IT-TIENI RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013
2.10.2015 - (2014/2135(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Ryszard Czarnecki
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta,[1]
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015[3] li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, u t-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,[4]
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002,[5]u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC,[6]
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL,[7]u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,[8]
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,[9]
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0285/2015),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta,[10]
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[11] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015[12] li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, u t-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,[13]
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002,[14]u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC,[15]
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL,[16]u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,[17]
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,[18]
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0285/2015),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0285/2015),
A. billi l-Impriża Konġunta ENIAC ("l-Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fl-20 ta' Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta "aġenda ta' riċerka" għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika f'oqsma ta' applikazzjoni differenti;
B. billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Lulju 2010;
C. billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Nanoelettroniċi Ewropej (AENEAS);
D. billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta hija EUR 450 000 000, u din titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka;
E. billi l-kontribuzzjoni massima tal-AENEAS għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 30 000 000 u l-Istati Membri għandhom jagħtu kontribuzzjonijiet in natura għall-ispejjeż operattivi kif ukoll jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' mill-anqas 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni;
F. billi l-Impriża Konġunta ingħaqdet f'fużjoni mal-Impriża Konġunta ARTEMIS sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (ECSEL ITK) li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji tagħha u mar-regoli tal-kontabbiltà adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni;
2. Ifakkar li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali, abbażi tal-fatt li ma setgħetx tikkonkludi jekk l-istrateġija ta' awditjar ex post, li tiddependi ħafna mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali għall-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż marbuta mal-proġetti, tipprovdix assigurazzjoni biżżejjed fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;
3. Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-Qorti se tieħu miżuri sabiex tikseb biżżejjed garanziji tal-awditi mwettqa mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-ECSEL ITK se tagħmel aktar valutazzjonijiet tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali wara l-fużjoni tal-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta ARTEMIS;
4. Josserva li l-Impriża Konġunta stabbiliet l-arranġamenti prattiċi għall-awditi ex post dwar il-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jieħu nota li l-arranġamenti prattiċi jinkludu l-introduzzjoni ta' formola speċifika ta' rappurtar, rinfurzata bil-valutazzjoni tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali mill-Impriża Konġunta u żjarat lill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali mill-Qorti;
5. Jieħu nota li r-rieżami limitat tad-dikjarazzjonijiet ta' spiża mwettaq mill-Impriża Konġunta fl-2012 kien wieħed mill-elementi li saħħew lill-garanzija, li ppermetta lill-Impriża Konġunta tissorvelja liema tranżazzjonijiet kienu soġġetti għall-awditi qabel l-introduzzjoni tal-formola speċifika ta' rappurtar; josserva li dan il-kampjun wera għadd żgħir tal-ewwel awditi nazzjonali li bdew fl-2012 u laħqu ammont li jistgħu jirrendu evalwazzjonijiet statistiċi importanti fl-2014;
6. Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li t-23 awtorità ta' finanzjament nazzjonali li qasmu l-informazzjoni dwar l-istrateġija tal-awditu tagħhom jirrappreżentaw 95 % tat-total tal-għotjiet li ngħataw; jilqa' l-fatt li sabiex tikkomplementa l-informazzjoni li ngħatat mill-Impriża Konġunta, il-Qorti kisbet informazzjoni addizzjonali direttament mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali sabiex tesprimi opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;
7. Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li hija għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li għandu l-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fl-opinjoni kwalifikata tagħha; josserva li l-assigurazzjonijiet li ngħataw mis-sistemi nazzjonali kienu vvalutati b'mod pożittiv mill-pajjiżi li jirrappreżentaw 54 % tat-total tal-għotjiet, filwaqt li l-valutazzjonijiet għall-pajjiżi oħra qegħdin f'fażi ta' eżekuzzjoni avvanzata, li se jġibu l-kopertura ta' għotjiet ivvalutati għal 84 %; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tivvaluta sabiex tilħaq kopertura ta' 100 % tat-total tal-għotjiet;
8. Jieħu nota li ġiet organizzata sessjoni ta' ħidma dwar l-assigurazzjoni, li laqqgħet flimkien r-rappreżentanti tal-Qorti, tal-Kummissjoni u tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, kif ukoll rappreżentanti tal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali attivi fl-Impriża Konġunta; josserva li s-sessjoni ta' ħidma enfasizzat ir-rekwiżiti tal-programmi Ewropej u tat lok għal skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali;
9. Josserva li l-Impriża Konġunta żviluppat metodoloġija ġdida għal stima tar-rata tal-iżball residwu, simili għal dik użata mis-servizzi tal-Kummissjoni li huma nkarigati mill-finanzjament koġestit; jirrikonoxxi li l-ewwel evalwazzjoni tar-rata tal-iżball residwu bbażata fuq 157 tranżazzjoni awditjati kienet ta' 0,73 %, filwaqt li aġġornament reċenti bbażat fuq 331 tranżazzjoni rriżulta f'rata tal-iżball ta' 0,66 %, li huwa taħt il-livell limitu ta' materjalità ta' 2 %;
10. Jaċċerta ruħu, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri kienu taħt il-livell ta' 1,8 kif mitlub mill-istatut tal-Impriża Konġunta sabiex ikunu konformi mal-limitazzjonijiet imposti mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; josserva b'mod partikolari li għall-parteċipanti tal-industrija fi proġetti pilota kbar ta' linja t-total tal-finanzjament pubbliku ma jistax jaqbeż il-25 %, filwaqt li l-istatut tal-Impriża Konġunta jesiġi allokazzjoni tal-istess rata ta' rimborż lil kull parteċipant;
11. Jirrikonoxxi li l-kontribuzzjonijiet aktar baxxi mill-Istati Membri kienu aktar milli kkumpensati miż-żieda ta' kontribuzzjonijiet mis-settur privat li jammontaw għal 65 % tal-ispejjeż totali u għalhekk laħqu livell għoli ħafna ta' kopertura tal-finanzjament tal-Unjoni;
12. Jieħu nota li l-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-attività tal-ENIAC sad-data tal-ħolqien tal-ECSEL JTI, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC, li għandha tiġi kkunsidrati għall-kwittanza tas-sena finanzjarja 2014;
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza
13. Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li nġabru u ttelgħu fuq is-sit web tal-Impriża Konġunta s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv u tal-maniġers tagħha kif mitlub mir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta' implimentazzjoni; josserva li ġiet stabbilita bażi ta' data komprensiva li tinkludi kull informazzjoni identifikata fir-rigward ta' kunflitti ta' interessi kif ukoll il-miżuri li ttieħdu, u hija miżmuma fuq bażi regolari;
Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka
14. Ifakkar li d-Deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru (FP7)[19] tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li 211,5 pubblikazzjoni u 16,6 privattiva għal kull EUR 10 000 000 ta' għotjiet tal-Unjoni juru produttività għolja tar-riżultati tar-riċerka tagħha u li hija konformi mat-talbiet kollha mitluba s'issa mill-koordinaturi tal-FP7.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
22.9.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
22 6 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Nedzhmi Ali, Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard Ashworth, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Julia Pitera, Miroslav Poche, Patricija Šulin |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Raymond Finch |
||||
- [1] ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.
- [2] ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.
- [3] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0165.
- [4] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [5] ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.
- [6] ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
- [7] ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
- [8] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [9] ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
- [10] ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.
- [11] ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.
- [12] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0165.
- [13] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [14] ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.
- [15] ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
- [16] ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
- [17] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [18] ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
- [19] L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 6).