RAPPORT dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea
2.10.2015 - (2015/2035(INL))
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Korapporteurs: Danuta Maria Hübner, Jo Leinen
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali ("l-Att Elettorali"), anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 1976, kif emendata[1], b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
– wara li kkunsidra t-Trattati u b'mod partikolari l-Artikoli 9, 10, 14 u 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 22, 223(1) u 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-proċedura elettorali tal-Parlament, u b’mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Lulju 1998 dwar abbozz ta’ proċedura elettorali li jinkorpora prinċipji komuni għall-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew[2], ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014[3] u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2013 dwar it-titjib tal-modalitajiet prattiċi ta’ organizzazzjoni tal-elezzjonijiet Ewropej tal- 2014[4],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-2014[5],
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/142/UE tat-12 ta' Marzu 2013 dwar it-tisħiħ tal-kondotta demokratika u effiċjenti tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew[6],
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Rapport fuq l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2014" (COM(2015)0206),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea[7],
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini[8],
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej[9], u b’mod partikolari l-Artikoli 13, 21 u 31 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 11, 23 u 39 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0286/2015),
A. billi l-Artikolu 223 tat-TFUE jagħti lill-Parlament id-dritt li jniedi r-riforma tal-proċedura elettorali tiegħu, bil-għan li titfassal proċedura uniformi li tapplika madwar l-Unjoni jew proċedura li hija bbażata fuq prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha, u li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għaliha;
B. billi r-riforma tal-proċedura elettorali tal-Parlament għandha l-għan li ttejjeb id-dimensjoni transnazzjonali u demokratika tal-elezzjonijiet Ewropej u l-leġittimità demokratika tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni, issaħħaħ il-kunċett taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, ittejjeb il-funzjonament tal-Parlament Ewropew u l-governanza tal-Unjoni, tagħmel ix-xogħol tal-Parlament Ewropew aktar leġittimu, issaħħaħ il-prinċipji ta’ ugwaljanza elettorali u opportunitajiet indaqs, issaħħaħ l-effettività tas-sistema għall-kondotta ta’ elezzjonijiet Ewropej, u ġġib il-Membri tal-Parlament Ewropew eqreb lejn il-votanti tagħhom, b’mod partikolari tal-iżgħar fosthom;
C. billi r-riforma tal-proċedura elettorali trid ukoll tirrispetta l-prinċipju ta' sussidjarjetà u proporzjonalità u m'għandhiex tipprova tfittex li timponi uniformità bħala fini fiha nnifisha;
D. billi l-possibbiltà li tiġi żviluppata proċedura elettorali uniformi bbażata fuq suffraġju universali dirett ilha minquxa fit-Trattati mill-1957;
E. billi n-numru ta’ votanti li dejjem qiegħed jonqos fl-elezzjonijiet Ewropej, b’mod partikolari fost l-iżgħar votanti, u n-nuqqas ta’ interess tal-votanti fi kwistjonijiet Ewropej qed jheddu l-futur tal-Ewropa, u billi hemm għalhekk il-ħtieġa għal ideat li jgħinu biex terġa’ tingħata l-ħajja d-demokrazija Ewropea;
F. billi armonizzazzjoni ġenwina tal-proċedura għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri kollha tista’ tippromwovi d-dritt taċ-ċittadini Ewropej kollha li jipparteċipaw, fuq bażi ugwali, fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, filwaqt li tissaħħaħ id-dimensjoni politika tal-integrazzjoni Ewropea;
G. billi l-kompetenzi tal-Parlament ilhom jiżdiedu b'mod gradwali mill-ewwel elezzjonijiet diretti fl-1979, u billi l-Parlament issa għandu status ta' koleġiżlatur daqs dak tal-Kunsill fil-parti l-kbira tal-oqsma ta' politika tal-Unjoni, u partikolarment bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona;
H. billi t-Trattat ta' Lisbona biddel il-mandat tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u għamilhom rappreżentanti diretti taċ-ċittadini tal-Unjoni[10] minflok "rappreżentanti tal-popli tal-Istati miġjuba flimkien fil-Komunità"[11];
I. billi l-unika riforma tal-Att Elettorali nnifsu twettqet fl-2002 minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom[12], li teħtieġ li l-Istati Membri jwettqu l-elezzjonijiet abbażi ta' rappreżentanza proporzjonali bl-użu ta' sistema ta' lista jew sistema ta' vot wieħed trasferibbli u li abolixxiet il-mandat doppju għall-Membri tal-Parlament Ewropew; billi, barra dan, l-Istati Membri ngħataw b'mod espress id-dritt li jistabbilixxu kostitwenzi fuq livell nazzjonali u li jintroduċu limitu nazzjonali li ma jaqbiżx il-5 % tal-voti mitfugħa;
J. billi ftehim komprensiv dwar proċedura elettorali verament uniformi, għadu ma ntlaħaqx, minkejja li xi konverġenza tas-sistemi elettorali seħħet b’mod gradwali, inter alia bħala riżultat tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja, bħad-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE;
K. billi l-kunċett ta' ċittadinanza tal-Unjoni, formalment introdott fl-ordni kostituzzjonali mit-Trattat ta' Maastricht fl-1993, jinkludi d-dritt li ċ-ċittadini tal-Unjoni jipparteċipaw f'elezzjonijiet Ewropej u muniċipali fl-Istati Membri tagħhom, u fl-Istat ta' residenza tagħhom skont l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak l-Istat[13]; billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li t-Trattat ta’ Lisbona ta saħħa legali vinkolanti, saħħet dan id-dritt;
L. billi, minkejja dawn ir-riformi, l-elezzjonijiet Ewropej, fil-parti l-kbira tagħhom, għadhom irregolati minn liġijiet nazzjonali, il-kampanji elettorali għadhom nazzjonali, u l-partiti politiċi Ewropej ma jistgħux jonoraw suffiċjentement il-mandat kostituzzjonali tagħhom u "jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni" skont l-Artikolu 10(4) tat-TUE;
M. billi l-partiti politiċi Ewropej qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex "jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew" u għaldaqstant għandu jkollhom rwol aktar b'saħħtu fil-kampanji għall-elezzjonijiet Parlamentari biex itejbu l-viżibbiltà tagħhom u juru r-rabta bejn il-vot għal partit nazzjonali partikolari u l-impatt li għandu fuq id-daqs ta' grupp politiku Ewropew fil-Parlament Ewropew;
N. billi l-proċedura għan-nomina tal-kandidati għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tvarja b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor u minn partit għal partit, b’mod partikolari fir-rigward ta’ standards tat-trasparenza u dawk demokratiċi, filwaqt li proċeduri miftuħa, trasparenti u demokratiċi għall-għażla tal-kandidati huma essenzjali biex tinbena fiduċja fis-sistema politika;
O. billi l-iskadenzi għall-finalizzazzjoni tal-listi elettorali qabel l-elezzjonijiet Ewropej ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri, u attwalment ivarjaw bejn 17-il jum u 83 jum, u dan iqiegħed lill-kandidati u l-votanti fl-Unjoni f'pożizzjoni mhux ugwali fir-rigward tal-ħin għad-dispożizzjoni tagħhom biex iwettqu l-kampanji elettorali jew biex jirriflettu fuq l-għażla tal-vot tagħhom;
P. billi l-iskadenzi għall-finalizzazzjoni tar-reġistru elettorali qabel l-elezzjonijiet Ewropej ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri u jistgħu jagħmlu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-votanti (li huwa mmirat lejn l-evitar ta’ votazzjoni doppja) diffiċli, jekk mhux impossibbli;
Q. billi r-regoli Ewropej eżistenti jippermettu li jiġi stabbilit limitu mhux obbligatorju li jasal sa 5 % tal-voti mitfugħa għall-elezzjonijiet Ewropej, u billi 15-il Stat Membru sfruttaw din l-opportunità u introduċew limitu ta' bejn 3 % u 5 %; billi fl-Istati Membri ż-żgħar, u fl-Istati Membri li qasmu ż-żona elettorali tagħhom f'kostitwenzi, madankollu l-limitu de facto huwa ogħla minn 3 % għalkemm ma jeżisti l-ebda limitu ġuridiku; billi l-introduzzjoni ta’ limiti obbligatorji hija rikonoxxuta minn tradizzjoni kostituzzjonali bħala mezz leġittimu biex jiġi garantit li l-parlamenti jkunu jistgħu jiffunzjonaw;
R. billi, minkejja li l-Artikolu 10(2) tal-Att Elettorali jipprojbixxi b'mod espress il-pubblikazzjoni bikrija tar-riżultati tal-elezzjonijiet, dawn ir-riżultati saru disponibbli għall-pubbliku fil-passat; billi żmien armonizzat għall-għeluq tal-votazzjoni fl-Istati Membri kollha jista' jikkontribwixxi bil-qawwa għall-karattru komuni Ewropew tal-elezzjonijiet Ewropej u jista' jnaqqas il-possibbiltà li r-riżultat tagħhom jiġi influwenzat jekk ir-riżultati tal-elezzjonijiet f'uħud mill-Istati Membri jsiru disponibbli għall-pubbliku qabel l-għeluq tal-votazzjoni fl-Istati Membri kollha;
S. billi l-ewwel projezzjonijiet uffiċjali tar-riżultati elettorali għandhom jitħabbru b'mod simultanju fl-Istati Membri kollha fl-aħħar jum tal-perjodu elettorali fid-21:00 CET;
T. billi l-ħolqien ta’ jum tal-votazzjoni Ewropew komuni jirrifletti aħjar il-parteċipazzjoni komuni taċ-ċittadini madwar l-Unjoni, isaħħaħ id-demokrazija parteċipattiva u jgħin biex tinħoloq elezzjoni pan-Ewropea iktar koerenti,
U. billi t-Trattat ta' Lisbona stabbilixxa ordni kostituzzjonali ġdid billi kkonċeda lill-Parlament Ewropew id-dritt li jagħżel il-President tal-Kummissjoni Ewropea[14] minflok milli sempliċiment jagħti l-kunsens tiegħu; billi l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014 ħolqu preċedent importanti f’dan ir-rigward u wrew li l-ħatra ta’ kandidati ewlenin iżżid l-interess taċ-ċittadini fl-elezzjonijiet Ewropej;
V. billi l-ħatra ta’ kandidati ewlenin għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea tipprovdi rabta bejn voti mitfugħa fuq livell nazzjonali u l-kuntest Ewropew u jippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni biex jagħmlu għażliet infurmati bejn programmi politiċi alternattivi; billi n-nomina ta’ kandidati ewlenin minn proċeduri miftuħa u trasparenti issaħħaħ il-leġittimità demokratika u ssaħħaħ r-responsabbiltà;
W. billi l-proċedura għan-nomina u l-għażla ta’ kandidati ewlenin ta’ dik il-kariga huma espressjoni b’saħħitha tad-demokrazija Ewropea; billi, barra minn hekk, għandha tkun parti integrali tal-kampanji elettorali;
X. billi d-data ta’ skadenza għall-ħatra tal-kandidati mill-partiti politiċi Ewropej għandha tiġi kkodifikata fl-Att Elettorali u billi l-kandidati ewlenin għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni għandhom ikunu kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew;
Y. billi mhux l-Istati Membri kollha jikkonċedu liċ-ċittadini tagħhom il-possibbiltà li jivvutaw minn barra l-pajjiż, u fost dawk li jagħmlu dan, il-kundizzjonijiet għaċ-ċaħda tad-dritt għall-vot ivarjaw ħafna; billi l-għoti liċ-ċittadini tal-Unjoni kollha li jirrisjedu barra mill-Unjoni tad-dritt li jipparteċipaw fl-elezzjonijiet jista' jikkontribwixxi għal ugwaljanza elettorali; billi, madankollu, jeħtieġ li l-Istati Membri jikkoordinaw aħjar is-sistemi amministrattivi tagħhom sabiex jipprevjenu lill-votanti milli jivvutaw darbtejn f’żewġ Stati Membri differenti;
Z. billi mill-inqas 13-il Stat Membru ma għandhomx regoli interni xierqa li jipprekludu liċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom ċittadinanza doppja tal-Istati Membri milli jivvutaw darbtejn, bi ksur tal-Artikolu 9 tal-Att Elettorali;
AA. billi awtorità elettorali, li taġixxi bħala netwerk ta’ awtoritajiet ta’ kuntatt uniku tal-Istati Membri, għandha tiġi stabbilita fil-livell Ewropew, peress li tkun tista’ tiffaċilita l-aċċess għal informazzjoni dwar ir-regoli li jirregolaw l-elezzjonijiet Ewropej kif ukoll tissimplifika l-proċess u ssaħħaħ in-natura Ewropea ta’ dawn l-elezzjonijiet; billi, għalhekk, il-Kummissjoni hija mistiedna tesplora l-arranġamenti prattiċi meħtieġa biex tiġi stabbilita tali awtorità fil-livell tal-Unjoni;
AB. billi l-età minima għall-eliġibbiltà biex wieħed joħroġ bħala kandidat fit-28 Stat Membru tvarja bejn it-18 u l-25 sena u l-età minima għall-eliġibbiltà għall-vot tvarja bejn is-16 u t-18-il sena minħabba t-tradizzjonijiet kostituzzjonali u elettorali differenti fl-Istati Membri; billi l-armonizzazzjoni tal-età tal-votazzjoni, u l-età minima għall-kandidati, għandha tkun attraenti ħafna bħala mezz biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw ugwaljanza reali fil-votazzjoni, u tista' tippermetti li tiġi evitata d-diskriminazzjoni fil-qasam l-aktar fundamentali taċ-ċittadinanza, li hu d-dritt ta’ parteċipazzjoni fil-proċess demokratiku;
AC. billi l-istabbiliment u l-konsolidazzjoni uffiċjali tal-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni qed irawmu l-iżvilupp tal-għarfien politiku Ewropew u qed jipprovdu espressjoni tax-xewqat taċ-ċittadini tal-Unjoni, u billi dan iffaċilita wkoll il-proċess tat-tqarrib gradwali ta’ sistemi elettorali;
AD. billi l-votazzjoni postali, elettronika u fuq l-internet tista' trendi t-twettiq tal-elezzjonijiet Ewropej aktar effiċjenti u aktar attraenti għall-votanti, bil-kundizzjoni li jiġu żgurati l-ogħla standards possibbli ta' protezzjoni tad-data;
AE. billi fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, il-membri tal-eżekuttiv jistgħu jfittxu li jiġu eletti għall-parlament nazzjonali mingħajr ma jkollhom iwaqqfu l-attività istituzzjonali tagħhom;
AF. billi, minkejja progress kontinwu sa mill-1979 f’termini ta’ bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fit-tqassim tas-siġġijiet, għad hemm diverġenzi konsiderevoli f’dan ir-rigward bejn l-Istati Membri, b’10 minnhom b’livell aktar baxx minn 33 % koperti mis-sess inqas rappreżentat; billi l-kompożizzjoni attwali tal-Parlament Ewropew, li tinkludi biss 36.62 % nisa, ma tilħaqx il-valuri u l-għanijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi sostnuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;
AG. billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tinkiseb, bħala wieħed mill-valuri ta’ bażi tal-Unjoni, filwaqt li huma biss ftit l-Istati Membri li integraw dan il-prinċipju fil-liġijiet elettorali nazzjonali tagħhom; billi l-kwoti tal-ġeneru fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi u ż-zipped lists iddimostraw li huma għodod effettivi ħafna biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni u l-iżbilanċi ta' poter bejn is-sessi u biex titjieb ir-rappreżentanza demokratika f'korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi;
AH. billi l-prinċipju ta’ proporzjonalità digressiva minquxa fit-TUE ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għas-sjieda komuni tal-proġett Ewropew bejn l-Istati Membri kollha;
1. Jiddeċiedi li jirriforma l-proċedura elettorali tiegħu fi żmien xieraq qabel l-elezzjonijiet tal-2019, bil-għan li tissaħħaħ id-dimensjoni transnazzjonali u demokratika tal-elezzjonijiet Ewropej u tal-leġittimità demokratika tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, bit-tisħiħ tal-kunċett taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u l-ugwaljanza elettorali, il-promozzjoni tal-prinċipju ta’ demokrazija rappreżentattiva u ta’ rappreżentanza diretta taċ-ċittadini tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew, f’konformità mal-Artikolu 10 TFUE, biex jittejbu l-funzjonament tal-Parlament Ewropew u l-governanza tal-Unjoni, u b’hekk il-ħidma tal-Parlament Ewropew issir aktar leġittima u effikaċi, tittejjeb l-effikaċja tas-sistema għall-kondotta ta’ elezzjonijiet Ewropej, titrawwem sjieda komuni fost iċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha, tissaħħaħ il-kompożizzjoni bbilanċjata tal-Parlament Ewropew, u jiġi pprovdut l-ogħla livell possibbli ta’ ugwaljanza elettorali u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni;
2. Jipproponi li l-viżibbiltà tal-partiti politiċi Ewropej tiżdied billi isimhom u l-logos tagħhom jitqiegħdu fuq il-karti tal-votazzjoni, u jirrakkomanda li l-istess għandu jidher fil-kampanji fuq ix-xandir televiżiv u fuq ir-radju, fuq il-posters u materjal ieħor li jintuża fil-kampanji elettorali Ewropej, speċjalment il-manifesti tal-partiti nazzjonali, billi dawn il-miżuri jistgħu jrendu l-elezzjonijiet Ewropej aktar trasparenti u jtejbu l-mod demokratiku li bih jitwettqu, billi ċ-ċittadini jkunu jistgħu jorbtu b'mod ċar il-vot tagħhom mal-impatt li għandu fuq l-influwenza politika tal-partiti politiċi Ewropej u l-kapaċità tagħhom biex jiffurmaw gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew;
3. Iqis, fl-istess ħin, fid-dawl tal-impenn tal-Unjoni Ewropea lejn is-sussidjarjetà, li l-partiti politiċi reġjonali li jikkompetu f’elezzjonijiet Ewropej għandhom isegwu l-istess prattika u li l-awtoritajiet reġjonali għandhom jiġu inkoraġġiti jużaw lingwi reġjonali rikonoxxuti uffiċjalment f’dak il-kuntest;
4. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-partiti politiċi Ewropej, kif ukoll tal-kandidati ewlenin tagħhom, f’kampanji elettorali, b’mod partikolari fuq it-televiżjoni u f’midja oħra;
5. Jiddetermina li jistabbilixxi skadenza minima komuni ta' 12-il ġimgħa qabel jum l-elezzjoni għall-istabbiliment ta' reġistri elettorali fil-livell nazzjonali, sabiex tittejjeb l-ugwaljanza elettorali billi jipprovdi lill-kandidati u lill-votanti fl-Unjoni bl-istess perjodu li fih ikunu jistgħu jħejju u jirriflettu minn qabel dwar il-vot; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirriflettu fuq modi li jiżguraw konverġenza akbar bejn ir-regoli li jirregolaw kampanji elettorali dwar l-elezzjonijiet Ewropej;
6 Iqis li huwa essenzjali li l-partiti politiċi fil-livelli kollha jadottaw proċeduri demokratiċi u trasparenti għall-għażla tal-kandidati; jirrakkomanda li l-partiti nazzjonali jorganizzaw votazzjoni b’mod demokratiku biex jagħżlu l-kandidati tagħhom għall-elezzjonijiet Ewropej;
7. Jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' limitu obbligatorju, li jvarja bejn 3 % u 5 % għall-allokazzjoni ta' siġġijiet fi Stati Membri b'kostitwenza waħda u kostitwenzi li fihom tintuża s-sistema ta' listi u li jinkludu aktar minn 26 siġġu; iqis din il-miżura bħala importanti għas-salvagwardja tal-funzjonament tal-Parlament Ewropew, billi tevita aktar frammentazzjoni;
8. Jipproponi, minkejja l-fatt li l-Istati Membri huma ħielsa jiddeterminżaw il-jum/jiem tal-elezzjonijiet fi ħdan il-perjodu elettorali, li l-elezzjonijiet fl-Istati Membri kollha jispiċċaw fid-21:00 CET tal-Ħadd tal-elezzjonijiet Ewropej, billi dan jiżgura l-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 10(2) tal-Att Elettorali u b'hekk titnaqqas il-possibbiltà li r-riżultat tal-elezzjonijiet jiġi influwenzat jekk ir-riżultati tal-elezzjoni f'uħud mill-Istati Membri jsiru disponibbli għall-pubbliku qabel l-għeluq tal-votazzjoni fl-Istati Membri kollha; huwa favur li l-projbizzjoni ta’ tħabbir kmieni tar-riżultati tal-elezzjonijiet għandha tibqa’ fis-seħħ fl-Istati Membri kollha;
9. Hu determinat li jistabbilixxi data ta’ skadenza komuni għall-ħatra ta’ kandidati ewlenin mill-partiti politiċi Ewropej 12-il ġimgħa qabel l-elezzjonijiet Ewropej, sabiex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati l-programmi elettorali tagħhom, jiġu organizzati d-dibattiti politiċi bejn il-kandidati u jsiru kampanji elettorali madwar l-UE kollha; iqis li l-proċess tal-ħatra tal-kandidati ewlenin jikkostitwixxi aspett importanti tal-kampanji elettorali minħabba r-rabta impliċita bejn ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej u l-għażla tal-President tal-Kummissjoni kif minqux fit-Trattat ta' Lisbona;
10. Hu determinat li jistabbilixxi data ta’ skadenza komuni ta’ tmien ġimgħat għall-finalizzazzjoni tar-reġistru elettorali u sitt ġimgħat għall-informazzjoni rigward iċ-ċittadini tal-Unjoni b’ċittadinanza doppja u ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru ieħor li għandha tiġi skambjata mal-awtorità nazzjonali unika inkarigata mill-votazzjoni elettorali;
11. Jissuġġerixxi li l-integrità tal-elezzjonijiet għandha tissaħħaħ billi jiġi limitat l-infiq tal-kampanja għal ammont raġonevoli li jippermetti l-preżentazzjoni xierqa ta’ partiti politiċi, kandidati u l-programmi elettorali tagħhom;
12. Jipproponi li ċ-ċittadini tal-Unjoni kollha, inklużi dawk li jirrisjedu jew jaħdmu f'pajjiż terz, jingħataw id-dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew; iqis li dan, finalment, jista' jagħti liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni l-istess dritt għall-vot fl-elezzjonijiet Ewropej taħt l-istess kundizzjonijiet, irrispettivament mill-post ta' residenza jew taċ-ċittadinanza tagħhom;
13. Jitlob lill-Istati Membri, madankollu, biex jikkoordinaw aħjar is-sistemi amministrattivi tagħhom sabiex jipprevjenu lill-votanti milli jivvutaw darbtejn f’żewġ Stati Membri differenti;
14. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jippermettu votazzjoni postali, elettronika u fuq l-internet sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini kollha u għalihom il-votazzjoni ssir aktar faċli, u speċjalment għall-persuni b’mobilità mnaqqsa u għal persuni li jirrisjedu jew jew jaħdmu fi Stat Membru tal-UE li tiegħu ma jkunux ċittadini jew f’pajjiż terz, dment li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi evitata kull possibbiltà ta’ frodi fl-użu ta’ votazzjoni permezz ta’ dawk il-mezzi;
15. Bħala pass futur, jirrakkomanda lill-Istati Membri li jikkunsidraw modi biex jarmonizzaw l-età minima tal-votanti u jagħmluha ta' 16-il sena sabiex ikomplu jżidu l-ugwaljanza elettorali bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni;
16. Jitlob li jsir rieżami tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li jiġu adottati r-regoli dwar il-Kummissarji li jfittxu li jiġu eletti fil-Parlament Ewropew, sabiex ma tiġix impedita l-effiċjenza istituzzjonali tal-Kummissjoni fi żmien l-elezzjonijiet, waqt li jiġi evitat l-użu ħażin tar-riżorsi istituzzjonali;
17. Hu determinat li jagħti lill-Parlament id-dritt li jistabbilixxi l-perjodu elettorali għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew wara li jikkonsulta mal-Kunsill;
18. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jadottaw oqfsa legali adegwati li jiżguraw l-ogħla standards ta’ kopertura fil-midja informattiva, ġusta u oġġettiva matul il-kampanji elettorali, b’mod partikolari minn xandara tas-servizz pubbliku; iqis li dan huwa kruċjali sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata dwar programmi politiċi li jikkompetu; jirrikonoxxi l-importanza ta’ strumenti awtoregolatorji bħalma huma l-kodiċi ta’ kondotta biex jintlaħaq dan l-għan;
19. Jitlob li jissaħħu l-istandards maħsuba biex tiġi żgurata kompetizzjoni ħielsa u mingħajr xkiel bejn il-partiti politiċi u, b’mod partikolari, li jittejbu l-pluraliżmu tal-midja u n-newtralità fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika fir-rigward tal-proċess elettorali;
20. Jenfasizza l-importanza ta’ preżenza akbar tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u rappreżentanza aħjar tan-nisa fl-elezzjonijiet Ewropej; għaldaqstant, jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippromwovu l-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tul il-proċess elettorali kollu; jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza ta’ reġistri elettorali bbilanċjati fis-sessi;
21. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jippromwovu rappreżentanza adegwata ta’ minoranzi etniċi, lingwistiċi u minoranzi oħra fl-elezzjonijiet Ewoprej;
22. Iqis li jkun xieraq li tiġi stabbilita Awtorità Elettorali Ewropea li tingħata l-kompitu li tiċċentralizza informazzjoni dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, tissorvelja t-tmexxija tal-elezzjonijiet u tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri;
23. Jiddetermina li l-kariga ta’ Membru tal-Parlament Ewropew għandha tkun inkompattibli ma’ dik ta’ membru ta’ parlament reġjonali jew assemblea b’setgħat leġiżlattivi;
24. Ifakkar li, minkejja r-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni, l-Istati Membri ripetutament naqsu milli jaqblu dwar jum ta’ votazzjoni komuni; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaħdmu ħalli jintlaħaq ftehim dwar din il-kwistjoni;
25. Jissottometti lill-Kunsill il-proposta annessa għall-emenda tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew permezz ta' suffraġju universali dirett;
26. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.
ANNESS: ABBOZZ TA’ PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
li jadotta d-dispożizzjonijiet li jemendaw l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett[15]
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirrigwardaw il-proċedura elettorali għandhom jiġu implimentati,
ADOTTA d-dispożizzjonijiet annessi ma' din id-deċiżjoni u jirrakkomanda li jiġu approvati mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom.
Din id-deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet mehmuża hawnhekk għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill li wettqu l-proċeduri meħtieġa skont ir-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom għall-approvazzjoni tar-riżoluzzjonijiet annesi ma' din id-deċiżjoni.
L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni mill-Istati Membri, skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.
Anness għall-abbozz ta' proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta d-dispożizzjonijiet li jemendaw l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett
Emenda 1 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
1. F'kull Stat Membru, il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu eletti fuq il-bażi ta' rapreżentanza proporzjonali, bl-użu tas-sistema ta' lista jew tal-vot wieħed trasferibbli. |
1. F'kull Stat Membru, il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu eletti bħala rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni fuq il-bażi ta' rapreżentanza proporzjonali, bl-użu tas-sistema ta' lista jew tal-vot wieħed trasferibbli. |
Emenda 2 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 3 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu minimu għall-allokazzjoni ta' siġġijiet. Fil-livell nazzjonali, dan il-limitu minimu ma jistax jeċċedi l-5 fil-mija tal-voti mitfugħa. |
Għall-kostitwenzi, u għall-Istati Membri b'kostitwenza waħda, li fihom tintuża s-sistema ta' lista u li jinkludu aktar minn 26 siġġu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell limitu għall-allokazzjoni ta' siġġijiet li m'għandux ikun inqas minn 3 fil-mija, u m'għandux jeċċedi l-5 fil-mija tal-voti mitfugħa fil-kostitwenza, jew fl-Istat Membru b'kostitwenza waħda, ikkonċernati. |
Ġustifikazzjoni | |
All Member States with up to 26 seats have a de facto threshold of more than 3%. Of the seven Member States with more than 26 seats (Germany, France, the United Kingdom, Italy, Poland, Romania and Spain), all Member States except Spain and Germany have a legal electoral threshold for European elections, ranging from 3% to 5%, or have subdivided their electoral area in constituencies comprising not more than 26 seats. Therefore, this amendment would prevent the Parliament from further fragmentation and would make its functioning more efficient but at the same time not constrain the conduct of democratic elections in smaller Member States or Member States that have divided their territories into smaller constituencies. | |
Emenda 3 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 3a (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
Artikolu 3a |
|
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi skadenza għall-istabbiliment tar-reġistri elettorali. Dik l-iskadenza għandha tkun ta’ mill-inqas 12-il ġimgħa qabel il-bidu tal-perjodu elettorali msemmi fl-Artikolu 10(1). |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha tipprovdi liċ-ċittadini tal-Unjoni bl-istess perjodu ta' riflessjoni biex jiddeċiedu dwar l-għażla tal-vot tagħhom u tipprovdi lill-kandidati bl-istess żmien biex iħejju l-kampanji tagħhom. | |
Emenda 4 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 3b (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
Artikolu 3b |
|
L-iskadenza għall-istabbiliment u l-finalizzazzjoni ta’ reġistru elettorali għandha tkun ta’ tmien ġimgħat qabel l-ewwel jum tal-elezzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-verżjoni oriġinali tal-abbozz ta’ proposta, l-emenda tgħid li “Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi skadenza għall-istabbiliment ta’ reġistri elettorali fil-livell nazzjonali (...)”. Dan possibilment jeskludi reġistri reġjonali jew ir-reġistri fuq livell ta’ kostitwenza mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. L-emenda għandha l-għan li tiċċara li r-reġistri elettorali kollha għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew huma mfissra. | |
Emenda 5 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 3c (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
Artikolu 3c |
|
Il-partiti politiċi li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom josservaw proċeduri demokratiċi u trasparenti fl-għażla tal-kandidati tagħhom għal dawk l-elezzjonijiet. |
Emenda 6 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 3d (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
Artikolu 3d |
|
Il-lista ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew għandha tiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi, permezz ta’ zipped lists jew metodi ekwivalenti oħra. |
Emenda 7 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 3e (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
Artikolu 3e |
|
Il-poloz tal-vot użati f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom jagħtu l-istess viżibilità lill-ismijiet u l-logos tal-partiti nazzjonali u għal dawk tal-partiti politiċi Ewropej, jekk ikun hemm, li huma affiljati magħhom. |
|
L-Istati Membri għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw l-għoti ta’ dawn l-affiljazzjonijiet fil-kampanji fuq ix-xandir televiżiv u fuq ir-radju u fuq il-materjali tal-kampanji elettorali. Il-materjali tal-kampanja elettorali għandhom jinkludu referenza għall-manifest tal-partit politiku Ewropew, jekk ikun hemm, li miegħu huwa affiljat il-partit nazzjonali. |
|
Ir-regoli dwar l-impustar ta’ materjali elettorali lill-votanti fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikati għall-elezzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istat Membru kkonċernat. |
Emenda 8 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 3f (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
Artikolu 3f |
|
Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jinnominaw il-kandidati tagħhom għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni tal-inqas 12-il ġimgħa qabel il-bidu tal-perjodu elettorali msemmi fl-Artikolu 10(1). |
Ġustifikazzjoni | |
Billi t-Trattat ta' Lisbona kkonċeda lill-Parlament id-dritt li jagħżel il-President tal-Kummissjoni, iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu kapaċi jagħmlu rabta bejn il-voti tagħhom u l-kandidat tal-partit tagħhom għal President tal-Kummissjoni. | |
Emenda 9 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 4a (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
Artikolu 4a |
|
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-votazzjoni elettronika u bl-internet għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u, meta jagħmlu dan, għandhom jadottaw miżuri suffiċjenti biex jiżguraw l-affidabbiltà tar-riżultat, is-segretezza tal-vot u l-protezzjoni tad-data. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha tippermetti l-użu tal-votazzjoni elettronika fl-elezzjonijiet Ewropej, u b'hekk tagħmel il-votazzjoni aktar faċli għaċ-ċittadini tal-Unjoni b'mobilità mnaqqsa u għal dawk li jgħixu barra l-pajjiż. | |
Emenda 10 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 4b (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
Artikolu 4b |
|
L-Istati Membri jistgħu jikkonċedu liċ-ċittadini tagħhom il-possibbiltà li jivvutaw bil-posta fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha tippermetti l-użu tal-votazzjoni bil-posta, u b'hekk tipprovdi liċ-ċittadini Ewropej b'mod ieħor biex jivvutaw. | |
Emenda 11 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
Dan jista' jiġi estiż jew imnaqqas skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2). |
imħassar |
Emenda 12 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
1. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jivvutaw fuq bażi individwali u personali. Huma m'għandhomx ikunu marbuta bi kwalunkwe istruzzjoni u m'għandhomx jirċievu mandat vinkolanti. |
1. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jivvutaw fuq bażi individwali u personali. Huma ma għandhom ikunu marbuta b’ebda istruzzjoni u m'għandhomx jirċievu mandat vinkolanti. Għandhom jirrappreżentaw liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. |
Emenda 13 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
2. Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu mill-privileġġi u l-immunitajiet applikabbli għalihom bis-saħħa tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. |
2. Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu mill-privileġġi u l-immunitajiet applikabbli għalihom bis-saħħa tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 14 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 7 – paragrafu 1 – inċiż 1a (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
- membru ta’ parlament nazzjonali jew reġjonali jew assemblea b’setgħat leġiżlattivi, |
Emenda 15 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 7 – paragrafu 1 – inċiż 2 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
- membru tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, |
- membru tal-Kummissjoni, |
Emenda 16 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 7 – paragrafu 1 – inċiż 3 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
- Imħallef, Avukat Ġenerali jew Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Qorti ta' Prim Istanza, |
- Imħallef, Avukat Ġenerali jew Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew tal-Qorti Ġenerali, |
Emenda 17 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 7 – paragrafu 1 – inċiż 5 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
- membru tal-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej, |
- membru tal-Qorti tal-Awdituri, |
Emenda 18 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 7 – paragrafu 1 – inċiż 6 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
- l-Ombudsman tal-Kommunitajiet Ewropej, |
- l-Ombudsman Ewropew, |
Emenda 19 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 7 – paragrafu 1 – inċiż 7 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
- membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-Komunità Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
- membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, |
Emenda 20 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 7 – paragrafu 1 – inċiż 9 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
- membru ta' kumitati jew korpi oħra mwaqqfa skont it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-finijiet ta' mmaniġġjar tal-fondi tal-Komunitajiet jew għat-twettiq ta' ħidma amministrattiva diretta permanenti, |
- membru ta' kumitati jew korpi oħra mwaqqfa skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-finijiet ta' mmaniġġjar tal-fondi tal-Unjoni jew għat-twettiq ta' ħidma amministrattiva diretta permanenti, |
|
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha tirrikjedi tibdil korrispondenti fit-test kollu). |
Emenda 21 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
2. Mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004, il-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew għandha tkun inkompattibli ma' dik ta' membru ta' parlament nazzjonali. |
imħassar. |
Permezz ta' deroga minn dik ir-regola u bla ħsara għall-paragrafu 3: |
|
- membri tal-Parlament Nazzjonali Irlandiż li huma eletti fil-Parlament Ewropew f'votazzjoni sussegwenti jista' jkollhom mandat doppju sal-elezzjoni li tmiss tal-Parlament Nazzjonali Irlandiż, meta allura l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jsir applikabbli; |
|
- membri tal-Parlament tar-Renju Unit li huma wkoll membri tal-Parlament Ewropew matul it-terminu ta' ħames snin li jippreċedi l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004 jistgħu jkollhom mandat doppju sal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009, meta l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun applikabbli. |
|
Emenda 22 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
4. Il-Membri tal-Parlament Ewropew li għalihom jibidew japplikaw il-paragrafi 1, 2 u 3 matul il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom jiġu sostitwiti skont l-Artikolu 13. |
4. Il-Membri tal-Parlament Ewropew li għalihom jibdew japplikaw il-paragrafi 1 u 3 matul il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom jiġu sostitwiti skont l-Artikolu 13. |
Emenda 23 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 9a (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
Artikolu 9a |
|
Iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, inklużi dawk li jirrisjedu f'pajjiż terz, għandu jkollhom id-dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-eżerċizzju ta' dan id-dritt. |
Ġustifikazzjoni | |
Iċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu barra mill-Unjoni għandhom igawdu l-istess drittijiet li jipparteċipaw fl-elezzjonijiet Ewropej daqs dawk li jirrisjedu fl-Unjoni. | |
Emenda 24 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
1. L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom isiru fid-data u l-ħinijiet stabbiliti minn kull Stat Membru; għall-Istati Membri kollha din id-data għandha tkun fl-istess perjodu li jibda l-Ħamis filgħodu u jispiċċa l-Ħadd ta' wara. |
1. L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom isiru fid-data jew fid-dati u l-ħinijiet stabbiliti minn kull Stat Membru. Għall-Istati Membri kollha din id-data jew dawn id-dati għandhom ikunu fl-istess perjodu li jibda l-Ħamis filgħodu u jispiċċa l-Ħadd ta' wara. L-elezzjoni għandha tintemm fl-Istati Membri kollha sad-21:00 CET ta' dak il-jum tal-Ħadd. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-miżura għandha tevita l-ħruġ ta' informazzjoni dwar ir-riżultati tal-elezzjoni fl-Istati Membri li fihom isiru l-elezzjonijiet Ewropej aktar kmieni u għaldaqstant għandha telimina l-possibbiltà li jiġu influwenzati r-riżultati finali globali tal-elezzjonijiet. | |
Emenda 25 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
2. L-Istati Membri ma jistgħux jippubblikaw b'mod uffiċjali r-riżultati tal-għadd tagħhom qabel ma jingħalqu l-votazzjonijiet fl-Istat Membru li l-eletturi tiegħu jkunu l-aħħar li jivvutaw fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1. |
2. L-Istati Membri ma jistgħux jippubblikaw b'mod uffiċjali r-riżultati tal-għadd tagħhom qabel ma jingħalqu l-votazzjonijiet. L-ewwel projezzjonijiet tar-riżultati għandhom jiġu kkomunikati b'mod simultanju fl-Istati Membri kollha fi tmiem il-perjodu elettorali speċifikat fil-paragrafu 1. Qabel dan, l-ebda previżjoni bbażata fuq ir-riżultati tal-votazzjoni ma tista’ tiġi ppubblikata. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-miżura għandha toħloq mument pan-Ewropew. | |
Emenda 26 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 10 - paragrafu 2a (ġdid) | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
|
2a. L-għadd tal-voti bil-posta għandu jibda fl-Istati Membri kollha ladarba tkun ingħalqet il-votazzjoni fl-Istati Membri fejn il-votanti jivvutaw l-aħħar fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għadd simultanju tal-voti bil-posta fl-Istati Membri kollha jipprevjeni r-riżultati milli jitħabbru f’dawk l-Istati Membri fejn l-istazzjonijiet tal-votazzjoni ngħalqu qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1. | |
Emenda 27 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 11 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'uninamità wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, għandu jiddetermina l-perjodu elettorali għall-ewwel elezzjonijiet. |
1. Il-Parlament Ewropew, wara li jikkonsulta lill-Kunsill, għandu jiddetermina l-perjodu elettorali għall-elezzjonijiet tal-inqas sena qabel tmiem il-mandat ta’ ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5. |
2. L-elezzjonijiet sussegwenti għandhom isiru fil-perjodu korrispondenti fl-aħħar sena tal-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5. |
|
Jekk jirriżulta impossibbli li jsiru l-elezzjonijiet fil-Komunità f'dak il-perjodu, il-Kunsill filwaqt li jaġixxi b'unanimità għandu, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jiddetermina, tal-anqas sena qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5, perjodu elettorali ieħor li m'għandux ikun iktar minn xahrejn qabel jew xahar wara l-perjodu stabbilit skont is-subparagrafu preċedenti. |
|
3. Bla ħsara għall-Artikolu 196 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 109 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Parlament Ewropew għandu jiltaqa', mingħajr il-bżonn li jiġi msejjaħ, nhar l-ewwel Tlieta wara li jkun għadda intervall ta' xahar minn tmiem il-perjodu elettorali. |
3. Bla ħsara għall-Artikolu 229 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 109 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Parlament Ewropew għandu jiltaqa', mingħajr il-bżonn li jiġi msejjaħ, nhar l-ewwel Tlieta wara li jkun għadda intervall ta' xahar minn tmiem il-perjodu elettorali. |
4. Is-setgħat tal-Parlament Ewropew għandhom jintemmu mal-ftuħ tal-ewwel seduta tal-Parlament Ewropew il-ġdid. |
|
Emenda 28 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 14 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
Jekk ikun jidher neċessarju li jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Att, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta mill-Parlament Ewropew wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għandu jadotta dawn il-miżuri wara li jkun għamel ħiltu biex jintlaħaq ftehim mal-Parlament Ewropew f'kumitat ta' konċiljazzjoni magħmul mill-Kunsill u minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew. |
Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Att għandhom jiġu proposti mill-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, u adottati mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. |
Emenda 29 Att Elettorali tal-1976 Artikolu 15 | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
Dan l-Att huwa mħejji fil-lingwa Daniża, Olandiż,a Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża, Taljana, Portugiża, Spanjola u Svediża, filwaqt li t-test f'kull waħda minn dawn il-lingwi huwa ugwalment awtentiku. |
Dan l-Att huwa mħejji fil-lingwa Daniża, Netherlandiża Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża, Taljana, Portugiża, Spanjola u Svediża, filwaqt li t-test f'kull waħda minn dawn il-lingwi huwa ugwalment awtentiku. |
|
Skont it-Trattati tal-Adeżjoni, il-verżjoni Bulgara, Ċeka, Estonjana, Kroata, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena ta' dan l-Att għandhom ikunu awtentiċi ukoll. |
L-Annessi I u II għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan l-Att. |
|
Emenda 30 Att Elettorali tal-1976 Anness I | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
Anness I |
imħassar |
Ir-Renju Unit għandu japplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att biss f’dak li jirrigwarda r-Renju Unit. |
|
Emenda 31 Att Elettorali tal-1976 Anness II | |
Att Elettorali tal-1976 |
Emenda |
Anness II |
imħassar |
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 14 |
|
Fir-rigward tal-proċedura li għandha tiġi segwiti mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, hemm ftehim li jsir rikors għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5, 6 u 7 tal-proċedura stipulata fid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 19751. |
|
_____________ |
|
1 ĠU C 89, 22. 4. 1975, p. 1. |
|
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Każ għal-Riforma tal-Liġi Elettorali
Għalkemm it-Trattat ta' Ruma tal-1957 diġà ppreveda l-possibbiltà li tiġi elaborata proċedura elettorali uniformi bbażata fuq suffraġju universali dirett, l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għadhom dominati bil-qawwi minn regoli elettorali nazzjonali. It-tqassim politiku tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew ma jiġix iddeterminat minn elezzjoni Ewropea waħda, iżda minn 28 elezzjoni nazzjonali tal-kontinġenti tas-siġġijiet nazzjonali. Dan jikkostitwixxi kuntrast nett meta mqabbel man-natura tal-Parlament Ewropew bħala korp verament Ewropew u koleġiżlatur ugwali fl-istabbiliment istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea. Il-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew juru livell sinifikanti ta' koerenza fil-votazzjoni komparabbli mal-parti l-kbira tal-parlamenti nazzjonali. B'konformità sħiħa mar-rwol tagħhom skont it-Trattati Ewropej, il-Membri tal-Parlament Ewropew ma jaġixxux bħala rappreżentanti tal-Istat Membru tagħhom, iżda bħala "rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni"[16].
Il-viżjonijiet politiċi u l-interessi differenti rrappreżentati fil-Parlament Ewropew ma jiġux ippreżentati lill-elettorat fil-perjodu li jwassal għall-elezzjonijiet Ewropej. Il-kampanji elettorali jitwettqu l-ewwel u qabel kollox fil-kampijiet politiċi nazzjonali, u ma jgħarrfux liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-politika effettiva li tista' tirriżulta mill-vot tagħhom. F'dan ir-rigward in-nominazzjoni tal-kandidati ewlenin mill-partiti politiċi Ewropej għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2014 tista' titqies bħala element ta' ftuħ. Madankollu, minkejja l-isforzi kollha, il-kandidati ewlenin ma kinux magħrufa għall-parti l-kbira taċ-ċittadini tal-Unjoni[17] u għal ħafna votanti anke l-affiljazzjoni tal-partiti nazzjonali mal-familji politiċi Ewropej baqgħet mhux ċara. L-elezzjonijiet jikkostitwixxu l-istrument ewlieni ta' parteċipazzjoni demokratika, iżda minħabba s-sistema skaduta li tirregola l-elezzjonijiet Ewropej, iċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jipparteċipaw bis-sħiħ fid-dibattiti politiċi Ewropej.
Minbarra l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-elezzjonijiet Ewropej, il-grad attwali ta' eteroġeneità fir-regoli elettorali nazzjonali huwa f'kunflitt mal-idea ta' ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju tal-ugwaljanza. Waqt li l-armonizzazzjoni mhijiex fini fiha nfisha, iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot tagħhom skont kundizzjonijiet komparabbli li jirrispettaw il-prinċipji demokratiċi, irrispettivament miċ-ċittadinanza nazzjonali tagħhom.
Sabiex tiġi eliminata l-lakuna bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-elettorati li jinżammu fil-qafas nazzjonali tagħhom, kif ukoll biex jiġi pprovdut trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew huwa ddeterminat li juża d-drittijiet tiegħu minquxa fl-Artikolu 223(1) tat-TFUE biex jibda riforma tal-Att Elettorali Ewropew[18].
Status Quo
Mill-1976, meta l-Att Elettorali Ewropew witta t-triq għall-ewwel elezzjoni diretta tal-Parlament Ewropew fl-1979, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-elezzjonijiet Ewropej ġew żviluppati, għalkemm b'mod mhux daqshekk sostanzjali daqs kemm xtaq il-Parlament Ewropew. Fl-1992 it-Trattat ta' Maastricht ikkonċeda lill-Parlament Ewropew id-dritt li japprova d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar proċedura uniformi u għamel progress sinifikanti fil-qasam taċ-ċittadinanza billi pprovda liċ-ċittadini tal-Unjoni bid-dritt għall-vot u li jikkandidaw ruħhom fi kwalunkwe Stat Membru ta' residenza. It-Trattat ta' Maastricht introduċa l-possibbiltà li jiġu stabbiliti partiti politiċi fil-livell Ewropew, u b'hekk għamel pass 'il quddiem lejn politiki transnazzjonali. Fit-Trattat ta' Amsterdam tal-1997, il-mandat tal-Parlament Ewropew għal riforma tal-liġi elettorali Ewropea twessa'. Minn dakinhar, il-proposti tal-Parlament Ewropew mhux neċessarjament għandu jkollhom l-għan ta' proċedura uniformi, iżda jistgħu wkoll jiddefinixxu prinċipji komuni li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri kollha. It-Trattat ta' Lisbona kkonċeda lill-Membri tal-Parlament Ewropew l-istatus ta' rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea minflok ta' "popli tal-Istati". Barra dan, ikkonċeda lill-Parlament Ewropew id-dritt li jagħżel permezz ta' votazzjoni l-President tal-Kummissjoni, minflok sempliċiment jagħti l-kunsens tiegħu għall-għażla tal-Kunsill Ewropew. L-obbligu ta-Kunsill Ewropew li jikkunsidra r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej meta jinnomina l-kandidati jorbot il-vot taċ-ċittadini tal-Unjoni mal-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni.
B'mod parallel mat-tibdil tat-Trattat, sar progress fl-istabbiliment ta' kundizzjonijiet bażiċi għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew permezz ta' leġiżlazzjoni sekondarja. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE[19] stipulat arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini. Madankollu, jippersistu problemi fl-implimentazzjoni tagħha (il-Kummissjoni nediet proċedura ta' ksur kontra 14-il Stat Membru li naqsu milli jittrasponu din id-Direttiva). Ir-Regolament tal-Kunsill 2004/2003[20] stabbilixxa r-regoli għall-istabbiliment tal-Partiti Politiċi Ewropej u jagħtihom aċċess għal finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Ir-regoli ġew żviluppati b'mod ulterjuri permezz tar-Regolament 1141/2014[21], li se jidħol fis-seħħ fl-2017 u jagħti lill-Partiti Politiċi Ewropej personalità ġuridika Ewropea.
L-unika riforma tal-Att Elettorali Ewropew innifsu twettqet fl-2002 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, li teħtieġ li l-Istati Membri jwettqu l-elezzjonijiet abbażi ta' rappreżentanza proporzjonali bl-użu ta' sistema ta' lista jew sistema ta' vot singolu trasferibbli u li eliminat il-mandat doppju għall-Membri tal-Parlament Ewropew. Barra dan, l-Istati Membri ngħataw b'mod espliċitu d-dritt li jistabbilixxu kostitwenzi fuq livell nazzjonali u li jintroduċu livell limitu nazzjonali li ma jaqbiżx il-5 %;
Minkejja dawn ir-riformi, l-elezzjonijiet Ewropej, fil-parti l-kbira tagħhom, għadhom irregolati minn liġijiet nazzjonali, il-kampanji elettorali għadhom nazzjonali, u l-partiti politiċi Ewropej ma jistgħux jilħqu biżżejjed il-mandat kostituzzjonali tagħhom u "jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni" skont l-Artikolu 10(4)tat-TUE.
It-Triq 'il Quddiem
L-Artikolu 223(1) tat-TFUE jagħti lill-Parlament Ewropew id-dritt li jibda riforma tal-liġi elettorali Ewropea bil-formulazzjoni ta' proposti, li l-Kunsill jiddeċiedi dwarhom b'unanimità. L-emendi għall-Att Elettorali Ewropew jiġu mbagħad sottomessi għal ratifika mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom. Barra dan, l-Artikolu 14 tal-Att Elettorali Ewropew jipprovdi proċedura eħfef li għandha tintuża għal miżuri aktar tekniċi. Dawn jiġu adottati b'vot unanimu tal-Kunsill wara li tiġi kkonsultata l-Kummissjoni Ewropea, mingħajr il-ħtieġa ta' ratifika nazzjonali. Madankollu, kwalunkwe miżura ta' implimentazzjoni għandha tkun ibbażata fuq dispożizzjonijiet speċifiċi fl-Att Elettorali Ewropew innifsu. Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni limitat tal-Att Elettorali Ewropew fil-forma attwali tiegħu, ma tista' titwettaq l-ebda riforma sostanzjali b'miżuri ta' implimentazzjoni.
Ir-Rapporteurs eżaminaw għadd wiesa' ta' miżuri ta' riforma potenzjali li jistgħu jilħqu l-għan li tittejjeb id-dimensjoni demokratika tal-elezzjonijiet Ewropej, jissaħħaħ il-kunċett ta' ċittadinanza tal-Unjoni, jittejjeb il-funzjonament tal-Parlament Ewropew u l-governanza tal-Unjoni Ewropea, li x-xogħol tal-Parlament Ewropew isir aktar leġittimu u effiċjenti, tittejjeb l-effikaċja tas-sistema għat-twettiq ta' elezzjonijiet Ewropej, u tiġi pprovduta aktar ugwaljanza elettorali għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Wara li skrutinaw mill-qrib il-merti ta' kull waħda mill-miżuri ta' riforma potenzjali għall-ilħuq tal-objettivi msemmija hawn fuq kif ukoll il-fattibbiltà tagħhom fil-kuntest politiku attwali, ir-Rapporteurs iddeċidew li jipproponu t-tibdil li ġej fl-Att Elettorali tal-1976:
1. It-titjib tal-viżibbiltà tal-partiti politiċi Ewropej billi l-ismijiet u l-logos tagħhom jitqiegħdu fuq id-dokumenti tal-vot, u meta jkun possibbli fuq posters użati fil-kampanji tal-elezzjonijiet Ewropej;
2. L-introduzzjoni ta' skadenza komuni ta' tnax-il ġimgħa qabel jum l-elezzjoni għall-istabbiliment ta' listi fil-livell nazzjonali;
3. L-introduzzjoni ta' livell limitu obbligatorju għall-allokazzjoni ta' siġġijiet fi Stati Membri b'kostitwenza waħda u kostitwenzi li jinkludu aktar minn 26 siġġu li jvarja bejn 3 % u 5 % għall-Istati Membri li jużaw is-sistema tal-listi;
4. Il-votazzjoni għandha tintemm fl-Istati Membri kollha sad-21:00 CET tal-Ħadd tal-elezzjonijiet;
5. L-introduzzjoni ta' skadenza komuni ta' 12-il ġimgħa għan-nominazzjoni ta' kandidati ewlenin mill-partiti politiċi Ewropej;
6. L-introduzzjoni tad-dritt għall-vot fl-elezzjonijiet Ewropej għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jgħixu barra mill-UE;
7. L-introduzzjoni ta' possibbiltajiet ta' votazzjoni elettronika u permezz tal-internet kif ukoll votazzjoni bil-posta;
8. Età armonizzata tal-votanti ta' 16-il sena bħala rakkomandazzjoni ulterjuri lill-Istati Membri.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI
FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
28.9.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
14 5 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Elmar Brok, Fabio Massimo Castaldo, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Constance Le Grip, Jo Leinen, György Schöpflin, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski, Guy Verhofstadt, Rainer Wieland |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Gerolf Annemans, Sylvie Goulard, Enrique Guerrero Salom, Sylvia-Yvonne Kaufmann, David McAllister, Viviane Reding, Helmut Scholz |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrea Bocskor, Mady Delvaux, Ulrike Rodust, Iuliu Winkler |
||||
- [1] Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81/Euratom, KEFA, KEE, (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15.) u b'Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1.).
- [2] ĠU C 292, 21.9.1998, p. 66.
- [3] Testi adottati, P7_TA(2012)0462.
- [4] Testi adottati, P7_TA(2013)0082.
- [5] Testi adottati, P7_TA(2013)0082.
- [6] ĠU L 79, 21.3.2013, p. 29.
- [7] ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
- [8] ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34.
- [9] ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.
- [10] L-Artikoli 10(2) u 14(2) tat-TUE.
- [11] L-Artikolu 189(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
- [12] Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE tal-25 ta’ Ġunju 2002 u t-23 ta’ Settembru 2004 li temenda l-Att rigward l-elezzjoni tar-rappreżrntanti tal-Parlament Ewropew bis-suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni 76/787/KEFA, KEE, Euratom (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1).
- [13] L-Artikolu 20(2) tat-TFUE.
- [14] L-Artikolu 17(7) tat-TUE.
- [15] L-emendi f'dan id-dokument huma bbażati fuq konsolidazzjoni mis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew fuq il-bażi tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Assemblea b'suffraġju universali dirett (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5), kif emendat bid-Deċiżjoni 93/81/Euratom, KEFA, KEE li temenda l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976 (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom tal-25 ta' Ġunju 2002 u tat-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1). Ivarja mill-verżjoni kkonsolidata prodotta mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (CONSLEG 1976X1008-23/09/2002 ) fuq żewġ punti: jinkorpora inċiż għall-Artikolu 6(1) ' - membru tal-Kumitat tar-Reġjuni' li jirriżulta mill-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Amsterdam (ĠU C 340, 10.11.1997) u huwa nnumerat mill-ġdid skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom.
- [16] L-Artikolu 14(2) tat-TUE: "Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni. Dawn m'għandhomx jaqbżu l-għadd ta' seba' mija u ħamsin, minbarra l-President. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun digressivament proporzjonali, b'mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru. Ebda Stat Membru m'għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu."
- [17] Skont stħarriġ tal-IPSOS imwettaq f'April 2014, 40 % biss tal-votanti fl-Ewropa kienu jafu min kien Martin Schulz, 39 % kienu jafu min kienu Jean-Claude Juncker u José Bové, 37 % kienu jafu min kien Guy Verhofstadt u 31 % kienu jafu min kienu Ska Keller jew Alexis Tsipras. Ara www.ipsos-na.com/news-polls/pressrelease.aspx?id=6491.
- [18] Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5, emendat bid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 u t-23 ta' Settembru 2002 li temenda l-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni 76/787/EKEFA, KEE, Euratom, ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1–4, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Att Elettorali Ewropew".
- [19] Id-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993, ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34–38, emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2013/1/UE tal-20 ta' Diċembru 2012, ĠU L 26, 26.1.2013, p. 27–29.
- [20] Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom, ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1, emendat mir-Regolament 1524/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2007, ĠU L 343, 27.12.2007, p. 5.
- [21] Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ĠU L 317, 04.11.2014, p. 1