Proċedura : 2014/2214(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0279/2015

Testi mressqa :

A8-0279/2015

Dibattiti :

PV 27/10/2015 - 14
CRE 27/10/2015 - 14

Votazzjonijiet :

PV 28/10/2015 - 7.9
CRE 28/10/2015 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0383

RAPPORT     
PDF 294kWORD 335k
1.10.2015
PE 557.188v02-00 A8-0279/2015

dwar strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku

(2014/2214(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Ivan Jakovčić

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku

(2014/2214(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (COM(2014)0357) u l-Pjan ta' Azzjoni li jakkumpanjaha u d-dokument analitiku ta' sostenn,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (minn issa 'l quddiem "ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ")(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jikkonċerna l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali (COM(2013)0468) u l-konklużjonijet relevanti tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Settembru 2014 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (COM(2014)0357) u l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku: ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-SMEs (opinjoni esploratorja tal-Presidenza Taljana tal-UE),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014 dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR) (opinjoni esploratorja),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta' Ġunju 2014 dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Ottubru 2011 bit-titolu "Il-kooperazzjoni territorjali fil-baċir tal-Mediterran permezz tal-makroreġjun Adrijatiku-Joniku",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-evoluzzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE: prassi attwali u prospettivi futuri, b'mod partikolari fil-Mediterran(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija marittima għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju" (COM(2012)0713),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-governanza tal-istrateġiji makroreġjonali (COM(2014)0284),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bit-titolu "Il-politika reġjonali li tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa 2020" (COM(2011)0017),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-evalwazzjoni tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent,

–  Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta' Aarhus).

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ancona, adottata fil-Konferenza dwar l-Iżvilupp u s-Sigurtà fil-baħar Adrijatiku u l-baħar Jonju tad-19 sal-20 ta' Mejju 2000,

–  wara li kkunsidra l-Konferenza dwar l-Ewroreġjun Adrijatiku-Joniku li sar f'Pula fit-30 ta' Ġunju 2006, u d-Dikjarazzjoni dwar it-tnedija tal-inizjattiva għall-ħolqien ta' Strateġija Adrijatika adottata waqt l-Assemblea tal-Ewroreġjun Adrijatiku-Joniku li sar fi Split fit-22 ta' Ottubru 2009,

–  wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (Dipartiment Tematiku B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni ) ta' Jannar 2015 bit-titolu "Rwol ġdid tal-Makroreġjuni fil-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea",

–  wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (Dipartiment Tematiku B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni) ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Ir-reġjun Adrijatiku u Joniku: Analiżi u Valutazzjoni Soċjoekonomika tal-Konnessjonijiet ta' tat-Trasport u l-Enerġija",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0279/2015),

A.  billi l-istrateġiji makroreġjonali jirrappreżentaw mudell ġdid ta' governanza f'livelli differenti fejn l-involviment tal-partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw l-UE, il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi s-sħab ekonomiċi u soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-komplementarjetà bejn politiki u programmi differenti, huma essenzjali biex l-implimentazzjoni issir b'suċċess u l-miri jintlaħqu; billi l-awtoritajiet reġjonali u lokali jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni tad-demokrazija, id-deċentralizzazzjoni u t-tisħiħ tal-awtonomija lokali u reġjonali;

B.  billi l-Istrateġiji għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u għar-reġjun tad-Danubju preċedenti ġabu magħhom benefiċċji tanġibbli għar-reġjuni involuti, ikkonfermaw is-suċċess tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni tal-UE u pprovdew esperjenza utli għall-iżvilupp ta' strateġiji makroreġjonali ġodda;

C.  billi l-interess li wrew ir-reġjuni f'din il-forma moderna ta' kooperazzjoni reġjonali u l-mudell ta' governanza ta' akkumpanjament qiegħed jiżdied; billi, reċentement, dan kien speċjalment il-każ fir-rigward ta' reġjuni muntanjużi bħalma huma l-muntanji Karpazji u l-Alpi, fejn l-ostakoli naturali jfissru li jeħtieġ li jiġu segwiti politiki reġjonali speċifiċi;

D.  billi strateġija makroreġjonali bħala qafas integrat relatat mal-Istati Membri u l-pajjiżi li mhumiex fl-UE fl-istess żona ġeografika u approvata mill-Kunsill Ewropew, hija strateġija tal-UE;

E.  billi jeżistu differenzi soċjoekonomiċi kbar bejn il-pajjiżi involuti f'din l-istrateġija, speċjalment bejn l-Istati Membri tal-UE u stati li mhumiex Membri tal-UE;

F.  billi iż-żieda fl-interess ta' pajjiżi fir-reġjun Adrijatiku u Joniku fil-qasam tal-kooperazzjoni u fid-definizzjoni ta' azzjonijiet konġunti bħala tweġiba għall-isfidi bl-użu tal-potenzjal fir-reġjun kollu, u l-isforz kontinwu tagħhom sabiex tinkiseb sinerġija, wassal għall-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR);

G.  billi l-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jitqiesu bħala għodda ta' integrazzjoni Ewropea u ta' koeżjoni territorjali akbar ibbażati fuq kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien sabiex jiġu indirizzati sfidi komuni; billi l-EUSAIR hija forma ġdida ta' kooperazzjoni reġjonali li tista' tgħin lil pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali fit-triq tagħhom lejn adeżjoni mal-UE, u komponent importanti tal-politika Mediterranja usa' tal-UE kif espress permezz tal-Unjoni għall-Mediterran; billi l-EUSAIR, bħala parti mill-politika reġjonali tal-UE, hija għodda għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, bl-għanijiet ewlenin li tnaqqas l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni, tippromwovi l-konverġenza reali u tħeġġeġ it-tkabbir u l-impjieg;

H.  billi l-Baħar Adrijatiku, minħabba n-natura semi-magħluqa tiegħu huwa partikolarment vulnerabbli għat-tniġġis u għandu karatteristiċi idrografiċi mhux tas-soltu bħall-fatt li l-fond u l-kosta jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tar-reġjun; billi l-istokkijiet tal-ħut jiġu kondiviżi fost il-pajjiżi kostali kollha, li jqiegħed ir-riġenerazzjoni tal-istokkijiet taħt pressjoni sostnuta; billi l-miżuri fi ħdan ir-regolament qafas futur dwar miżuri tekniċi fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata għandhom jitfasslu fuq bażi reġjonali u apposta għall-ispeċifiċitajiet ta' din iż-żona u r-riżorsi marittimi u s-sajd tagħha;

Konsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku u l-pjan ta' azzjoni li jakkumpanjaha: jemmen li huwa pass importanti fl-iżvilupp ta' din il-parti tal-Ewropa; jisħaq li l-EUSAIR inħolqot biex iżżid il-valur fl-interventi, kemm jekk mill-UE, kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali jew mis-settur privat, b'mod li jsaħħaħ sostanzjalment il-funzjonament tal-makroreġjuni; jenfasizza li l-prospetti tal-Istrateġija għall-pajjiżi kandidati u għall-pajjiżi potenzjalment kandidati fir-reġjun; jissottolinja l-importanza li l-istrateġija tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' integrazzjoni, koordinazzjoni, kooperazzjoni u sħubija; itenni l-importanza tal-prinċipju tat-"tliet LE" (il-prinċipju ta' ebda leġiżlazzjoni ġdida, ebda istituzzjoni ġdida, ebda finanzjament ġdid) peress li l-makroreġjuni huma oqfsa għal inizjattivi ta' kooperazzjoni, li jibnu fuq is-sinerġiji li jirriżultaw mill-artikolazzjoni ta' strumenti ta' politika differenti tal-UE, inklużi l-Fondi SIE;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li saru mill-partijiet ikkonċernati kollha fit-twaqqif ta' arkitettura istituzzjonali għall-implimentazzjoni tal-EUSAIR fil-qafas istituzzjonali eżistenti; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali kollha jieħdu f'idejhom għalkollox l-implimentazzjoni tal-proġetti koperti minn din l-istrateġija makroreġjonali; jisħaq l-importanza tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi, kif ukoll l-importanza li f'kull pajjiż parteċipanti jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed riżorsi u persunal amministrattiv kompetenti espressament iddedikati għall-implimentazzjoni tal-EUSAIR;

3.  Jisħaq fuq il-ħtieġa għal approċċ ibbażat fuq il-post fir-rigward tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni, u jenfasizza l-valur miżjud tal-mudell ta' governanza f'diversi livelli li jeħtieġ li jindirizza n-nuqqas ta' kapaċità amministrattiva u li jista' jintuża għall-ġbir tar-riżorsi fil-makroreġjun; jinsisti, f'dan ir-rigward, li teżisti l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu inklużi fl-entitajiet ta' tmexxija politika u fl-entitajiet operazzjonali, tekniċi u ta' implimentazzjoni tal-istrateġija, filwaqt li jinżamm ir-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess ta' koordinazzjoni; jisħaq li l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) jista' jimmobilizza u jinvolvi l-atturi lokali fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u jgħin biex tissaħħaħ is-sjieda ta' proġetti fil-livell taċ-ċittadini;

4.  Jisħaq fuq l-importanza ta' proċess trasparenti għall-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija, kif ukoll ta' ftuħ u inklużività fil-konfront tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jenfasizza li l-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni fil-pilastri kollha huma essenzjali għall-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u għall-bini ta' appoġġ pubbliku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-istrateġija tingħata viżibbiltà adegwata fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, jiżviluppaw komunikazzjoni xierqa fir-rigward tal-objettivi u r-riżultati tal-istrateġija, u jippromwovu l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' strateġiji makroreġjonali oħra eżistenti u futuri;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa għal pajjiżi li mhumiex fl-UE biex jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni tagħhom mal-acquis settorjali speċifiku marbut mal-istrateġija, bil-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet tal-UE u li ssir implimentazzjoni regolari, legali u f'waqtha bbażata fuq l-istandards u l-leġiżlazzjoni tal-UE; iħeġġeġ lill-pajjiżi parteċipanti kollha jistabbilixxu gruppi ta' riflessjoni u jorganizzaw laqgħat regolari biex isir skambju tal-aħjar prattiki bil-għan li din il-proċedura tiġi żgurata u ssir aktar effiċjenti;

6.  Jinnota li, minħabba tnaqqis kbir fl-investiment privat tal-pajjiżi kollha fir-reġjun, flimkien ma' konsolidazzjoni fiskali u kapaċità ta' investiment limitata fis-settur pubbliku, jaf jinqalgħu problemi fil-finanzjament ta' proġetti fl-ambitu ta' din l-istrateġija; jistieden lill-pajjiżi parteċipanti sabiex iżommu livell għoli tas-sjieda, l-impenn u t-tmexxija meħtieġa biex jimplimentaw l-istrateġija b'suċċess;

7.  Jilqa' l-fatt li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni għall-2014-2020, u b'mod partikolari l-programm ta' kooperazzjoni Adrijatiku Joniku 2014-2020 (ADRION), jipprovdu riżorsi potenzjali sinifikanti u firxa wiesgħa ta' għodod u għażliet tekniċi għal din l-istrateġija; jappoġġa l-fatt li huma disponibbli fondi u strumenti relevanti oħra għall-pilastri tal-istrateġija, b'mod partikolari il-programmi Orizzont 2020 u Erasmus Plus fir-rigward tal-pilastri kollha, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fir-rigward tal-Pilastru II, il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) fir-rigward tal-pilastru III, kif ukoll fir-rigward tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, u l-programmi COSME u Ewropa Kreattiva għall-SMEs fir-rigward tal-Pilastru IV, kif ukoll il-programm INNOVFIN intiż biex jiffinanzja l-innovazzjoni; iħeġġeġ il-kooperazzjoni sabiex tinħoloq sinerġija tal-fondi disponibbli bejn il-kumitati ta' monitoraġġ tal-programmi ta' kooperazzjoni territorjali li jkopru r-reġjun, il-bord ta' tmexxija tal-EUSAIR u l-awtoritajiet maniġerjali tal-FSIE; jisħaq li l-istrateġija għandha tippermetti użu aktar effiċjenti u effikaċi ta' strumenti u fondi eżistenti;

8.  jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u l-entitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li huma responsabbli għat-tħejjija, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-FSIE biex jisħqu fuq l-importanza ta' proġetti u azzjonijiet makroreġjonali;

9.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu definiti, fil-livell makroreġjonali, l-istruttura ta' implimentazzjoni u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bil-għan li jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni, inkluż l-ippjanar konġunt, l-allinjament tal-opportunitajiet ta' finanzjament u approċċ 'minn isfel għal fuq'; jissottolinja l-ħtieġa li l-programmi operattivi nazzjonali u reġjonali jiġu allinjati mal-għanijiet tal-istrateġija, inkluża, fejn possibbli, l-inkorporazzjoni tal-EUSAIR f'dawn il-programmi; iqis li dan huwa meħtieġ għall-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-inizjattivi, il-proposti u l-proġetti li jikkonċernaw ir-Reġjun Adrijatiku u Joniku;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) u l-pajjiżi parteċipanti jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet disponibbli fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) li għadu kemm ġie stabbilit għall-finanzjament ta' proġetti fir-reġjun li joħloq valur miżjud, jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u ekonomiku u l-koeżjoni soċjali, jistimola t-tkabbir u jżid l-impjiegi fil-livell makroreġjonali u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ l-għoti ta' "punti bonus" għal proġetti makroreġjonali fil-fażi tal-għażla tal-proġetti minħabba n-natura transnazzjonali inerenti tagħhom;

11.  Josserva li m'hemm l-ebda fond speċifiku assenjat biss għall-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali, u li rieda politika, sħubija u koordinazzjoni b'saħħithom bejn il-pajjiżi huma prekundizzjoni għas-suċċess; jistieden, għaldaqstant, lill-pajjiżi fir-reġjun biex jiġbru fondi (il-Fondi SIE, IPA, FEIS) kif ukoll kontributi minn sorsi nazzjonali taħt il-BEI bħala pjattaforma finanzjarja u ta' investiment għas-sostenn tal-finanzjament ta' proġetti li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-għanijiet tal-istrateġija; jitlob il-ħolqien ta' sensiela ta' proġetti trasparenti u disponibbli għall-pubbliku għar-reġjun Adrijatiku u Joniku, li żżid il-viżibilità ta' ħtiġiijiet u proġetti ta' investiment attwali u potenzjali sabiex l-investituri jitħeġġu jinvestu f'dawn il-proġetti;

12.  Iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati biex jikkondividu l-aħjar prattiki, jibnu fuq l-esperjenza miksuba u jidentifikaw l-ostakoli fl-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali oħra tal-UE, kif ukoll iżidu l-kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom, bħal dawk mill-Baħar Baltiku, il-Baċir tad-Danubju u l-makroreġjuni tal-Alpi;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni telimina l-ostakoli amministrattivi u mhux finanzjarji li spiss jiskoraġġixxu l-investituri milli jinvestu fi proġetti bħal dawn;

14.  Iqis li huwa neċessarju li jinstabu modi biex jiġu involuti pajjiżi li mhumiex inklużi f'din l-istrateġija u li huma ġeografikament u ekonomikament qrib ir-reġjun, minn tal-inqas fuq bażi ta' proġetti individwali u speċifiċi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni, u jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati jagħmlu użu tal-aħjar prattiki li jeżistu f'dan il-qasam;

15.  Ifakkar l-impatt kbir tal-kriżi ekonomika fuq ir-reġjun, u jisħaq fuq il-ħtieġa għal valutazzjoni regolari ta' strateġiji maħsuba biex jiksbu l-irkupru ekonomiku; josserva li l-pajjiżi fir-reġjun jinsabu f'livelli differenti ta' żvilupp u għandhom ħtiġijiet differenti; jistieden lill-Kummissjoni tissottolinja l-importanza tal-ħolqien tal-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tad-differenzi soċjoekonomiċi bejn il-pajjiżi; jappoġġa r-riformi f'pajjiżi anqas żviluppati, u jħeġġeġ l-iskambju ta' għarfien, esperjenza u prattika f'dan il-kuntest;

16.  Josserva li huwa neċessarju li titħeġġeġ, tiġġedded u tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, ix-xjenza u l-kultura, fosthom billi jitwessa' l-ambitu għall-mobilità akkademika tal-istudenti u l-persunal tal-università; jisħaq li x-xjenza u l-innovazzjoni huma prerekwiżit għal tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli; jenfasizza l-interdipendenza tal-kooperazzjoni xjentifika u kulturali mat-tkabbir tad-dinamiki ekonomiċi u l-livell ta' diversità u sostenibilità tat-turiżmu fir-reġjun;

17.  Jilqa' r-rappreżentanza tal-Parlament Ewropew fil-korpi governattivi tal-EUSAIR; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-isforzi konġunti tal-pajjiżi fir-reġjun (Stati Membri tal-UE u pajjiżi terzi) u l-parteċipazzjoni effikaċi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-istrateġija;

18.  Jirreferi għall-preċedenti li nħolqu fil-kuntest ta' strateġiji makroreġjonali oħra tal-UE, u jitlob li jingħata appoġġ, fi ħdan il-qafas ta' proġetti pilota u azzjonijiet ta' tħejjija, għal tipi differenti ta' azzjonijiet li jvarjaw minn studji għal kapital inizjali għat-tħejjija ta' proġetti f'oqsma prijoritarji differenti;

19.  Iqis li huwa essenzjali li, fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, il-prinċipji ġenerali tagħha, u b'mod partikolari l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-ambjent u t-titjib tar-riżorsi naturali, għandhom jiġu kkunsidrati f'kull wieħed mill-erba' pilastri, anke sabiex jittieħed approċċ olistiku fir-rigward tal-isfidi kumplessi u varjati tal-makroreġjun;

20.  Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari għaż-żoni msemmija fl-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bħar-reġjuni insulari, reġjuni muntanjużi u reġjuni rurali, bil-għan li jiġi identifikat u sfruttat il-potenzjal speċifiku tagħhom, speċjalment fis-settur tat-turiżmu, filwaqt li jiġu rrispettati l-oqsma ta' azzjoni u l-prijoritajiet identifikati f'dan ir-rapport; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni sabiex tipproponi Sena tal-Gżejjer u l-Muntanji;

21.  Iqis li huwa meħtieġ li jinstabu modi għall-pajjiżi parteċipanti biex jinvolvu pilastri importanti oħra li jistgħu joħolqu benefiċċji fejn jidħol l-iżvilupp taż-żona, bħall-agrikoltura minħabba kundizzjonijiet ġeoklimatiċi speċifiċi, il-bijodiversità u l-potenzjal li jinħolqu effetti kkoordinati ta' sinerġija u tkabbir ulterjuri; jirrakkomanda kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib bejn iż-żoni interni, iż-żoni kostali u insulari, sabiex jinkisbu sinerġiji bejn proġetti ta' enerġija nadifa u produzzjoni ta' ikel tajjeb għas-saħħa;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta' rappurtar adegwat u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-pajjiżi parteċipanti, flimkien mal-Kummissjoni, biex jiġbru data ta' referenza affidabbli u jistabbilixxu miri konkreti għal kull pilastru, li mbagħad tiġi evalwata fuq bażi annwali u ssir disponibbli għall-pubbliku;

23.  Jitlob li jkun hemm approċċ Ewropew komprensiv u integrat fir-rigward tal-migrazzjoni; jenfasizza li r-reġjun qed iħabbat wiċċu ma' sfidi serji fejn tidħol il-migrazzjoni, u jiddeplora t-traġedji kollha li ġraw fil-Mediterran; iħeġġeġ li, meta jiġu indirizzati dawn l-isfidi, huwa essenzjali li ssir bidla sinifikanti fil-politiki ta' asil f'dak li għandu x'jaqsam mas-solidarjetà bejn l-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi eżaminata l-istrateġija ġenerali fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-isfidi migratorji; iħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki tajba dwar kif jintlaqgħu l-immigranti, u jitlob, bħala kwistjoni ta' urġenza, biex tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet umanitarji u soċjali li jaffettwaw ir-reġjun, bil-għan li fil-ġejjieni ssir definizzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet tal-EUSAIR;

24.  Jistenna li jingħata impetu ġdid lit-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà fix-Xlokk tal-Ewropa;

25.  Jirrimarka li l-kwistjonijiet ġodda li jistgħu jitfaċċaw matul it-triq kif ukoll il-prijoritajiet jaf jevolvu, u f'dak il-każ ikun meħtieġ li l-azzjonijiet u l-proġetti u l-miri assoċjati magħhom jiġu aġġornati, ittrasformati jew sostitwiti;

26.  Jistieden lill-pajjiżi jikkondividu l-aħjar prattiki fil-qasam tar-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi bil-għan li japplikaw l-ogħla standards, peress li dan huwa qasam partikolarment sensittiv li jikkonċerna kwistjonijiet lingwistiċi;

27.  Jisħaq li, fid-diversi stadji ta' implimentazzjoni, l-atturi ekonomiċi pubbliċi u privati, il-membri tas-soċjetà u d-diversi komponenti tas-soċjetà ċivili organizzata għandhom jingħataw it-taħriġ adegwat permezz ta' programm speċifiku li jinkludi appoġġ organizzattiv u tekniku;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni biex kull sentejn tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-EUSAIR lill-Parlament u lill-Kunsill, bil-għan li jiġi vvalutat il-funzjonament tagħha u l-valur miżjud tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir u l-impjieg, it-tnaqqis tad-disparitajiet u l-iżvilupp sostenibbli;

29.  Iħeġġeġ miżuri speċifiċi biex tiġi promossa d-dimensjoni soċjali; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inkorporati l-prijoritajiet u l-miżuri li għandhom il-għan li jappoġġaw l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità u li jevitaw kull xorta ta' diskriminazzjoni;

Tkabbir blu

30.  Jisħaq li l-pożizzjoni ġeografika unika tar-reġjun u l-istruttura speċifika tal-kosta, flimkien mal-bijodiversità rikka tal-ibħra tiegħu, għandhom potenzjal enormi għall-ħolqien ta' impjiegi 'blu' u għall-innovazzjoni u l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, inklużi t-teknoloġiji blu, is-sajd u l-akkwakultura, u governanza u servizzi marittimi u tal-baħar mtejba;

31.  Huwa favur l-ekonomija blu bħala soluzzjoni għall-kriżi ekonomika, peress li tistimula l-ħolqien ta' impjiegi ġodda u l-iżvilupp ekonomiku, u b'mod speċjali l-impjiegi għan-nisa u għaż-żgħażagħ f'pajjiżi kostali u pajjiżi gżira; jemmen li l-istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku ma tistax tiġi segwita mingħajr ma wieħed iqis il-kunċett tal-ekonomija blu, li torbot lis-setturi ekonomiċi marbuta mal-ibħra u l-oċeani, l-akkwakultura, it-trasport marittimu u fuq ix-xmajjar u t-turiżmu mal-ħarsien ambjentali;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati involuti fl-istrateġija biex jipprovdu inċentivi li jattiraw liż-żgħażagħ lejn il-qasam tas-sajd u l-akkwakultura fir-Reġjun Adrijatiku u Joniku u jinkoraġġuhom sabiex iwettqu tali attivitajiet;

33.  Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni tal-politika u armonizzazzjoni tal-għanijiet tal-istrateġija, kif ukoll proġetti komuni, f'konformità mal-valuri, il-prinċipji u l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd; iħeġġeġ, barra minn hekk, is-sostenn għall-iżvilupp ta' settur tas-sajd sostenibbli u l-produzzjoni ta' ikel tradizzjonali u tajjeb għas-saħħa; jitlob li jitwaqqfu Gruppi ta' Azzjoni Lokali tas-Sajd, li jistgħu jirrappreżentaw strument naturali għad-diversifikazzjoni tas-sajd; jenfasizza l-fatt li s-sajd u l-akkwakultura sostenibbli u ta' profitt jeħtieġu involviment imsaħħaħ tal-partijiet ikkonċernati fil-ġestjoni ġenerali, kif ukoll attivitajiet tas-sajd imtejba u diversifikati;

34.  Huwa tal-fehma li t-tkabbir blu huwa magħmul minn setturi u negozji varjati ħafna, u għal din ir-raġuni l-iżvilupp tiegħu jeħtieġ ħaddiema b'ħiliet ta' livell għoli f'dawk is-setturi kollha; jistieden lill-Istati Membri involuti fil-EUSAIR biex jippromwovu d-diversi setturi ta' tkabbir blu fil-programmi ta' taħriġ tagħhom, filwaqt li jqisu s-sistemi ta' tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ għall-impjegati; josserva l-kumplessità tal-attivitajiet, is-setturi u d-dixxiplini tas-sistemi soċjoekonomiċi involuti fit-tkabbir blu, u għalhekk iqis li huwa importanti ħafna li l-Istati Membri involuti fl-istrateġija EUSAIR jadottaw politiki tas-suq tax-xogħol sabiex iżidu l-kapaċità ta' adattament għat-tibdil, l-innovazzjoni u l-multidixxiplinarjetà, jadattaw it-taħriġ tal-kapital uman u jżidu r-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa;

35.  Jisħaq fuq l-importanza ta' interkonnessjoni akbar u reali bejn l-istrateġija UE 2020 u t-tliet pilastri (b'mod partikolari il-pilastru tat-tkabbir blu) tal-istrateġija EUSAIR ibbażata fuq il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea; iqis il-Pjan ta' Azzjoni bħala wieħed mir-riżultati tal-approċċ tal-istrateġija li jidentifika l-prijoritajiet konkreti għall-makroreġjun; josserva, abbażi ta' dan, li kull azzjoni jew proġett jintgħażlu permezz ta' proċess estensiv ta' konsultazzjoni 'minn isfel għal fuq' li jinvolvi firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati fir-reġjun Adrijatiku u Joniku li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, is-sħab soċjali, iżda wkoll is-settur privat, l-ekonomija soċjali, id-dinja tal-akkademiċi u s-soċjetà ċivili;

36.  Iħeġġeġ r-raggruppament u l-kooperazzjoni bejn impriżi pubbliċi u privati, universitajiet, istituti ta' riċerka u partijiet ikkonċernati relevanti oħrajn fis-settur tal-baħar u dak marittimu bil-għan li tiġi stimulata l-innovazzjoni u jittieħed vantaġġ sħiħ mis-sinerġiji; iqis li l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-pilastru tat-tkabbir blu għandhom ikunu bbażati fuq strateġiji ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti bil-għan li jiġu żgurati investimenti aktar effiċjenti u effikaċi; jistieden lill-pajjiżi u r-reġjuni li jipparteċipaw fil-Pjattaforma S3 tal-Kummissjoni biex jibbenefikaw minn assistenza fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u r-rieżami ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; iqis li jeħtieġ, f'dan il-kuntest, li l-SMEs ikollhom aċċess aħjar għall-kreditu, u li n-netwerks ta' negozju eżistenti (raggruppamenti) jittejbu permezz ta' proċess ta' internazzjonalizzazzjoni, bil-għan li jinħolqu impjiegi sostenibbli u ta' kwalità;

37.  Jappoġġa l-ħolqien ta' tikketta ta' kwalità konġunta għal prodotti ta' frott tal-baħar ta' kwalità għolja mir-reġjun sabiex tiżdied il-kompetittività tagħhom;

38.  Jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu soċjali u tal-involviment ta' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili f'attivitajiet ta' bini, bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi; iqis li dan jista' jintlaħaq billi titwaqqaf pjattaforma permanenti fil-livell makroreġjonali u fil-livell reġjonali f'kull Stat Membru biex tirrappreżenta s-sħab soċjali u ekonomiċi, b'mod analogu ma' dak li diġà sar għall-universitajiet, il-kmamar tal-kummerċ u l-bliet;

39.  Jisħaq fuq l-importanza tar-riċerka dwar il-baħar u r-riċerka marittima, u ta' kooperazzjoni aktar b'saħħitha f'dawn is-setturi bejn ir-riċerkaturi, u bejn l-Istati Membri u r-reġjuni involuti fl-istrateġija EUSAIR, bil-għan li tingħeleb id-differenza eżistenti bejn dawn l-Istati Membri, kif ukoll biex tissaħħaħ il-kompetittività taż-żoni kostali u jinħolqu impjiegi lokali sostenibbli u ta' kwalità;

40.  Jinnota bi tħassib ir-rata ta' tnaqqis drastiku tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Adrijatiku u fil-Baħar Joniku bħala konsegwenza ta' sajd żejjed, flimkien ma' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), u riskji sinifikanti għall-ħajja tal-baħar kollha; jisħaq li s-sajd huwa wieħed mill-komponenti ewlenin fl-ekonomija taż-żoni kostali u insulari; iqis li huwa neċessarju, għalhekk, li jitqiesu l-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u l-ekosistemi tal-baħar, f'konformità mal-prinċipju tar-rendiment massimu sostenibbli inkluż fil-Politika Komuni tas-Sajd, li għandu jkunu objettiv importanti ferm tal-istrateġija; jissottolinja l-ħtieġa, tul il-perjodu tranżitorju, li jingħata sostenn lill-aġġustament għal-limiti tas-sajd permezz ta' sussidji għax-xiri ta' tagħmir permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS); jappella għal azzjoni deċiżiva f'forma ta' allinjament tal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd ta' pajjiż terzi mal-leġiżlazzjoni tal-UE, kondiviżjoni tad-data, pjattaformi ta' monitoraġġ konġunt u pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali tas-sajd, u biex jitqies kif jista' jiġi żviluppat settur tal-akkwakultura sostenibbli bil-potenzjal kbir tiegħu li jitmexxa permezz tal-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

41.  Ifakkar li l-ħut u l-frott tal-baħar li jiġu sfruttati kummerċjalment għandhom ikunu fi ħdan limiti bijoloġiċi sikuri sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb u tiġi salvagwardjata s-sostenibbiltà għal perjodu ta' żmien twil tal-industrija tas-sajd;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirreġistra l-volumi tal-qbid tas-sajd rikreattiv, biex tirregola din l-attività u biex tagħmel kemm l-attivitajiet ta' sajd rikreattiv kif ukoll professjonali soġġetti għall-objettivi tar-rendiment massimu sostenibbli;

43.  Iħeġġeġ riċerka komprensiva dwar l-istokkijiet tal-ħut, b'mod partikolari l-ispeċi fil-periklu, u l-interkonnessjoni bijoloġika tagħhom, minħabba li n-nuqqas ta' data preċiża, dettaljata u kompleta tal-istatus quo tirriżulta f'evalwazzjonijiet mhux ċari u inaffidabbli; iħeġġeġ il-preservazzjoni tar-riproduzzjoni naturali;

44.  Jitlob biex proġetti li jfittxu li jivvalutaw l-impatt tas-sajd indirett (xbieki iħirsa, malji ta' kultivazzjoni tal-maskli) u tal-qabdiet sekondarji ta' speċi protetti jiġu evalwati u promossi, billi huwa stmat li, fl-Adrijatiku waħdu, 'il fuq minn 40 000 fekruna tal-baħar jinqabdu b'mod aċċidentali; huwa tal-fehma li l-istudji ambjentali u l-istudji dwar mezzi li jtaffu l-problema (bħal apparat għall-esklużjoni tal-fkieren) huma meħtieġa b'mod urġenti;

45.  Iħeġġeġ appoġġ b'saħħtu għall-bini tal-bastimenti, inkluż is-settur tad-dgħajjes ta' rikreazzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-modernizzazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tiegħu bil-għan li jinħolqu l-impjiegi u jiġi adattat għar-rekwiżiti ta' tkabbir sostenibbli u kompetittiv li jkun konformi mat-teknoloġiji blu;

46.  Jitlob appoġġ b'saħħtu għaż-żoni ta' manifattura, ġemellaġġ u kooperazzjoni bejn żoni f'partijiet differenti tal-makroreġjuni; iħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki li jinvolvu l-esperjenzi l-aktar sinifikanti fis-settur u dawk ta' reġjuni oħra li jfittxu li jadottaw l-istess approċċ biex jippromwovu l-istabbiliment ta' żoni ta' produzzjoni;

47.  Jissottolinja l-importanza li jiġi appoġġat u promoss is-sajd sportiv u rikreattiv tal-familja, flimkien ma' politiki integrati għas-sajd u t-turiżmu (is-sajd, it-turiżmu marbut mal-ħut u l-marikultura), speċjalment fil-gżejjer, sabiex jiġu ppreservati t-tradizzjonijiet kulturali lokali u l-istili ta' ħajja marittimi tal-abitanti tal-gżejjer u ta' siti kostali żgħar; iħeġġeġ sajd u akkwakultura sostenibbli, fuq skala żgħira u tradizzjonali, flimkien ma' offerta kulinarja diversifikata u l-promozzjoni ta' swieq tal-ħut lokali, bħala l-aħjar mod biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà u jingħata appoġġ aktar b'saħħtu lill-attivitajiet turistiċi kostali;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa u tippromwovi l-involviment tas-sajd u tal-ħaddiema tas-sajd fi proġetti bħal dawk relatati mat-turiżmu kulturali u storiku, li jinkludu s-sajd u l-iskoperta mill-ġdid tal-attivitajiet tat-tbaħħir u postijiet għas-sajd u impjiegi tradizzjonali;

49.  Jissottolinja l-importanza tal-ekonomija soċjali u tal-intraprenditorija femminili biex jinkiseb il-pilastru tat-tkabbir blu, u jistieden lill-Istati Membri involuti fl-istrateġija EUSAIR iħeġġu u jappoġġaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-setturi relevanti kollha; ifakkar fir-rwol fundamentali tal-intrapriżi żgħar u tal-mikrointrapriżi fir-reġjuni u t-territorji kkonċernati, u jitlob lill-Istati Membri involuti fil-EUSAIR jimplimentaw politika attiva għall-promozzjoni ta' tali forom ta' attività ekonomika;

50.  Jappoġġa miżuri li jnaqqsu r-riskju idroġeoloġiku u r-riskju tal-erożjoni kostali;

51.  Iħeġġeġ attivitajiet intiżi biex jivvalorizzaw il-professjonijiet marittimi li ntlaqtu l-aktar mill-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, pereżempju billi jiġu żviluppati proġetti alternattivi biex jiġu skoperti mill-ġdid is-snajja' tradizzjonali;

52.  Jisħaq fuq l-importanza tar-riċerka, u jappella biex jingħata appoġġ b'saħħtu lid-distretti tal-baħar u d-distretti marittimi;

53.  Jenfasizza li l-iżvilupp tal-akkwakultura u l-marikultura jista' jilgħab rwol importanti mhux biss fl-irkupru tad-diversità tal-ispeċi iżda wkoll fit-tkabbir ekonomiku tar-Reġjun Adrijatiku u Joniku;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-iskambju ta' prattiki tajbin bħas-sostenibbiltà ta' proġetti żviluppati mill-Gruppi ta' Azzjoni Kostali;

Nikkollegaw ir-reġjun

55.  Jinnota li konnessjonijiet aħjar fejn jidħlu t-trasport u l-enerġija bejn il-pajjiżi parteċipanti kif ukoll bejnhom u l-ġirien l-oħra tagħhom, inkluż it-trasport marittimu, il-konnessjonijiet intermodali għaż-żoni interni tal-pajjiż u n-netwerks tal-enerġija, huma ħtiġijiet urġenti għall-makroreġjun u prekundizzjoni għall-żvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu; jissottolinja n-nuqqas ta' konnessjoni bejn iż-żewġ kosti mal-Baħar Adrijatiku u d-distakk li jeżisti fl-infrastruttura tan-netwerks fir-reġjun Adrijatiku-Joniku;

56.  Jitlob li jingħataw inċentivi għall-istabbiliment ta' konnessjonijiet tat-trasport sostenibbli li jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar, it-trasport u l-ispejjeż u esternalitajiet loġistiċi; jappella biex isiru xogħlijiet strateġiċi ewlenin relatati mal-interkambju bejn il-baħar u l-art sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' trasport intermodali bejn il-pajjiżi, jingħata kontribut għall-koeżjoni, jissaħħaħ in-netwerk globali u titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq u b'hekk l-emissjonijiet ta' CO2; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li tittejjeb id-dimensjoni marittima u tal-port tal-kabotaġġ, tal-awtostradi tal-baħar u tal-kruċieri bejn iż-żewġt ixtut tal-Baħar Adrijatiku, kemm fuq rotot bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar kif ukoll rotot trasversali bejn il-Lvant u l-Punent; josserva l-ħtieġa għal aktar koordinament biex tiġi evitata l-konġestjoni tat-traffiku marittimu u jittejbu l-ġestjoni u l-kontroll tiegħu;

57.  Iħeġġeġ l-użu tar-Regolament dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet mit-trasport marittimu (ir-Regolament (UE) 2015/757) għall-innovazzjoni u dwar l-istabbiliment tat-trasport marittimu sostenibbli fil-makroreġjun bl-użu ta' magni tal-propulsjoni tal-baħar u fjuwils alternattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u titjieb l-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport;

58.  Jissottolinja l-importanza li jiġu konnessi r-rotot tat-trasport marittimu u l-portijiet ma' partijiet oħra tal-Ewropa, kif ukoll ir-relevanza tal-interkonnessjonijiet mal-kurituri tan-Netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); jistieden lill-pajjiżi parteċipanti jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta' proġetti li huma koperti minn-netwerk TEN-T attwali u interventi oħra għall-estensjoni proposta tiegħu għall-Ewropa tax-Xlokk/il-Lvant tal-Kosta Adrijatika, u li huma kapaċi jagħlqu d-distakk li jeżisti fin-netwerks tar-reġjun Adrijatiku-Joniku; jistieden, għaldaqstant, lill-pajjiżi involuti jidentifikaw proġetti ta' infrastruttura ta' prijorità ta' valur miżjud Ewropew u reġjonali, u jissuġġerixxi li għandha tingħata attenzjoni inter alia:

(i) li jitlesta l-Kuritur Baltiku-Adrijatiku,

(ii) li ssir estensjoni fit-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Kuritur Skandinavu-Mediterranju,

(iii) li jiġi stabbilit kuritur ferrovjarju għat-trasport tal-merkanzija li jgħaqqad l-Alpi mal-Balkani tal-Punent,

(iv) li tiġi stabbilita konnessjoni aħjar bejn il-Peniżola Iberika, l-Italja ċentrali u l-Balkani tal-Punent,

(v) li tiġi implimentata konnessjoni bit-triq fiż-żona tal-Balkani bejn is-sistema tal-port u l-pajjiżi interni, kif ukoll interkonnessjoni mal-kuritur Renu-Danubju,

(vi) li jittejbu l-faċilitajiet tal-port għal konnessjonijiet aħjar bejn iż-żewġ kosti li jmissu mal-Baħar Adrijatiku, u li l-bords ta' tmexxija tal-portijiet fit-Tramuntana tal-Adrijatiku jħejju strateġija konġunta biex ikun hemm provvista aktar komprensiva tal-merkanzija importata fl-Ewropa Ċentrali;

59.  Jitlob li l-kapaċità tal-infrastruttura eżistenti tan-netwerk tiġi ottimizzata, b'referenza partikolari għall-konnessjonijiet bit-toroq u l-ferrovija li jeżistu fil-makroreġjun, inklużi l-konnessjonijiet "tal-aħħar mil"; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi ffinalizzata awtostrada Adrijatika-Jonika mill-aktar fis possibbli, li se tkun qed tagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-makroreġjun; ifakkar fl-importanza tal-kurituri l-ġodda li jintegraw l-awtostradi, il-linji ferrovjarji u infrastrutturi oħra fuq iż-żewġ naħat taż-żona Adrijatika-Jonika; josserva l-ħtieġa ta' aktar koordinament biex tiġi evitata l-konġestjoni tat-traffiku marittimu u jittejbu l-ġestjoni u l-kontroll tiegħu;

60.  Jappella għall-iżvilupp ta' infrastruttura ferrovjarja ta' veloċità għolja biex jiġi interkonness il-makroreġjun u jkun hemm konnessjoni aħjar mal-UE u fi ħdanha; jenfasizza l-importanza li tittejjeb il-konnettività ferrovjarja tar-reġjun Adrijatiku u Joniku, kif ukoll bejn il-Baħar Tirren u l-kosti Adrijatiċi-Joniċi;

61.  Jitlob lill-pajjiżi parteċipanti biex itejbu l-infrastruttura marittima, ferrovjarja u tat-trasport bl-ajru, jiżviluppaw awtostradi tal-baħar fil-makroreġjun, filwaqt li jikkombinaw mezzi ta' trasport intermodali, speċjalment biex joħolqu konnessjoni maż-żoni interni tal-pajjiż, u biex itejbu l-loġistika tat-trasport, filwaqt li jużaw l-aktar teknoloġiji avvanzati bl-aħjar mod possibbli u dejjem jiżguraw livell għoli ta' sigurtà u sostenibilità ambjentali; jistieden ukoll lill-pajjiżi parteċipanti sabiex jivvalutaw il-possibbiltajiet biex itejbu l-konnettività permezz ta' strumenti tal-mobilità elettronika li jistgħu jiffaċilitaw servizz internazzjonali tal-biljetti elettroniċi;

62.  Jenfasizza n-nuqqas ta' konnessjoni effikaċi mal-gżejjer; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw konnessjonijiet aħjar billi jesploraw alternattivi ġodda kkoordinati u ta' valur miżjud, jottimizzaw l-użu ta' rotot tal-merkanzija u tal-passiġġieri u jinvolvu l-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi, bil-għan li tiżdied il-kwalità tal-ħajja, tieqaf id-depopolazzjoni u jkun possibbli li jiġu sfruttati l-opportunitajiet soċjoekonomiċi f'dawn iż-żoni; jissottolinja l-ħtieġa li tittejjeb il-komunikazzjoni interna u l-infrastruttura tat-trasport tal-gżejjer biex ikun hemm mobbiltà interna sostenibbli; jisħaq ukoll fuq il-bżonn li tkun żgurata kura tas-saħħa u programmi edukattivi adegwati għall-popolazzjonijiet tal-gżejjer tul is-sena kollha;

63.  Jappella għall-implimentazzjoni ta' proġetti kbar biex jiġu żviluppati konnessjonijiet intermodali fuq il-gżejjer, u b'mod partikolari jixtieq jara sostenn qawwi fir-rigward tat-tisħiħ ta' ajruporti strateġikament importanti, bħall-ajruport ta' Katanja, kemm f'dak li jikkonċerna l-infrastruttura kif ukoll ir-rotot ġodda lejn reġjuni oħra tal-makroreġjun;

64.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi parteċipanti biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jiddiversifikaw is-sorsi tal-provvista tal-enerġija, proċess li mhux biss se jtejjeb is-sigurtà tal-enerġija tal-makroreġjun iżda se jżid ukoll il-kompetizzjoni u jiġġieled il-faqar fil-qasam tal-enerġija, li se jkollha benefiċċji importanti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun; jenfasizza l-ħtieġa għal valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali magħmulin bir-reqqa ta' interventi fis-settur tal-enerġija; jissottolinja l-importanza tal-ippjanar komuni għall-investiment fl-iżvilupp ta' terminals ta' gass naturali likwifikat (LNG) u n-nuqqas ta' netwerks ta' pipelines tal-gass fil-makroreġjun, biex b'hekk ikun possibbli li jinkisbu indipendenza u sigurtà tal-enerġija mtejba; iħeġġeġ, barra minn hekk, miżuri biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi, u b'hekk isir kontribut ukoll fejn tidħol il-kompetittività;

65.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' infrastruttura tal-enerġija li tkun kapaċi tnaqqas il-marka tal-karbonju, iżżid l-effiċjenza enerġetika u tiggarantixxi s-sigurtà tal-enerġija tal-makroreġjun u 'l barra minnu; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiġi żviluppat u promoss il-kunċett ta' bliet intelliġenti sabiex jingħata valur miżjud globali lill-infrastruttura tal-enerġija attwali tal-makroreġjun;

66.  Jirrikonoxxi l-potenzjal għoli tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux użati biżżejjed fil-makroreġjun; jappella biex jiġu sfruttati s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija mix-xemx, mir-riħ u mill-marea (meta dan ikun teknikament fattibbli) u l-enerġija mill-mewġ fit-taħlita tal-produzzjoni tal-enerġija; jissottolinja s-sostenibbiltà u l-kompetittività potenzjali ta' impjanti tal-enerġija idroelettrika fil-pajjiżi parteċipanti kollha; jistieden lill-pajjiżi parteċipanti jagħtu kontribut għat-twaqqif ta' suq tal-gass u l-elettriku interkonness u li jiffunzjona tajjeb fil-makroreġjun li jiżgura aċċess ugwali għal enerġija bi prezz baxx u li jista' jintlaħaq; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-interkonnessjonijiet transfruntiera tal-enerġija, b'enfażi fuq l-investiment fis-settur tal-enerġija bħala prekundizzjoni ewlenija għall-integrazzjoni fin-netwerk tal-enerġija tal-UE, kif ukoll it-tneħħija tal-ostakoli għal investiment transfruntier fis-settur tal-enerġija;

67.  Jappoġġa l-ippjanar konġunt u l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija, kemm għall-produzzjoni kif ukoll għat-trasport tal-elettriku u l-gass fil-makroreġjun, skont in-Netwerk TEN-E, biex b'hekk jiġu implimentati l-proġetti konkreti msemmija fil-lista ta' Proġetti ta' Interess Komunitarju tal-Enerġija;

68.  Jesprimi tħassib dwar l-ispinta li reġgħu ħadu l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta kif ukoll fuq l-art, li jistgħu jesponu l-makroreġjun għal riskju ta' diżastri b'konsegwenzi serji għall-ambjent u l-ekonomija, inkluż is-settur tas-sajd, u s-saħħa pubblika; jisħaq li kwalunkwe attività bħal din għandha tkun konformi mar-regoli u l-linji gwida tal-Unjoni rigward il-klima u l-enerġija rinnovabbli; jenfasizza li l-baħar Adrijatiku huwa wieħed magħluq, baxx, li ma għandux il-kapaċità li jferrex is-sustanzi niġġiesa u li għandu kummerċ turistiku ta' suċċess fuq iż-żewġ xtut tiegħu, u li t-tkabbir tal-makroreġjun għandu l-ewwel jiddependi fuq l-attivitajiet turistiċi u ekonomiċi marbuta mal-karatteristiċi speċifiċi ambjentali u l-ekosistemi tiegħu; jissottolinja l-ħtieġa li ssir implimentazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sostenibbiltà ambjentali u s-sikurezza tal-attivitajiet marittimi; jitlob li ssir implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/53/KE) u d-Direttiva dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore (2013/30/UE);

69.  Jappella għall-formulazzjoni ta' standards komuni Ewropej għas-sikurezza tat-trasport fil-makroreġjun Adrijatiku-Joniku;

70.  Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu promossi servizzi tal-ajru transfruntiera permezz tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti mfassla sabiex jiġu żgurati u jissaħħu l-konnessjonijiet fi ħdan il-makroreġjun;

Kwalità ambjentali

71.  Ifakkar fir-rikkezza tal-ekosistemi tal-baħar, kostali u terrestri tal-pajjiżi parteċipanti; jinnota li fil-Baħar Adrijatiku jgħixu kważi nofs (49 %) l-ispeċi marini kollha rreġistrati tal-Baħar Mediterran, u huwa l-aktar sottoreġjun singulari tal-Mediterran minħabba n-nuqqas ta' profondità, il-flussi limitati, u l-influwenza kbira ta' xmajjar; jappella biex isiru sforzi konġunti biex jittieħdu l-miżuri kollha possibbli, bħall-użu ta' fjuwils nodfa għat-trasport marittimu u l-loġistika, bil-għan li jiġu ppreservati l-bijodiversità tal-ambjent tal-baħar u l-ħabitats terrestri transnazzjonali, u jiġi evitat u jitnaqqas it-tniġġis tal-baħar u theddid ieħor għall-bijodiversità kostali u tal-baħar; jisħaq fuq l-importanza li jitħarsu l-ispeċji terrestri u tal-baħar li jinsabu fil-periklu, bħal pereżempju l-bumerin tal-Mediterran, il-linċi, l-avultuni grifun u oħrajn, u jistieden lill-pajjiżi parteċipanti biex jimplimentaw miżuri proporzjonati biex jintlaħaq dan l-objettiv;

72.  Jitlob li jsir skambju tal-aħjar prattiki bejn il-pajjiżi parteċipanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-wirt naturali u kulturali, inklużi ż-żoni ta' Natura 2000 u s-siti tal-UNESCO, bil-għan li jinħolqu attrazzjonijiet turistiċi sostenibbli;

73.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi parteċipanti kollha biex jingħaqdu flimkien fl-implimentazzjoni tal-Ippjanar Spazjali Marittimu, f'konformità mad-Direttiva 2014/89/UE li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu, u tal-ġestjoni integrata tal-kosta, bl-involviment ta' diversi partijiet ikkonċernati (l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, il-popolazzjoni lokali, il-komunità tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, eċċ.); iqis li governanza konġunta xierqa tal-ispazju marittimu tipprovdi qafas importanti għall-użu sostenibbli u trasparenti tar-riżorsi marittimi u mill-baħar;

74.  Jistieden lill-Kummissjoni, ladarba żieda fl-attività marittima progressivament qed tirrestrinġi l-postijiet għas-sajd, biex tiżgura li l-interessi tas-setturi konċernati jiġu meqjusa b'mod ekwu f'kull stadju fl-iżvilupp tal-attivitajiet marittimi, jiġifieri fit-tfassil tal-ippjanar spazjali marittimu u fil-ġestjoni integrata taż-żona kostali;

75.  Jenfasizza l-importanza tal-ħarsien u l-preservazzjoni tax-xmajjar u l-lagi fil-baċir Adrijatiku-Joniku;

76.  Josserva l-ħtieġa li jiġi indirizzat b'mod responsabbli t-tniġġis storiku u transfruntier, u li jitnaddfu s-siti industrijali milquta mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija, l-ilma u l-arja, u, fejn applikabbli, mit-tniggis li jirriżulta minn kunflitti militari; jappoġġa l-miżuri attivi kollha għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-baħar mill-armi kimiċi u konvenzjonali; jappoġġa t-tnaqqis, bil-għan tal-eliminazzjoni, tar-rifjuti marini, skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, b'mod partikolari rigward it-tniġġis tal-iskart fil-gżejjer Adrijatiċi;

77.  Jinsab imħasseb dwar id-dannu kkawżat mill-iskart tal-plastik fil-baħar; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa inizjattivi ta' ġbir u riċiklaġġ ta' dan l-iskart; jisħaq fuq l-importanza tal-involviment tas-sajjieda fil-proċess;

78.  Jistieden lill-pajjiżi jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet komprensivi għall-użu mill-ġdid ta' siti industrijali u militari li m'għadhomx jintużaw; jisħaq li dawn is-siti mhumiex biss theddida għall-ambjent iżda joffru wkoll potenzjal ekonomiku sinifikanti li mhux qed jiġi sfruttat;

79.  Jitlob li titħeġġeġ ir-rilokazzjoni tal-industrija miċ-ċentri urbani u ż-żoni kostali, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja;

80.  Jinsisti li l-istrumenti eżistenti kollha għandhom jintużaw fl-implimentazzjoni tal-aqwa soluzzjonijiet ta' ġestjoni tal-iskart u ta' trattament tal-ilma mormi fir-reġjun, f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 91\271\KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi fl-Istati Membri tal-UE;

81.  Jiġbed l-attenzjoni għad-diversi diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem li laqtu r-reġjun f'dawn l-aħħar snin; jiġbed l-attenzjoni għall-problema tad-deforestazzjoni u riskji oħra marbuta mat-tibdil fil-klima; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu applikati bis-sħiħ il-prinċipji orizzontali għall-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri naturali u l-adattament għat-tibdil fil-klima, bil-għan li jiġu implimentati l-pjan ta' azzjoni u l-prijoritajiet ta' kull pilastru; iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-istituti idrometeoroloġiċi tal-pajjiżi sabiex jiġu indirizzati l-avvenimenti estremi tat-temp, il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri; jirrikonoxxi l-ilma, l-agrikoltura u t-turiżmu bħala l-aktar setturi vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, għalhekk iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġi stabbilit qafas u mekkaniżmu ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' adattament u mitigazzjoni;

82.  Jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport bil-baħar;

83.  Jisħaq li teżisti problema bid-differenzi ġeografiċi u staġjonali fl-aċċessibbiltà ta' riżorsi tal-ilma, b'nuqqas sinifikanti ta' ilma fuq il-gżejjer u fiż-żona kostali tul is-sajf, meta d-domanda tal-ilma tkun ħafna ogħla minħabba l-wasla ta' għadd kbir ta' turisti;

84.  Iħeġġeġ l-istabbiliment ta' ċentru reġjonali għat-tħejjija għad-diżastri, flimkien ma' pjan ta' kontinġenza konġunt għat-tixrid taż-żejt u għal avvenimenti ta' tniġġis fuq skala kbira, sabiex tinħoloq sistema ta' twissija bikrija għall-prevenzjoni ta' diżastri naturali u dawk kawżati minn attivitajiet industrijali, tat-trasport u attivitajiet oħra, bħal għargħar, nirien u attivitajiet ta' sfruttament fl-Adrijatiku; jenfasizza li ċ-ċentru għandu jkun direttament marbut mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili; jisħaq fuq l-importanza tal-preservazzjoni tal-ekosistema u l-bijodiversità tar-reġjun permezz ta' fehim aħjar u skambju tal-aħjar prattiki;

85.  Jistieden lill-pajjiżi li mhumiex fl-UE biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-acquis settorjali (bħad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) bil-ħsieb tal-adeżjoni futura tagħhom mal-Unjoni;

86.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi ġirien u l-komunitajiet lokali, b'mod partikolari fir-rigward ta' attivitajiet ekonomiċi soġġetti għal valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali f'konformità mad-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent;

Turiżmu sostenibbli u kompetittiv

87.  Jissottolinja l-importanza kruċjali tat-turiżmu għall-ekonomija Ewropea u l-iżvilupp tal-koeżjoni soċjali fi ħdan l-UE, speċjalment għall-pajjiżi Mediterranji u għar-reġjun b'mod ġenerali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati approċċi ġodda biex b'hekk ipattu għall-istaġjonalità, filwaqt li jibqgħu koerenti mal-impatt u s-sostenibbiltà tat-turiżmu fuq l-ambjent; iħeġġeġ aktar sostenn għall-finanzjament ta' proġetti għat-turiżmu mill-FSIE u sorsi oħra;

88.  Iħeġġeġ titjib urġenti ta' konnessjonijiet stradali transfruntiera sabiex tittejjeb il-kompetittività tat-turiżmu, peress li konnettività fqira tikkawża konġestjonijiet tat-traffiku u dewmien twil; jissottolinja l-ħtieġa li tittejjeb, għal skopijiet ta' turiżmu, l-infrastruttura tal-ajru u l-konnessjoni marittima eżistenti bejn iż-żewġ kosti tal-Baħar Adrijatiku;

89.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitħeġġeġ l-użu tal-ajruporti eżistenti fil-makroreġjun bil-għan li tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva ta' passiġġieri fi ftit ċentri tal-ajruporti, u jiġu promossi flussi turistiċi aktar bilanċjati u sostenibbli f'diversi lokalitajiet;

90.  Jirrikonoxxi l-wirt kulturali u naturali rikk (inklużi l-attivitajiet kulturali bħaċ-ċinema, it-teatru u l-mużika) tar-reġjun bħala assi b'saħħtu, li jibni fuq is-settur tat-turiżmu; jiġbed l-attenzjoni għan-numru kbir ta' siti protetti tal-UNESCO u n-Natura 2000 fil-pajjiżi parteċipanti kollha; iqis li, minkejja l-kontribut sinifikanti ta' dan is-settur għall-ekonomija, il-potenzjal tat-turiżmu mhux qed jiġi sfruttat bis-sħiħ, b'mod partikolari minħabba staġjonalità għolja, u li s-settur huwa nieqes mill-oqsma ta' innovazzjoni, mis-sostenibbiltà, l-infrastruttura tat-trasport, il-kwalità tal-offerta tat-turiżmu, il-ħiliet tal-partijiet ikkonċernati parteċipanti u minn ġestjoni responsabbli tat-turiżmu; jistieden lill-pajjiżi parteċipanti jadottaw politiki li jiżguraw konnessjonijiet adegwati u faċilitajiet turistiċi kemm matul kif ukoll barra l-istaġun tas-sajf, bil-għan li jiddiversifikaw il-flussi turistiċi u jiżguraw preżenza turistika kostanti f'kull staġun; jisħaq fuq l-importanza li t-turiżmu jingħaqad mal-wirt naturali, kulturali u artistiku;

91.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu soluzzjonijiet ta' mobilità sostenibbli fis-settur tat-turiżmu, biex b'hekk titjieb il-kwalità tas-servizzi turistiċi u tissaħħaħ l-firxa tagħhom;

92.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-ġonna nazzjonali u naturali u taż-żoni protetti bħala s-sisien għall-futur tal-edukazzjoni taċ-ċittadini fi kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

93.  Jisħaq li l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi hija essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tat-turiżmu fir-reġjun; iħeġġeġ il-formulazzjoni ta' strateġiji tat-turiżmu għall-baħar Adrijatiku u tal-Baħar Joniku li huma bbażati fuq is-sostenibbiltà u jippermettu lill-pajjiżi jibbenefikaw mis-sinerġiji u jindirizzaw sfidi komuni fil-livell makroreġjonali; iqis li jeħtieġ li naħdmu flimkien biex tiżdied il-viżibilità ta' destinazzjonijiet fir-reġjun Adrijatiku-Joniku;

94.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-pajjiżi parteċipanti u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jieħdu miżuri li jinċentivizzaw lill-partijiet ikkonċernati biex itejbu l-infrastruttura tat-turiżmu;

95.  Jissottolinja l-importanza li jiġu appoġġati attivitajiet kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' attivitajiet tan-negozju fl-oqsma tal-mużika, it-teatru, iż-żfin u l-films; jitlob li jiġu organizzati festivals, konvenzjonijiet u avvenimenti kulturali li jippromwovu l-integrazzjoni;

96.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-SMEs jingħataw aċċess aktar faċli għal sorsi ta' sostenn u finanzjament, peress li huma strumentali għas-settur tat-turiżmu; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati fir-reġjun jieħdu sehem fin-Netwerk Enterprise Europe sabiex jaqsmu l-esperjenza, joħolqu n-netwerks u jsibu sħab transfruntiera;

97.  Jisħaq fuq l-importanza ta' proġetti ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u Komunitajiet Intelliġenti li jinvolvu l-isfruttament tal-pjattaformi ta' innovazzjoni eżistenti, bħalma huma l-ħolqien ta' żona Adrijatika-Jonika tal-kreattività;

98.  Jappoġġa l-iżvilupp ta' offerta ta' turiżmu diversifikata, li tinkludi parks u rotot turistiċi tematiċi, kif ukoll turiżmu kulturali, rurali, tas-saħħa, mediku, nawtiku, enogastronomiku, tal-konferenzi u sportiv, inklużi ċ-ċikliżmu, il-golf, l-għadis, il-ħajks, l-iskiing, l-isports tal-muntanji u dawk li jintlagħbu barra, bil-għan li jiġi promoss it-turiżmu matul is-sena u tittejjeb il-kompetittività tad-destinazzjonijiet turistiċi abbażi tas-sostenibbiltà; jappoġġa l-iżvilupp tat-turiżmu rurali sabiex titnaqqas il-pressjoni minn fuq ċentri turistiċi kbar u minn fuq iż-żona kostali dejqa, u b'hekk jikkontribwixxi għall-għalbien tal-istaġjonalità; jappoġġa l-espansjoni tal-attivitajiet turistiċi lejn iż-żoni interni tal-pajjiż permezz tal-ħolqien ta' prodotti turistiċi integrati li jinkludu l-attrazzjonijiet ewlenin tal-makroreġjun u dawk tal-bliet kapitali tiegħu;

99.  Jisħaq fuq l-importanza tal-koerenza bejn il-ġestjoni tat-turiżmu u l-infrastruttura, u l-ħtieġa li jittejbu l-kwalità u d-diversità tas-servizzi u l-opportunitajiet, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjun; jisħaq wkoll fuq l-importanza tal-promozzjoni u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet lokali u reġjonali;

100.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu esplorati rotot u mudelli ta' negozju alternattivi, u tittejjeb il-konnessjoni tal-pakketti tal-kruċieri man-nies u l-prodotti lokali, biex b'hekk tkun tista' tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-konġestjoni insostenibbli u jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal sħiħ, b'benefiċċji ekonomiċi aktar dejjiema għall-ekonomiji lokali; jirrikonoxxi l-importanza tal-iżvilupp u ta' għoti ta' marka lir-rotot turistiċi makroreġjonali, permezz tal-immappjar u tal-promozzjoni ulterjuri tar-rotot eżistenti;

101.  Huwa favur l-isfruttament ta' assi aktar rappreżentattivi taż-żona għall-finijiet ta' turiżmu u għall-iżvilupp ta' programmi ta' promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni;

102.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ġenwina għall-intermodalità tat-trasport permezz ta' netwerk integrat ta' servizzi u intersezzjonijiet bil-ħsieb li jiġi żviluppat ekoturiżmu ta' kwalità;

103.  Jitlob li titfassal Karta Adrijatika-Jonika li jkun fiha kriterji, prinċipji u linji gwida għall-promozzjoni ta' turiżmu sostenibbli permezz tal-implimentazzjoni tas-Sistema pilota tal-Indikaturi tat-Turiżmu Ewropew (ETIS) għall-valutazzjoni ta' destinazzjonijiet turistiċi bil-ħsieb li jittejjeb l-iżvilupp sostenibbli tagħhom;

104.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi parteċipanti fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, is-Slovenja, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro u s-Serbja).

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2012 stieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija ġdida tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR) qabel tmiem l-2014. Il-Kummissjoni għamlet kif mitlub minnha u ressqet l-EUSAIR fis-17 ta' Ġunju 2014.

L-EUSAIR hija t-tielet strateġija makroreġjonali tal-UE u tinsab ppożizzjonata tajjeb biex tibbenefika minn lezzjonijiet u esperjenzi tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju. Hija tibni fuq il-kooperazzjoni eżistenti fir-reġjun, prinċipalment l-Inizjattiva għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku li bdiet fl-2000 meta ġiet iffirmata d-Dikjarazzjoni ta' Ancona u l-Ewroreġjun Adrijatiku-Joniku stabbilit fl-2006, b'membri ġejjin minn 26 awtorità lokali u reġjonali minn seba' pajjiżi. L-EUSAIR tkopri tmien pajjiżi rappreżentati b'mod ugwali mill-Istati Membri tal-UE (il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja u s-Slovenja) u pajjiżi li mhumiex Membri tal-UE, li kollha kemm huma għandhom jew status ta' sħubija ta' "kandidat" (l-Albanija, il-Montenegro u s-Serbja) jew ta' "kandidat potenzjali" (il-Bożnja u Ħerzegovina). Ir-reġjun, fejn jgħixu aktar minn 70 miljun persuna, għandu rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-kontinwità ġeografika fl-Ewropa.

L-imgħoddi turbolenti tar-reġjun huwa kkaratterizzat minn effetti fuq l-iżvilupp u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi, effetti li kienu devastanti u li se jibqgħu jinħassu għal żmien twil. Aktar reċentement, il-kriżi ekonomika kellha impatt kbir fuq ir-reġjun. Il-qgħad u l-pożizzjoni ta' dejn qed jilħqu livelli mingħajr preċedenti, u l-pajjiżi qed ikollhom jirrikorru għal tnaqqis fil-baġit u għall-konsolidazzjoni fiskali. L-irkupru ekonomiku u t-tkabbir fl-ekonomiji dgħajfa huma mxekkla minn nuqqas ta' investimenti, kemm pubbliċi kif ukoll privati.

F'dan il-kuntest, l-EUSAIR tipprovdi opportunità eċċezzjonali għall-pajjiżi fir-reġjun biex jibdew kapitlu ġdid u jsolvu l-problemi politiċi u ekonomiċi tal-imgħoddi billi jaħdmu flimkien, u jsegwu l-gwida tal-Kummissjoni, fi sforz biex jiksbu l-prosperità u l-iżvilupp sostenibbli.

L-EUSAIR ġiet introdotta fi żmien ideali għal żewġ raġunijiet, it-tnejn minħabba bidliet fil-politika fil-livell tal-UE. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ta' Juncker iddeċidiet li tiffoka l-orjentazzjoni tagħha fuq l-għoti ta' spinta lill-investiment permezz ta' Pjan ta' Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi li rriżulta minnu. Għall-pajjiżi fir-reġjun Adrijatiku u Joniku dan jirrappreżenta opportunità kbira biex jeliminaw id-diskrepanza fl-investiment tagħhom li akkumulaw matul is-snin. L-EUSAIR tipprovdi opportunità biex tidderieġi dawn l-investimenti b'mod li jinkisbu riżultati li minnhom jibbenefika r-reġjun kollu. It-tieni nett, il-Kummissjoni sostniet ripetutament li mhu se jkun hemm ebda tkabbir ġdid fil-futur qrib. Għalkemm din hija aħbar qarsa għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-EUSAIR ser tippermettilhom jagħmlu pass eqreb lejn l-UE billi jallinjaw il-politiki tagħhom u jaħdmu mill-qrib mal-Istati Membri.

Il-potenzjal tar-reġjun Adrijatiku u Joniku huwa vast u jista' jiġi sfruttat biss permezz ta' sforzi konġunti u kkoordinati bejn il-pajjiżi kollha fir-reġjun bil-parteċipazzjoni sinifikanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-Kummissjoni, flimkien mal-BEI u atturi internazzjonali oħra, se jkollha taqdi rwol speċjali billi tipprovdi gwida u appoġġ fl-implimentazzjoni tal-istrateġija. Ir-rapporteur jinsab fiduċjuż li l-EUSAIR se jkollha importanza storika kemm għall-pajjiżi parteċipanti kif ukoll għall-UE b'mod ġenerali.

Prijoritajiet u proposti

B'riżultat ta' diversi xhur ta' diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati tal-istrateġija fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali tal-pajjiżi involuti, b'rabta mal-iżvilupp ħarġu l-prijoritajiet, l-ideat u l-proposti li ġejjin:

Pilastru I – it-Tkabbir Blu (is-sajd fil-baħar, l-akkwakultura, it-teknoloġiji blu, il-governanza u s-servizzi marittimi u tal-baħar)

-  L-adattament għall-użu effiċjenti tar-riżorsi tas-sajd u l-għoti ta' spinta lill-produzzjoni u l-konsum tal-frott tal-baħar;

-  It-titjib tal-ambjent tan-negozju u t-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija marittima permezz ta' appoġġ istituzzjonali u infrastrutturali;

-  L-għoti ta' appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjonijiet applikati fl-industrija marittima, kif ukoll spinta lir-riċerka, l-innovazzjoni u l-ħiliet fil-qasam tal-baħar;

-  L-investiment fl-iżvilupp tar-riżorsi umani;

-  L-iżvilupp ta' raggruppamenti (clusters) makroreġjonali – "Raggruppamenti fil-qasam tal-bini ekoloġiku tal-bastimenti fil-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Joniku" – bil-għan li jitħeġġeġ l-użu ta' materjali ġodda u tal-bijoteknoloġija sabiex jitnaqqsu l-pressjonijiet minn fuq l-ambjent ikkawżati minn operazzjonijiet teknoloġiċi fil-bini tal-bastimenti, it-tiswija tal-bastimenti u l-manutenzjoni tal-jottijiet;

-  It-titjib tal-aċċess għall-finanzi u l-promozzjoni tal-istart-ups – "Finanzjament blu għall-Adrijatiku-Joniku";

-  Il-governanza tal-ispazju marittimu - "Task Force dwar il-Governanza u s-Servizzi Marittimi", "Implimentazzjoni ta' Ippjanar Spazjali Marittimu (MSP) u ta' Ġestjoni Integrata tal-Kosta (ICM) - il- ħolqien ta' bażi ġuridika għall-Pjan Spazjali tal-Baħar, filwaqt li titqies il-possibilità ta' tibdiliet fil-leġiżlazzjoni sabiex jiġu stabbiliti standards li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-pjan;

-  Ħiliet marittimi - "Tixrid ta' Ħiliet Marittimi";

-  Il-governanza tal-ispazju marittimu - "Task Force dwar il-Governanza u s-Servizzi Marittimi";

-  Il-kondiviżjoni ta' Data u Għarfien - data cloud tar-reġjun Adrijatiku u Joniku li tappoġġja il-governanza u s-servizzi marittimi";

-  Il-kapaċità istituzzjonali li tarmonizza l-istandards u r-regolamenti marittimi - "Taħriġ u appoġġ reċiproku dwar l-MSP u l-ICM";

-  Ir-rabta bejn it-turiżmu u s-sajd - il-parti l-kbira tal-popolazzjoni kostali taqla' l-għajxien tagħha mis-sajd u t-turiżmu;

-  Is-sajd b'mod sostenibbli - l-użu ta' bastimenti fuq skala żgħira, l-użu ta' rkaptu selettiv;

-  Il-ħolqien ta' żoni marittimi protetti - jiżgura sajd sostenibbli;

-  Il-forniment ta' magni li ma jniġġsux l-ambjent;

-  L-istabbiliment ta' impjanti tal-ipproċessar żgħar immexxi mill-familji - għax b'dan il-mod il-popolazzjoni li taqla l-għajxien minn attivitajiet tas-sajd tkun tista' tikseb valur akbar bis-saħħa ta' prodott finali komplut;

-  Konnessjoni aħjar bejn il-pajjiżi - il-ħolqien ta' pjanijiet konġunti u r-regolamentazzjoni tas-swieq tas-sajd;

-  L-integrazzjoni u l-adozzjoni ta' pjanijiet dwar is-sajd reġjonali fit-tul, speċjalment fir-rigward tar-riżorsi diviżibbli;

-  Il-konformità tal-UE u l-istandards u l-prattiki komuni - "Il-konformità tal-UE fil-qasam tas-sajd", "L-iżvilupp ta' standards komuni fil-qasam tal-akkwakultura";

-  Id-diversifikazzjoni u l-profitabilità tas-sajd u tal-akkwakultura – "Netwerk kontra l-kriżi għall-industriji tal-frott tal-baħar", "Titjib u diversifikazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd", "Lokalizzar ta' sit għall-akkwakultura sostenibbli u l-ġestjoni tiegħu" – bil-għan li tittejjeb il-pjattaforma ta' żvilupp fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura sabiex tiżdied il-produttività u l-kwalità tal-prestazzjoni ambjentali permezz tal-iżvilupp ta' attivitajiet li jippermettu l-integrazzjoni tas-sajd u tal-attrazzjonijiet turistiċi, l-iżvilupp tal-akkwakultura b'mod li jippermetti l-koeżistenza ma' attivitajiet oħra u l-istabbiliment ta' sit sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent għas-sajd u l-kultura tal-baħar;

-  Iż-żieda fil-produzzjoni u l-promozzjoni tal-akkwakultura f'termini ta' tnaqqis tal-impatt negattiv tas-sajd fuq l-istokkijiet tal-ħut eżistenti u l-protezzjoni tal-istokk riproduttiv, bħal dak li qed jiġri qrib il-gżira ta' Jabuka fil-Kroazja;

-  Il-ġbir flimkien tat-turiżmu u l-akkwakultura bħala attivitajiet kompatibbli;

-  L-użu tal-ippjanar spazjali fl-akkwakultura, skont prinċipji u prattiki komuni - il-kunċett AZA

-  It-titjib tal-kompetittività tal-industrija tal-akkwakultura; il-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni, id-diversifikazzjoni tas-settur (speċi ġodda, tekniki ġodda, akkwakultura organika);

-  Il-promozzjoni ta' forom tradizzjonali ta' akkwakultura integrati fiż-żona naturali, l-użu ta' materjal naturali għall-agrikoltura, il-koltivazzjoni ta' speċijiet awtoktoni;

-  Il-kollaborazzjoni dwar l-akkwakultura fil-makroreġjun, il-ħolqien ta' pjanijiet konġunti f'termini ta' kompetittività aħjar tas-suq;

-  Ambjent kummerċjali aktar effikaċi għall-kumpaniji u l-investituri;

-  Kooperazzjoni kummerċjali msaħħa bejn il-kumpaniji fir-reġjun;

-  It-tneħħija tal-ostakli għall-attività ekonomika minn kumpaniji fis-suq uniku tal-UE;

-  Il-promozzjoni tat-trasferiment ta' teknoloġiji ġodda fl-isferi ekonomiċi u pubbliċi u l-promozzjoni tal-progress teknoloġiku tas-soċjetà;

-  Il-preservazzjoni tas-setturi tas-sajd nazzjonali (partikolarment il-forom tradizzjonali ta' sajd) u tas-settur tal-akkwakultura bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd;

Pilastru II — Nikkolegaw ir-reġjun (it-trasport marittimu, il-konnessjoni intermodali għaż-żoni interni tal-pajjiż, in-netwerks tal-enerġija)

-  L-estensjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Kuritur Skandinavu-Mediterranju sal-medda Ancona-Pescara-Bari u tal-Kuritur Baltiku sal-Kosta Adrijatika, u konnessjoni aħjar bejn il-Peniżola Iberika u l-Italja Ċentrali u sal-Balkani;

-  It-tisħiħ sistematiku tal-infrastruttura tat-trasport permezz ta' rikostruzzjoni, aġġornament jew il-bini ta' infrastruttura ġdida, bħall-proġetti tal-pontijiet ta' Messina u ta'Pelješac u oħrajn;

-  Il-kompetittività tas-suq tas-servizzi tat-trasport f'konformità mar-regolamenti tal-UE;

-  L-iżvilupp ta' sistemi nazzjonali ta' appoġġ għat-trasport pubbliku/kollettiv u ż-żieda tal-attrazzjoni tat-trasport pubbliku fil-forom kollha tat-trasport;

-  L-implimentazzjoni ta' sħubijiet pubbliċi-privati f'attivitajiet ta' trasport;

-  Ippjanar fit-tul ta' programmi tas-sigurtà tat-trasport, speċjalment fit-trasport bit-triq;

-  Titjib tas-sistemi f'punti ta' qsim tal-fruntieri;

-  Titjib ta' konnessjonijiet lejn żoni interni tal-portijiet marittimi għat-TEN-T u t-tisħiħ tal-iżvilupp tal-intermodalità fir-reġjun Adrijatiku-Joniku;

-  Tnaqqis tal-iżolament ta' gżejjer u żoni mbiegħda billi jittejjeb l-aċċess tagħhom għas-servizzi tat-trasport u tal-enerġija;

-  Bini ta' infrastruttura tal-enerġija adegwata;

-  Id-diversifikazzjoni tas-sorsi u tar-rotot ta' provvista tal-enerġija fir-reġjun usa' bil-għan li jinkiseb netwerking tal-enerġija fil-makroreġjun Adrijatiku-Joniku fl-ispazju Ewropew tal-enerġija;

-  Attivitajiet/servizzi ta' raggruppament (clustering) portwali fir-reġjun - eżempji ta' proġetti possibbli: il-kondiviżjoni ta' funzjonijiet strateġiċi u l-armonizzazzjoni ta' proċessi komuni dwar il-portijiet permezz ta' Sistema ta' Trasport Intelliġenti (ITS), li tibni pereżempju, fuq l-inizjattiva tal-Assoċjazzjoni tal-Portijiet fit-Tramuntana tal-Adrijatiku (NAPA) (Trieste, Koper, Venezja u Rijeka) u fuq l-APC - proġett tal-Komunità tal-Port Adrijatiku (APC) (Venezja, Ploče u Igoumenitsa);

-  It-titjib u l-armonizzazzjoni tal-monitoraġġ u l-ġestjoni tat-traffiku;

-  L-iżvilupp tal-portijiet, l-ottimizzar tal-interfaċċji portwali, l-infrastruttura, il-proċeduri/operat;

-  L-iżvilupp tan-netwerk komprensiv tal-Balkani tal-Punent;

-  It-titjib tal-aċċessibilità taż-żoni kostali u tal-gżejjer;

-  L-iżvilupp tal-awtostradi tal-baħar;

-  Ir-riforma ferrovjarja;

-  L-iżvilupp tat-trasport bl-ajru;

-  L-iffaċilitar transfruntier;

-  Ir-rotta ta' kurituri transnazzjonali fit-territorju nazzjonali (awtostradi tal-baħar, il-Mediterran u l-kuritur għall-Baltiku u l-Adrijatiku tan-netwerk ewlieni TEN-T);

-  It-tiitjib tas-sikurezza tat-trasport marittimu, tas-sistemi ta' informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni dwar is-sitwazzjoni marittima għal użu aktar effikaċi ta' riżorsi umani, tagħmir u bastimenti, rispons aktar effikaċi għall-isfidi tas-sigurtà marittima u t-tniġġis tal-ambjent tal-baħar;

-  Il-koordinament bejn il-pajjiżi fir-rigward ta' proġetti infrastrutturali ewlenin ta' konnessjoni fir-reġjun Adrijatiku;

Pilastru III — Il-kwalità ambjentali (l-ambjent tal-baħar, ħabitats terrestri transnazzjonali u l-bijodiversità)

-  Tnaqqis fl-ewtrofikazzjoni antropoġenika li tirriżulta minn egħjun individwali jew mifruxa permezz ta' investiment fis-settur tal-ilma (kostruzzjoni ta' pjanijiet ta' trattament tal-ilma tad-drenaġġ domestiku u tad-drenaġġ industrijali u faċilitajiet ta' rimi ta' ħama korrispondenti u t-titjib ta' netwerks tad-drenaġġ) u l-biedja organika (agrikoltura) f'żona kostali;

-  Il-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistema billi jiġi żgurat il-monitoraġġ xieraq, sistema ta' informazzjoni u ta' ġestjoni għal Natura 2000 u l-iżgurar tal-ġestjoni sostenibbli tan-natura;

-  It-tnaqqis tal-impatt tal-iskart fil-baħar fuq l-ambjent permezz ta' ġestjoni aħjar tal-iskart fiż-żoni kostali u programmi ta' tindif;

-  L-iffaċilitar preservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli kkoordinat taż-żoni kostali fir-reġjun permezz tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali (ICZM) il-Protokoll tal-Konvenzjoni ta' Barċellona;

-  Il-promozzjoni u l-ksib ta' żvilupp sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli ta' riżorsi tal-baħar u kostali permezz tal-ippjanar spazjali marittimu;

-  It-tkabbir tal-għarfien dwar il-baħar – it-titjib tad-disponibilità u l-puntwalità ta' data dwar l-istat tal-bijodiversità fuq l-art u fil-baħar;

-  It-tisħiħ tan-netwerk ta' Żona Protetta tal-Baħar – il-bini tal-kapaċità biex jiġi implimentat l-aċċess għall-ekosistema u l-immappjar ta' żoni importanti għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet u t-tipi ta' ħabitats f'siti ta' prijorità, kif ukoll l-istabbiliment ta' żoni protetti tal-baħar;

-  L-appoġġ għal programmi ta' tindif;

-  L-identifikazzjoni ta' hotspots rigward l-ambjent tal-baħar;

-  L-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet ta' ġestjoni taż-Żoni tal-Baħar Protetti;

-  L-abbozzar u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' kontinġenza konġunt;

-  Jiżgura prijoritizzazzjoni ta' investimenti li jirriflettu l-kontribut biex jitnaqqas it-tniġġis tal-baħar;

-  L-armonizzazzjoni u l-infurzar ta' liġijiet nazzjonali dwar l-ħabitats terrestri u l-bijodiversità - l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ippjanar urban, il-protezzjoni tan-natura, l-ambjent u l-wirt kulturali u l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġ;

-  Il-protezzjoni u r-restawr ta' żoni ta' artijiet mistagħdra kostali u tal-għelieqi ħorox;

-  Il-konnessjoni bejn, u l-aġġornament, tal-monitoraġġ nazzjonali għal sistema ta' twissija bikrija biex jitnaqqas ir-riskju ta' għargħar/azzjoni tal-mewġ, it-tniġġis, nirien, eċċ.;

-  Il-konnessjoni/l-istabbiliment ta' sistema ta' monitoraġġ tal-istatus tal-ambjent tal-baħar u l-konnessjoni/l-istabbiliment ta' miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fil-livell ta' (sub)reġjuni bil-għan li jintlaħaq stat ekoloġiku tajjeb rigward kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu riżolti permezz ta' monitoraġġ/miżuri fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali (eż. trattati bħal protokolli tal-Konvenzjoni ta' Barċellona, id-Direttivi Ewropej — Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija tal-Baħar, eċċ.);

Pilastru IV — Turiżmu sostenibbli u kompetittiv (offerta ta' turiżmu diversifikat, u ġestjoni sostenibbli u responsabbli tat-turiżmu)

-  Id-diversifikazzjoni tal-prodotti turistiċi u l-għoti, bil-għan li tingħeleb staġjonalità, ta' - rotot tematiċi transnazzjonali, il-valorizzazzjoni tal-wirt kulturali u naturali permezz tat-turiżmu, il-bini ta' infrastrutturi turistiċi tematiċi ġodda (pereżempju, parkijiet tematiċi, korsi tal-golf), l-għoti ta' marka lil prodotti u servizzi turistiċi fil-makroreġjun, il-promozzjoni tar-reġjun fis-swieq dinjin, promozzjoni mmirati lejn gruppi ta' mira speċifiċi (pereżempju l-anzjani, jew it-turiżmu għall-konvenzjonijiet u t-turiżmu kummerċjali), il-pożizzjonar tar-reġjun bħala destinazzjonijiet eċċellenti matul l-istaġun baxx;

-  It-tisħiħ tal-kwalità u l-innovazzjoni fit-turiżmu - ICT, l-edukazzjoni, it-trasferimenti teknoloġiċi, netwerking ta' suġġetti ta' negozju, raggruppamenti, skambju ta' eżempji ta' prattika tajba, il-ġbir flimkien tas-setturi tal-agrikoltura lokali, it-turiżmu u l-provvista tal-ikel, il-promozzjoni/kummerċjalizzazzjoni innovattivi;

-  Il-ġestjoni tat-turiżmu sostenibbli u responsabbli - id-diversifikazzjoni t-turiżmu nawtiku u tal-kruċieri, pjattaforma sostenibbli ta' riċerka u żvilupp għal prodotti u servizzi ġodda, l-iżvilupp ta' rotot turistiċi tematiċi sostenibbli, l-immappjar ta' rotot turistiċi tematiċi eżistenti, il-valorizzazzjoni tal-wirt naturali u kulturali, in-netwerking ta' raggruppamenti u kumpaniji tat-turiżmu sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika, l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti fit-turiżmu;

-  It-titjib tal-aċċessibilità ta' prodotti u servizzi turistiċi - it-titjib tas-servizzi u tal-ħiliet speċifiċi, it-taħriġ tal-persunal, il-promozzjoni u d-disponibbiltà tal-informazzjoni, il-kooperazzjoni bil-għan li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar ta' turisti, l-armonizzazzjoni tal-istatistiċi nazzjonali mmirati biex jiffaċilitaw il-kejl tal-effetti tal-ippjanar settorjali u futur u t-tfassil tal-politika;

-  L-użu aktar effiċjenti tal-fondi tal-UE - li jiffaċilitaw l-aċċess għal finanzjament ġdid, kumpaniji ġodda sostenibbli u innovattivi u SMEs iffukati fuq ir-riċerka, li jwassal għal prodotti u servizzi ġodda fis-settur u ż-żieda fil-kwalità;

-  Inizjattiva għat-titjib tal-kwalità tal-offerta għal turiżmu sostenibbli - it-twettiq tal-bidliet meħtieġa fir-regolamenti;

-  Netwerk ta' negozji u raggrupamenti turistiċi sostenibbli;

-  It-taħriġ f'ħiliet vokazzjonali u intraprenditorjali fit-turiżmu – l-inkoraġġiment tad-diversifikazzjoni ta' prodotti u offerti turistiċi ;

-  Kooperazzjoni Adrijatika-Jonika biex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni turistika;

Prijoritajiet oħra:

-  Integrazzjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fl-UE;

-  L-iżgurar ta' koerenza bejn it-tliet strateġiji makroreġjonali tal-UE;

-  L-iżgurar tal-koerenza neċessarja ta' proġetti ta' strateġiji makroreġjonali ma' proġetti strateġiċi nazzjonali;

Programm ta' Kooperazzjoni Adrijatiku-Joniku 2014-2020

Programm ta' kooperazzjoni Adrijatiku-Jonju 2014-2020 (ADRION) huwa programm fi ħdan it-tieni għan tal-Politika ta' Koeżjoni — Kooperazzjoni Territorjali Ewropea. Il-programm jinkludi erba' Stati Membri tal-UE (il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja u s-Slovenja) u erba' pajjiżi tal-IPA (l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro u s-Serbja). Għall-perjodu 2014-2020, il-programm ADRION globali tal-baġit jammonta għal EUR 118 154 690 li jinkludu l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (EUR 83.467.729), l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (EUR 15.688.887) u l-kontribuzzjonijiet nazzjonali (EUR 18.998.074). Il-Programm ta' Kooperazzjoni (dokument ta' programmazzjoni) jiddefinixxi oqsma ta' investiment tal-programm ADRION li attwalment qed jiġi nnegozjat mal-Kummissjoni Ewropea u li hu ppjanat li jiġi adottata sal-aħħar tal-2015. L-għan ġenerali tal-programm huwa li jaġixxi bħala gwida politika u innovatur tal-governanza għall-promozzjoni tal-integrazzjoni Ewropea fost l-Istati Membri u dawk li mhumiex membri tal-UE, bl-użu tar-riżorsi naturali, kulturali u umani għonja madwar il-baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fiż-żona tal-programm.

Attwalment intgħażlu u ġew proposti dawn l-erba' objettivi tematiċi u ħames prijoritajiet ta' investiment biex ikunu ffinanzjati mill-programm ADRION:

-  Reġjun innovattiv u konness (Objettiv Tematiku 1, il-Prijorità ta' Investiment 1b) bl-Objettiv Speċifiku: L-appoġġ għall-iżvilupp ta' sistema ta' innovazzjoni reġjonali għaż-żona Adrijatika-Jonika";

-  Reġjun sostenibbli (Objettiv Tematiku 6, il-Prijorità ta' Investiment 6c) bl-Objettiv Speċifiku: Il-promozzjoni tal-valorizzazzjoni u l-preservazzjoni sostenibbli tal-assi naturali u kulturali bħala assi tat-tkabbir fiż-żona tal-Adrijatiku-Ioniku; (Objettiv Tematiku 6, il-Prijorità ta' Investiment 6d) b'Objettiv Speċifiku: It-tisħiħ tal-kapaċità għall-indirizzar tal-vulnerabilità ambjentali b'mod transnazzjonali, il-frammentizzazzjoni u s-salvagwardja tas-servizzi tal-ekosistemi fiż-żona Adrijatika-Jonika;

-  Reġjun konness (Objettiv Tematiku 7, il-Prijorità ta' Investiment 7c) bl-Objettiv Speċifiku: Tisħiħ tal-kapaċità ta' trasport integrat u servizzi ta' mobilità u ta' multimodalità fiż-żona tal-Adrijatiku-Joniku;

-  L-appoġġ għall-governanza tal-EUSAIR (Objettiv Tematiku 11) bl-Objettiv Speċifiku: Jiffaċilita l-koordinament u l-implimentazzjoni tal-EUSAIR permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tal-partijiet interessati ewlenin u billi jgħin il-progress tal-implimentazzjoni ta' prijoritajiet konġunti.

L-istruttura tal-governanza tal-EUSAIR hija responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija. Il-pajjiżi involuti fil-EUSAIR jieħdu r-responsabilità tagħhom għall-implimentazzjoni u l-koordinament tal-Istrateġija. Il-Programm ADRION għandu jappoġġja l-governanza u l-implimentazzjoni tal-EUSAIR prinċipalment taħt it-TO11 billi jistabbilixxi għodda operattiva — Il-Punt ta' Faċilità bbażat f'reġjun kostali tas-Slovenja u n-netwerk tiegħu ta' Punti ta' Kollegament fi Stati Msieħba — li jiddependu minn strutturi eżistenti.

16.7.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku

(2014/2214(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Dubravka Šuica

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-importanza strateġika tal-promozzjoni tal-proċess Ewropew ta' integrazzjoni u tkabbir, tal-kooperazzjoni reġjonali u tar-relazzjonijiet tajba ta' viċinat permezz tal-istrumenti u l-mezzi tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR); jistenna li jingħata impetu ġdid lit-tisħiħ tal-paċi, tal-koeżjoni soċjali, tal-iżvilupp ekonomiku, tas-sostenibbiltà ekonomika u tas-sigurtà fix-Xlokk tal-Ewropa;

2.  Huwa tal-fehma li mekkaniżmi demokratiċi, trasparenti, stabbli u ta' governanza tajba huma kruċjali sabiex jipprovdu direzzjoni strateġika, jittieħdu deċiżjonijiet importanti u jissorveljaw l-implimentazzjoni effikaċi tal-EUSAIR; jappoġġa t-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet interessati kollha, inklużi s-soċjetà ċivili u n-negozji privati, fil-proċess tal-implimentazzjoni; iqis li huwa importanti li tiġi żgurata l-viżibbiltà adegwata tal-EUSAIR fil-livelli kollha; jappella għal kooperazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet u programmi Ewropej rilevanti, inkluż dwar l-isfidi soċjali u tal-migrazzjoni li qegħdin jaffettwaw lir-reġjun, b'mod partikolari fir-rigward tal-Istrateġija 2020 għax-Xlokk tal-Ewropa; jappella sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni jew it-trikkib tal-attivitajiet; jappella għall-iżvilupp ta' sinerġiji u proġetti konġunti, b'mod partikolari mal-Inizjattiva tal-Ewropa Ċentrali (IEĊ), mal-Proċess ta' Kooperazzjoni fix-Xlokk tal-Ewropa (SEECP) u mal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM);

3.  Iqis li huwa essenzjali li l-EUSAIR tikkontribwixxi għall-proċess ta' adeżjoni mal-UE tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent billi tipprovdilhom opportunitajiet għal kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri tal-UE u billi tindirizza sfidi reġjonali komuni; jinkoraġġixxi l-inklużjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Kosovo fl-EUSAIR; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' sinerġiji u politiki koordinati bejn l-UE, l-Istati Membri rilevanti u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jilqa' l-laqgħat regolari tas-sitt Prim Ministri tal-Balkani tal-Punent u jinkoraġġixxi l-azzjoni koordinata tagħhom dwar kwistjonijiet reġjonali; iqis li huwa importanti li l-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-korruzzjoni, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

4.  Jistieden lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ikunu involuti bis-sħiħ u b'mod effikaċi fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-EUSAIR u jtejbu l-konnettività tagħhom bejniethom u mal-bqija tal-UE, inkluż billi jissemplifikaw il-piżijiet amministrattivi eżistenti, bil-għan li jitħaffu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-kuntatti bejn il-persuni, inkluż il-Kuritur Adrijatiku-Joniku; jenfasizza l-importanza strateġika tal-Kuritur Adrijatiku-Joniku u jappella sabiex jiġu indirizzati d-differenzi u n-nuqqasijiet sinifikanti fl-infrastruttura ta' dawn il-pajjiżi, b'mod partikolari fir-rigward tan-netwerks tat-toroq u dawk ferrovjarji, il-konnessjonijiet intermodali, is-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku u l-infrastruttura tal-enerġija; jappella għat-twettiq tal-meded li għad fadal tal-kurituri tat-trasport trans-Ewropew fix-Xlokk tal-Ewropa, inklużi l-Kurituri V, VI, VIII u X, li se jtejbu l-konnettività globali tar-reġjun mal-Istati Membri tal-UE; jinkoraġġixxi sabiex titħaffef it-tkomplija tal-kostruzzjoni tal-pont Pelješac u tal-Awtostrada Adrijatika-Jonika sabiex tiġi ffaċilitata l-konnettività;

5.  Jappella għal aktar appoġġġ għal proġetti komuni tal-enerġija bħall-Pipeline Joniku-Adrijatiku biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista; jappella għal governanza kondiviża u sostenibbli tar-riżorsi fundamentali u komuni, bħar-riżorsi marittimi u tas-sajd tal-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju; jappella għall-implimentazzjoni ta' strateġiji u proġetti intelliġenti ta' żvilupp reġjonali li jiffokaw fuq l-ekonomija ekoloġika u l-inklużjoni soċjali;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni, inkluż id-DĠ għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, tfittex, permezz tal-koerenza u l-komplementarjetà, l-aktar użu effiċjenti tal-istrumenti finanzjarji disponibbli kollha sabiex tottimizzat l-impatt, tikseb riżultati aħjar u tħeġġeġ tkabbir ekonomiku sostenibbli; huwa tal-fehma li l-istrumenti ta' finanzjament għandhom jintużaw ukoll b'tali mod li jistimulaw investiment privat addizzjonali; jappella għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni tal-fond biex jappoġġjaw il-proġetti ewlenin tal-EUSAIR;

7.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-EUSAIR tindirizza b'mod inadegwat kwistjonijiet ta' tħassib dejjem jikber, bħat-traffikar tal-bnedmin u l-kriminalità transkonfinali; filwaqt li josserva li t-traffiku kriminali jgħaddi minn din il-parti tal-Ewropa, jappella sabiex il-kriminalità transkonfinali u kwalunkwe tip ta' traffikar jiġu inklużi bħala komponenti tal-EUSAIR;

8.  Jenfasizza li l-migrazzjoni irregolari għandha wkoll tiġi inkluża bħala komponent tal-EUSAIR; jappella sabiex tingħata aktar attenzjoni lill-koeżjoni soċjali u lill-iżvilupp lokali, bħala dimensjonijiet bażiċi għall-integrazzjoni tal-migranti u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-asil;

9.  Jemmen bis-sħiħ li l-EUSAIR jeħtiġilha tqis l-importanza strateġika tar-reġjun għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE, speċjalment għad-diversifikazzjoni tas-sorsi u r-rotot tal-provvista; jenfasizza li l-investiment fl-interkonnessjonijiet tal-enerġija huwa prerekwiżit ewleni għall-integrazzjoni tar-reġjun fin-netwerk tal-enerġija tal-UE; filwaqt li jqis il-vulnerabbiltà ambjentali għolja tal-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju, jappella għar-rispett sħiħ tal-acquis rilevanti tal-UE; jappella għat-tisħiħ tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika u għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija, b'mod partikolari fiż-żoni l-aktar remoti u/jew li m'għandhomx konnessjoni tajba;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tal-EUSAIR; jinkoraġġixxi lill-pajjiżi parteċipanti jiżviluppaw aktar il-kooperazzjoni interparlamentari, inkluż rigward il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-EUSAIR u l-promozzjoni tal-approssimazzjoni għall-acquis tal-UE; jirrakkomanda t-twessigħ tal-involviment parlamentari lil hinn mill-Konferenza tal-Kelliema annwali bil-għan li tissaħħaħ is-sorveljanza parlamentari;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tgħarraf u tikkonsulta b'mod regolari lill-Parlament dwar l-impatt miksub permezz tal-implimentazzjoni tal-EUSAIR.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.7.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Manolis Kefalogiannis, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Tamás Meszerics, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Tonino Picula, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Alyn Smith, Charles Tannock, László Tőkés, Elena Valenciano, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki, Neena Gill, Andrzej Grzyb, Marek Jurek, Gabrielius Landsbergis, Urmas Paet, Dubravka Šuica, István Ujhelyi, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fabio De Masi, Axel Voss, Ivan Štefanec

03.8.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku

(2014/2214(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marco Affronte

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (VAS)(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent(7),

1.  Jirrikonoxxi r-rabta fundamentali bejn l-iżvilupp ekonomiku u s-sostenibbiltà ambjentali filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju ta' sussidjarjetà; jappoġġja l-promozzjoni tal-prosperità ekonomika u soċjali fir-reġjun, li ma għandhiex issir b'detriment għall-bilanċ ekoloġiku u l-bijodiversità tal-ekosistemi fraġli kostali u marini u r-riżorsi naturali tagħhom; jenfasizza l-bżonn li fil-EUSAIR jiġu inklużi azzjonijiet konkreti biex jiġi mħares l-ambjent, inkluż proġetti:

  (a)  biex jiġu mħarsa l-linja tal-kosta u l-ekosistema kostali u biex tiġi miġġielda l-erożjoni,

  (b)  biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet għall-aġġustament tat-tibdil fil-klima u proġetti tal-ġestjoni tar-riskju sabiex jiġu prevenuti diżastri naturali relatati mal-bniedem u mhux,

  (c)  biex tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-iskart ta' kwalità, it-trattament tal-ilma mormi u s-sistemi ta' prevenzjoni fil-qasam tar-riżorsi tal-ilma,

  (d)  biex jingħata bidu għal stħarriġ u studji komparattivi dwar iċ-ċediment tal-art;

2.  Iħeġġeġ biex l-ekonomija blu titqies bħala soluzzjoni għall-kriżi ekonomika, peress li tistimula l-ħolqien ta' impjiegi ġodda u l-iżvilupp ekonomiku, u b'mod speċjali impjiegi għan-nisa u għaż-żgħażagħ f'pajjiżi kostali u gżejjer; jemmen li l-istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku ma tistax tiġi segwita mingħajr ma wieħed iqis il-kunċett tal-ekonomija blu, li torbot lis-setturi ekonomiċi marbuta mal-ibħra u l-oċeani, l-akkwakultura, it-trasport marittimu u fuq ix-xmajjar u t-turiżmu mal-ħarsien ambjentali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li pajjiżi terzi involuti fi proġetti fil-makroreġjun jikkonformaw mal-acquis tal-Unjoni rilevanti sabiex jiggarantixxu l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tal-Unjoni; jirrakkomanda li l-ftehimiet u l-konvenzjonijiet jiġu użati biex jinvolvu pajjiżi barra l-UE fi proġetti ambjentali tal-Unjoni Ewropea; jinnota wkoll li mekkaniżmi ta' governanza tajba huma kruċjali għall-implimentazzjoni tal-politika ambjentali;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita djalogu regolari bejn l-EUSAIR u s-sħab Skoċċiżi sabiex ilkoll ikunu jistgħu jiġu infurmati dwar prattiki tajba u dwar l-approċċ innovattiv għall-ġestjoni integrata taż-żona kostali fil-Baħar tat-Tramuntana;

5.  Jirrakkomanda lill-Istati Membri jagħmlu skambju ta' esperjenzi u prattiki tajba fir-rigward tal-makroreġjun tad-Danubju;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod regolari tinforma u tikkonsulta lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-EUSAIR;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-istati li qegħdin jipparteċipaw fl-istrateġija jiżviluppaw proġetti komuni f'konformità mal-politika komuni tas-sajd;

8.  Iqis il-kosta u l-medda ta' baħar bejn ix-xtut tal-Italja u x-xtut Balkani tal-Adrijatiku bħala żona naturali u ambjent ta' valur straordinarju li għandhom jiġu mħarsa u mogħtija aktar importanza;

9.  Għal dan il-għan, iqis is-suppliment tal-infrastrutturi tat-triq u tat-trasport fuq iż-żewġ naħat tal-Baħar Adrijatiku, l-inklużjoni tagħhom fin-netwerks TEN-T mit-Tramuntana għan-Nofsinhar u mil-Lvant għall-Punent u l-kurituri u t-tlestija tal-konnessjonijiet nieqsa bħala prerekwiżit biex jintlaħqu l-miri tas-sostenibbiltà ambjentali tal-makroreġjun;

10.  Jirrakkomanda l-promozzjoni attiva tal-eko-innovazzjoni fl-oqmsa tas-sajd, l-akkwakultura, it-trasport marittimu, it-turiżmu inkluż dak tal-kruċieri, il-portijiet u l-infrastrutturi relatati, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal importanti tar-reġjun u jiġi stimolat it-tkabbir blu fejn għaldaqstant jinħolqu impjiegi ġodda u jiġi żgurat l-isfruttament razzjonali u sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar skont il-Politika Marittima Integrata; jappoġġja l-promozzjoni tas-servizzi tat-trasport marittimu tal-merkanzija u tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li huma innovattivi, effiċjenti u sostenibbli li jistgħu jnaqqsu l-ħinijiet tat-tranżitu, l-ispejjeż tat-trasport u tal-loġistika u l-esternalitajiet u, fuq kollox, l-emissjonijiet tas-CO2, u li jingħaqdu bl-adozzjoni ta' pjanijiet ta' mobilità li għandhom impatt ambjentali baxx;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iżvilupp ta' attivitajiet tas-sajd li huma sostenibbli mil-lat ambjentali u f'termini tal-preservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, u wkoll biex tippromwovi l-politiki tas-sajd u tat-turiżmu integrati (it-turiżmu tas-sajd, il-marikultura, is-sajd rikreattiv), f'konformità mal-prinċipju tas-sostenibbiltà;

12.  Ifakkar li l-ħut u l-frott tal-baħar sfruttati kummerċjalment għandhom ikunu fi ħdan limiti bijoloġiċi sikuri sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb u tiġi salvagwardjata s-sostenibbiltà għall-terminu twil tal-industrija tas-sajd;

13.  Jinkoraġġixxi l-espansjoni taż-żoni ta' konservazzjoni biex jiġi mħares l-ambjent u jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità, b'mod partikolari permezz tat-titjib tan-netwerks tan-Natura 2000 u tal-Emerald, u l-programm LIFE; jenfasizza l-importanza tal-preżervazzjoni tal-ispeċijiet mhedda u jistieden lill-Istati Membri rilevanti biex permezz ta' din l-istrateġija makroreġjonali, jimplimentaw miżuri proporzjonati biex jintlaħaq dan l-objettiv; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu aktar sforzi fil-ġlieda kontra r-rimi tal-iskart fil-baħar, b'mod partikolari rigward it-tniġġis tal-iskart fil-gżejjer Adrijatiċi;

14.  Jenfasizza l-bżonn ta' pjan komprensiv biex jiġi miġġieled it-tniġġis tal-baħar u l-perikli naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u r-riskji kkawżati mit-tibdil fil-klima, prinċipalment l-għargħar, in-nixfa, l-erożjoni tal-ħamrija u n-nirien tal-foresti;

15.  Jenfasizza li l-pressjoni fuq l-ekosistemi tal-baħar u kostali tista' titnaqqas permezz ta' fehim aħjar tal-bijodiversità u li l-iskambji tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom ikomplu jsaħħu l-bijodiversità;

16.  Jitlob għal objettiv minimu ta' kopertura tal-wiċċ ta' 10 % sal-2020 tal-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju minn żoni protetti tal-baħar, skont l-impenji internazzjonali rilevanti u bħala appoġġ biex jinkiseb status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar tal-Unjoni sal-2020, skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina; jappella għat-twaqqif ta' netwerk ta' żoni u parks protetti tal-baħar, kostali u interni; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri involuti fl-istrateġija jtejbu l-kwalità ambjentali billi jwettqu proġetti li jnaqqsu t-tniġġis kimiku, fiżiku u mikrobijoloġiku billi jottimizzaw is-sostenibbiltà tat-traffiku tal-baħar, iħarsu l-bijodiversità u jinvestu f'żoni protetti tal-baħar; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri involuti jippromwovu s-sistemi integrati għall-osservazzjoni ambjentali u għall-monitoraġġ taż-żoni protetti tal-baħar u jintensifikaw il-kooperazzjoni bejn iċ-ċentri tal-monitoraġġ ambjentali reġjonali;

17.  Jesprimi tħassib serju dwar l-interess imġedded fl-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u l-gass, kemm lil hinn mill-kosta u kif ukoll fuq l-art, speċjalment f'żoni diġà affettwati ħafna minn konsegwenzi ambjentali sinifikanti; jikkunsidra importanti li jitwettqu studji rilevanti għall-makroreġjuni; jenfasizza li l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u tal-gass iridu jkunu konformi mal-għanijiet tal-Politika Marittima Integrata u l-ippjanar marittimu u li l-fokus tal-produzzjoni tal-enerġija ġeneralment għandu jkun fuq l-enerġija rinnovabbli, pereżempju l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta; jenfasizza li l-baħar Adrijatiku huwa wieħed magħluq, baxx, li ma għandux il-kapaċità li jferrex is-sustanzi niġġiesa u li għandu kummerċ turistiku ta' suċċess fuq iż-żewġ xtut tiegħu, u li t-tkabbir tal-makroreġjun għandu l-ewwel jiddependi fuq l-attivitajiet turistiċi u ekonomiċi marbuta mal-karatteristiċi speċifiċi ambjentali u l-ekosistemi tiegħu; jissottolinja l-ħtieġa għall-Istati Membri fir-reġjun biex b'mod konsistenti jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sostenibbiltà ambjentali u s-sikurezza tal-attivitajiet marittimi, bħall-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta u l-iżvilupp, l-installazzjoni u t-tħaddim ta' turbini tar-riħ lil hinn mill-kosta; jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE) u d-Direttiva dwar l-Operazzjonijiet taż-Żejt u tal-Gass Offshore (2013/30/UE); jinkoraġġixxi, fir-rigward tal-kooperazzjoni makroreġjonali, it-twaqqif ta' sistema ta' intervent f'każ ta' aċċidenti;

18.  Jenfasizza r-rabta bejn il-ħarsien tal-ambjent u l-iżvilupp tat-turiżmu sostenibbli; jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, lir-reġjun isegwi l-iżvilupp tat-turiżmu sostenibbli fejn għaldaqstant jevita effetti negattivi fuq l-ambjent;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-iskambji tal-aħjar prattiki bħall-proġetti sostenibbli żviluppati mill-Gruppi ta' Azzjoni Kostali;

20.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinvolvu b'mod attiv lill-awtoritajiet u l-komunitajiet lokali, lis-soċjetà ċivili u lill-partijiet interessati oħra fl-implimentazzjoni tal-istrateġija makroreġjonali, sabiex ikunu kapaċi jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jipparteċipaw fit-teħid ta' deċiżjonijiet relatati mal-ambjent lokali u s-saħħa pubblika meta dawn jitqiegħdu f'perikolu minn infrastrutturi invażivi jew li jagħmlu ħsara lill-ambjent mhux konformi mad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) (2014/52/UE); jistieden lill-Istati Membri jaqsmu mal-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi ġirien is-sejbiet tal-analiżi tal-impatt tal-attivitajiet ekonomiċi marittimi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva VIA u dawk li jaqgħu taħt id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent;

21.  Jirrikonoxxi l-fatt li ħafna komunitajiet reġjonali ddikjaraw lilhom infushom bħala żoni ħielsa mill-OĠM; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, kooperazzjoni u koordinazzjoni fil-qafas tal-EUSAIR sabiex tiġi żgurata protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni mill-OĠM;

22.  Jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li għandu jiġi mwaqqaf ċentru għall-prevenzjoni ta' diżastri naturali u dawk mhux naturali għall-makroreġjun Adrijatiku u Joniku;

23.  Jinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-istituti idrometeoroloġiċi tal-Istati Membri sabiex tinkiseb koordinazzjoni aħjar tal-avvenimenti estremi tat-temp, tal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, u tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri;

24.  Jirrikonoxxi l-ilma, l-agrikoltura u t-turiżmu bħala l-aktar setturi vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, għalhekk iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġi stabbilit qafas u mekkaniżmu ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' adattament u mitigazzjoni;

25.  Jirrikonoxxi l-potenzjal għoli tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux użati biżżejjed fil-makroreġjun; jinkoraġġixxi investiment f'aktar sforzi biex tiġi inkoraġġuta u promossa kooperazzjoni tal-enerġija makroreġjonali fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija li tinvolvi l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-klima u tal-enerġija tal-UE għall-2030;

26.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jsegwu l-iżvilupp ta' settur tat-trasport li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, inkluża iżda mhux limitata għall-infrastruttura tal-ferrovija, b'mod speċjali f'termini tal-iżvilupp tal-infrastruttura transfruntiera; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' trasport multimodali u biljetti integrati;

27.  Jinkoraġġixxi l-użu tar-Regolament dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet mit-trasport marittimu (ir-Regolament (UE) 2015/757) għall-innovazzjoni u dwar l-istabbiliment tat-trasport marittimu sostenibbli fil-makroreġjun bl-użu ta' magni tal-propulsjoni tal-baħar u fjuwils alternattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u titjieb l-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.7.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

56

8

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Cristian-Silviu Buşoi, Nessa Childers, Alberto Cirio, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Jiří Maštálka, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Nicola Caputo, Fredrick Federley, James Nicholson, Marit Paulsen, Gabriele Preuß, Keith Taylor, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Malin Björk, Jiří Maštálka

23.6.2015

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku

(2014/2214(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Norica Nicolai

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi, bħalma tevalwa ġustament il-Kummissjoni, hemm differenzi soċjoekonomiċi kbar fost il-pajjiżi involuti f'din l-istrateġija, speċjalment bejn l-Istati Membri tal-UE u dawk li mhumiex Membri; billi l-Kummissjoni ser tippreżenta lill-Parlament il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati li mhumiex Membri għall-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija;

B.  billi l-applikazzjoni u r-rispett tar-regoli u l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd għandhom ikunu waħda mill-aktar miri ta' evalwazzjoni importanti għall-pajjiżi kollha involuti f'din l-istrateġija; billi, barra minn hekk, il-mira kwantitattiva ta' livell ugwali jew inferjuri għar-"Rendiment Massimu Sostenibbli" għandha tkun parti minn kwalunkwe evalwazzjoni li tikkonċerna l-ambjent tal-baħar u tas-sajd fir-reġjun;

C.  billi l-Baħar Adrijatiku, minħabba n-natura semi-magħluqa tiegħu huwa partikolarment vulnerabbli għat-tniġġis u għandu karatteristiċi idrografiċi mhux tas-soltu bħall-fatt li l-fond u l-kosta jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tar-reġjun; billi l-istokkijiet tal-ħut jiġu kondiviżi fost il-pajjiżi kostali kollha, li jqiegħed ir-riġenerazzjoni tal-istokkijiet taħt pressjoni sostnuta; billi l-miżuri fi ħdan ir-regolament qafas futur dwar miżuri tekniċi fil-PKS riformata għandhom jiġu mfassla fuq bażi reġjonali u apposta għall-ispeċifiċitajiet ta' din iż-żona u r-riżorsi marittimi u s-sajd tagħha;

D.  billi l-ilmijiet huma mhedda minn sorsi varji ta' tniġġis, inklużi l-iskart u l-ħmieġ mhux trattat, l-ewtrofikazzjoni minn skol agrikolu u l-farms tal-ħut, u billi, minħabba li l-protezzjoni ambjentali hija parti mill-istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku, huwa ta' importanza assoluta li wieħed jifhem li l-iżvilupp ekonomiku jista' jiġi konċepit biss fil-kuntest tas-sostenibbiltà ambjentali;

E.  billi l-Kummissjoni, kemm fl-istrateġija u kemm fil-pjan ta' azzjoni tagħha, tammetti li ma għandhiex evalwazzjoni sħiħa tal-istatus quo fir-reġjun u fil-pajjiżi, minħabba nuqqas ta' dejta;

F.  billi, skont il-Kummissjoni, l-UE ser tikkofinanzja l-proġetti flimkien mal-Istati Membri;

G.  billi l-ekonomija blu tirrappreżenta soluzzjoni potenzjali għall-kriżi ekonomika peress li tinkoraġġixxi l-ħolqien ta' impjiegi ġodda, tkabbir u żvilupp ekonomiku, speċjalment fil-pajjiżi kostali u tal-gżejjer; billi l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku ma tistax tiġi implimentata mingħajr ma jittieħed kont tal-kunċett tal-ekonomija blu peress li din tkopri firxa wiesgħa ta' setturi ekonomiċi marbuta mal-ibħra u l-oċeani, li tinkludi setturi tradizzjonali u emerġenti fosthom is-sajd, l-akkwakultura, it-trasport marittimu (tal-baħar) u fl-ilmijiet navigabbli interni, il-portijiet u l-loġistika, it-turiżmu;

H.  billi l-istrateġija hija tajba daqs il-proġetti ffinanzjati u appoġġjati mill-Istati Membri;

I.  billi l-pajjiżi kollha jixtiequ jiksbu tkabbir ekonomiku u żvilupp;

J.  billi t-tkabbir blu, li jagħmel parti minn din l-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni li jakkumpanjaha, huwa pjattaforma għal proġetti ta' żvilupp sostenibbli speċjalment għal dawn it-tipi ta' reġjuni;

K.  billi s-sajd, għalkemm wieħed mis-setturi l-aktar importanti f'dan ir-reġjun, mhuwiex kopert minn parti speċifika tal-istrateġija, iżda minflok aspetti differenti huma mqassma madwar numru ta' pilastri;

L.  billi żieda fit-trasport marittimu u fl-industrija tat-turiżmu tal-bastimenti tal-kruċieri jagħmlu parti mill-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni biex jinkiseb żvilupp u tkabbir ekonomiku;

M.  billi żieda fl-attività marittima tista' tagħmel ħsara lill-istokkijiet tal-ħut diġà fil-periklu li jiġu estinti fil-Baħar Adrijatiku u dak Joniku;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, bħala faċilitatur indipendenti f'din l-istrateġija, biex tenfasizza l-importanza tal-ħolqien tal-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tad-differenzi soċjoekonomiċi bejn il-pajjiżi; itenni li l-għan tal-istrateġija huwa li tgħin issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea u bil-pajjiżi terzi tar-Reġjun Joniku-Adrijatiku, filwaqt li jiġu appoġġjati u promossi l-isforzi biex tiġi allinjata l-leġiżlazzjoni attwali dwar is-sajd mal-objettivi stabbiliti fil-PKS u biex iġibu kooperazzjoni transkonfinali solida fost il-pajjiżi fir-reġjun;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura, safejn l-aħjar li tista', li l-industrija tas-sajd, l-istokkijiet tal-ħut, l-ambjent marittimu u l-kwistjonijiet l-oħra kollha relatati ma' dan is-settur jiġu koordinati u ġestiti b'mod sostenibbli fost il-pilastri kollha u li l-pajjiżi kollha, inklużi l-pajjiżi terzi tal-makroreġjun involuti fil-proġetti, jaġixxu skont, u jirrispettaw, il-valuri, il-prinċipji u l-objettivi tal-PKS, u jistieden kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati involuti fl-istrateġija biex jiżviluppaw proġetti komuni skont dawn il-prinċipji;

3.  Jenfasizza l-importanza tal-appoġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva l-ġdida li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu (permezz ta' ippjanar koordinat) kif ukoll ġestjoni mtejba fl-oqsma tas-sajd u l-akkwakultura, sabiex jikkontribwixxu għal użu aktar sostenibbli tar-riżorsi naturali eżistenti u għalhekk għat-tkabbir sostenibbli; jikkunsidra li governanza konġunta xierqa tal-ispazju marittimu tipprovdi qafas importanti għal użu sostenibbli u trasparenti tar-riżorsi marittimi u mill-baħar;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi b'mod attiv l-istabbiliment ta' Gruppi ta' Azzjoni Lokali tas-Sajd, li jistgħu jirrappreżentaw strument naturali għad-diversifikazzjoni tas-sajd; jenfasizza li s-sajd u l-akkwakultura sostenibbli u ta' profitt jeħtieġu involviment imsaħħaħ tal-partijiet interessati fil-ġestjoni globali, kif ukoll attivitajiet tas-sajd imtejba u diversifikati;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tifformula kemm jista' jkun malajr pjan ta' ġestjoni multiannwali tas-sajd għal dawn iż-żewġ baċiri tal-baħar;

6.  Jappella biex, ladarba żieda fl-attività marittima tista' taffettwa s-saħħa tal-istokkijiet tal-ħut fir-reġjun u peress li ħafna speċijiet diġà qegħdin ibatu, issir evalwazzjoni u analiżi bir-reqqa tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet, li għandha titwettaq b'mod kostanti u tkun kondiviża fost il-pajjiżi kollha; jitlob li jiġi applikat il-prinċipju ta' prekawzjoni fejn ikun hemm bżonn;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni, ladarba r-reġjun għandu ekosistema marittima partikolarment sensittiva, għal kwalunkwe fattur bħal trasport marittimu jew skart, tniġġis tal-ilma, tħaffir jew bini futur ta' infrastruttura ġdida fuq il-kosta li jista' jkollhom impatt fuq is-saħħa tal-istokkijiet tal-ħut, li diġà qegħdin f'sitwazzjoni diffiċli, biex jiġu evalwati b'analiżi tal-impatt ambjentali komprensiva; jinsisti li l-prinċipju ta' prekawzjoni u dak tas-sostenibbiltà jiġu applikati skont il-bżonn, u jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista ta' attivitajiet marittimi (tħaffir fil-baħar miftuħ, produzzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta, eċċ.) li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent tal-baħar u fuq l-istatus tal-istokkijiet tal-ħut;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni, ladarba żieda fl-attività marittima progressivament qed tirrestrinġi l-postijiet għas-sajd, biex tiżgura li l-interessi tas-setturi konċernati jiġu meqjusa b'mod ekwu f'kull stadju fl-iżvilupp tal-attivitajiet marittimi, jiġifieri fit-tfassil tal-ippjanar spazjali marittimu u fil-ġestjoni integrata taż-żona kostali;

9.  Jitlob biex proġetti li jfittxu li jivvalutaw l-impatt tas-sajd indirett (xbieki iħirsa, malji ta' kultivazzjoni tal-maskli) u tal-qabdiet sekondarji ta' speċijiet protetti jiġu evalwati u promossi, billi huwa stmat li, fl-Adrijatiku waħdu, 'il fuq minn 40 000 fekruna tal-baħar jinqabdu b'mod aċċidentali; huwa tal-fehma li l-istudji ambjentali u l-istudji dwar mezzi li jtaffu l-problema (bħal apparat għall-esklużjoni tal-fkieren) huma meħtieġa b'mod urġenti;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp tas-sajd rikreattiv fir-reġjun kif ukoll turiżmu sostenibbli u ta' profitt u biex tippromwovi politiki integrati għas-sajd u t-turiżmu (it-turiżmu tas-sajd, il-marikultura, eċċ.) skont il-prinċipju ta' sostenibbiltà;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi u tappoġġja proġetti li joffru żvilupp reali u sostenibbli għall-komunitajiet remoti ż-żgħar li jgħixu fuq gżejjer u tiżgura d-dħul ta' kuljum tagħhom permezz ta' sajd fuq skala żgħira;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja u tippromwovi l-involviment tas-sajd u tal-ħaddiema tas-sajd fi proġetti bħal dawk relatati mat-turiżmu kulturali u storiku, li jinkludu s-sajd u l-iskoperta mill-ġdid tal-attivitajiet tat-tbaħħir u postijiet għas-sajd u impjiegi tradizzjonali;

13.  Huwa mħasseb dwar id-dannu kkawżat mill-iskart tal-plastik fil-baħar; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja inizjattivi ta' ġbir u riċiklaġġ ta' dan l-iskart; jenfasizza l-importanza tal-involviment tas-sajjieda fil-proċess;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirreġistra l-volumi tal-qbid tas-sajd rikreattiv, biex tirregola din l-attività u biex tagħmel kemm l-attivitajiet ta' sajd rikreattiv kif ukoll professjonali soġġetti għall-objettivi tal-MSY;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-ħtieġa għal ripopolament tal-ħut ta' ċerti żoni tal-Baħar Adrijatiku u dak Joniku, sabiex tiżgura li ż-żoni ta' mixtliet tal-baħar għall-ispeċijiet differenti ta' ħut huma identifikati b'mod akkurat u protetti biex jipprovdu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ għall-ħolqien ta' skollijiet artifiċjali u biex jitjiebu l-isforzi eżistenti għall-istabbiliment ta' netwerk koerenti ta' żoni protetti tal-baħar fir-reġjun, li jiżguraw li ż-żoni bijoloġikament importanti kollha jiġu protetti skont l-impenji internazzjonali rilevanti bħall-Pjan Strateġiku dwar id-Diversità Bijoloġika;

16.  Jappoġġja l-ħolqien ta' tikketta ta' kwalità għall-prodotti tal-frott tal-baħar bit-tikketta Adrijatiku-Joniku sabiex iżżid il-kompetittività tal-industrija u tipprovdi lill-konsumaturi b'ċertifikazzjoni li tiżgura l-kwalità tas-sajd u tal-prodotti tal-pixxikultura;

17.  Jenfasizza li l-iżvilupp tal-akkwakultura u l-marikultura jista' jilgħab rwol importanti mhux biss fl-irkupru ta' diversità ta' speċijiet iżda wkoll fit-tkabbir ekonomiku tar-Reġjun Adrijatiku u Joniku;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza bħala kwistjoni ta' urġenza assoluta n-nuqqas ta' dejta preċiża u komprensiva dwar ir-riżorsi marittimi, u l-livell ta' tniġġis tal-ilma kkawżat mill-iskart tal-plastik, ilma mormi mhux trattat u speċijiet invażivi mir-rilaxx tal-ilma tas-saborra, li jagħmel l-evalwazzjonijiet mhux ċari u inaffidabbli; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-fatt li d-dejta dwar is-sajd, l-evalwazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u l-istudji analitiċi l-oħra kollha relatati mhumiex kompluti, biex tindirizza dan qabel tibda tiffinanzja żviluppi oħra; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi kooperazzjoni xjentifika produttiva fost l-atturi tar-Reġjun Adrijatiku-Joniku, u biex tiżgura li l-pajjiżi konċernati jimplimentaw riformi sabiex jiksbu l-kapaċità li jwettqu ġbir ta' dejta, analiżi u evalwazzjoni bil-għan li jiġu identifikati opportunitajiet għal esplojtazzjoni sostenibbli ta' riżorsi tal-baħar;

19.  Jistieden l-Istati involuti fl-istrateġija biex itejbu l-kwalità ambjentali permezz ta' proġetti mmirati lejn it-tnaqqis tat-tniġġis kimiku, fiżiku u mikrobijoloġiku, u biex b'mod konġunt jiżviluppaw strateġiji biex jitnaqqsu l-mikroplastiks u skart ieħor fl-ilmijiet tar-reġjun, filwaqt li jiġi kkoordinat tindif ta' dawk eżistenti, li jottimizzaw l-attivitajiet tat-traffiku marittimu bil-għan li jinkisbu sostenibbiltà, protezzjoni tal-bijodiversità, investiment fiż-żoni ta' rkupru tal-baħar u indirizzar tal-problema tal-ewtrofikazzjoni minn skol agrikolu;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill kull sena, mis-sena tal-implimentazzjoni sal-evalwazzjoni finali wara l-mira tal-2020; dan ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq rapporti u studji analitiċi mwettqa mill-koordinaturi, flimkien mal-evalwazzjonijiet miġbura mill-Kummissjoni mingħand partijiet interessati oħra;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati involuti fl-istrateġija biex tippromwovi x-xogħol fundamentali tan-nisa fis-settur tas-sajd, biex tippromwovi l-kwalifiki professjonali tagħhom u l-inklużjoni tagħhom fil-gruppi ta' azzjoni kostali u fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati involuti fl-istrateġija biex jipprovdu inċentivi li jattiraw liż-żgħażagħ lejn il-qasam tas-sajd u l-akkwakultura fir-Reġjun Adrijatiku u Joniku u jinkoraġġuhom sabiex iwettqu tali attivitajiet;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-iskambju ta' prattiki tajbin bħas-sostenibbiltà ta' proġetti żviluppati mill-Gruppi ta' Azzjoni Kostali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, João Ferreira, Raymond Finch, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, José Blanco López, Marek Józef Gróbarczyk, Verónica Lope Fontagné, Francisco José Millán Mon

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tim Aker

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

17.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, José Blanco López, Franc Bogovič, Mercedes Bresso, Steeve Briois, Edward Czesak, Rosa D’Amato, Bill Etheridge, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Julia Reid, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Maria Spyraki, Ramón Luis Valcárcel Siso, Ángela Vallina, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

James Nicholson, Jan Olbrycht, Demetris Papadakis, Maurice Ponga, Hannu Takkula

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Brando Benifei, Andrejs Mamikins, Soraya Post

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(3)

ĠU C 349 E, 29.11.2013, p. 1.

(4)

ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

(5)

ĠU L 164, 25.6.2008, p.19.

(6)

ĠU L 178, 28.6.2013, p.66.

(7)

ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1;

Avviż legali - Politika tal-privatezza