jużaw reaġent tal-urea għar-reduzzjoni tal-NOx. Għalhekk l-applikazzjoni tal-valur limitu tal-NH3 għandu jiġi applikat biss għal dawk it-teknoloġiji u mhux għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs (positive ignition).

imħassar

_____________

 

5 Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-potenzjal li jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil, u għalhekk l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu u tal-gassijiet b'effett ta' serra permezz tas-sewqan effiċjenti, l-hekk imsejjaħ "sewqan ekoloġiku", mhux qed jiġi sfruttat biżżejjed. Dan hu l-każ prinċipalment minħabba nuqqas ta' informazzjoni jew għarfien min-naħa tas-sewwieqa dwar kif jistgħu jsuqu b'mod effiċjenti. Il-mezzi tekniċi biex jiġi aġevolat is-sewqan ekoloġiku huma ffukati fuq żewġ tipi ta' sistemi abbord il-vettura: l-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil u l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet. Barra minn hekk, l-installazzjoni obbligatorja tal-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil ma tpoġġix piż sostanzjali fuq il-manifatturi tal-vetturi. Huwa għaldaqstant xieraq, wara l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja dan ir-Regolament, li l-Kummissjoni tintroduċi arloġġi tal-konsum tal-fjuwil obbligatorji għall-vetturi ta' xogħol ħafif u heavy duty billi temenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament (KE) Nru 595/2009. Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra testendi l-installazzjoni obbligatorja tal-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet mill-karozzi tal-passiġġieri biss għall-vetturi kollha ta' xogħol ħafif u heavy duty.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE rigward il-kwalità tal-arja u biex jiġi żgurat sforz kontinwu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jkun delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b'massa ta' referenza li taqbeż it-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx il-5 000 kg, il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip, ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontrol tal-emissjonijiet, il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur biex jipprovdi aċċess standardizzat u mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, is-sostituzzjoni tal-informazzjoni dwar il-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċertifikat tal-konformità b'informazzjoni dwar il-massa totali ta' ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' CO2, iż-żieda jew it-tneħħija tal-valur limitu tat-total ta' emissjonijiet ta' idrokarburi għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs, l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bl-iskop ta' kkalibrar mill-ġdid valuri limitu bbażati fuq il-massa ta' partikulati u l-introduzzjoni ta' valuri limitu ta' partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri tal-massa tal-limiti għall-petrol u d-diżil, l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl rivedut għal partikulati u valur limitu tan-numru tal-partikula, valur limitu għall-emissjonijiet ta' NO2 u limiti għall-emissjonijiet minn mal-pajp tal-egżost f'temperaturi kesħin għal vetturi approvati bħala konformi mal-limiti tal-emissjoni Euro 6. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simulta nja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE rigward il-kwalità tal-arja, kif stipulat bl-Istandards tal-Kwalità tal-Arja u bid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u biex jiġi żgurat sforz kontinwu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx il-5 000 kg, il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip, ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni li jnaqqas l-effikaċja tas-sistemi ta' kontrol tal-emissjonijiet, il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur biex jipprovdi aċċess standardizzat u mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bl-iskop ta' kkalibrar mill-ġdid valuri limitu bbażati fuq il-massa ta' partikulati u l-introduzzjoni ta' valuri limitu ta' partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri tal-massa tal-limiti għall-petrol u d-diżil. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Wara l-pubblikazzjoni tal-atti ddelegati skont it-tieni subparagrafu u fuq talba tal-manifattur, dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx il-5 000 kg.

2. Wara l-pubblikazzjoni tal-atti ddelegati skont it-tieni subparagrafu u fuq talba tal-manifattur, dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima mogħbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx il-5 000 kg.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 14a dwar ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx is-7 500 kg. L-atti delegati għandhom jiżguraw b'mod partikolari li fit-testijiet tad-dinamometru tax-xażi, il-massa operattiva attwali tal-vettura tkun ikkunsidrata kif xieraq għad-determinazzjoni tal-inerzja ekwivalenti kif ukoll ta' parametri awtomatiċi oħra tal-potenza u tat-tagħbija.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 14a dwar ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-7 500 kg. L-atti delegati għandhom jiżguraw b'mod partikolari li fit-testijiet tad-dinamometru tax-xażi, il-massa operattiva attwali tal-vettura tkun ikkunsidrata kif xieraq għad-determinazzjoni tal-inerzja ekwivalenti kif ukoll parametri awtomatiċi oħra tal-potenza u tat-tagħbija.

____________________

____________________

*ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

*ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a. Il-manifattur għandu jgħammar lill-kategoriji kollha tal-vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'arloġġi tal-konsum tal-fjuwil skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament."

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fl-Artikolu 5(3), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ea) it-tagħmir ta' arloġġi tal-konsum tal-fjuwil li jipprovdu lis-sewwieq b'informazzjoni preċiża, viżibbli b'mod permanenti dwar il-konsum tal-fjuwil reali tal-vettura, inkluż tal-inqas id-data li ġejja: il-konsum istantanju tal-fjuwil (l/100 km jew mpg), il-medja tal-konsum tal-fjuwil (l/100 km jew mpg), il-konsum tal-fjuwil bil-magna mhux ingranata (l/siegħa jew m/siegħa), u stima ta' kemm tista' tkopri distanza l-vettura abbażi tal-livell tal-fjuwil attwali;"

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Fl-Artikolu 5(3), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ia) fattur ta' konformità, li jirrappreżenta l-proporzjon tal-livell massimu ta' emissjonijiet ta' ċerta sustanza li tniġġes imkejjel f'kundizzjonijiet tad-dinja reali għal-limitu regolatorju Euro 6 għal dik l-istess sustanza li tniġġes, li għandu jkun stabbilit għall-valur minimu possibbli;"

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) Fl-Artikolu 5(3), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"Il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-31 ta' Diċembru 2016, att delegat sabiex tissupplimenta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1a u l-punt (ea) ta' dan il-paragrafu. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tipi ġodda ta' vetturi li ma jikkonformawx ma' dawk ir-rekwiżiti. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2019, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta' vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma' dawk ir-rekwiżiti, jikkunsidraw li ċ-ċertifikati ta' konformità m'għadhomx aktar validi u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' tali vetturi."

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – subpunt a

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr ma jitbaxxa l-livell ta' ħarsien ambjentali fi ħdan l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a dwar:

1. Mingħajr ma jitbaxxa l-livell ta' ħarsien ambjentali fi ħdan l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġiżlattivi dwar:

a) is-sostituzzjoni tal-informazzjoni dwar il-massa tal-emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE bl-informazzjoni dwar it-total tal-massa tal-ekwivalenti tal-emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet ta' metan, li għandu jkun it-total tal-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet ta' metan, espressi bħala massa ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' CO2 fir-rigward tal-effetti tal-gass serra.

(a) ir-rieżami tal-informazzjoni dwar il-massa tal-emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE, fil-qafas tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, abbażi tal-informazzjoni dwar it-total tal-massa tal-ekwivalenti tal-emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet ta' metan, li għandu jitqies li huwa t-total tal-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet ta' metan, espressi bħala massa ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' CO2 fir-rigward tal-effetti serra tagħhom;

(b) iż-żieda jew tneħħija tal-valur limitu tat-total tal-emissjonijiet ta' idrokarburi (THC) għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.

(b) il-valur limitu tat-total tal-emissjonijiet ta' idrokarburi (THC) għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs li għandu jiġi rieżaminat abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt dettaljata.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – subpunt a

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Wara t-tlestija tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati tan-NU/ECE, imwettaq taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tal-Euro 6, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex tadotta l-miżuri li ġejjin, mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta' ħarsien tal-ambjent fi ħdan l-Unjoni:

2. Wara t-tlestija tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati tan-NU/ECE, imwettaq taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tal-Euro 6, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, mingħajr dewmien żejjed, l-atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex tadotta l-miżuri li ġejjin, mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta' ħarsien tal-ambjent fi ħdan l-Unjoni:

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – subpunt a

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 5(3) kif ukoll iċ-ċikli tat-test li ntużaw sabiex jitkejlu l-emissjonijiet. Jekk ir-reviżjoni ssib li dawk il-proċeduri, it-testijiet, ir-rekwiżiti u ċ-ċikli tat-testijiet ma għadhomx aktar adegwati jew ma għadhomx aktar jirriflettu l-emissjonijiet reali dinjija, il-Kummissjoni għandha taġixxi skont l-Artikolu 5(3) sabiex tadatahom b'mod li jiġu jirriflettu adegwatament l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq.

3. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 5(3) kif ukoll iċ-ċikli tat-test li ntużaw sabiex jitkejlu l-emissjonijiet.

 

Il-Kummissjoni għandha tintroduċi test tal-emissjonijiet tas-sewqan reali għall-vetturi kollha bl-approvazzoni tat-tip jew li ġew irreġistrati mill-2015 biex tiġi żgurata l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet u jingħata lok biex il-vettura tikkonforma ma' dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, b'fattur ta' konformità li jirrifletti biss it-tolleranzi possibbli tal-proċedura tal-kejl tal-emissjonijiet fis-seħħ, sal-2017.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – subpunt b

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a biex tistabbilixxi, b'żieda mal-valur limitu fis-seħħ tal-emissjonijiet tat-total ta' NOx, valur limitu għall-emissjonijiet ta' NO2 għal vetturi approvati bħala konformi mal-limiti ta' emissjonijiet Euro 6 stipulati fit-tabella 2 tal-Anness I. Il-limitu tal-emissjonijiet ta' NO2 għandu jkun stabbilit abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt, għandu jikkunsidra l-fattibbiltà teknika u għandu jirrifletti l-għanijiet tal-kwalità tal-arja stipulati fid-Direttiva (KE) Nru 2008/50 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Il-Kummissjoni għandha tipproponi, fejn xieraq, miżuri leġiżlattivi li jikkonċernaw valur ta' limitu tal-emissjonijiet tal-NO2, b'żieda mal-valur limitu fis-seħħ tal-emissjonijiet tat-total ta' NOx għal vetturi approvati bħala konformi mal-limiti ta' emissjonijiet Euro 6 stipulati fit-tabella 2 tal-Anness I. Il-limitu tal-emissjonijiet ta' NO2 għandu jkun stabbilit abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt ċara u dettaljata, u għandu jikkunsidra l-fattibbiltà teknika u għandu, barra minn hekk, jirrifletti l-għanijiet tal-kwalità tal-arja stipulati fid-Direttiva (KE) Nru 2008/50 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – subpunt c

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a biex temenda u tissupplimenta it-tabella 4 tal-Anness I biex tistabbilixxi limiti għall-emissjonijiet mal-pajp tal-egżost f'temperaturi kesħin approvati bħala konformi mal-limiti ta' emissjonijiet Euro 6 stipulati fit-tabella 2 tal-Anness I. Il-limiti tal-emissjonijiet ta' NOx u NO2 għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt, għandhom jikkunsidraw il-fattibbiltà teknika u għandhom jirriflettu l-għanijiet tal-kwalità tal-arja stipulati fid-Direttiva (KE) Nru 2008/50 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5. Il-Kummissjoni għandha tissottometti, fejn xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, biex temenda u tissupplimenta it-tabella 4 tal-Anness I biex tistabbilixxi limiti għall-emissjonijiet mal-pajp tal-egżost f'temperaturi kesħin approvati bħala konformi mal-limiti ta' emissjonijiet Euro 6 stipulati fit-tabella 2 tal-Anness I. Il-limiti tal-emissjonijiet minn mal-pajp tal-egżost f'temperaturi kesħin għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt li tikkonċerna l-monossidu tal-karbonju (CO), l-idrokarburi (HC), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx), id-diossidu tan-nitroġenu (NO2) u għandhom jikkunsidraw il-fattibbiltà teknika u għandhom jirriflettu aħjar l-għanijiet tal-kwalità tal-arja stipulati fid-Direttiva (KE) Nru 2008/50 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati li hemm regferenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8 u fl-Artikolu 14(1) sa (5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn […][Publications Office, please insert the exact date of entry into force].

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 10(8) u fl-Artikolu 14(2) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta tad-dħul fis-seħħ]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a. Il-manifatturi għandhom jgħammru lill-kategoriji kollha tal-vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'arloġġi tal-konsum tal-fjuwil skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament."

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 4 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b) Fl-Artikolu 5(4), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu inklużi miżuri fir-rigward ta' dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12a sabiex jiġu żviluppati l-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stipulati f'dan l-Artikolu, inklużi rekwiżiti fir-rigward ta' dan li ġej:".

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Fl-Artikolu 5(4), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ea) it-tagħmir ta' arloġġi tal-konsum tal-fjuwil li jipprovdi lis-sewwieq b'informazzjoni preċiża, viżibbli b'mod permanenti dwar il-konsum tal-fjuwil reali tal-vettura, inkluż tal-inqas id-data li ġejja: il-konsum istantanju tal-fjuwil (l/100 km jew mpg), il-medja tal-konsum tal-fjuwil (l/100 km jew mpg), il-konsum tal-fjuwil bil-magna mhux ingranata (l/siegħa jew m/siegħa), u stima ta' kemm tista' tkopri distanza l-vettura abbażi tal-livell tal-fjuwil attwali;"

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1d) Fl-Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

"Il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-31 ta' Diċembru 2016, att delegat sabiex tissupplimenta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2a u l-punt (ea) ta' dan il-paragrafu. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tipi ġodda ta' vetturi li ma jikkonformawx ma' dawk ir-rekwiżiti. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2019, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta' vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma' dawk ir-rekwiżiti, jikkunsidraw li ċ-ċertifikati ta' konformità m'għadhomx aktar validi u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' tali vetturi."

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 12a

 

Twettiq tad-delega

 

1. Is-segħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 5(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2

Regolament (KE) Nru 595/2009

Anness 1 – tabella "Il-Limiti ta' Emissjoni Euro VI" – ringiela bl-annotazzjoni "WHTC (PI)"

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2) Fl-Anness I, fit-tabella "Il-Limiti ta' Emissjoni Euro VI", ir-ringiela li tikkorrispondi mal-annotazzjoni "WHTC (PI)" hija sostitwita b'dan li ġej:

imħassar

"WHTC (PI)

 

4 000

 

160

 

500

 

460

 

-

 

10

 

( 3 )".

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta' rekwiżiti biex jitwaħħlu indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet f'vetturi b'gerboks manwali oħra għajr dawk il-vetturi tal-kategorija M1 li għalihom diġà jeżisti rekwiżit skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a għal kategoriji ta' vetturi addizzjonali.

 

_______________

 

1a Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

(1)

  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. /Għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Din il-proposta tikkonsisti f’sett ta’ miżuri differenti, relattivament eteroġenji, li jimmiraw l-aktar lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet noċivi minn vetturi għas-saħħa tal-bniedem. B’mod aktar partikolari, dawn jikkonċernaw l-iffissar ta’ limiti tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ NO2 fi ħdan il-firxa usa’ ta’ emissjonijiet NOx, u b’hekk ineħħu l-limitu tal-ammonijaka għal magni ta’ kombustjoni heavy duty, filwaqt li jiġu modifikati l-limiti tal-emissjonijiet tal-istartjar kiesaħ li ntirtu minn stadji “Euro” ta’ qabel, miżura biex jadattaw għall-Emissjonijiet Totali tal-Idrokarbur (THC) sabiex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bil-gass naturali, miżura li għandha l-għan li żżid il-metan bħala gass b’effett ta’ serra ekwivalenti għat-total tal-emissjonijiet tas-CO2 li kull manifattur tal-karozzi għandu jikkonforma magħhom u l-possibbiltà li jestendu minn 2 840 kg sa 5 000 kg il-firxa ta’ vetturi li jistgħu jaqgħu taħt ir-regoli tal-emissjonijiet għal vetturi kummerċjali ħfief. Serje oħra ta’ miżuri ta’ natura purament aktar teknika regolatorja, huma għadd ta’ każijiet fejn l-allinjament tas-setgħat eżekuttivi fit-testi leġiżlattivi attwali mat-Trattat ta’ Lisbona huwa propost kif ukoll xi setgħat eżekuttivi ġodda bħala strument li jimplimenta ftit mill-miżuri ġodda proposti.

Fil-prinċipju, il-miżuri biex tittejjeb il-kwalità tal-arja għandhom jintlaqgħu, speċjalment jekk joħolqu bilanċ tajjeb bejn l-ispejjeż involuti u r-rendiment fil-forma ta’ aktar bliet abitabbli u sostenibbli, fejn dejjem aktar iċ-ċittadini tagħna huma kkonċentrati, u inqas spejjeż relatati mal-kura tas-saħħa. Iżda min-naħa l-oħra, il-manifatturi tal-karozzi ma għandhomx ikunu mgħaġġla f’miżuri li jikkonsistu f’piż sproporzjonat għalihom. Għandna nkunu konxji li l-industrija attwalment qiegħda titħabat biex tegħleb il-kriżi ekonomika reċenti u li l-ispejjeż u l-burokrazija żejda għandhom jinżammu kemm jista’ jkun baxxi.

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza ċerti aspetti speċifiċi tal-proposta tal-Kummissjoni u tal-emendi proposti.

•  Il-metan mhux sustanza li tniġġes tal-gass fiha nnifisha u ma jikkostitwixxix theddida għas-saħħa tal-bniedem. Il-vetturi li jaħdmu bil-gass jarmu madwar 25 % inqas CO2 minn karozzi li jaħdmu bil-petrol u huwa ferm spekulattiv liema sehem tas-suq se jiksbu fil-futur il-vetturi li jaħdmu bil-gass. Bħalissa l-vetturi li jaħdmu bil-gass huma biss parti marġinali tal-flotta tal-karozzi li qegħdin jintużaw. Barra minn hekk, ir-riżultat tat-testijiet reali tal-emissjonijiet tas-sewqan joħloq inċertezza dwar kif eżatt iżżomm kont tal-emissjonijiet, mhux biss tal-metan. Ir-rapporteur jippreferi li din il-kategorija żgħira ta’ vetturi li tikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ma tigix ippenalizzata mill-bidu. Ir-reviżjoni stipulata fl-Artikolu 14(3) jew, alternattivament, reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tas-CO2 għall-karozzi għandha tkun garanzija li, kull meta l-emissjonijiet tal-metan isiru problema, il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tipproponi leġiżlazzjoni ġdida.

•  Li tiġi estiża l-firxa ta’ vetturi li, fuq talba tal-manifattur, jistgħu jaqgħu taħt ir-regoli tal-vetturi tax-xogħol ħafif hija intenzjoni pożittiva mill-Kummissjoni li r-rapporteur jixtieq jara estiża sa anke 7 500 kg. Dan jevita aktar proċeduri ta’ approvazzjoni doppji u passi amministrattivi oħrajn li jistgħu jiġu evitati.

•  L-ammonijaka tiġi prodotta minn vetturi heavy duty (HDVs) li jaħdmu bid-diżil li jużawha bl-hekk imsejjaħ reaġent tal-urea, teknoloġija ta’ wara t-trattament użata biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-NOx. Fil-każ tal-HDVs li jaħdmu bil-gass naturali, l-ammonijaka tiġi prodotta bħala riżultat dirett tal-kombustjoni tal-gass naturali nnifsu, ma tintużax biex tinnewtralizza l-NOx peress li prattikament ma hemm l-ebda NOx prodott. Iż-żamma tal-limitu tal-ammonijaka għall-HDVs li jaqbdu bl-ispark plaggs tkun teħtieġ sistemi għalja għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, li jkunu diskriminatorji fir-rigward ta’ din il-kategorija, minħabba li dan ma jħallix teknoloġiji tal-fjuwil alternattivi bħal-LPG u l-NG milli jsiru ekonomikament vijabbli. L-applikazzjoni tal-valur tal-limitu tal-NH3 għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs għandha għalhekk titneħħa, kif propost mill-Kummissjoni, filwaqt li l-limitu eżistenti ta’ 10 ppm għal vetturi bi tqabbid bil-kompressjoni (jiġifieri diżil), li jinkludu l-maġġoranza tal-flotta tal-vetturi, għandu jibqa’ kif inhu.

•  Fir-rigward tal-allinjament mat-Trattat ta’ Lisbona, il-proposta għandha l-għan li tadatta l-proċeduri l-qodma tal-komitoloġija għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE. Dan jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta tali atti fir-rigward ta’ firxa wiesgħa tar-regoli, il-proċeduri u l-valuri tal-limitu relatati mal-applikazzjoni tal-istandards Euro 5 u Euro 6. Kif inhu l-każ fil-biċċa l-kbira tal-atti, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati għandha tkun kkonferita lill-Kummissjoni mid-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2019, perjodu li jikkorrispondi għat-tmiem tal-leġiżlatura attwali, għall-kuntrarju tal-perjodu ta’ żmien indeterminat issuġġerit, u d-dispożizzjonijiet standard dwar ir-rapport tal-Kummissjoni fir-rigward tad-delega tas-setgħat u dwar l-estensjoni awtomatika għandhom japplikaw.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (2.7.2015)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009, fir-rigward tat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq

(COM(2014)0028 – C8‑0027/2014 – 2014/0012(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 fir-rigward tat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq hija maħsuba biex tindirizza oqsma problematiċi speċifiċi fejn in-nuqqasijiet regolatorji u tas-suq jippreżentaw ostakli fit-tfittxija globali għall-iżgurar ta' kwalità tal-arja aħjar fl-inħawi tal-Ewropa fejn hemm ħafna konġestjoni, kif ukoll it-tnaqqis tal-emissjonijiet tossiċi u ta' gassijiet serra fil-kuntest tat-tisħin globali, it-tniġġis u l-isforzi favur użu aktar effiċjenti tar-riżorsi.

Huwa stmat li madwar 400 000 Ewropew imutu qabel iż-żmien minħabba kwalità ħażina tal-arja u, fl-istess ħin, 17-il Stat Membru għaddejjin proċeduri ta' ksur talli ma rrispettawx id-direttiva dwar il-kwalità tal-arja (AAQD). Il-mod kif l-emissjonijiet jitkejlu fit-testijiet ukoll jiddevja ħafna mill-emissjonijiet fid-dinja reali, b'dawn tal-aħħar ikunu ferm ogħla, filwaqt li suppost ikunu viċin xulxin.

Fid-dawl ta' dan, l-objettiv primarju kien li jitressqu emendi li jiżguraw li t-test jittejjeb b'tali mod li jkopri l-parti l-kbira tal-kwistjonijiet pertinenti mingħajr ma jdgħajjef l-effikaċja u ċ-ċertezza legali tar-regolament, filwaqt li jitnaqqsu xi wħud mill-piżijiet amministrattivi relatati.

Il-metan, gass serra b'saħħtu ħafna, fil-preżent mhuwiex ikkalkulat fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-vetturi u l-emenda tar-rapporteur hija maħsuba biex tikkjarifika ulterjorment il-proposta f'dan ir-rigward billi tipprevedi l-inklużjoni tal-metan fil-kalkoli tal-emissjonijiet permezz tal-metodu tal-ekwivalenza għall-emissjonijiet ta' CO2. Barra minn hekk, il-limitu massimu attwali tal-massa għall-vetturi tax-xogħol ħafif jeħtieġ duplikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għal ċerti pjattaformi ta' vetturi, li jżid piż konsiderevoli fuq il-produtturi ta' vetturi bħal dawn. Għaldaqstant, l-emenda tar-rapporteur li tgħolli l-valur limitu massimu tal-massa hija maħsuba biex tindirizza din il-problema, filwaqt li tistipula wkoll il-bżonn ta' aċċess għal appoġġ dijanjostiku mill-bogħod fuq dawn il-vetturi, b'konformità mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi.

Filwaqt li f'dawn l-aħħar snin sar progress sinifikanti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' partikulati, nemmnu li n-nanopartikulati jeħtieġ jiġu kkunsidrati fil-kalkolu ta' dawn l-emissjonijiet.

Peress li l-emissjonijiet mill-vetturi huma relatati direttament mal-konsum tal-fjuwil u billi l-obbligatorjetà tal-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil u tal-indikaturi tal-qlib tal-ger anke fil-vetturi tax-xogħol ħafif tista' tkun ta' benefiċċju, il-Kummissjoni hija mistiedna twettaq valutazzjoni tal-impatt f'dan ir-rigward u ssegwiha bi proposta leġiżlattiva, jekk ir-riżultati tal-valutazzjoni jitolbu hekk.

Peress li l-iżviluppi teknoloġiċi f'dan is-settur huma kontinwi, hemm bżonn li l-Kummissjoni Ewropea tingħata setgħat biex temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan l-att leġiżlattiv, sabiex, jekk ikun hemm bżonn, tkun tista' tittieħed azzjoni fil-pront. Barra minn hekk, peress li ċ-ċikli ta' ttestjar attwali ma jirriflettux il-kundizzjonijiet fid-dinja reali, ir-rapporteur tappella biex isir rieżami u aġġustament taċ-ċikli ta' ttestjar mingħajr dewmien sabiex id-distorsjoni u l-ineżattezza tad-data ma jqarrqux bil-konsumaturi u ma jippreġudikawx l-iżvilupp tal-prodotti. Barra minn hekk, il-preċiżjoni taċ-ċiklu ta' ttestjar għandha tiġi eżaminata mill-ġdid fuq bażi regolari, peress li l-kundizzjonijiet tas-sewqan u l-livelli tal-konġestjoni tat-traffiku jinbidlu minn żmien għal żmien. Għal dan il-għan, ir-rapporteur titlob rieżami tal-preċiżjoni taċ-ċikli ta' ttestjar fuq bażi kontinwa, darba kull sentejn.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Għalkemm l-emissjonijiet tal-metan mhumiex magħrufa li għandhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, il-metan huwa gass b’saħħtu li jikkawża l-effett serra. Għaldaqstant, b'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6)2 u mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta’ emissjonijiet tal-metan fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2.

(2) Għalkemm l-emissjonijiet tal-metan mhumiex magħrufa li għandhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, il-metan huwa gass b’saħħtu li jikkawża l-effett serra. Għaldaqstant, b'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6)2 u mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta’ emissjonijiet tal-metan fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2, fil-qafas tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3a, wara li twettaq valutazzjoni tal-impatt ċara u dettaljata li tevalwa l-konverżjoni xierqa tal-emissjonijiet tal-metan f'emissjonijiet ta' CO2 u l-fattibbiltà tagħha.

__________________

__________________

ĠU C 182, 19.7.2008, p. 17.

ĠU C 182, 19.7.2008, p. 17.

3 Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

3 Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

 

3a Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex l-introduzzjoni ta’ vetturi tal-gass naturali tkun aktar faċli, il-limitu attwali tat-total tal-emissjonijiet ta' idrokarburi (THC) għandu jiżdied u l-effett tal-emissjonijiet tal-metan għandu jitqies u jkun espress bħala ekwivalenti ta’ CO2 għal skopijiet regolatorji u tal-informazzjoni għall-konsumatur.

(3) Sabiex l-introduzzjoni ta’ vetturi tal-gass naturali tkun aktar faċli, il-limitu attwali tat-total tal-emissjonijiet ta' idrokarburi (THC) għandu jiġi eżaminat mill-ġdid abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt ċara u dettaljata u l-effett tal-emissjonijiet tal-metan għandu jiġi kkunsidrat li huwa meqjus u espress bħala ekwivalenti ta’ CO2 għal skopijiet regolatorji u tal-informazzjoni għall-konsumatur.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-vetturi diżil moderni jemettu ammonti għoljin, u li qegħdin dejjem jikbru, ta' NO2 bħala sehem mill-emissjonijiet totali ta' NOx li ma kinux antiċipati meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-parti l-kbira tal-problemi fil-kwalità tal-arja fiż-żoni urbani affettwati jidhru li huma relatati mal-emissjonijiet diretti tal-NO2. Għaldaqstant, għandu jiġi introdott limitu xieraq tal-emissjonijiet.

(4) Il-vetturi diżil moderni jemettu ammonti għoljin, u li qegħdin dejjem jikbru, ta' NO2 bħala sehem mill-emissjonijiet totali ta' NOx li ma kinux antiċipati meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-parti l-kbira tal-problemi fil-kwalità tal-arja fiż-żoni urbani affettwati jidhru li huma relatati mal-emissjonijiet ta' NOx tossiku u emissjonijiet diretti ta' NO2. Għal dik ir-raġuni, għandu jiġi introdott limitu xieraq għall-emissjonijiet.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Bħalissa l-limiti ta’ emissjonijiet għall-CO u għat-total ta' idrokarburi (THC) wara startjatura kiesħa f’temperatura baxxa ttieħdu mir-rekwiżiti tal-Euro 3 stabbiliti fid-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4, li jidhru li huma skaduti fid-dawl tat-teknoloġija tal-vetturi eżistenti u l-ħtiġijiet tal-kwalità tal-arja. Barra minn hekk, il-problemi fil-kwalità tal-arja u r-riżultati tal-kejl tal-emissjonijiet tal-vetturi jissuġġerixxu l-ħtieġa li jiġi introdott limitu xieraq tal-emissjonijiet tal-NOx/NO2. Għaldaqstant, il-limiti għall-emissjonijiet riveduti għandhom jiġu introdotti skont l-Artikolu 14(5) tar- Regolament (KE) Nru 715/2007.

(5) Bħalissa l-limiti ta’ emissjonijiet għall-CO u għat-total ta' idrokarburi (THC) wara startjatura kiesħa f’temperatura baxxa ttieħdu mir-rekwiżiti tal-Euro 3 stabbiliti fid-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4, li jidhru li huma skaduti fid-dawl tat-teknoloġija tal-vetturi eżistenti u l-ħtiġijiet tal-kwalità tal-arja. Barra minn hekk, il-problemi fil-kwalità tal-arja u r-riżultati tal-kejl tal-emissjonijiet tal-vetturi jissuġġerixxu l-ħtieġa li jiġi introdott limitu xieraq għall-emissjonijiet ta' NOx/NO2. It-traffiku jikkawża 41 % tal-emissjonijiet ta' NOx, u għaldaqstant huwa bla dubju s-sors ewlieni ta' dawn l-emissjonijiet. B'mod partikolari, l-effiċjenza għolja tal-magni tal-aħħar teknoloġija hija dovuta għal temperaturi ta' kombustjoni ogħla li, imbagħad, jipproduċu ammonti ogħla ta' NOx. L-NO2, min-naħa l-oħra, huwa responsabbli għall-formazzjoni tal-ożonu, ix-xita aċiduża u l-irritazzjoni tas-sistema respiratorja tal-bniedem. Konsegwentement, għandhom jiġu introdotti limiti ta' emissjonijiet riveduti skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

__________________

__________________

4 Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis tal-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1).

4 Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis tal-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) S'issa għadu ma ġiex sfruttat biżżejjed il-potenzjal li jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil, u allura jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa u gassijiet b'effett ta' serra, permezz ta' sewqan effiċjenti fil-konsum tal-fjuwil. Ir-raġuni ewlenija għal dan hija nuqqas ta' informazzjoni jew għarfien, jew it-tnejn li huma, min-naħa tas-sewwieqa dwar kif jistgħu jsuqu b'mod effiċjenti fil-konsum tal-fjuwil. Il-mezzi tekniċi għall-iffaċilitar ta' sewqan effiċjenti fil-konsum tal-fjuwil għandhom ikunu ffukati fuq żewġ tipi ta' sistemi integrati fil-vetturi: l-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil u l-indikaturi tal-qlib tal-ger.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, l-installazzjoni obbligatorja ta' FCM ma tpoġġix piż sinifikanti fuq il-manifatturi tal-vetturi. Dawn jistgħu jiġu installati bi spiża relattivament żgħira. Fil-preżent, l-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil sikwit ma jkunux disponibbli jew jinbiegħu bħala parti minn pakketti fakultattivi, u dan jimpedixxi l-użu mifrux tagħhom. Barra minn hekk, meta jkun disponibbli, tagħmir bħal dan spiss jiġi installat b'modi li mhumiex adatti biex jiffaċilitaw sewqan effiċjenti fil-konsum tal-fjuwil (eż. ebda viżibilità permanenti, ebda informazzjoni istantanja dwar il-konsum tal-fjuwil, diverġenza bejn il-konsum tal-fjuwil muri u dak attwali). Fl-istess ħin, id-disponibbiltà mifruxa tal-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil tkun tista' tgħin lill-utenti tal-vetturi jnaqqsu l-livell ta' emissjonijiet u jimmonitorjaw il-konsum tal-fjuwil u, konsegwentement, tikkontribwixxi għall-kapaċità tal-konsumaturi li jagħmlu deċiżjonijiet aktar infurmati meta jiġu biex jixtru vettura. Fl-aħħar nett, il-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni, b'mod partikolari meta jixtru vetturi użati, anke abbażi ta' informazzjoni realistika dwar il-konsum tal-fjuwil.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE rigward il-kwalità tal-arja u biex jiġi żgurat sforz kontinwu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jkun delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b'massa ta' referenza li taqbeż it-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx il-5 000 kg, il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip, ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta’ riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontrol tal-emissjonijiet, il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur biex jipprovdi aċċess standardizzat u mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, is-sostituzzjoni tal-informazzjoni dwar il-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċertifikat tal-konformità b'informazzjoni dwar il-massa totali ta' ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' CO2, iż-żieda jew it-tneħħija tal-valur limitu tat-total ta' emissjonijiet ta' idrokarburi għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs, l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bl-iskop ta' kkalibrar mill-ġdid valuri limitu bbażati fuq il-massa ta’ partikulati u l-introduzzjoni ta' valuri limitu ta' partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri tal-massa tal-limiti għall-petrol u d-diżil, l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl rivedut għal partikulati u valur limitu tan-numru tal-partikula, valur limitu għall-emissjonijiet ta' NO2 u limiti għall-emissjonijiet minn mal-pajp tal-egżost f'temperaturi kesħin għal vetturi approvati bħala konformi mal-limiti tal-emissjoni Euro 6. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simulta nja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-arja u biex jiġi żgurat sforz kontinwu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b'massa ta' referenza li taqbeż it-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx is-7 500 kg, il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip, ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta’ riduzzjoni li jnaqqas l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet, il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur biex jipprovdi aċċess standardizzat u mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, inkluż l-appoġġ dijanjostiku mill-bogħod, ir-rieżami tal-informazzjoni dwar il-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċertifikat tal-konformità b'informazzjoni dwar il-massa totali ta' ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' CO2, iż-żieda jew it-tneħħija tal-valur limitu tat-total ta' emissjonijiet ta' idrokarburi għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs, l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bl-iskop ta' kkalibrar mill-ġdid valuri limitu bbażati fuq il-massa ta’ partikulati u l-introduzzjoni ta' valuri limitu ta' partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri limitu tal-massa għall-petrol u d-diżil, l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl riveduta għall-partikulati, inklużi n-nanopartikulati, u valur limitu tan-numru tal-partikula, valur limitu għall-emissjonijiet ta' NO2 u limiti għall-emissjonijiet minn mal-pajp tal-egżost f'temperaturi kesħin għal vetturi approvati bħala konformi mal-limiti tal-emissjoni Euro 6. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simulta nja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) It-Trattat ta’ Lisbona introduċa l-possibbiltà li l-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali għas-suppliment jew l-emenda ta' ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv. Il-miżuri li jistgħu jiġu koperti b’delega tas-setgħa, kif hemm referenza fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE, fil-prinċipju jikkorrispondu ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bl-iskrutinju stabbilit bl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE6. Għaldaqstant huwa neċesssarju li d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 li jistipulaw l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju jiġu adattati għall-Artikolu 290 tat-TFUE.

(8) It-TFUE introduċa l-possibbiltà li l-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali għas-suppliment jew l-emenda ta' ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv. Il-miżuri li jistgħu jiġu koperti b’delega tas-setgħa, kif hemm referenza fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE, fil-prinċipju jikkorrispondu ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bl-iskrutinju stabbilit bl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE6. Għaldaqstant huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 li jistipulaw l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju jiġu adattati għall-Artikolu 290 tat-TFUE. Tali delega ta' setgħa għandha tingħata lill-Kummissjoni mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għal perjodu ta' erba' snin u tista' tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi.

__________________

__________________

6 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

6 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara l-pubblikazzjoni tal-atti ddelegati skont it-tieni subparagrafu u fuq talba tal-manifattur, dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx il-5 000 kg.

Wara l-pubblikazzjoni tal-atti ddelegati skont it-tieni subparagrafu u fuq talba tal-manifattur, dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx is-7 500 kg.

____________________

____________________

*ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

*ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 14a dwar ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx il-5 000 kg. L-atti delegati għandhom jiżguraw b’mod partikolari li fit-testijiet tad-dinamometru tax-xażi, il-massa operattiva attwali tal-vettura tkun ikkunsidrata kif xieraq għad-determinazzjoni tal-inerzja ekwivalenti kif ukoll parametri awtomatiċi oħra tal-potenza u tat-tagħbija.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 14a dwar ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx is-7 500 kg. L-atti delegati għandhom jiżguraw b’mod partikolari li fit-testijiet tad-dinamometru tax-xażi, il-massa operattiva attwali tal-vettura tkun ikkunsidrata kif xieraq għad-determinazzjoni tal-inerzja ekwivalenti kif ukoll ta' parametri awtomatiċi oħra tal-potenza u tat-tagħbija.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(17a) "arloġġ tal-konsum tal-fjuwil" tfisser tagħmir li jagħti lis-sewwieq informazzjoni preċiża dwar il-konsum reali tal-fjuwil tal-vettura, inkluża tal-inqas id-data li ġejja: il-konsum istantanju tal-fjuwil (l/100 km), il-medja tal-konsum tal-fjuwil (l/100 km), il-konsum tal-fjuwil meta l-magna ma tkunx ingranata (l/siegħa) u l-konsum tal-fjuwil tul il-ħajja tal-vettura (l);"

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 17b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(17b) "użu normali" tfisser kwalunkwe kundizzjoni stradali u tas-sewqan li ġeneralment tista' tiġi ffaċċjata tul in-netwerk tat-trasport Ewropew."

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a) L-Artikolu 5(1) jinbidel b'dan li ġej:

1. Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

1. Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Meta jintużaw fatturi ta' korrezzjoni fi proċeduri ta' ttestjar li jkejlu l-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali, dawn il-fatturi ta' korrezzjoni għandhom jirriflettu biss l-inċertezza tat-tagħmir tal-kejl.

 

Il-manifattur għandu jiżgura l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet fir-rigward tal-limiti stabbiliti wkoll għall-NOx u l-NO2.

 

Il-manifattur għandu jgħammar il-vetturi b'arloġġ tal-konsum tal-fjuwil f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ia) l-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil;"

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex timplimenta l-Artikoli 6 u 7. Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod ta’ kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD u t-tiswija u l-manutenzzjoni tal-vetturi, b’mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi tal- SMEs.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex timplimenta l-Artikoli 6 u 7. Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod ta’ kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD u t-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, inkluż l-appoġġ dijanjostiku mill-bogħod, b’mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – subpunt a

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) is-sostituzzjoni tal-informazzjoni dwar il-massa tal-emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE bl-informazzjoni dwar it-total tal-massa tal-ekwivalenti tal-emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet ta' metan, li għandu jkun it-total tal-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet ta' metan, espressi bħala massa ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' CO2 fir-rigward tal-effetti tal-gass serra.

(a) ir-rieżami tal-informazzjoni dwar il-massa tal-emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE, fil-qafas tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, abbażi tal-informazzjoni dwar it-total tal-massa tal-ekwivalenti tal-emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet ta' metan, li għandu jitqies li huwa t-total tal-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet ta' metan, espressi bħala massa ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' CO2 fir-rigward tal-effetti serra tagħhom;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – subpunt a

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) iż-żieda jew tneħħija tal-valur limitu tat-total tal-emissjonijiet ta' idrokarburi (THC) għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.

(b) iż-żieda tal-valur limitu tat-total tal-emissjonijiet ta' idrokarburi (THC) għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – subpunt a

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Wara t-tlestija tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati tan-NU/ECE, imwettaq taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tal-Euro 6, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex tadotta l-miżuri li ġejjin, mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ ħarsien tal-ambjent fi ħdan l-Unjoni:

2. Wara t-tlestija tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati tan-NU/ECE, imwettaq taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tal-Euro 6, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, mingħajr dewmien żejjed, l-atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex tadotta l-miżuri li ġejjin, mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ ħarsien tal-ambjent fi ħdan l-Unjoni:

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – subpunt a

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-adozzjoni ta’ proċedura ta’ kejl riveduta għall-partikulati u valur limitu ta’ partikuli f’numri.

(b) l-adozzjoni ta’ proċedura ta’ kejl riveduta għall-partikulati, inklużi n-nanopartikulati, u valur limitu ta’ partikuli f’numri.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – subpunt a

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 5(3) kif ukoll iċ-ċikli tat-test li ntużaw sabiex jitkejlu l-emissjonijiet. Jekk ir-reviżjoni ssib li dawk il-proċeduri, it-testijiet, ir-rekwiżiti u ċ-ċikli tat-testijiet ma għadhomx aktar adegwati jew ma għadhomx aktar jirriflettu l-emissjonijiet reali dinjija, il-Kummissjoni għandha taġixxi skont l-Artikolu 5(3) sabiex tadatahom b'mod li jiġu jirriflettu adegwatament l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq."

3. Il-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun malajr, twettaq rieżami tal-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 5(3) kif ukoll iċ-ċikli ta' ttestjar użati biex jitkejlu l-emissjonijiet. Wara dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3), tadatta l-proċeduri, iċ-ċikli ta' ttestjar u r-rekwiżiti b'mod li jiġu jirriflettu adegwatament l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq. Dan ir-rieżami għandu jsir kull sentejn.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati li hemm regferenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8 u fl-Artikolu 14(1) sa (5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn […][Publications Office, please insert the exact date of entry into force].

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8 u fl-Artikolu 14(1) sa (5) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

___________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 3 – punt 16a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

 

"16a. "arloġġ tal-konsum tal-fjuwil" tfisser tagħmir li jagħti lis-sewwieq informazzjoni preċiża dwar il-konsum reali tal-fjuwil tal-vettura, inkluża tal-inqas id-data li ġejja: il-konsum istantanju tal-fjuwil (l/100 km), il-medja tal-konsum tal-fjuwil (l/100 km), il-konsum tal-fjuwil meta l-magna ma tkunx ingranata (l/siegħa) u l-konsum tal-fjuwil tul il-ħajja tal-vettura (l)."

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Il-manifattur għandu jgħammar il-vetturi b'arloġġ tal-konsum tal-fjuwil f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu."

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt ka (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Fl-Artikolu 5(4), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ka) l-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil"

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2

Regolament (KE) Nru 595/2009

Anness I – tabella "Il-Limiti ta' Emissjoni tal-Euro VI" – kolonna 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)".

(2) 6,0 x 1011".

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Indikaturi tal-qlib tal-ger

 

Sat-30 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni għandha tivvaluta kemm tkun xierqa l-introduzzjoni ta' rekwiżiti biex il-vetturi b'gerboks manwali jiġu mgħammra b'indikaturi tal-qlib tal-ger, għajr dawk tal-kategorija M1 li għalihom diġà japplika rekwiżit fil-qafas tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a għal kategoriji ta' vetturi addizzjonali.

 

________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

PROĊEDURA

Titolu

It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq

Referenzi

COM(2014)0028 – C7-0027/2014 – 2014/0012(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

6.2.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

6.2.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

3.12.2014

Eżami fil-kumitat

6.5.2015

4.6.2015

22.6.2015

 

Data tal-adozzjoni

29.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Vicky Ford, Evelyne Gebhardt, Antanas Guoga, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Eva Paunova, Marcus Pretzell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Roberta Metsola, Lambert van Nistelrooij


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (19.6.2015)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009, fir-rigward tat-

tnaqqis ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq

(COM(2014)0028 – C7‑0027/2014 – 2014/0012(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

I. Il-proposta tal-Kummissjoni

L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġu introdotti għadd ta’ emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament (KE) Nru 595/2009 fir-rigward tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq. Il-proposta tikkonsisti f’ħames miżuri mmirati biex jiżguraw l-objettivi li ġejjin:

–  li jiġi evitat li l-limiti attwali tal-ammonijaka (NH3) għall-vetturi tqal jostakolaw l-aċċettazzjoni tas-suq ta’ ċerti vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs, b’mod partikolari l-vetturi li jaħdmu bil-gass naturali;

–  li jiżdied il-limitu superjuri tal-massa tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bl-għan li l-manifatturi jkunu jistgħu jwettqu fuq il-vetturi l-approvazzjoni tat-tip skont il-leġiżlazzjoni dwar il-vetturi tax-xogħol ħafif jew il-vetturi Heavy Duty skont l-għażla tal-manifattur;

–  li tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tintroduċi limiti aktar severi tal-emissjonijiet f’temperaturi baxxa għall-vetturi tax-xogħol ħafif Euro 6;

–  li tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tintroduċi limiti tal-emissjonijiet tal-NO2 għall-vetturi tax-xogħol ħafif Euro 6;

–  li tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tipproponi d-deregolamentazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan (CH4) skont il-leġiżlazzjoni dwar il-vetturi tax-xogħol ħafif, kemm-il darba l-emissjonijiet tal-metan jiġu inklużi bħala emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 skont il-leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi miri tal-emissjonijiet tas-CO2 mandatarji għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief.

II. Il-pożizzjoni ġenerali tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tagħkom tilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tagħha bl-għan li jiġu introdotti limiti tal-emissjonijiet tal-NO2 u limiti aktar stretti tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa għall-vetturi tax-xogħol ħafif u jitneħħew il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi li m’għandhom l-ebda impatt ambjentali pożittiv.

It-tniġġis tal-arja, kemm ġewwa u kemm barra, issa huwa riskju ambjentali maġġuri għas-saħħa tal-bniedem. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tistma li t-tniġġis tal-arja urbana ta’ barra waħdu jikkawża 1.3 miljun mewt madwar id-dinja kull sena. L-esponiment fit-tul u waqt li l-emissjonijiet ikunu fl-aqwa tagħhom jistgħu jwasslu għal varjetà ta’ effetti fuq is-saħħa, li jvarjaw minn effetti żgħar fuq is-sistema respiratorja sal-mewt qabel iż-żmien. Żewġ inkwinanti, l-ożonu fil-livell tal-art (O3) u l-materja partikolata fina (PM2.5), ġeneralment huma rikonoxxuti bħala dawk l-aktar problematiċi. Il-konċentrazzjonijiet elevati tal-ożonu waħedhom huma assoċjati ma’ 21 000 mewt qabel iż-żmien kull sena fl-UE. Skont id-WHO, l-esponiment għall-materja partikolata tnaqqas l-istennija tal-għomor ta’ kull persuna fl-Ewropa b’medja ta’ kważi sena.

L-emissjonijiet tal-egżost mill-vetturi tax-xogħol ħafif u dawk heavy duty jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tniġġis tal-arja. Dan huwa partikolarment problematiku f’żoni urbani fejn id-densità tal-vetturi bil-mutur u d-densità tal-popolazzjoni huma ogħla. It-trasport bit-triq huwa responsabbli għal aktar minn 40 % tal-emissjonijiet tal-NOx. Flimkien mal-effetti diretti tiegħu fuq is-saħħa, l-NO2, li hu komponent tal-NOx, huwa wkoll l-għajn ewlenija tal-aerosols tan-nitrat, li jiffurmaw frazzjoni importanti tal-materja partikolata u, fil-preżenza tad-dawl ultravjola, tal-O3. Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu, l-emissjonijiet tal-NO2 jaggravaw il-problemi tat-tniġġis tal-O3 u l-PM2.5. Il-vetturi bil-mutur ġodda huma, fil-medja, aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u jarmu inqas sustanzi li jniġġsu minn vetturi li huma aktar qodma. Madankollu, minħabba t-tkabbir persistenti fil-volum tat-trasport bit-triq, dan mhuwiex qed jiġi tradott fi tnaqqis ekwivalenti ta’ emissjonijiet atmosferiċi ta’ inkwinanti u ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mit-trasport bit-triq.

Jidher interessanti li l-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tindirizza xi wħud minn dawn il-problemi permezz tal-illaxkar tal-limiti tal-emissjonijiet għall-ammonijaka (NH3) mill-vetturi heavy duty bi tqabbid bl-ispark plaggs u tal-metan (CH4) mill-vetturi tax-xogħol ħafif. L-għan ta' dawk id-dispożizzjonijiet hu li tiġi promossa l-aċċettazzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bil-gass naturali mis-swieq li jsibu problemi biex jissodisfaw il-limiti attwali fuq l-emissjonijiet għall-NH3 u s-CH4. Huwa projettat li s-sostituzzjoni estensiva tal-vetturi li jaħdmu bid-diżil b’vetturi li jaħdmu bil-gass naturali, b’mod partikolari fiż-żoni urbani, se jkollha ċertu effett ambjentali pożittiv fir-rigward tal-emissjonijiet tal-NOx u s-CO2.

Madankollu, il-Kummissjoni qed tipproponi li tibbilanċja dan l-impatt ambjentali pożittiv b’emissjonijiet potenzjalment kemm kemm ogħla ta’ NH3 (ammonijaka) u CH4 (metan). Il-valutazzjoni tal-impatt uriet li ż-żieda tal-emissjonijiet tal-NH3 mit-tneħħija tal-valur ta’ limitu għall-vetturi heavy duty li jaħdmu bil-gass naturali fil-biċċa l-kbira se tkun waħda insinifikanti. Għalhekk, l-impatt ambjentali globali ta’ din l-alternattiva jista’ jitqies bħala wieħed pożittiv, meta jitqiesu l-emissjonijiet aktar baxxi ta’ NOx u CO2 minħabba l-użu antiċipat akbar ta’ vetturi li jaħdmu bil-gass naturali li bħalissa jiffurmaw parti marġinali tas-suq. Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-metan, il-Kummissjoni għandha żżid il-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet ta’ idrokarburi totali (THC) għal vetturi tax-xogħol ħafif bi tqabbid bl-ispark plaggs biss jekk dan ikun ikkumpensat bi tnaqqis globali tal-effett ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tal-emissjonijiet totali kkombinati ta’ CO2 u metan. Ir-Rapporteur tagħkom tixtieq tenfasizza li l-Kummissjoni għandha tkompli timmonitorja l-evoluzzjoni tal-emissjonijiet tal-ammonijaka u l-metan mill-vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs li jitqiegħdu fis-suq, u tipproponi miżuri xierqa jekk ikun meħtieġ.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ir-Rapporteur tagħkom tixtieq tiżgura li l-vetturi bil-mutur il-ġodda jkunu mgħammra b’sistemi li jgħinu lis-sewwieq fi stil ta’ sewqan ekoeffiċjenti sabiex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil, u għalhekk anki l-emissjonijiet tal-inkwinanti u tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni vvalutat bir-reqqa l-vantaġġi li jirriżultaw jekk il-karozzi l-ġodda mgħammra b’arloġġi tal-konsum tal-fjuwil u b’indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet bi spiża minima. Għalhekk, ir-Rapporteur tqis li huwa meħtieġ li jiġu introdotti dawk is-sistemi bħala karatteristika standard ta’ vetturi ġodda b’konformità mas-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex iqis l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Għalkemm l-emissjonijiet tal-metan mhumiex magħrufa li għandhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, il-metan huwa gass b’saħħtu li jikkawża l-effett serra. Għaldaqstant, b'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6)2 u mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta’ emissjonijiet tal-metan fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2.

(2) Għalkemm l-emissjonijiet tal-metan mhumiex magħrufa li għandhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, il-metan huwa gass b’saħħtu li jikkawża l-effett serra. Għaldaqstant, b'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6)2 u mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta’ emissjonijiet tal-metan fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2 wara li tkun wettqet konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u valutazzjoni tal-impatt jekk ikun neċessarju, fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011.

__________________

__________________

2 ĠU C 182, 19.7.2008, p. 17.

2 ĠU C 182, 19.7.2008, p. 17.

3 Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

3 Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex l-introduzzjoni ta’ vetturi tal-gass naturali tkun aktar faċli, il-limitu attwali tat-total tal-emissjonijiet ta' idrokarburi (THC) għandu jiżdied u l-effett tal-emissjonijiet tal-metan għandu jitqies u jkun espress bħala ekwivalenti ta’ CO2 għal skopijiet regolatorji u tal-informazzjoni għall-konsumatur.

(3) Sabiex l-introduzzjoni ta’ vetturi tal-gass naturali tkun aktar faċli, il-limitu attwali tal-emissjonijiet ta’ idrokarburi totali (THC) għandu jiżdied. Madankollu, il-massimu awtorizzat ta’ emissjonijiet ta’ THC għandu jiġi stabbilit għal valur ta' limitu li jiżgura li ż-żieda possibbli tal-emissjonijiet tal-metan minn vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs tiġi kkumpensata permezz ta’ tnaqqis globali tal-effett serra tal-emissjonijiet totali kkombinati ta’ CO2 u metan minn dawk il-vetturi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Ir-riżultati tal-proċedura tat-test li tipprovdi l-bażi għar-regolamenti dwar emissjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE għandhom jirriflettu l-livelli tal-emissjonijiet osservati f’kundizzjonijiet ta’ sewqan reali filwaqt li jitqiesu r-riżultati u l-evalwazzjonijiet mill-proġett ARTEMIS iffinanzjat mill-Unjoni. Għalhekk, is-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet u ċ-ċikli tat-test għandhom jitfasslu b’mod li jirriflettu l-kundizzjonijiet ta' sewqan reali, speċjalment f’żoni urbani fejn il-kundizzjonijiet tas-sewqan huma ħafna aktar tranżitorji miċ-ċiklu tat-test regolatorju.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Sabiex jinkiseb l-objettiv li jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu mit-trasport bit-triq, il-fjuwils b’kontenut għoli ta’ karbonju għandhom jiġu ssostitwiti gradwalment b’alternattivi b’inqas kontenut ta’ karbonju, bħall-gass naturali, minkejja li fuq perjodu ta’ żmien itwal sabiex it-trasport fit-triq isir ġenwinament ambjentalment sostenibbli dan jirrikjedi l-użu ta’ teknoloġiji ġodda li għandhom impatt baxx fuq l-ambjent, bħalma huma l-vetturi li jaħdmu bl-elettriku, bl-idroġenu jew bl-arja kkompressata.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Konċentrazzjonijiet għoljin ta’ tniġġis tal-arja kkawżati minn emissjonijiet prekursuri għall-O3 (konċentrazzjoni għolja tal-ożonu, flimkien ma’ temperaturi għoljin fis-sajf) kif ukoll minn partikolati tad-diżil u emissjonijiet oħrajn (li flimkien mal-hekk imsejħa inverżjoni jwassal għall-ismog matul ix-xitwa) għandhom ikunu evitat billi jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni. B’mod partikolari, l-koperazzjoni intensiva mas-servizzi meteoroloġiċi għandha twassal għal miżuri f’waqthom u xierqa.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-potenzjal li jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil, u għalhekk l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu u tal-gassijiet b’effett ta’ serra permezz tas-sewqan effiċjenti, l-hekk imsejjaħ“sewqan ekoloġiku”, mhux qed jiġi sfruttat biżżejjed. Dan hu l-każ prinċipalment minħabba nuqqas ta’ informazzjoni jew sensibilizzazzjoni min-naħa tas-sewwieqa dwar kif jistgħu jsuqu b’mod effiċjenti. Il-mezzi tekniċi biex jiġi aġevolat is-sewqan ekoloġiku huma ffukati fuq żewġ tipi ta’ sistemi abbord il-vettura: l-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil u l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet. Arloġġ tal-konsum tal-fjuwil huwa apparat li jipprovdi lis-sewwieq b’informazzjoni preċiża dwar il-konsum reali tal-fjuwil tal-vettura, inklużi l-konsum istantanju tal-fjuwil, il-medja tal-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-fjuwil bil-magna mhux ingranata, il-konsum tal-fjuwil tul il-ħajja ta-vettura, u stima ta’ kemm tista’ tkopri distanza l-vettura abbażi tal-livell tal-fjuwil attwali. Indikatur tat-tibdil tal-gerijiet jindika l-aħjar ger meta dan ikun differenti mill-ger magħżul, u x’għandu jagħmel is-sewwieq (jibdel il-ger ’il fuq jew ’l isfel) biex jimminimizza l-konsum tal-fjuwil. L-għan tiegħu hu li jagħti lis-sewwieq ta’ vettura b’gerboks manwali twissija viżwali meta tkun meħtieġa bidla fil-gerijiet. L-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet diġà saru mandatarji fil-karozzi tal-passiġġieri l-ġodda tal-kategorija M1 li huma mgħammra b’gerboks manwali, iżda ma saru mandatarji fl-ebda tip ieħor ta’ vettura bil-mutur bħalma huma l-vetturi kummerċjali ħfief, it-trakkijiet jew il-karozzi tal-linja. B’kuntrast ma’ dan, fil-preżent ma jeżisti l-ebda rekwiżit ġuridiku biex jiġu mgħammra l-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil f’xi kategorija ta’ vettura bil-mutur. Studji juru li l-potenzjal tas-sewqan ekoloġiku jista’ jiġi sfruttat aħjar meta jintużaw iż-żewġ sistemi fl-istess ħin. Barra minn hekk, l-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil jistgħu jgħinu lill-konsumaturi jixtru vetturi li jikkonsmaw ammont ta’ fjuwil baxx. Dan ikun pertinenti b’mod partikolari fil-każ ta’ vetturi heavy duty fejn fil-preżent ma jeżisti l-ebda rekwiżit ġuridiku li jridu juru l-effiċjenza tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi offruti għall-bejgħ. L-arloġġi tal-konsum tal-fjuwil u l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet jistgħu jiġu installati b'kost żgħir għall-manifattur tal-vettura iżda attwalment ħafna drabi ma jkunux disponibbli jew inkella jinbiegħu bħala parti minn pakketti ta’ għażliet, sitwazzjoni li tfixkel il-possibilità li jintużaw b’mod mifrux. Barra minn hekk, meta tali tagħmir ikun disponibbli, dan spiss jiġi installat b’modi mhux adattati kif suppost biex jiffaċilitaw is-sewqan ekoloġiku (eż. ebda viżibilità permanenti, ebda informazzjoni instantanja dwar il-konsum tal-fjuwil, diverġenza bejn il-konsum tal-fjuwil muri u dak reali).

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE rigward il-kwalità tal-arja u biex jiġi żgurat sforz kontinwu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jkun delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b'massa ta' referenza li taqbeż it-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx il-5 000 kg, il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip, ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta’ riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontrol tal-emissjonijiet, il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur biex jipprovdi aċċess standardizzat u mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, is-sostituzzjoni tal-informazzjoni dwar il-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċertifikat tal-konformità b'informazzjoni dwar il-massa totali ta' ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' CO2, iż-żieda jew it-tneħħija tal-valur limitu tat-total ta' emissjonijiet ta' idrokarburi għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs, l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bl-iskop ta' kkalibrar mill-ġdid valuri limitu bbażati fuq il-massa ta’ partikulati u l-introduzzjoni ta' valuri limitu ta' partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri tal-massa tal-limiti għall-petrol u d-diżil, l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl rivedut għal partikulati u valur limitu tan-numru tal-partikula, valur limitu għall-emissjonijiet ta' NO2 u limiti għall-emissjonijiet minn mal-pajp tal-egżost f'temperaturi kesħin għal vetturi approvati bħala konformi mal-limiti tal-emissjoni Euro 6. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simulta nja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE rigward il-kwalità tal-arja u biex jiġi żgurat sforz kontinwu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b'massa ta' referenza li taqbeż it-2 610 kg iżda b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-7 500 kg, il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip, ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta’ riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontrol tal-emissjonijiet, il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur biex jipprovdi aċċess standardizzat u mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, is-sostituzzjoni tal-informazzjoni dwar il-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċertifikat tal-konformità b'informazzjoni dwar il-massa totali ta' ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' CO2, iż-żieda jew it-tneħħija tal-valur limitu ta' emissjonijiet ta' idrokarburi totali għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs, l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bl-iskop ta' kkalibrar mill-ġdid tal-valuri limitu bbażati fuq il-massa ta’ partikulati u l-introduzzjoni ta' valuri limitu ta' partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri tal-massa tal-limiti għall-petrol u d-diżil, l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl rivedut għal partikulati u valur limitu tan-numru tal-partikula, valur limitu għall-emissjonijiet ta' NO2 u limiti għall-emissjonijiet minn mal-pajp tal-egżost f'temperaturi kesħin għal vetturi approvati bħala konformi mal-limiti tal-emissjoni Euro 6. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simulta nja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Skont il-leġiżlazzjoni attwali, huma meħtieġa żewġ approvazzjonijiet tat-tip għal varjanti differenti tal-istess tip ta’ vettura. Dan jikkawża piż amministrattiv bla bżonn filwaqt li ma għandu l-ebda impatt ambjentali pożittiv. Jekk il-massa massima mgħobbija permissibbli tiġi estiża għal 7 500 kg dan jippermetti li l-vetturi li huma itqal mil-limiti tal-massa attwali għall-vetturi tax-xogħol ħafif ta’ 2610/2840 kg jew jiġu approvati għat-tip skont il-leġiżlazzjoni għall-vetturi tax-xogħol ħafif jew skont dik għall-vetturi heavy duty skont l-għażla tal-manifattur.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara l-pubblikazzjoni tal-atti ddelegati skont it-tieni subparagrafu u fuq talba tal-manifattur, dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx il-5 000 kg.

Wara l-pubblikazzjoni tal-atti ddelegati skont it-tieni subparagrafu u fuq talba tal-manifattur, dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-7 500 kg.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 14a dwar ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx is-5 000 kg.L-atti delegati għandhom jiżguraw b’mod partikolari li fit-testijiet tad-dinamometru tax-xażi, il-massa operattiva attwali tal-vettura tkun ikkunsidrata kif xieraq għad-determinazzjoni tal-inerzja ekwivalenti kif ukoll parametri awtomatiċi oħra tal-potenza u tat-tagħbija.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 14a dwar ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg iżda b'massa massima tal-vettura li ma taqbiżx is-7 500 kg.

L-atti delegati għandhom jiżguraw b’mod partikolari li fit-testijiet tad-dinamometru tax-xażi, il-massa operattiva attwali tal-vettura tkun ikkunsidrata kif xieraq għad-determinazzjoni tal-inerzja ekwivalenti kif ukoll parametri awtomatiċi oħra tal-potenza u tat-tagħbija.

____________________

____________________

* ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.".

* ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.".

Ġustifikazzjoni

Jekk il-massa massima mgħobbija permissibbli tiġi estiża għal 7 500 kg dan jippermetti li l-vetturi li huma itqal mil-limiti tal-massa attwali għall-vetturi tax-xogħol ħafif ta’ 2610/2840 kg jew jiġu approvati għat-tip skont il-leġiżlazzjoni għall-vetturi tax-xogħol ħafif jew skont dik għall-vetturi heavy duty skont l-għażla tal-manifattur. Il-“massa massima mgħobbija teknikament permissibbli” tfisser il-massa totali tal-kombinazzjoni tal-vettura bil-mutur u l-karru/ijiet kif iddikjarata mill-manifattur.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a) L-Artikolu 5(1) huwa emendat kif ġej:

"Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu."

"Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, f’kundizzjonijiet ta’ sewqan reali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

 

Il-manifattur għandu jiżgura l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet billi jikkonfora ma’ Fattur ta’ Konformità li jirrifletti biss it-tolleranzi possibbli tal-proċedura ta’ kejl tal-emissjonijiet."

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"1a. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu mgħammra b’arloġġi tal-konsum tal-fjuwil b’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament."

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a) F'Artikolu 5(3), il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

"(a) l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi ċ-ċikli ta’ test, l-emissjonijiet f’temperatura ambjentali baxxa, waqt modalità ta’ idling, l-opaċità tad-duħħan u l-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni ta’ sistemi ta’ after-treatment;"

"(a) l-emissjonijiet mill-pajp tal-egżost, inklużi ċ-ċikli ta’ test abbażi tal-emissjonijiet tas-sewqan reali, l-użu ta’ sistemi portabbli ta’ kejl tal-emissjonijiet, l-emissjonijiet f’temperatura ambjentali baxxa, waqt spid diżingranat, l-opaċità tad-duħħan u l-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni ta’ sistemi ta’ after-treatment;"

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Fl-Artikolu 5(3), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ea) it-tagħmir ta’ arloġġi tal-konsum tal-fjuwil li jipprovdi lis-sewwieq b’informazzjoni preċiża dwar il-konsum tal-fjuwil reali tal-vettura, inkluż tal-inqas id-data li ġejja: il-konsum istantanju tal-fjuwil (l/100 km), il-medja tal-konsum tal-fjuwil (l/100 km), il-konsum tal-fjuwil bil-magna mhux ingranata (l/siegħa), il-konsum tal-fjuwil tul il-ħajja ta-vettura (l), u stima ta’ kemm tista’ tkopri distanza l-vettura abbażi tal-livell tal-fjuwil attwali;"

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) Fl-Artikolu 5(3), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ia) Fattur ta’ Konformità, li jirrappreżenta l-proporzjon tal-livell massimu ta’ emissjonijiet ta’ ċerta sustanza li tniġġes imkejjel f’kundizzjonijiet tad-dinja reali għal-limitu regolatorji Euro 6 għal dik l-istess sustanza li tniġġes, li għandu jkun stabbilit għall-valur minimu possibbli;"

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d) Fl-Artikolu 5(3), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"Il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-att delegat sabiex tissupplementa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1a u l-punt (ea) ta’ dan il-paragrafu. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2019, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti, jikkunsidraw li ċ-ċertifikati ta’ konformità m’għadhomx aktar validi u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi."

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr ma jitbaxxa l-livell ta’ ħarsien ambjentali fi ħdan l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a dwar:

1. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta’ emissjonijiet tal-metan fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2, sabiex l-effett ta’ serra tal-emissjonijiet tal-metan jitqies u jkun espress bħala ekwivalenti ta’ CO2 għal skopijiet regolatorji u ta’ informazzjoni għall-konsumatur. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011.

a) is-sostituzzjoni tal-informazzjoni dwar il-massa tal-emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE bl-informazzjoni dwar it-total tal-massa tal-ekwivalenti tal-emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet ta' metan, li għandu jkun it-total tal-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 u emissjonijiet ta' metan, espressi bħala massa ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' CO2 fir-rigward tal-effetti tal-gass serra.

 

b) iż-żieda jew tneħħija tal-valur limitu tat-total tal-emissjonijiet ta' idrokarburi (THC) għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Mingħajr ma jitbaxxa l-livell ta’ ħarsien ambjentali fi ħdan l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 14a rigward iż-żieda tal-limiti tal-emissjonijiet tal-idrokarburi totali (THC) għal vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs. Madankollu, il-massimu awtorizzat ta’ emissjonijiet ta’ THC għandu jiġi stabbilit għal valur ta' limitu li jiżgura li ż-żieda possibbli tal-emissjonijiet tal-metan minn vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs tiġi kkumpensata permezz ta’ tnaqqis globali tal-effett serra tal-emissjonijiet totali kkombinati ta’ CO2 u metan minn dawk il-vetturi.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 2a – paragrafu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati li hemm regferenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8 u fl-Artikolu 14(1) sa (5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [][Publications Office, please insert the exact date of entry into force].

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8 u fl-Artikolu 14(1a) sa (5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7a) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

"3. L-emendi jew il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 14(6) għandhom jiġu adottati mit- 2 ta’ Lulju 2008."

"3. L-emendi jew l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2), fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 14(1a) għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]."

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2a. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu mgħammra b’arloġġi tal-konsum tal-fjuwil b’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament."

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 4 – sentenza introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b) Fl-Artikolu 5(4), is-sentenza introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu inklużi miżuri fir-rigward ta’ dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l- Artikolu 14a sabiex jiġu żviluppati r-rekwiżiti, it-testijiet u l-proċeduri speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip stipulati f’dan l-Artikolu, inklużi rekwiżiti fir-rigward ta’ dan li ġej:".

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Fl-Artikolu 5(4), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ea) it-tagħmir ta’ arloġġi tal-konsum tal-fjuwil li jipprovdi lis-sewwieq b’informazzjoni preċiża dwar il-konsum tal-fjuwil reali tal-vettura, inkluż tal-inqas id-data li ġejja: il-konsum istantanju tal-fjuwil (l/100 km), il-medja tal-konsum tal-fjuwil (l/100 km), il-konsum tal-fjuwil bil-magna mhux ingranata (l/siegħa), il-konsum tal-fjuwil tul il-ħajja ta-vettura (l), u stima ta’ kemm tista’ tkopri distanza l-vettura abbażi tal-livell tal-fjuwil attwali."

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d) Fl-Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-att delegat sabiex tissupplementa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2a u l-punt (ea) ta’ dan il-paragrafu. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2019, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti, jikkunsidraw li ċ-ċertifikati ta’ konformità m’għadhomx aktar validi u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi."

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e) Jiżdied l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 12a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

 

3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Indikaturi tal-qlib tal-ger

 

Il-Kummissjoni għandha tevalwa kemm hi xierqa l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti biex il-vetturi b’gerboks manwali jiġu mgħammra b'indikaturi tal-qlib tal-ger, għajr dawk tal-kategorija M1 li għalihom diġà jeżisti rekwiżit skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a għal kategoriji ta’ vetturi oħrajn.

 

_______________

 

1a Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

PROĊEDURA

Titolu

It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq

Referenzi

COM(2014)0028 – C7-0027/2014 – 2014/0012(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

6.2.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

6.2.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

26.11.2014

Eżami fil-kumitat

5.5.2015

15.6.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

16.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

8

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Izaskun Bilbao Barandica, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Stelios Kouloglou, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Jens Nilsson, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Tapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Daniel Dalton, Kateřina Konečná, Werner Kuhn, Ulrike Rodust, Patricija Šulin, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jarosław Wałęsa


PROĊEDURA

Titolu

It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq

Referenzi

COM(2014)0028 – C7-0027/2014 – 2014/0012(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.1.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

6.2.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

6.2.2014

IMCO

6.2.2014

TRAN

6.2.2014

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

12.2.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Albert Deß

10.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.11.2014

6.5.2015

25.6.2015

 

Data tal-adozzjoni

23.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

66

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Simona Bonafè, Lynn Boylan, Cristian-Silviu Buşoi, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Tibor Szanyi, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Nikolay Barekov, Paul Brannen, Renata Briano, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Ismail Ertug, Giorgos Grammatikakis, Gesine Meissner, Anne-Marie Mineur, Ulrike Müller, James Nicholson, Marijana Petir, Gabriele Preuß

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martin Häusling, Judith Sargentini

Data tat-tressiq

29.9.2015

Avviż legali - Politika tal-privatezza