RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom
15.10.2015 - (COM(2014)0005 – C7‑0032/2014 – 2014/0032(COD)) - ***I
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Michel Dantin
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom
(COM(2014)0005 – C7‑0032/2014 – 2014/0032(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0005),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha lill-Parlament (C7-0032/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Marzu 2014[1]
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0288/2015),
Regoli ta' Proċedura,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(1) It-tnissil ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina, u f’livell anqas it-tnissil ta’ annimali ta’ speċi oħra, għandu post importanti fl-agrikoltura tal-Unjoni u huwa għajn ta’ dħul għall-komunità agrikola. It-tnissil ta’ annimali ta’ dawk l-ispeċi jkun inkuraġġit l-aktar jekk jintużaw annimali ta' razza pura għat-tnissil jew ħnieżer tat-tnissil ibridi ta’ kwalità ġenetika għolja reġistrata. |
(1) It-tnissil ta’ annimali tat-trobbija tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina, u f’livell anqas it-tnissil ta’ annimali ta’ speċi oħra, għandhom post strateġiku fl-agrikoltura tal-Unjoni f'termini ekonomiċi u soċjali. Dik l-attività agrikola, li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni, hija għajn ta’ dħul għall-komunità agrikola. It-trobbija għandha wkoll rwol ewlieni fil-preservazzjoni ta' razez rari u bhekk fil-protezzjoni tal-bijodiversità. It-tnissil ta’ annimali ta’ dawk l-ispeċi jkun inkuraġġit l-aktar jekk jintużaw annimali ta' razza pura għat-tnissil jew ħnieżer tat-tnissil ibridi ta’ kwalità ġenetika għolja reġistrata. L-importanza tat-tnissil ibridu fl-ispeċijiet bovini, ovini u kaprini għandha titqies ukoll. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(2a) Madankollu, l-isforzi biex tinkiseb il-kompetittività ma għandhomx iwasslu għall-għajbien ta' razez b'karatteristiċi adatti għal kuntesti bijofiżiċi partikolari. Ir-razez lokali jafu jkunu f'riskju jekk ma jinżammux f'għadd suffiċjenti, u dan ikun jirrappreżenta telf ta' diversità bijoġenetika. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(2b) Is-saħħa u l-benessri tal-annimali, inklużi l-kundizzjonijiet ta’ trasport għal annimali ħajjin, huma preokkupazzjonijiet li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-atturi kollha fis-settur żootekniku, b’mod partikulari fir-rigward tat-titjib ġenetiku tar-razez. Il-Kummissjoni, għaldaqstant, għandha tiżgura li dawk il-preokkupazzjonijiet jiġu kkunsidrati kif dovut fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati għall-implimentazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament. | ||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1987 dwar l-aċċettazzjoni għall-iskopijiet tat-tnissil ta’ bhejjem tal-ifrat tar-refgħa ta’ razza pura10, id-Direttiva tal-Kunsill 90/118/KEE tal-5 ta’ Marzu 1990 fuq l-aċċettazzjoni ta’ nisel pur tal-majjali tal-ifrat11 u d-Direttiva tal-Kunsill 90/119/KEE tal-5 ta’ Marzu 1990 dwar it-tnissil minn razza differenti tal-majjali tal-ifrat12 kienu adottati biex ma jħallux ikun hemm regoli nazzjonali b’rabta mal-aċċettazzjoni għal finijiet tat-tnissil ta’ annimali għat-tnissil tal-ispeċi bovina u porċina u mal-produzzjoni u l-użu tas-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom li jikkostitwixxu projbizzjoni jew restrizzjoni fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew ostakolu għalih kemm jekk fil-każ ta’ servizzi naturali, inseminazzjoni artifiċjali jew il-ġbir ta’ semen, ooċiti jew embrijuni. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | ||||||||||||
___________ |
| ||||||||||||
10 ĠU L 167, 26.6.1987, p. 54. . |
| ||||||||||||
11 ĠU L 71, 17.03.90, p. 34. . |
| ||||||||||||
12 ĠU L 71, 17.03.90, p. 36. . |
| ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Korrezzjoni lingwistika għat-terminu Ungeriż għal "inseminazzjoni artifiċjali". | |||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(7) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tnissil ta’ annimali ikkontribwiet ukoll għall-preservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi ta’ annimali, għall-protezzjoni tal-bijodiversità ġenetika u għall-produzzjoni ta’ kwalità tipika li joqogħdu fuq il-karatteristiċi ereditarji speċifiċi ta’ razez lokali ta’ annimali domestiċi. |
(7) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tnissil ta’ annimali ikkontribwiet ukoll għall-preservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi ta’ annimali, għall-protezzjoni tal-bijodiversità ġenetika u l-wirt kulturali tal-Unjoni, u għall-produzzjoni ta’ kwalità tipika li joqogħdu fuq il-karatteristiċi ereditarji speċifiċi ta’ razez lokali ta’ annimali domestiċi. | ||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(10) Flimkien ma’ dan, l-esperjenza wriet li biex titħaffef l-applikazzjoni tar-regoli pprovduti f’dawk id-Direttivi għadd ta’ dispożizzjonijiet jeħtieġ ikollhom kliem aktar preċiż u terminoloġija aktar konsistenti. Fl-interessi taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ikun jixraq ukoll li jingħataw aktar definizzjonijiet. |
(10) Flimkien ma’ dan, l-esperjenza wriet li biex titħaffef l-applikazzjoni tar-regoli pprovduti f’dawk id-Direttivi għadd ta’ dispożizzjonijiet jeħtieġ ikollhom kliem aktar preċiż u terminoloġija aktar konsistenti li tkun standard madwar l-Istati Membri kollha. Fl-interessi taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ikun jixraq ukoll li jingħataw aktar definizzjonijiet, inkluż definizzjoni ta' "razza". | ||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 11 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(11) Iżda t-terminu "razza" għandu jibqa’ kunċett legali mhux iddeterminat li jħalli lil soċjetajiet ġenealoġiċi jiddeskrivu l-grupp ta’ annimali ta’ uniformità ġenetika suffiċjenti li huma jqisu bħala distinti minn annimali oħra ta’ dik l-ispeċi u li jdaħħluhom bl-axxendenti magħrufin tagħhom f’kotba tat-tnissil biex jirriproduċu l-karatteristiċi ġenotipiċi tagħhom permezz ta’ riproduzzjoni, skambju u għażla fil-qafas ta’ programm tat-tnissil stabbilit. |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-kunċett ta’ “razza” jokkorri fir-regolament kollu, iżda mhuwiex definit. Għal raġunijiet ta' sikurezza ġuridika, ir-Rapporteur jipproponi definizzjoni. | |||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 13 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(13) Għaldaqstant ir-regoli dwar anninali ta' razza pura għat-tnissil stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkollhom l-għan li jingħata aċċess għal kummerċ abbażi ta’ prinċipji maqbula applikabbli għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi li jiġġestixxu razez u għall-approvazzjoni tal-programmi tat-tnissil rispettivi tagħhom. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll kriterji li jirregolaw id-dħul ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil fil-klassijiet differenti tat-taqsima ewlenija ta’ kotba tat-tnissil, regoli għall-kontroll tal-prestazzjoni, l-evalwazzjoni ġenetika u l-aċċettazzjoni għal tnissil li huma riflessi fi proċeduri uniformi ta’ ċertifikazzjoni. |
(13) Għaldaqstant ir-regoli dwar annimali ta' razza pura u ta' razez inkroċjati għat-tnissil stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkollhom l-għan li jingħata aċċess għal kummerċ abbażi ta’ prinċipji maqbula applikabbli għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet tat-tnissil li jiġġestixxu razez u għall-approvazzjoni tal-programmi tat-tnissil rispettivi tagħhom. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll kriterji li jirregolaw id-dħul ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil fil-klassijiet differenti tat-taqsima ewlenija ta’ kotba tat-tnissil, it-tniżżil tal-annimali għat-trobbija ta' razez inkroċjati f'taqsimiet supplimentari tal-kotba tat-tnissil, regoli għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika u kriterji għall-aċċettazzjoni ta' annimali għal tnissil kif ukoll il-kontenut ta' ċertifikati żootekniċi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
It-tnissil ta' razez inkroċjati għandu jiġi permess f'dan ir-regolament sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ fi ħdan is-suq intern. | |||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 14 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(14) Bl-istess mod, ir-regoli dwar il-majjal ibridu għat-tnissil stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkollhom l-għan li jingħata aċċess għal kummerċ abbażi ta’ prinċipji maqbula applikabbli għar-rikonoxximent ta’ operazzjonijiet tat-tnissil li jimmaniġġjaw inkroċjar fir-razez differenti ta' majjal ibridu għat-tnissil u għall-approvazzjoni tal-programmi tat-tnissil rispettivi tagħhom. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll kriterji li jirregolaw id-dħul ta’ majjal ibridu għat-tnissil fit-taqsima ewlenija ta’ kotba tat-tnissil, regoli għall-kontroll tal-prestazzjoni, l-evalwazzjoni ġenetika u l-kriterji għall-aċċettazzjoni tat-tnissil tal-majjal ibridu għat-tnissil li huma riflessi fi proċeduri uniformi ta’ ċertifikazzjoni. |
(14) Bl-istess mod, ir-regoli dwar il-majjal ibridu għat-tnissil stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkollhom l-għan li jingħata aċċess għal kummerċ abbażi ta’ prinċipji maqbula applikabbli għar-rikonoxximent ta’ operazzjonijiet tat-tnissil li jimmaniġġjaw inkroċjar fir-razez differenti ta' majjal ibridu għat-tnissil u għall-approvazzjoni tal-programmi tat-tnissil rispettivi tagħhom. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll kriterji li jirregolaw id-dħul ta’ majjal ibridu għat-tnissil fit-taqsima ewlenija ta’ reġistri żootekniċi, regoli għall-kontroll tal-prestazzjoni, l-evalwazzjoni ġenetika u l-kriterji għall-aċċettazzjoni tat-tnissil tal-majjal ibridu għat-tnissil li huma riflessi fi proċeduri uniformi ta’ ċertifikazzjoni. | ||||||||||||
|
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.) | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-kunċett ta' "reġistru tar-razza" diġà jintuża f'xi Stati Membri għal dokumenti oħra minn dak li qed issir referenza għalih f'dan it-test. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jaqbel li jintuża t-terminu "reġistru żootekniku". | |||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(14a) Is-saħħa u l-benessri tal-annimali għandhom jitqiesu mill-protagonisti tas-settur żootekniku, partikolarment fl-attivitajiet tagħhom għat-titjib tal-ġenetika taz-razez. | ||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 14b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(14b) Il-problemi tal-klonazzjoni ma għandhomx jiġu trattati f'dan ir-Regolament. | ||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 15 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(15) Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat approċċ armonizzat għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom u għall-kontrolli uffiċjali li jkun meħtieġ li jsiru għal programmi tat-tnissil imwettqin minn soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri f’livell nazzjonali u jista’, għalhekk, minħabba l-effett, il-kumplessità, il-karattru transkonfinali u internazzjonali tiegħu, ikun jista’ jinkiseb aħjar f’livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huwa limitat għal dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tiegħu, huwa jħares ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) ta’ dak it-Trattat. |
(15) Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat approċċ armonizzat għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom, fid-dawl ta' kemm min inissel l-annimali għat-trobbija jifforma assoċjazzjonijiet, il-livelli ta' kapital ta' dawn l-assoċjazzjonijiet u l-effikaċja tal-programmi ta' tnissil, u għall-kontrolli uffiċjali li jkun meħtieġ li jsiru għal programmi tat-tnissil imwettqin minn soċjetajiet tat-tnissil u operazzjonijiet tat-tnissil, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri f’livell nazzjonali u jista’, għalhekk, minħabba l-effett, il-kumplessità, il-karattru transkonfinali u internazzjonali tiegħu, ikun jista’ jinkiseb aħjar f’livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huwa limitat għal dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tiegħu, huwa jħares ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) ta’ dak it-Trattat. | ||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 16 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(16) Il-kwalità tas-servizzi pprovduti minn soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil u l-mod kif huma jevalwaw u jikklassifikaw annimali għandha impatt fuq il-valur ta’ annimali għat-tnissil fis-suq. Għaldaqstant, għandhom ikunu stabbiliti regoli għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil abbażi ta’ kriterji armonizzati tal-Unjoni u tas-superviżjoni tagħhom mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri biex ikun żgurat li r-regoli stabbiliti minnhom ma joħolqux disparitajiet bejn programmi tat-tnissil u standards tat-tnissil u b’hekk jinħolqu ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-Unjoni. |
(16) Il-kwalità tas-servizzi pprovduti minn soċjetajiet u l-operazzjonijiet tat-tnissil u l-mod kif huma jevalwaw u jikklassifikaw l-annimali jiddefinixxu l-livell ta' prestazzjoni tal-annimal u għandhom impatt fuq il-valur ta’ annimali għat-tnissil fis-suq. Għaldaqstant, għandhom ikunu stabbiliti regoli għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet tat-tnissil u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil abbażi ta’ kriterji armonizzati tal-Unjoni u tas-superviżjoni tagħhom mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri biex ikun żgurat li r-regoli stabbiliti minnhom ma joħolqux disparitajiet bejn programmi tat-tnissil u standards tat-tnissil u b’hekk jinħolqu ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 18 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(18) Id-dritt ta' rikonoxximent ta' soċjetà tat-tnissil jew ta' operazzjoni tat-tnissil li tissodisfa l-kriterji stabbiliti hija prinċipju fundamentali tal-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Unjoni. Il-ħarsien tal-attività ekonomika ta' soċjetà tat-tnissil diġà rikonoxxuta m'għandux jibqa' jiġġustifika l-oġġezzjoni min-naħa tal-awtorità kompetenti li tirrikonoxxi soċjetà tat-tnissil oħra għall-istess razza. L-istess jgħodd għall-approvazzjoni tal-estensjoni ġeografika ta' programm tat-tnissil li jitwettaq fuq l-istess razza jew fuq annimali għat-tnissil li jistgħu jingħażlu minn fost il-popolazzjoni tat-tnissil tas-soċjetà tat-tnissil eżistenti. Iżda l-awtorità kompetenti għandu jkollha l-bażi legali li tirrifjuta rikonoxximent jew approvazzjoni meta jkun hemm jew riskju sustanzjat li rikonoxximent bħal dak jippreġudika l-preservazzjoni ta’ razza rari jew jippreġudika l-protezzjoni tad-diversità ġenetika. |
(18) Id-dritt ta' rikonoxximent ta' soċjetà tat-tnissil jew ta' operazzjoni tat-tnissil li tissodisfa l-kriterji stabbiliti hija prinċipju fundamentali tal-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Unjoni. Il-ħarsien tal-attività ekonomika ta' soċjetà tat-tnissil diġà rikonoxxuta m'għandux jibqa' jiġġustifika l-oġġezzjoni min-naħa tal-awtorità kompetenti li tirrikonoxxi soċjetà tat-tnissil oħra għall-istess razza. L-istess jgħodd għall-approvazzjoni tal-estensjoni ġeografika ta' programm tat-tnissil li jitwettaq fuq l-istess razza jew fuq annimali għat-tnissil li jistgħu jingħażlu minn fost il-popolazzjoni tat-tnissil tas-soċjetà tat-tnissil eżistenti. Iżda l-awtorità kompetenti għandu jkollha l-bażi legali li tirrifjuta rikonoxximent jew approvazzjoni meta jkun hemm jew riskju sustanzjat li rikonoxximent bħal dak jippreġudika l-preservazzjoni ta’ razza rari jew jippreġudika l-protezzjoni tad-diversità ġenetika. Din il-bażi legali m'għandhiex tintuża għal skopijiet oħrajn minn dawk stabbiliti b'dan ir-Regolament u fl-ebda każ ma tista' tiġġustifika ksur tal-prinċipji li jiggvernaw is-suq intern. | ||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(19a) L-Unjoni hija parti kontraenti mill-konvenzjoni dwar id-diversità bijoloġika, li għandha l-objettivi tal-preservazzjoni tad-diversità bijoloġika, l-użu sostenibbli tal-elementi tagħha u l-qsim ġust u ekwitabbli tal-vantaġġi dovuti għall-isfruttament tar-riżorsi ġenetiċi. Din il-Konvenzjoni tippreċiża li l-Istati għandhom id-dritt sovran fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tagħhom, u li huma responsabbli mill-preservazzjoni tad-diversità bijoloġika tagħhom u mill-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tagħhom. L-Unjoni hija wkoll parti kontraenti mill-Protokoll ta' Nagoya dwar l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u l-qsim ġust u ekwitabbli ta' benefiċċji dovuti għall-użu tagħhom. Dan ir-regolament għalhekk għandu jqis l-obbligi tal-Istati Membri u jħallihom jikkonformaw fil-kuntest tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi żooġenetiċi tagħhom. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Peress li se jsir riferiment għall-Protkoll ta' Nagoya u għall-Konvenzjoni dwar id-diversità bijoloġika f'dan ir-Regolament, jaqbel li jiġi ppreċiżat il-kuntest. | |||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 20 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(20) Soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil rikonoxxuti fi Stat Membru wieħed għandu jkollhom il-possibbiltà jimplimentaw il-programm approvat tat-tnissil tagħhom fi Stat Membru wieħed ieħor jew aktar biex ikun żgurat l-aqwa użu li jista’ jkun hemm ta’ annimali għat-tnissil ta’ valur ġenetiku għoli bħala fattur importanti ta’ produzzjoni fl-Unjoni. Għal dan l-għan proċedura sempliċi ta’ notifika għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor tkun taf dwar l-attività maħsuba. |
(20) Soċjetajiet tat-tnissil u operazzjonijiet tat-tnissil rikonoxxuti fi Stat Membru wieħed għandu jkollhom il-possibbiltà jimplimentaw il-programm approvat tat-tnissil tagħhom fi Stat Membru wieħed ieħor jew aktar biex ikun żgurat l-aqwa użu li jista’ jkun hemm ta’ annimali għat-tnissil ta’ valur ġenetiku għoli bħala fattur importanti ta’ produzzjoni fl-Unjoni. Għal dan l-għan, għandhom jiġu introdotti arranġamenti ta' ċertifikazzjoni għal dawk il-kumpaniji sabiex tiġi garantita l-kwalità tal-programmi ta' tnissil tagħhomfilwaqt li proċedura sempliċi ta’ notifika għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor tkun taf dwar l-attività maħsuba. | ||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 20a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(20a) Il-kooperazzjoni transkonfinali bejn is-soċjetajiet u l-operazzjonijiet tat-tnissil li jkunu jixtiequ għandha tiġi faċilitata, filwaqt li tiġi żgurata l-libertà tal-intraprenditorija u l-eliminazzjoni ta' ostakoli għall-moviment liberu tal-annimali għat-tnissil u l-materjal ġenetiku tagħhom. Dawn l-istrutturi parternarjali tal-Unjoni jikkontribwixxu partikolarment għat-tisħiħ tal-identità tal-Unjoni ta' ċerti razez, filwaqt li jagħmlu reċiproċi l-mezzi u d-data biex ikun hemm iktar affidabilità u viżibilità. | ||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 23 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(23) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati li jemendaw l-Anness I biex tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil u għall-approvazzjoni ta’ programmi tat-tnissil għal żviluppi fis-settur tat-tnissil. |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
In-numru ta' atti delegati u l-portata tagħhom huma wisq kbar u jikkonċernaw punti essenzjali tat-test. | |||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 24 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(24) Huwa meħtieġ li tkun iċċarata r-relazzjoni bejn nissiela u soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil l-aktar biex ikun żgurat id-dritt tagħhom ta’ prinċipju ta’ sħubija f’soċjetajiet ġenealoġiċi u li operazzjonijiet tat-tnissil jieħdu sehem fil-programm tat-tnissil fiż-żona ġeografika fejn jitwettaq. Soċjetajiet ġenealoġiċi għandu jkollhom regoli li ma jħallux ikun hemm diskriminazzjoni kontra nissiela minħabba l-oriġini tagħhom u għandhom jipprovdu minimu ta’ servizz. |
(24) Huwa meħtieġ li tkun iċċarata r-relazzjoni bejn nissiela u soċjetajiet tat-tnissil u operazzjonijiet tat-tnissil l-aktar biex ikun żgurat id-dritt tagħhom ta’ prinċipju ta’ sħubija f’soċjetajiet tat-tnissil u li operazzjonijiet tat-tnissil jieħdu sehem fil-programm tat-tnissil fiż-żona ġeografika, li tista' tkun mifruxa f'iktar minn Stat wieħed, fejn jitwettaq. Soċjetajiet tat-tnissil għandu jkollhom regoli li ma jħallux ikun hemm diskriminazzjoni kontra nissiela minħabba l-oriġini tagħhom u għandhom jipprovdu minimu ta’ servizz. | ||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 34 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(34) Il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika jistgħu jsiru minn istituzzjonijiet nominati mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-operazzjoni tat-tnissil. Dawk l-istituzzjonijiet nominati għandhom jikkooperaw maċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea nominati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, għalhekk, għandu jkollha s-setgħa tinnomina permezz ta’ atti implimentattivi ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jingħataw is-setgħat meħtieġa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jiddeskrivu d-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħhom, meta jkun meħtieġ billi jkun emendat l-Anness IV. Dawk iċ-ċentri ta’ referenza jikkwalifikaw għal għajnuna mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju14. Fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-speċi bovina, il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika magħmulin minn soċjetà tat-tnissil huma bħalissa megħjunin mill-Interbull Centre, mill-korp ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea nominat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 li tinnomina l-korp ta’ riferenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi tal-bovini15. |
(34) Il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika jistgħu jsiru minn istituzzjonijiet nominati mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-operazzjoni tat-tnissil. Dawk l-istituzzjonijiet nominati għandhom jikkooperaw maċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea nominati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, għalhekk, għandu jkollha s-setgħa tinnomina permezz ta’ atti implimentattivi ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jingħataw is-setgħat meħtieġa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jiddeskrivu d-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħhom, meta jkun meħtieġ billi jkun emendat l-Anness IV. Dawk iċ-ċentri ta’ referenza jikkwalifikaw għal għajnuna mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14. Fil-każ ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-speċi bovina, il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika magħmulin minn soċjetà tat-tnissil huma bħalissa megħjunin mill-Interbull Centre, sottokumitat permanenti tal-Kumitat Internazzjonali għar-Reġistrazzjoni ta’ Annimali (ICAR), nominat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta' Lulju 1996 bħala l-korp ta’ riferenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi tal-bovini15. | ||||||||||||
_______________ |
_______________ | ||||||||||||
4 ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30. |
14 Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 2014/06/27, p. 1). | ||||||||||||
15 ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19. |
15 ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19. | ||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 35 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(35) Minħabba li hemm dispożizzjonijiet dettaljati f’dan ir-Regolament għat-tnissil ta’ annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u tal-ispeċi ekwina biss, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati dwar ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi, l-approvazzjoni ta’ programmi tat-tnissil, id-dħul ta’ annimali għat-tnissil f’kotba tat-tnissil, il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika u l-aċċettazzjoni għal tnissil, kif ukoll tadotta atti implimentattivi għaċ-ċertifikati żootekniċi li jkunu tal-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil ta’ speċi oħra jekk dan ikun meħtieġ biex jitneħħaew ostakoli għall-kummerċ. |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
In-numru ta' atti delegati u l-portata tagħhom huma wisq kbar u jikkonċernaw punti essenzjali tat-test. Mill-banda l-oħra, l-ispeċijiet l-oħra ma għandhomx jiġu integrati ma' dan ir-Regolament ħlief permezz tal-kodeċiżjoni. | |||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 36 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(36) L-importazzjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom hija essenzjali għall-agrikoltura Ewropea. Importazzjonijiet ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom għandhom, għalhekk, isiru f’kondizzjonijiet li jkunu ħafna skont dawk ir-regoli applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom għandhom ikunu intitolati għall-inklużjoni fit-taqsima ewlenija ta' ktieb tat-tnissil jew ta' reġistru tat-tnissil fl-Unjoni kemm-il darba l-livell tal-kontrolli uffiċjali imwettqa fil-pajjiż terz esportatur ikunu żguraw l-istess ċertezza ta' dettalji tar-razza u l-istess riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika bħal dawk tal-Unjoni. Barra minn dan, il-korpi tat-tnissil fil-pajjiżi terzi għandhom jaċċettaw bħala reċiproċità l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom mis-soċjetà tat-tnissil rispettiva u mill-operazzjoni tat-tnissil rikonoxxuti fl-Unjoni. |
(36) L-importazzjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom hija essenzjali għall-agrikoltura Ewropea. Importazzjonijiet ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom għandhom, għalhekk, isiru f’kondizzjonijiet li jkunu ħafna skont dawk ir-regoli applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri u għandhom ikunu konformi mal-istandards kollha b'rabta mal-kwalità tal-materjal importat. Madankollu, l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom għandhom ikunu intitolati għall-inklużjoni fit-taqsima ewlenija ta' ktieb tat-tnissil jew ta' reġistru tat-tnissil fl-Unjoni kemm-il darba l-livell tal-kontrolli uffiċjali imwettqa fil-pajjiż terz esportatur ikunu żguraw l-istess ċertezza ta' dettalji tar-razza u l-istess riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika bħal dawk tal-Unjoni. Barra minn dan, il-korpi tat-tnissil fil-pajjiżi terzi għandhom jaċċettaw bħala reċiproċità l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom mis-soċjetà tat-tnissil rispettiva u mill-operazzjoni tat-tnissil rikonoxxuti fl-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 43 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(43) Il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli fl-Istati Membri kif jixraq u b’mod partikolari meqjusin ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqin mill-Istati Membri biex tiżgura l-applikazzjoni tar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha. |
(43) Il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli abbażi tar-riskju fl-Istati Membri u b’mod partikolari meqjusin ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqin mill-Istati Membri biex tiżgura l-applikazzjoni tar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha. | ||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 44 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(44) Bil-għan li jkunu stabbiliti l-listi ta’ pajjiżi terzi minn fejn għandu jitħallu jkun hemm importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tas-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom, li jitfasslu l-kondizzjonijiet għal importazzjonijiet bħal dawn, li tinkiseb informazzjoni relatata mal-funzjonament ta’ ftehimiet bilaterali u meta hekk ikun ġustifikat minħabba kull ksur serju tal-kondizzjonijiet għal importazzjonijiet bħal dawn stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tagħmel kontrolli f’pajjiżi terzi f’isem l-Unjoni, skont il-każ. |
(44) Bil-għan li jkunu stabbiliti l-listi ta’ pajjiżi terzi minn fejn għandu jitħallu jkun hemm importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tas-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom, u li jitfasslu l-kondizzjonijiet għal importazzjonijiet bħal dawn, jeħtieġ li tinkiseb informazzjoni dwar it-traċċabilità tagħhom fil-forma ta' ċertifikati żootekniċi li jattestaw l-oriġini tagħhom u li tinkiseb informazzjoni relatata mal-funzjonament ta’ ftehimiet bilaterali u meta hekk ikun ġustifikat minħabba kull ksur serju tal-kondizzjonijiet għal importazzjonijiet bħal dawn stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tagħmel kontrolli f’pajjiżi terzi f’isem l-Unjoni, skont il-każ.
| ||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 46 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(46) Biex tkun żgurata l-applikazzjoni sewwa ta’ dan ir-Regolament u biex ikun issupplimentat, jew biex ikunu emendati l-Annessi I sa V tiegħu, is-setgħa li jkunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-proċeduri u l-kriterji użati u l-kondizzjonijiet meħtieġa biex ikunu rrikonoxxuti soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil, approvati programmi tat-tnissil, jiddaħħlu annimali f’kotba tat-tnissil u f’reġistri ta’ razez, aċċettati annimali għat-tnissil għal tnissil, riproduzzjoni naturali u assistita, isir kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjonijiet ġenetiċi, iddefiniti r-rekwiżiti żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ fi u l-importazzjonijiet minn terzi ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom, deskritti d-dmirijiet u l-funzjonijiet ta’ ċentru ta’ referenza. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 47 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(47) Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat b'rabta mal-kummerċ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom ta' speċijiet oħra għajr dik bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina u b'rabta mal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex ikun possibbli għall-Istati Membri li jirreaġixxu għat-tfixkil fil-kummerċ, imma aktar minn hekk ir-raġuni tkun biex jirreaġixxu meta xi razza rari tiġi f'xifer l-estinzjoni jew meta titqiegħed f'riskju il-protezzjoni għad-diversità ġenetika. |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-integrazzjoni ta' speċijiet oħra għandha ssir biss permezz tal-kodeċiżjoni. | |||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom; |
(a) regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għall-preservazzjoni u t-titjib tat-tnissil tal-annimali, kif ukoll għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom; | ||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ba) regoli li jiggvernaw il-preservazzjoni u t-titjib ta' razez indiġeni u pperikolati; | ||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt a – punt i | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(i) l-ispeċi bovina (Bos taurus u Bubalus bubalis), l-ispeċi porċina (Sus scrofa), l-ispeċi ovina (Ovis aries), l-ispeċi kaprina (Capra hircus); |
(i) l-ispeċi bovina (Bos taurus, Bos indicus u Bubalus bubalis), l-ispeċi porċina (Sus scrofa), l-ispeċi ovina (Ovis aries), l-ispeċi kaprina (Capra hircus); | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-perimetru tal-ispeċi bovina għandu jitwessa', u għandhom b'mod partikolari jiġu integrati ż-żebus. | |||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – inċiż iii | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(iii) speċi barra dawk imsemmijin fil-punti (i) u (ii) li għalihom ikunu ġew adottati atti delegati skont l-Artikoli 35(1) jew 45(1); |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-ispeċijiet l-oħra ma għandhomx jiġu integrati ma' dan ir-Regolament ħlief permezz tal-kodeċiżjoni. | |||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(aa) "razza" tfisser numru ta' annimali li jippreżentaw uniformità suffiċjenti ta' karatteristiċi, li jistgħu jgħaddu lil wildhom, biex titqies bħala distinta minn annimali oħrajn ta' din l-istess speċi minn grupp wieħed jew iktar ta' nissiela li jaqblu li jġestixxuhom fi ħdan programmi ta' tnissil u jirreġistrawhom fil-kotba tat-tnissil tagħhom bl-għan tar-riproduzzjoni, ta' skambju u ta' għażla jew ta' preservazzjoni; | ||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(d) "soċjetà tat-tnissil" tfisser kull organizzazzjoni tat-tnissil jew assoċjazzjoni ta’ nissiela li tkun irrikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 4(2) biex twettaq programm tat-tnissil fuq anninali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin fil-ktieb/kotba tat-tnissil li hija żżomm jew tistabbilixxi; |
(d) "soċjetà tat-tnissil" tfisser kull operatur privat jew korp pubbliku, stabbilit bi qbil mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih titressaq l-applikazzjoni għal rikonoxximent u li jkun irrikonoxxut mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 4(2) biex iwettaq programm tat-tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin fil-ktieb/kotba tat-tnissil li huwa jżomm jew jistabbilixxi; | ||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(fa) 'programm tat-tnissil' tfisser sett ta' azzjonijiet sistematiċi mfassla u implimentati minn kumpanija jew operazzjoni tat-trobbija bi qbil mal-Artikolu 8(1), inkluż b'mod partikolari d-definizzjoni u karatteristiċi dettaljati fenotipiċi u ġenotipiċi tar-razza, l-orjentazzjoni tar-razza u l-objettivi, ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u ż-żamma ta' ktieb tat-tnissil, id-definizzjoni tas-sistema ta' kontroll tal-prestazzjoni, billi jitqiesu l-objettivi tat-tnissil, id-definizzjoni tal-kriterji magħżula u l-importanza tagħhom fir-rigward tal-evalwazzjoni ġenetika, fejn meħtieġ, id-definizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-prestazzjoni u sistema ta' kontroll fejn meħtieġ, u l-indirizzar tal-preservazzjoni, tat-titjib u/jew il-promozzjoni tar-razza kkonċernata; | ||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g – punt ii | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(ii) l-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil skont ir-regoli pprovduti fl-Artikolu 46 u f’atti delegati adottati skont l-Artikolu 52(1); |
(ii) l-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq soċjetajiet u operazzjonijiet tat-tnissil skont ir-regoli pprovduti fl-Artikolu 46; | ||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ga) l-iżgurar tal-kwalità tal-programmi tat-tnissil; | ||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i – punt ii | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(ii) tal-ispeċi msemmija fil-punt (a)(ii) li jkun ġej minn missier u omm imdaħħlin fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil tal-istess razza u li huwa stess ikun imdaħħal jew reġistrat u eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil bħal dan skont l-Artikolu 19; |
(ii) tal-ispeċi msemmija fil-punt (a)(ii) li jkun ġej minn missier u omm imdaħħlin fil-ktieb tat-tnissil tal-istess razza u li huwa stess ikun imdaħħal jew reġistrat u eliġibbli għal dħul fil-ktieb imsemmi, inklużi dawk kastrati, skont l-Artikolu 19; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Id-definizzjoni attwali, li tinkludi biss annimali għat-tnissil, ma tikkorrispondix għall-partikolaritajiet tal-ktieb tat-tnissil ta’ annimali ekwini, fejn l-annimali jiġu rreġistrati mat-twelid, irrispettivament minn jekk fil-futur humiex se jsiru annimali għat-tnissil. Dan jikkonċerna l-aktar lill-annimali kastrati u l-klassifikazzjoni tagħhom bħala "ekwini reġistrati". | |||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i – punt iii | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(iii) ta’ speċi barra dawk imsemmijin f’(i) u (ii) ta’ dan il-punt li għalih ir-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi speċifiċi għall-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dawk l-annimali u l-prodotti ġerminali tagħhom ikunu stabbiliti f’atti delegati adottati skont l-Artikoli 35(1) u 45(1) rispettivament; |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i – punt iii a(ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(iiia) annimali li, abbażi tad-derogi taħt l-Artikoli 17 u 19, iddaħħlu fit-taqsima ewlenija ta' ktieb tat-tnissil; | ||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ja) “linja” tfisser sottopopolazzjoni ġenetikament magħmula minn annimali puri ta’ razza partikolari; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Jekk jiġi introdott, it-teħid tad-DNA jista’ jakkumpanja d-dokumentazzjoni dwar l-annimal tat-tnissil matul ħajtu kollha u jista’ jintuża f’każ ta’ oġġezzjonijiet jew problemi fl-identifikazzjoni. | |||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(o) "mertu" tfisser karatteristika kwantifikabbli li tintiret ta’ annimal tat-tnissil; |
(o) "mertu" tfisser stima tal-effett mistenni ta’ ġenotip ta' annimal fuq karatteristika partikolari tal-wild tiegħu; | ||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt v | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(v) "kontroll żootekniku" tfisser il-kontroll tad-dokumenti u l-konroll tal-identità magħmulin fuq annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom importati fl-Unjoni għall-verifika tal-konformità mal-kondizzjonijiet żootekniċi msemmija fl-Artikolu 42 u mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi stabbiliti f’atti delegati adottati skont l-Artikolu 45(1); |
(v) "kontroll żootekniku" tfisser il-kontroll tad-dokumenti u l-konroll tal-identità magħmulin fuq annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom importati fl-Unjoni għall-verifika tal-konformità mal-kondizzjonijiet żootekniċi msemmija fl-Artikolu 42; | ||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt w – punt ii | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(ii) anninali ta' razza pura għat-tnissil u prodotti ġerminali tagħhom meta jkunu importati fl-Unjoni kif imsemmi f’atti delegati adottati skont l-Artikolu 45(1); |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ya (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ya) "razza pperikolata" tfisser razza li fir-rigward tagħha l-għadd ta' nisa u irġiel tagħhom fl-Unjoni jew fi Stat Membru jkun waqa' taħt livell partikolari u li għalhekk ikun f'riskju ta' estinzjoni; | ||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Is-soċjetajiet ġenealoġiċi u l-operazzjonijiet tat-tnissil jistgħu japplikaw mal-awtorità kompetenti għal rikonoxximent skont il-paragrafu 2. |
1. Is-soċjetajiet u l-operazzjonijiet tat-tnissil għandhom japplikaw mal-awtorità kompetenti għal rikonoxximent skont il-paragrafu 2. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għandu jiġi ċċarat il-qafas legali għar-rikonoxximent tas-soċjetajiet ta' tnissil mill-Istati Membri: l-operaturi għandhom ikunu obbligati jressqu talba għal rikonoxximent biex iżommu ktieb tat-tnissil u jmexxu programm ta' tnissil. | |||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c – subpunt i – inċiż 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Il-preservazzjoni tar-razza, jew |
il-preservazzjoni tal-varjazzjoni ġenetika fi ħdan ir-razza, | ||||||||||||
It-titjib tar-razza jew l-inkroċju; |
It-titjib tar-razza, | ||||||||||||
|
l-ippjanar tal-inkroċju, jew | ||||||||||||
|
l-ippjanar ta' razza ġdida; | ||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar l-emendi ta’ rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil stabbiliti fil-Parti 1 u, fil-każ ta’ annimali ekwini ta’ razza pura, fil-Parti 3 tal-Anness I, biex tqis il-varjetà ta’ programmi tat-tnissil imwettqin minn soċjetajiet ġenealoġiċi u minn operazzjonijiet tat-tnissil. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. B’deroga mill-Artikolu 4(2)(b), l-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi soċjetà tat-tnissil li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I fejn il-programm tat-tnissil ta’ dik is-soċjetà tat-tnissil jkun ta’ ħsara għall-preservazzjoni jew għad-diversità ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin, jew reġistrati u eliġibbli għal dħul, fil-ktieb tat-tnissil stabbilit għal dik ir-razza minn soċjetà tat-tnissil li tkun diġà ġiet irrikonoxxuta f’dak l-Istat Membru. |
1. B’deroga mill-Artikolu 4(2)(b), l-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi soċjetà tat-tnissil li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I fejn il-programm tat-tnissil ta’ dik is-soċjetà tat-tnissil jkun jista’ jipperikola | ||||||||||||
|
(a) il-preservazzjoni ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin, jew reġistrati u eliġibbli għal dħul, fil-ktieb tat-tnissil stabbilit għal dik ir-razza minn soċjetà tat-tnissil li tkun diġà ġiet irrikonoxxuta f’dak l-Istat Membru; | ||||||||||||
|
(b) id-diversità ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, minħabba telf fl-effiċjenza f'termini ta' monitoraġġ tat-tnissil u ġestjoni ta' anomaliji ġenetiċi bħala riżultat ta' nuqqas ta' koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni dwar il-wirt ġenetiku tar-razza; | ||||||||||||
|
(c) f'każ ta' razza rara jew ipperikolata, l-implimentazzjoni effettiva ta' programm tat-tnissil ta' soċjetà tat-tnissil eżistenti għall-istess razza li jwassal għal telf sinifikanti fl-effikaċja f'termini tal-progress ġenetiku mistenni; jew | ||||||||||||
|
(d) il-preservazzjoni jew il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-annimali li fuqhom l-Istat Membru jeżerċita s-sovranità tiegħu u li għalihom huwa responsabbli, bi qbil mal-objettivi tal-konvenzjoni dwar id-diversità bijoloġika u mal-Protokoll ta' Nagoya għal dik il-Konvenzjoni. | ||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ca) l-interferenza potenzjali u d-dgħajfien li jirriżultaw mir-rikonoxximent ta’ korp li jirreġistra l-istess annimali għat-tnissil bħal soċjetà tat-tnissil li tkun diġà ġiet rikonoxxuta, jekk tkun tikkonċerna razza rara jew ipperikolata; | ||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) ir-razza jew l-inkroċju li għalihom il-programm tat-tnissil tagħhom ikun ġie approvat; |
(b) ir-razza jew l-inkroċju li għalihom il-programm tat-tnissil tagħhom ikun ġie approvat bi qbil mal-Artikolu 8(1); | ||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu -1 (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
-1. Soċjetà ta' tnissil jew intrapriża ta' tnissil imexxu programm ta' tnissil wara l-approvazzjoni tiegħu mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-paragrafu -1a. | ||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu -1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
-1a. Soċjetà jew intrapriża ta' tnissil tressaq talba għal approvazzjoni għall-programm tagħha ta' tnissil lill-awtorità kompetenti li rrikonoxxiet lis-soċjetà jew intrapriża ta' tnissil bi qbil mal-Artikolu 4(2). | ||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-programm tat-tnissil ta’ soċjetà tat-tnissil jew ta’ operazzjoni tat-tnissil rikonoxxuta minnha skont l-Artikolu 4(2), bil-kondizzjoni li s-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil tissottometti applikazzjoni għal approvazzjoni tal-programm tat-tnissil tagħha, billi turi konformità mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 4(2)(c) u deskritti fil-Parti 2, u fil-każ ta’ annimali ekwini ta’ razza pura fil-Parti 3 tal-Anness I. |
1. L-awtorità kompetenti kkonċernata fil-paragrafu -1a tivvaluta l-programmi ta' tnissil ta' soċjetà tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil u tapprovahom sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 4(2)(c) u deskritti fl-Anness I, Parti 2, jew, fil-każ ta’ annimali ekwini ta’ razza pura, fl-Anness I, fil-Parti 3. | ||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tista’ tawtorizza lis-soċjetajiet ġenealoġiċi u lill-operazzjonijiet tat-tnissil biex jagħtu kuntratt għall-ġestjoni teknika tal-ktieb tat-tnissil jew tar-reġistru tar-razza tagħhom u ta' aspetti speċifiċi oħra tal-programm tat-tnissil tagħhom lil parti terza, bil-kondizzjoni li: |
2. Is-soċjetajiet u l-operazzjonijiet tat-tnissil jistgħu jagħtu kuntratt għall-operazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-ġestjoni tal-ktieb tat-tnissil jew tar-reġistru żootekniku tagħhom u ta' aspetti speċifiċi oħra tal-programm tat-tnissil tagħhom lil parti terza waħda jew iktar, bil-kondizzjoni li: | ||||||||||||
(a) is-soċjetajiet ġenealoġiċi u l-operazzjonijiet tat-tnissil jibqgħu responsabbli vis-à-vis l-awtorità kompetenti biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 4(2)(c); |
(a) is-soċjetajiet u l-operazzjonijiet tat-tnissil jibqgħu responsabbli vis-à-vis l-awtorità kompetenti biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 4(2)(c) u l-Anness I, Partijiet 2 u 3; | ||||||||||||
(b) ma jkunx hemm konflitt ta’ interessi bejn dik il-parti terza u l-attivitajiet ekonomiċi ta’ nissiela li jieħdu sehem fil-programm tat-tnissil. |
(b) ma jkunx hemm konflitt ta’ interessi bejn dik il-parti terza u l-attivitajiet ekonomiċi ta’ nissiela li jieħdu sehem fil-programm tat-tnissil; | ||||||||||||
|
(c) dawk is-soċjetajiet ta' tnissil u operazzjonijiet ta' tnissil speċifikaw l-attivitajiet li biħsiebhom jiddelegaw u l-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk il-partijiet terzi fl-applikazzjoni tagħhom imsemmija fil-paragrafu -1a.
| ||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar l-emendi ta’ rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil stabbiliti fil-Parti 2 u, fil-każ ta’ annimali ekwini ta’ razza pura, fil-Parti 3 tal-Anness I, biex tqis il-varjetà ta’ programmi tat-tnissil imwettqin minn soċjetajiet ġenealoġiċi u minn operazzjonijiet tat-tnissil. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Meta l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ programm tat-tnissil jew it-territorju ġeografiku fejn ikollu jsir jindikaw li soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil tkun biħsiebha twettqu fuq annimali għat-tnissil li jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha: |
1. Meta l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ programm tat-tnissil jew it-territorju ġeografiku fejn ikollu jsir jindikaw li soċjetà jew l-operazzjoni tat-tnissil tkun biħsiebha twettqu fuq annimali għat-tnissil li jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(-1a) għandha: | ||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor mill-anqas 90 jum kalendarji qabel id-data li fiha jkun maħsub li jinbeda l-programm tat-tnissil; |
(a) tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor mill-anqas 90 jum kalendarji qabel id-data li fiha jkun maħsub li jinbeda l-programm tat-tnissil, fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru l-ieħor; | ||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) tagħti lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a), flimkien ma’ dik in-notifika, kopja tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil imsemmi fl-Artikolu 8(1). |
(b) tagħti lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a), flimkien ma’ dik in-notifika, kopja tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil imsemmi fl-Artikolu 8(-1a), fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru msemmi fil-punt (a). | ||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu tista', fi żmien 90 jum mid-data tal-irċevuta tan-notifika msemmija f’dak il-paragrafu, tirrifjuta l-approvazzjoni biex fit-territorju tagħha jsir programm tat-tnissil minn soċjetà tat-tnissil rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1), meta: |
2. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu tista', fi żmien 90 jum mid-data tal-irċevuta tan-notifika msemmija f’dak il-paragrafu, tirrifjuta l-approvazzjoni biex fit-territorju tagħha jsir programm tat-tnissil minn soċjetà tat-tnissil rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(-1a), meta: | ||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) l-approvazzjoni ta’ programm tat-tnissil ieħor tkun thedded il-kontinwità fil-popolazzjoni tal-anninali ta' razza pura għat-tnissil li jkun hemm f’dak l-Istat Membru tant li dan ikun ta’ ħsara għall-preservazzjoni ta’ dik ir-razza jew għad-diversità ġenetika tagħha. |
b) l-approvazzjoni ta’ programm tat-tnissil ieħor tista' tipperikola l-preservazzjoni jew id-diversità ġenetika ta' razza fi Stat Membru f'termini ta' monitoraġġ ta' tgħammir tal-istess demm u ġestjoni tal-anomaliji ġenetiċi bħala riżultat ta' nuqqas ta' koordinazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni, jew tista' tipperikola t-titjib ta' programmi ta' razez rari jew ipperikolati minħabba żviluppi fit-tgħammir li jkunu inkonsistenti mal-karatteristiċi speċifikati f'dak l-Istat Membru u li jirriżultaw f'telf ta' effiċjenza f'termini tal-progress ġenetiku mistenni. | ||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
5. Meta l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(a) tkun biħsiebha tirrifjuta approvazzjoni skont il-paragrafu 2, hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħha li tirrifjuta approvazzjoni flimkien ma’ spjegazzjoni motivata. |
5. Meta l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(a) tirrifjuta approvazzjoni skont il-paragrafu 2, hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan ir-rifjut. | ||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Fejn ir-regoli ta’ soċjetà tat-tnissil jew ta’ operazzjoni tat-tnissil jipprovdu għal sħubija, nissiela jistgħu japplikaw: |
imħassar | ||||||||||||
(a) għal sħubija ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi jew operazzjonijiet tat-tnissil bħal dawk; |
| ||||||||||||
(b) biex jieħdu sehem fil-programm tat-tnissil fil-kamp ta’ applikazzjoni u taż-żona ġeografika ta’ attività approvata skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9. |
| ||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Fejn ir-regoli ta’ soċjetà tat-tnissil jew ta’ operazzjoni tat-tnissil ma jipprovdux għal sħubija, nissiela li jieħdu sehem fi programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 jistgħu japplikaw: |
2. Nissiela li jieħdu sehem fi programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 ikollhom aċċess mingħajr diskriminazzjoni għat-totalità tas-servizzi previsti fil-programm ta' tnissil. | ||||||||||||
(a) biex l-anninali ta' razza pura għat-tnissil tagħhom jiddaħħlu fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil stabbilit għar-razza mis-soċjetà tat-tnissil skont l-Artikolu 17(1); |
| ||||||||||||
(b) biex l-annimali tagħhom jiġu rreġistrati f’taqsima supplimentari tal-ktieb tat-tnissil stabbilit għar-razza mis-soċjetà tat-tnissil skont l-Artikolu 17(3); |
| ||||||||||||
(c) biex il-ħnieżer tat-tnissil ibridi tagħhom jiġu rreġistrati f’reġistru tar-razza stabbilit għall-inkroċju b’operazzjoni tat-tnissil skont l-Artikoli 24; |
| ||||||||||||
(d) biex jieħdu sehem f’kontroll tal-prestazzjoni u f’evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27; |
| ||||||||||||
(e) biex jingħataw ċertifikat żootekniku skont l-Artikolu 33(1) u (2). |
| ||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Fejn ir-regoli ta’ soċjetà jew ta’ operazzjoni tat-tnissil jipprovdu għal sħubija: | ||||||||||||
|
(a) in-nissiela jistgħu japplikaw għal sħubija ma' ma' din is-soċjetà jew din l-operazzjoni; | ||||||||||||
|
(b) in-nissiela jistgħu jitolbu biex jieħdu sehem fil-programm tat-tnissil fil-kamp ta’ applikazzjoni u taż-żona ġeografika ta’ attività approvata skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9; | ||||||||||||
|
(c) in-nissiela jieħdu sehem fil-programm ta' tnissil mingħajr diskriminazzjoni u fil-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni u taż-żona ġeografika ta’ attività approvata skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Dan il-paragrafu ġdid għandu l-għan li jiċċara d-drittijiet tan-nissiela fil-każijiet meta jipparteċipaw f'sistema ta' sħubija. B'mod partikolari, dawn id-drittijiet għandhom ikunu limitati għan-nissiela li jkunu jinsabu fiż-żona ġeografika ta' attività tal-operazzjoni ta' tnissil; u n-nissiela għandu jkollhom aċċess għas-servizzi korrispondenti għall-programm ta' tnissil mingħajr diskriminazzjoni. | |||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Nissiela għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu l-ktieb tat-tnissil jew ir-reġistru tar-razza li fih huma jkunu jixtiequ li l-annimali għat-tnissil tagħhom jiddaħħlu jew jiġu rreġistrati skont l-Artikoli 19 u 24. |
3. Nissiela għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu l-ktieb tat-tnissil jew ir-reġistru żootekniku li fih huma jkunu jixtiequ li l-annimali għat-tnissil tagħhom jiddaħħlu jew jiġu rreġistrati skont l-Artikoli 19 u 24, sakemm il-programm ta' tnissil marbut mal-ktieb tat-tnissil jew ir-reġistru żootekniku jkun approvat mill-Istat Membru ta' dawn in-nissiela skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9. | ||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3a. In-nissiela li jċaqalqu l-annimali tagħhom f'azjendi agrikoli lilhinn miż-żona ġeografika fejn jitwettaq il-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) minn soċjetajiet jew operazzjoni ta' tnissil jista' jkollhom l-annimali tagħhom irreġistrati fil-ktieb tat-tnissil ta' din is-soċjetà bi qbil mar-regoli adottati minn din is-soċjetà ta' tnissil jew din l-operazzjoni ta' tnissil, u previsti fl-Anness I, Parti 3, punt 3e, subparagrafu ii. | ||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 11 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 11 |
imħassar | ||||||||||||
Drittijiet ta’ nissiela li jikkontestaw deċiżjoni meħuda minn soċjetà tat-tnissil |
| ||||||||||||
1. Nissiela jistgħu japplikaw għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 13 meta jgħidu li xi waħda minn dawn li ġejjin tkun ġiet irrifjutata mhux kif imiss minn soċjetà tat-tnissil: |
| ||||||||||||
(a) l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 10(1); |
| ||||||||||||
(b) applikazzjoni għad-dħul ta’ annimal tat-tnissil ta’ razza pura fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 19; |
| ||||||||||||
(c) applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ annimal f’taqsima supplimentari ta’ ktieb tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 20(3); |
| ||||||||||||
(d) l-aċċettazzjoni ta’ annimal tat-tnissil ta’ razza pura għal: |
| ||||||||||||
(i) tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 21; or |
| ||||||||||||
(ii) inseminazzjoni artifiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 23(1); |
| ||||||||||||
(e) l-aċċettazzjoni ta’ annimal tat-tnissil ta’ razza pura jew tas-semen tiegħu għall-kontroll uffiċjali tal-prestazzjoni u għal evalwazzjoni ġenetika kif imsemmi fl-Artikolu 23(2); |
| ||||||||||||
(f) ir-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika magħmulin skont l-Artikolu 27. |
| ||||||||||||
2. Nissiela jista’ jkollhom azzjoni ta’ rivalsa għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 13 meta jgħidu li operazzjoni tat-tnissil tkun naqset li twettaq kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27. |
| ||||||||||||
(L-Artikolu 11 jitħassar fit-totalità tiegħu) | |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
id-dispożizzjonijiet ta' appell bejn nissiel wieħed jew iktar u s-soċjetà ta' tnissil diġà jeżistu fid-dritt nazzjonali. | |||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 12 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 12 |
imħassar | ||||||||||||
Drittijiet ta’ nissiela li jikkontestaw deċiżjoni meħuda minn operazzjoni tat-tnissil |
| ||||||||||||
1. Nissiela jistgħu japplikaw għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 13 meta jgħidu li xi waħda minn dawn li ġejjin kienet irrifjutata mhux kif imiss minn operazzjoni tat-tnissil: |
| ||||||||||||
(a) applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ħanżir tat-tnissil ibridu f’reġistru tar-razza kif imsemmi fl-Artikolu 24; |
| ||||||||||||
(b) l-aċċettazzjoni ta’ ħanżir tat-tnissil ibridu għal inseminazzjoni artifiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 26(1); |
| ||||||||||||
(c) l-aċċettazzjoni ta’ ħanżir tat-tnissil ibridu jew is-semen tiegħu għall-kontroll tal-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 26(2); |
| ||||||||||||
(d) ir-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni magħmul skont l-Artikolu 27. |
| ||||||||||||
2. Nissiela jista’ jkollhom azzjoni ta’ rivalsa għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 13 meta jgħidu li operazzjoni tat-tnissil tkun naqset li twettaq kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27. |
| ||||||||||||
(L-Artikolu 12 jitħassar fit-totalità tiegħu) | |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
id-dispożizzjonijiet ta' appell bejn nissiel wieħed jew iktar u s-soċjetà ta' tnissil diġà jeżistu fid-dritt nazzjonali. | |||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 13 |
imħassar | ||||||||||||
Il-miżuri disponibbli għan-nissiela li ma jaqblux ma' deċiżjoni meħuda minn soċjetà tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil |
| ||||||||||||
1. Fil-każijiet msemmija fl-Artikoli 11 u 12, nissiela jistgħu: |
| ||||||||||||
(a) jiksbu l-opinjoni ta’ espert indipendenti; |
| ||||||||||||
(b) jappellaw kontra r-rifjuti msemmija fl-Artikoli 11(1) u 12(1) jew kontra r-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni u ta’ evalwazzjoni ġenetika msemmijin fl-Artikoli 11(2) u 12(2) fi żmien 30 jum mid-data tal-irċevuta tar-rifjut jew tar-riżultati mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-operazzjoni tat-tnissil. |
| ||||||||||||
2. Fl-appell imsemmi fil-paragrafu 1(b), in-nissiel għandu jiddeskrivi l-fatti u r-raġunijiet, meta jkunu disponibbli abbażi tal-opinjoni tal-espert indipendenti msemmi fil-paragrafu 1(a), li fuqha jqis li: |
| ||||||||||||
(a) ir-rifjut mis-soċjetà tat-tnissil jew ta’ operazzjoni tat-tnissil ma jkunx konformi mal-Artikoli 19, 21, 23, 27, 28, 30 jew 32; jew |
| ||||||||||||
(b) ir-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni u ta’ evalwazzjoni ġenetika ma jkunux inkisbu skont l-Artikolu 27. |
| ||||||||||||
(L-Artikolu 13 jitħassar fit-totalità tiegħu) | |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
id-dispożizzjonijiet ta' appell bejn nissiel wieħed jew iktar u s-soċjetà ta' tnissil diġà jeżistu fid-dritt nazzjonali. | |||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 14 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 14 |
imħassar | ||||||||||||
Soluzzjoni għat-tilwim |
| ||||||||||||
1. Meta soċjetà tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil tiċħad l-appell minn nissiel imsemmi fl-Artikolu 13(1)(b), hija għandha tinnotifika lin-nissiel u lill-awtorità kompetenti li tkun irrikonoxxiet is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil skont l-Artikolu 4(2), fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni tagħha li tiċħad l-appell. |
| ||||||||||||
2. L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) jew 9 tista’ treġġa’ lura d-deċiżjoni tas-soċjetà tat-tnissil jew ta’ operazzjoni tat-tnissil, meta hija tqis li dik id-deċiżjoni ma tkunx konformi mal-Artikoli 19, 21, 23, 27, 28, 30 jew 32. |
| ||||||||||||
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm proċedura ta’ appell u li deċiżjonijiet ta’ appell jingħataw f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. |
| ||||||||||||
Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi tribunal speċifiku bl-awtorità li jreġġa’ lura deċiżjonijiet ta’ soċjetà tat-tnissil jew ta’ operazzjoni tat-tnissil meta t-tribunal iqis li ċ-ċaħda mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-operazzjoni tat-tnissil ta’ appell ippreżentat minn nissiel ma tkunx ġustifikata. |
| ||||||||||||
(L-Artikolu 14 jitħassar fit-totalità tiegħu) | |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
id-dispożizzjonijiet ta' appell bejn nissiel wieħed jew iktar u s-soċjetà ta' tnissil diġà jeżistu fid-dritt nazzjonali. | |||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1a. Is-soċjetajiet jew l-operazzjonijiet ta' tnissil jistgħu jeskludu | ||||||||||||
|
in-nissiela mill-parteċipazzjoni fi programm ta' tnissil fil-każ fejn dawn ma jirrispettawx ir-regoli tal-programm ta' tnissil jew l-obbligi stabbilit fir-regoli ta' proċedura msemmija fl-Anness I, PArti 1, punt 3f; | ||||||||||||
|
- wara r-reġistrazzjoni, annimali u l-frieħ tagħhom kif ukoll il-materjal ġenetiku li ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti uffiċjalment stabbiliti biex jiġu elenkati fil-ktieb tat-tnissil korrispondenti. | ||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) jeskludu nissiela minn sħubija meta dawk in-nissiela jonqsu li jkunu konformi mad-dmirijiet tagħhom stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura skont il-punt 3(e) tal-Parti 1 tal-Anness I. |
(b) jeskludu nissiela minn sħubija meta dawk in-nissiela jonqsu li jkunu konformi mad-dmirijiet tagħhom stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura skont l-Artikolu 16(1). | ||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Is-soċjetajiet ta' tnissil jistgħu jwettqu t-testijiet tal-prestazzjoni abbażi tar-rekwiżiti tal-programm ta' tnissil tagħhom u, meta t-testijiet tal-prestazzjoni jitwettqi, jistgħu jagħżlu attivitajiet adegwati għall-programm ta' tnissil tagħhom; | ||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja li ma jħallux ikun hemm tilwim, u meta jkun meħtieġ isolvuh, li jista’ jinqala’ bejn nissiela u bejn nissiela u s-soċjetà tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil fil-proċess tat-twettiq ta’ programmi tat-tnissil approvati skont l-Artikoli 8(1) jew 9, skont ir-regoli stabbilit skont l-Artikolu 14(3) mill-Istat Membru fejn it-tilwima tinqala’ u skont ir-regoli stabbiliti fil-punt 3 tal-Parti 1 tal-Anness I. |
3. Soċjetajiet u operazzjonijiet tat-tnissil għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja li ma jħallux ikun hemm tilwim, u meta jkun meħtieġ isolvuh, li jista’ jinqala’ bejn nissiela u bejn nissiela u s-soċjetà jew operazzjoni tat-tnissil fil-proċess tat-twettiq ta’ programmi tat-tnissil approvati skont l-Artikoli 8(1) jew 9, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt 3f tal-Parti 1 tal-Anness I. | ||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3a. Soċjetajiet ta' tnissil u operazzjonijiet ta' tnissil fi Stat Membru jistgħu jkunu responsabbli b'mod konġunt għall-iżgurar li annimali għat-tnissil ta' razza pura ta' razza f'riskju ta' estinzjoni jista' jiddaħħal fit-taqsima ewlenija ta' ktieb tat-tnissil fi kwalunkwe Stat Membru, bi qbil mal-Artikolu 19. In-nissiela għandhom jitħallew fil-libertà li jagħżlu s-soċjetà ta' tnissil jew il-korp statali li jixtiequ jappartjenu għalih. L-awtorità kompetenti għandha tappoġġa u tissorvelja l-proċess. | ||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal regolament Kapitolu 4 – titolu | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Dħul ta’ annimali għat-tnissil f’kotba tat-tnissil u f’reġistri ta’ razez u aċċettazzjoni għal tnissil, inseminazzjoni artifiċjali u ttestjar |
Ma taffettwax il-verżjoni Maltija. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Korrezzjoni lingwistika għat-terminu Ungeriż għal "inseminazzjoni artifiċjali". | |||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Dawk il-kriterji u proċeduri jistgħu jkun jeħtieġu li l-annimal tat-tnissil ta’ razza pura jsirlu kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika kif imsemmi fl-Artikolu 27 jew kif stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 28(1) jew kull valutazzjoni oħra deskritta fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 qabel ma jiddaħħal fi klassi speċifika tat-taqsima ewlenija. |
Dawk il-kriterji u proċeduri jistgħu jkun jeħtieġu li l-annimal tat-tnissil ta’ razza pura jsirlu kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika kif imsemmi fl-Artikolu 27 jew kull valutazzjoni oħra deskritta fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 qabel ma jiddaħħal fi klassi speċifika tat-taqsima ewlenija. | ||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Soċjetajiet ġenealoġiċi jistgħu, flimkien mat-taqsima ewlenija msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistabbilixxu taqsima supplimentari waħda jew aktar tal-ktieb tat-tnissil għal annimali tal-istess speċi li ma jkunux eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija, bil-kondizzjoni li l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20(1), u li r-regoli tas-soċjetà tat-tnissil li skonthom il-wild ta’ dawk l-annimali jitħalla jiddaħħal fit-taqsima ewlenija jkunu konformi mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II: |
3. Soċjetajiet tat-tnissil jistgħu, flimkien mat-taqsima ewlenija msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistabbilixxu taqsima supplimentari waħda jew aktar tal-ktieb tat-tnissil għal annimali tal-istess speċi li ma jkunux eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija, bil-kondizzjoni li l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II, u li r-regoli tas-soċjetà tat-tnissil li skonthom il-wild ta’ dawk l-annimali jitħalla jiddaħħal fit-taqsima ewlenija jkunu konformi mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II: | ||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(aa) il-punt 4 tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II, fil-każ ta' nagħaġ u mogħoż irġiel; jew | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Eżenzjonijiet eżistenti għal razez robusti għandhom jinżammu biex tiġi salvagwardjata d-diversità ġenetika. | |||||||||||||
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar emendi tar-regoli stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Kapitolu II tal-Parti 1 tal-Anness II li skonthom il-wild ta’ annimali reġistrati f’taqsima supplimentari jitħalla jiddaħħal fit-taqsima ewlenija. |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-att iddelegat imsemmi jippermetti lill-Kummissjoni temenda r-regoli dwar id-dħul fit-taqsima ewlenija tal-proġeni ta' annimali irreġistrati f'taqsima supplimentari. It-taqsima supplimentari hija punt 'sensittiv' fl-abbozz tat-test minħabba li l-ħolqien ta' taqsima supplimentari fi ħdan ktieb tat-tnissil jgħaqqad lil din it-taqsima mill-qrib mat-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil. Ir-regoli msemmija hawn fuq għandhom għalhekk jibqgħu taħt l-ambitu tar-regolament bażiku. | |||||||||||||
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar emendi tar-rekwiżiti għad-dħul ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil fit-taqsima ewlenija tal-kotba tat-tnissil stabbiliti fil-Kapitolu I and II tal-Parti 1 tal-Anness II. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar emendi tal-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ annimali f’taqsimiet supplimentari ta’ kotba tat-tnissil stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 21 – titolu | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Aċċettazzjoni ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil għal tnissil |
Aċċettazzjoni għar-riproduzzjoni ta' annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom | ||||||||||||
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Soċjetajiet ġenealoġiċi m’għandhomx jeskludu għal raġunijiet żootekniċi jew ġenealoġiċi, minbarra dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 19, l-użu ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tagħhom għal tnissil bl-użu tat-tekniki ta’ riproduzzjoni li ġejjin: |
1. Is-soċjetajiet tat-tnissil m’għandhomx jeskludu għal raġunijiet żootekniċi jew ġenealoġiċi, minbarra dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikoli 19 u 27, l-użu ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tagħhom, jew il-prodotti ġerminali tagħhom, għal tnissil bl-użu tat-tekniki ta’ riproduzzjoni li ġejjin: | ||||||||||||
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) ġbir ta’ semen minn annimali għat-tnissil li jkun sarilhom, meta jkun japplika, kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27 jew kif stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 28(1); |
(c) il-ġbir ta’ semen minn annimali għat-tnissil li jkun sarilhom, meta meħtieġ mill-programm ta' tnissil, kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27; | ||||||||||||
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1a. B'deroga għall-paragrafu 1, soċjetà ta' tnissil li jkollha ktieb tat-tnissil ta' annimali għat-tnissil tar-razza pura tal-ispeċijiet ekwini jew bgħula, għall-bżonnijiet tal-programm ta' tnissil tagħha approvat mill-awtorità kompetenti, u bi qbil mal-Artikolu 8(1), jew biex tippreserva d-diversità ġenetika fi ħdan razza, tista' tillimita jew tipprojbixxi: | ||||||||||||
|
(a) l-ammissjoni għar-riproduzzjoni ta' annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom; | ||||||||||||
|
(b) l-użu ta' teknika waħda jew iktar ta' riproduzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 dwar l-annimali għat-tnissil ta' razza pura mniżżla fir-reġistru tat-tnissil. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-Artikolu 21(1) jimplika li l-inseminazzjoni artifiċjali tista' tiġi pprojbita biss għal ċerti kondizzjonijiet ta' kontroll tal-prestazzjoni u ta' valutazzjoni ġenetika. Fil-każ tal-annimali ekwini, ir-regolament irid jippermetti li s-soċjetajiet tat-tnissil jagħżlu liema metodi ta' riproduzzjoni jużaw fil-programmi ta' tnissil tagħhom. | |||||||||||||
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar kriterji għal: |
imħassar | ||||||||||||
(a) l-aċċettazzjoni minn soċjetajiet ġenealoġiċi ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil għal tnissil; |
| ||||||||||||
(b) il-ġbir u l-użu ta’ prodotti ġerminali ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil għal finijiet tat-tnissil. |
| ||||||||||||
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Soċjetajiet ġenealoġiċi għandhom jesiġu li anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina u annimali rġiel tat-tnissil ta’ razza pura ta’ razez tal-ħalib tal-ispeċi ovina u kaprina jkunu identifikati b’analiżi tal-grupp tad-demm tagħhom jew b’kull metodu ieħor adatt li jipprovdu mill-anqas l-istess grad ta’ ċertezza meta jintużaw għal: |
1. Is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom jesiġu li l-annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, ovini u kaprini u l-annimali għat-tnissil tar-razza ta' majjali puri jkunu identifikati b’analiżi tal-grupp tad-demm tagħhom, jew b'analiżi tad-DNA, bħal pereżempju analiżi tat-tip single nucleotide polymorphism (SNP), b'analiżi mikrosatellitari jew b’kull metodu ieħor adatt li jipprovdu mill-anqas l-istess grad ta’ ċertezza meta jintużaw għal: | ||||||||||||
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tqis l-avvanzi fil-metodi ta' identifikazzjoni abbażi tal-ħidma tal-ICAR u tal-ISAG (International Society of Animal Genetics). | ||||||||||||
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta tintalab minn Stat Membru jew minn assoċjazzjoni Ewropea ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi għall-annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi konċernata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti implimentattivi, tapprova metodi għall-kontroll tal-identità ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina u annimali rġiel tat-tnissil ta’ razza pura ta’ razez tal-ħalib tal-ispeċi ovina u kaprina li jipprovdu mill-anqas l-istess grad ta’ ċertezza bħall-analiżi tal-grupp tad-demm ta’ dawk l-anninali ta' razza pura għat-tnissil, billi jitqiesu avanzi tekniċi u r-rakkomandazzjonijiet taċ-ċentri ta’ referenza Ewropej imsemmija fl-Artikolu 31. |
2. Meta tintalab minn Stat Membru jew minn assoċjazzjoni Ewropea ta’ soċjetajiet tat-tnissil għall-annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi konċernata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti implimentattivi, tapprova metodi għall-kontroll tal-identità ta’ annimali għat-tnissil imsemmija fil-paragrafu 1 li jipprovdu mill-anqas l-istess grad ta’ ċertezza bħall-analiżi tal-grupp tad-demm ta’ dawk l-annimali ta' razza pura għat-tnissil, billi jitqiesu avanzi tekniċi u r-rakkomandazzjonijiet taċ-ċentri ta’ referenza Ewropej imsemmija fl-Artikolu 31. | ||||||||||||
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. F'każ ta' razez rari jew ipperikolati, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew is-soċjetajiet ta' tnissil jistgħu jipprojbixxu l-użu ta' annimal għat-tnissil ta' razza pura u l-prodotti ġerminali tiegħu f'każ fejn dan l-użu jipperikola t-titjib, id-differenzjar, il-preservazzjoni u d-diversità ġenetika ta' dik ir-razza. | ||||||||||||
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3a. B'deroga għall-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista', meta l-preservazzjoni jew id-diversità ġenetika ta' razza jagħmlu dan neċessarju u għal użu limitat fit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru, jawtorizzaw il-ġbir, l-ipproċessar u l-istokkjar tal-prodotti ġerminali ta' annimali għat-tnissil ta' razza pura għall-bżonnijiet tal-paragrafi 1 u 2 minn ċentru ta' ġbir u ta' produzzjoni ta' embrijuni mhux approvat uffiċjalment għall-finijiet ta' skambju ta' din il-merkanzija fl-Unjoni bi qbil mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, sakemm il-kundizzjonijiet sanitarji jippermettu l-użu ulterjuri tal-prodotti ġerminali fit-territorju nazzjonali. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għal raġunijiet loġistiċi, il-ġbir u l-istokkjar ta' prodotti ġerminali jistgħu jkunu meħtieġa mingħajr ma jkun possibbli li dawn iseħħu f'ċentru approvat uffiċjalment għall-iskambji fl-Unjoni. Dawn il-każijiet huma ristretti għal bżonnijiet ta' preservazzjoni jew ta' diversità ġenetika ta' razza, meta l-prodotti kkonċernati jintużaw fit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, u dan ifisser għalhekk li mhumiex maħsuba għall-iskambji u għalhekk ma jeħtiġux approvazzjoni. | |||||||||||||
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Fejn ikun meħtieġ għall-kummerċ, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’: |
imħassar | ||||||||||||
(a) anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina ta’ ċerti razez għal inseminazzjoni artifiċjali u fertilizzazzjoni in vitro ta’ ooċiti; |
| ||||||||||||
(b) anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina ta’ ċerti razez u l-prodotti ġerminali tagħhom għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika. |
| ||||||||||||
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar emendi tar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi f’reġistri ta’ razez stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness II. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) ġbir ta’ semen minn annimali għat-tnissil li jkun sarilhom, meta jkun japplika, kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27 jew kif stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 28(1); |
(c) il-ġbir u l-użu ta’ semen minn annimali għat-tnissil li jkun sarilhom kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu; | ||||||||||||
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar kriterji għal: |
imħassar | ||||||||||||
(a) l-aċċettazzjoni minn operazzjonijiet tat-tnissil ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi għal tnissil; |
| ||||||||||||
(b) il-ġbir u l-użu ta’ semen, ooċiti jew embrijuni ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi għal finijiet tat-tnissil. |
| ||||||||||||
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi għal inseminazzjoni artifiċjali u ttestjar. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 ikun jeħtieġlu kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika għall-klassifikazzjoni ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina f’kotba tat-tnissil u għall-aċċettazzjoni għal tnissil ta’ annimali rġiel tat-tnissil tal-ispeċi ekwina u s-semen tagħhom, soċjetajiet ġenealoġiċi għandhom jiżguraw li ttestjar bħal dan ta’ prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika jitwettqu skont ir-regoli li ġejjin stabbiliti fl-Anness I: |
2. Meta programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 ikun jeħtieġlu kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika għall-klassifikazzjoni ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina f’kotba tat-tnissil u għall-aċċettazzjoni għal tnissil ta’ annimali tat-tnissil tal-ispeċi ekwina u tal-bgħula, u l-prodotti ġerminali tagħhom, soċjetajiet tat-tnissil għandhom jiżguraw li ttestjar bħal dan ta’ prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika jitwettqu skont ir-regoli li ġejjin stabbiliti fl-Anness I, | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għandu jsir riferiment ekoll għall-bgħula. Mill-banda l-oħra, l-ittestjar tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika għall-aċċettazzjoni għat-tnissil għandhom ikunu possibilità wkoll għall-annimali tat-tnissil nisa. Dan il-mod ta' tnissil huwa ta' importanza fundamentali għal ċerti soċjetajiet ta' tnissil. | |||||||||||||
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar ir-regoli għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika, u meta jkun meħtieġ temenda l-Anness III, biex tqis: |
imħassar | ||||||||||||
(a) avanzi xjentifiċi; |
| ||||||||||||
(b) żviluppi tekniċi; |
| ||||||||||||
(c) il-funzjonament tas-suq intern; or |
| ||||||||||||
(d) il-ħtiġijiet għall-ħarsien ta’ riżorsi ġenetiċi ta’ siwi. |
| ||||||||||||
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meqjusa l-opinjoni tal-espert indipendenti msemmija fl-Artikolu 13(1)(a), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att implimentattiv, tistabbilixxi regoli uniformi għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjonijiet ġenetiċi u għall-interpretazzjoni tar-riżultati tagħhom. |
2. Meqjusa l-opinjoni tal-espert indipendenti msemmija fl-Artikolu 13(1)(a), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att implimentattiv, tistabbilixxi regoli uniformi għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjonijiet ġenetiċi, għall-ispeċijiet oħra minbarra dawk ekwini u majjali, u għall-interpretazzjoni tar-riżultati tagħhom, abbażi tal-ħidma tal-ICAR. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għall-ekwini, il-kontroll tal-prestazzjoni u l-valutazzjoni ġenetika jiddependu minn kull ktieb tat-tnissil u mill-objettivi tat-tnissil assoċjati. Dawn l-objettivi huma varjabbli, u għalhekk mhijiex adegwata l-uniformizzazzjoni tar-regoli. Għall-majjali, l-uniformizzazzjoni ukoll mhijiex rakkomandabbli minħabba li l-kontroll tal-prestazzjoni u l-valutazzjoni ġenetika huma elementi strateġiċi essenzjali għall-kompetittività tas-soċjetajiet u l-operazzjonijiet ta' tnissil. | |||||||||||||
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil għandhom, fejn ikun meħtieġ biex iwettqu l-programm tat-tnissil tagħhom approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9, jinnominaw l-istituzzjoni li tagħmel il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika ta’ annimali għat-tnissil msemmijin fl-Artikolu 27. |
1. Meta l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom jiġu aċċettati għat-tnissil, u meta t-testijiet tal-prestazzjoni u l-attivitajiet ta' evalwazzjoni ġenetika jkunu meħtieġa biex jitwettqu l-programmi ta' tnissil tagħhom approvati bi qbil mal-Artikolu 8(1) u 9, is-soċjetajiet tat-tnissil u operazzjonijiet tat-tnissil għandhom: | ||||||||||||
|
(a) iwettqu huma stess dawn l-attivitajiet; jew | ||||||||||||
|
(b) jaħtru soċjetà terza li lilha jiġu delegati dawn l-attivitajiet. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stipulati għat-twettiq ta' testijiet tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika qabel ma jiġu aċċettati għat-tnissil l-annimali tat-tnissil (kemm nisa kif ukoll irġiel, skont il-każ għal xi razez fi ħdan il-familja ekwina). | |||||||||||||
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-istituzzjonijiet msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jew: |
2. Is-soċjetajiet u operazzjonijiet ta' tnissil li jiddelegaw l-attivitajiet ta' kontroll tal-prestazzjoni u ta' evalwazzjoni ġenetika lil partijiet terzi maħtura bi qbil mal-paragrafu 1(b), għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2). | ||||||||||||
|
Il-partijiet terzi maħtura skont il-paragrafu 1b għandhom: | ||||||||||||
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) joperaw bħala unitajiet speċjalizzati taħt ir-responsabbiltà ta’ soċjetà tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil; jew |
(a) jaħdmu bħala unitajiet speċjalizzati taħt ir-responsabilità ta' soċjetà jew operazzjoni ta' tnissil, sakemm ikun hemm rikonoxximent miċ-ċentru ta' referenza tal-Unjoni Ewropea maħtur skont l-Artikolu 31 jew ċertifikazzjoni skont l-istandard ISO minn entità indipendenti, jew | ||||||||||||
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) ikunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti li tkun approvat il-programm tat-tnissil. |
(b) ikunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti li tkun approvat il-programm tat-tnissil, sakemm jiġu rispettat l-Anness III. | ||||||||||||
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 30 – titolu | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Obbligi ta’ istituzzjonijiet nominati skont l-Artikolu 29(1) |
Obbligi ta' soċjetajiet u operazzjonijiet ta' tnissil u ta' istituzzjonijiet terzi li jwettqu l-kontrolli tal-prestazzjoni jew il-valutazzjoni ġenetika | ||||||||||||
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Istituzzjonijiet nominati minn soċjetajiet ġenealoġiċi jew minn operazzjonijiet tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 29(1) għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja meta tintalab mill-awtorità kompetenti: |
1. Is-soċjetajiet u operazzjonijiet ta' tnissil li jwettqu attivitajiet ta' kontroll tal-prestazzjoni jew valutazzjoni ġenetika kif previst fl-Artikolu 29(1)(a) jew is-soċjetajiet terzi msemmija fl-Artikolu 29(1)(b) għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja meta tintalab mill-awtorità kompetenti: | ||||||||||||
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) l-identità tas-soċjetà tat-tnissil li tinnomina jew tal-operazzjoni tat-tnissil u tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 29(2)(b); |
(b) fil-każ ta' soċjetajiet u operazzjonijiet ta' tnissil li ddelegaw dawn l-attivitajiet lil istituzzjonijiet terzi kif previst fl-Artikolu 29(1)(b), l-identità ta' din l-istituzzjoni; | ||||||||||||
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-istituzzjonijiet nominati minn soċjetajiet ġenealoġiċi jew minn operazzjonijiet tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 29(1) għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament u jżommu aġġornati r-riżultati tal-evalwazzjoni ġenetika ta’ annimali għat-tnissil li s-semen tagħhom jintuża għal inseminazzjoni artifiċjali. |
2. Is-soċjetajiet u l-operazzjonijiet ta' tnissil li jwettqu attivitajiet ta' kontroll tal-prestazzjoni jew valutazzjoni ġenetika u l-istituzzjonijiet terzi nominati minn soċjetajiet jew minn operazzjonijiet tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 29(1)(b) għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament u jżommu aġġornati r-riżultati tal-valutazzjoni ġenetika ta’ annimali għat-tnissil li s-semen tagħhom jintuża għal inseminazzjoni artifiċjali. | ||||||||||||
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Il-partijiet terzi maħtura bi qbil mal-Artikolu 29(1)(b), għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1 lis-soċjetajiet u operazzjoni ta' tnissil li ħatruhom. | ||||||||||||
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2b. Jekk, wara li jaraw l-informazzjoni trażmessa bi qbil mal-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jikkonstataw li l-kontrolli tal-prestazzjonijiet jew il-valutazzjoni ġenetika ma twettqux bi qbil mal-prinċipji żootekniċi rikonoxxuti, huma jistgħu jissospendu l-programm ta' tnissil approvat. Dik is-sospensjoni tieqaf wara l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet korrettivi mis-soċjetà ta' tnissil, l-operazzjoni ta' tnissil jew partijiet terzi bi qbil mal-Artikolu 29(1)(b). | ||||||||||||
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 31 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 31 |
imħassar | ||||||||||||
Nomina ta’ ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea |
| ||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tinnomina ċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea responsabbli għall-kollaborazzjoni ma’ soċjetajiet ġenealoġiċi biex jagħmel uniformi l-metodi għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina. |
| ||||||||||||
Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). |
| ||||||||||||
2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti implimentattivi, tinnomina ċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea responsabbli għall-armonizzazzjoni tal-metodi għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi minbarra dik tal-ispeċi bovina. |
| ||||||||||||
Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). |
| ||||||||||||
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil li jagħmlu kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika skont il-programm tat-tnissil tagħhom approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 għandhom jiddikjaraw fiċ-ċertifikat żootekniku maħruġ għal annimal tat-tnissil jew għall-prodotti ġerminali tiegħu: |
2. Soċjetajiet tat-tnissil u operazzjonijiet tat-tnissil li jagħmlu kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika skont il-programm tat-tnissil tagħhom approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9, jew li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-riżultati tat-testijiet tal-prestazzjoni u/jew l-evalwazzjoni ġenetika mwettqa minn istituzzjoni awtorizzata bi qbil mal-punt (b) tal-Artikolu 29(2), għandhom jiddikjaraw fiċ-ċertifikat żootekniku maħruġ għal annimal tat-tnissil jew għall-prodotti ġerminali tiegħu il-karatteristiċi ewlenija ta' produzzjoni tiegħu u kwalunkwe karatteristika ġenetika u difett ġenetiku fl-annimal innifsu jew fil-ġenituri tiegħu jew il-ġenituri tagħhom, bi qbil mal-programm ta' tnissil. | ||||||||||||
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar l-informazzjoni meħtieġa skont l-paragrafu 1(a) u fejn ikun meħtieġ l-emendi għall-kontenut ta’ ċertifikati żootekniċi msemmijin fl-Anness V; |
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 biex, fejn ikun meħtieġ, temenda l-kontenut ta’ ċertifikati żootekniċi msemmijin fl-Anness V, sabiex jitqiesu: | ||||||||||||
|
(a) progressi xjentifiċi; | ||||||||||||
|
(b) żviluppi tekniċi; | ||||||||||||
|
(c) il-funzjonament tas-suq intern; | ||||||||||||
|
(d) il-bżonn li jiġu protetti r-riżorsi ġenetiċi | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-att delegat għandu jiġi ppreċiżat. | |||||||||||||
Emenda 113 Proposta għal regolament Kapitolu VI | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
KAPITOLU VI |
imħassar | ||||||||||||
Regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għal kummerċ f’annimali għat-tnissil ta’ speċi oħra |
| ||||||||||||
Artikolu 35 |
| ||||||||||||
Setgħa delegata u implimentattiva dwar ir-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għal kummerċ f’anninali ta' razza pura għat-tnissil msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii) u l-prodotti ġerminali tagħhom; |
| ||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar ir-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għal kummerċ f’anninali ta' razza pura għat-tnissil msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii) u l-prodotti ġerminali tagħhom meta dan ikun meħtieġ għall-funzjonament tas-suq intern jew għall-ħarsien ta’ riżorsi ġenetiċi ta’ siwi, fir-rigward ta’: |
| ||||||||||||
(a) ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi; |
| ||||||||||||
(b) l-approvazzjoni ta’ programmi tat-tnissil; |
| ||||||||||||
(c) il-kondizzjonijiet għad-dħul ta’ dawk l-anninali ta' razza pura għat-tnissil f’kotba tat-tnissil; |
| ||||||||||||
(d) l-aċċettazzjoni ta’ dawk l-anninali ta' razza pura għat-tnissil għat-tnissil, l-inseminazzjoni artifiċjali u l-ġbir u l-użu tal-prodotti ġerminali tagħhom minn soċjetajiet ġenealoġiċi; |
| ||||||||||||
(e) il-metodi għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika ta’ dawk l-annimali ekwini ta’ razza pura; |
| ||||||||||||
(f) l-informazzjoni li għandha tkun f’ċertifikati żootekniċi li għandhom ikunu ma’ dawk l-anninali ta' razza pura għat-tnissil. |
| ||||||||||||
2. Sakemm il-Kummissjoni tkun adottat l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tfassal formuli mudell ta’ ċertifikati żootekniċi msemmija fil-paragrafu 1(f) ta’ dan l-Artikolu għal anninali ta' razza pura għat-tnissil msemmijin fl-Artikolu 2(i)(iii) u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom. |
| ||||||||||||
Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). |
| ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Speċijiet oħra jistgħu jiġu mdaħħla f'dan ir-Regolament unikament permezz tal-kodeċiżjoni. | |||||||||||||
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) iħares il-kriterji għall-elenkar ta’ korpi tat-tnissil imsemmijin fl-Artikolu 37; |
(a) iħares il-kriterji għall-elenkar ta’ korpi tat-tnissil imsemmijin fl-Artikolu 37 u l-istandards kwalitattivi Ewropej kollha; | ||||||||||||
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta’ korpi tat-tnissil imsemmijin fl-Artikolu 4 jew stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 35(1); |
(a) ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta’ operazzjonijiet tat-tnissil imsemmijin fl-Artikolu 4 u l-kontrolli uffiċjali previsti fl-Artikolu 46; | ||||||||||||
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) l-approvazzjoni tal-programmi tat-tnissil tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 8(1) jew stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 35(1); |
(b) l-approvazzjoni tal-programmi tat-tnissil tas-soċjetajiet u operazzjonijiet ta' tnissil imsemmijin fl-Artikolu 8(1); | ||||||||||||
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) id-dħul ta’ annimali għat-tnissil f’kotba tat-tnissil u f’reġistri ta’ razez msemmijin fl-Artikoli 19 u 24 jew stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 35(1); |
(c) id-dħul ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil f’kotba tat-tnissil jew ir-reġistrazzjoni ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi f’reġistri żootekniċi bi qbil mal-Artikoli 19 u 24; | ||||||||||||
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(d) l-aċċettazzjoni ta’ annimali għat-tnissil għal tnissil imsemmi fl-Artikoli 21 u 25 jew stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 35(1); |
(d) l-aċċettazzjoni ta’ annimali għat-tnissil għal tnissil bi qbil mal-Artikoli 21 u 25; | ||||||||||||
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt e | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(e) l-użu ta’ semen għal ittestjar imsemmi fl-Artikolu 23(1) jew stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 35(1) ; |
(e) l-użu ta’ prodotti ġerminali għat-tnissil skont l-Artikolu 23(1); | ||||||||||||
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt f | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(f) l-użu ta’ semen għal ittestjar imsemmi fl-Artikolu 23(2) jew stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 35(1); |
(f) l-użu ta’ semen għal finijiet ta' kontroll skont l-Artikolu 23(2); | ||||||||||||
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt g | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(g) il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika msemmijin fl-Artikolu 27 jew stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 35(1). |
(g) il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika msemmijin fl-Artikolu 27. | ||||||||||||
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ca) id-dokument li jakkumpanja l-gruppi ta' semen, ooċiti u embrijuni msemmija fil-punti (b) u (c) għandu jkun fih ukoll id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni ġenetika. | ||||||||||||
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar ir-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom biex tqis il-qagħda żooteknika speċifika f’pajjiż terz ta’ oriġini ta’ annimal tat-tnissil. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 124 Proposta għal regolament Kapitolu VIII | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
KAPITOLU VIII |
imħassar | ||||||||||||
Kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil ta’ speċi oħra |
| ||||||||||||
Artikolu 45 |
| ||||||||||||
Setgħa delegata dwar ir-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii) u l-prodotti ġerminali tagħhom |
| ||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar regoli speċifiċi għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii) u l-prodotti ġerminali tagħhom meta dan ikun meħtieġ għall-funzjonament tas-suq intern jew għall-ħarsien ta’ riżorsi ġenetiċi ta’ siwi, fir-rigward ta’: |
| ||||||||||||
(a) l-elenkar ta’ korpi tat-tnissil; |
| ||||||||||||
(b) il-kondizzjonijiet għad-dħul ta’ dawk l-annimali ekwini ta’ razza pura f’kotba tat-tnissil stabbiliti minn soċjetajiet ġenealoġiċi; |
| ||||||||||||
(c) l-aċċettazzjoni ta’ dawk l-anninali ta' razza pura għat-tnissil għat-tnissil, l-inseminazzjoni artifiċjali u l-ġbir u l-użu tal-prodotti ġerminali tagħhom minn soċjetajiet ġenealoġiċi; |
| ||||||||||||
(d) il-metodi għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika ta’ dawk l-annimali ekwini ta’ razza pura; |
| ||||||||||||
(e) l-informazzjoni ewlenija li għandha tkun fiċ-ċertifikat żootekniku li għandu jkun ma’ dawk l-anninali ta' razza pura għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom. |
| ||||||||||||
2. Sakemm il-Kummissjoni tkun adottat l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tfassal formuli mudell ta’ ċertifikati żootekniċi msemmija fil-paragrafu 1(f) għal anninali ta' razza pura għat-tnissil msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii) u għas-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom. |
| ||||||||||||
Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). |
| ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Speċijiet oħra jistgħu jiġu mdaħħla f'dan ir-Regolament unikament permezz tal-kodeċiżjoni. | |||||||||||||
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(d) kull informazzjoni li tista’ tindika nuqqas ta’ konformità. |
(d) kull informazzjoni li tista’ tindika nuqqas ta’ konformità fir-rigward tar-regoli żootekniċi u tat-tnissil stabbiliti f'dan ir-Regolament. | ||||||||||||
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Kontrolli uffiċjali magħmulin qabel ma ċerti annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom jitqiegħdu fis-suq minħabba l-ħruġ taċ-ċertifikati uffiċjali jew attestazzjonijiet uffiċjali meħtieġa mir-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament bħala kondizzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-annimali għat-tnissil jew tal-prodotti ġerminali tagħhom għandhom isiru skont: |
imħassar | ||||||||||||
(a) ir-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament; |
| ||||||||||||
(b) l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 35 u 45. |
| ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Dan ir-Regolament ma jsemmix kontrolli uffiċjali mwettqa fid-dawl tal-għoti ta' ċertifikati żootekniċi. Din l-attività hija fdata f'idejn is-soċjetajiet tat-tnissil. | |||||||||||||
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. L-awtorità kompetenti tista’ tippubblika jew xort’oħra tagħmel disponibbli pubblikament informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil, kull waħda għaliha, abbażi tar-riżultati ta’ kontrolli uffiċjali, bil-kondizzjoni li jitħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin: |
imħassar | ||||||||||||
(a) il-kriterji ta’ klassifikazzjoni jkun oġġettivi, trasparenti u disponibbli pubblikament; |
| ||||||||||||
(b) ikun hemm arranġamenti xierqa biex ikunu żgurati l-konsistenza u t-trasparenza tal-proċess ta’ klassifikazzjoni. |
| ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Is-soċjetajiet ta' tnissil mgħandhomx ikunu soġġetti għal klassifikazzjoni mill-awtorità kompetenti. Huma diġà huma meħtieġa jissodisfaw regoli stretti biex jiġu approvati. | |||||||||||||
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt b – punt i | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(i) il-postijiet, l-uffiċċji u t-tagħmir ta’ nissiela, soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil; |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) eżami ta’ dokumenti u rekords oħra li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament; |
(c) eżami ta’ dokumenti , rekords ta’ traċċabilità u rekords oħra li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament; | ||||||||||||
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 51 – titolu | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Obbligi ta’ nissiela, soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil |
Obbligi ta’ nissiela, soċjetajiet u operazzjonijiet tat-tnissil li huma soġġetti għal kontroll uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn | ||||||||||||
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) postijiet, uffiċċji u tagħmir; |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 52 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 52 |
imħassar | ||||||||||||
Setgħa delegata dwar regoli speċifiċi ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ azzjoni li għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti b’rabta ma’ annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom |
| ||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar regoli: |
| ||||||||||||
(a) biex isiru kontrolli uffiċjali fuq annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom għall-verifika tal-konformità mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament; |
| ||||||||||||
(b) dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti meqjusin ir-riżultati miksubin wara li jkunu saru kontrolli uffiċjali. |
| ||||||||||||
2. L-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw: |
| ||||||||||||
(a) ir-responsabbiltajiet u l-kompiti speċifiċi tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ dawk imsemmijin fl-Artikoli 46 sa 50; |
| ||||||||||||
(b) il-każijiet fejn l-awtorità kompetenti, b’rabta ma’ każijiet speċifiċi ta’ nuqqas ta’ konformità, għandha tieħu waħda mill-miżuri jew aktar imsemmijin f’atti implimentattivi adottati skont l-Artikolu 66(1) jew miżuri addizzjonali ma’ dawk imsemmijin f’dak l-Artikolu. |
| ||||||||||||
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-assistenza amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, fejn ikun xieraq, parteċipazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru f’kontrolli uffiċjali fuq il-post li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor iwettqu. |
2. L-assistenza amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, fejn ikun meħtieġ, parteċipazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru f’kontrolli uffiċjali fuq il-post li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor iwettqu. | ||||||||||||
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Meta l-awtorità kompetenti tqis li tkun teħtieġ informazzjoni mingħand awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex isiru jew biex ikun hemm segwitu effettiv għal kontrolli uffiċjali, hija għandha tissottometti talba motivata lil dik l-awtorità kompetenti. |
1. Meta l-awtorità kompetenti tqis li tkun teħtieġ informazzjoni mingħand awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex isiru jew biex ikun hemm segwitu effettiv għal kontrolli uffiċjali, hija għandha tissottometti talba motivata lil dik l-awtorità kompetenti. Din l-awtorità għandu l-obbligu li tgħin. | ||||||||||||
L-awtoritajiet kompetenti nnotifikati għandhom, mingħajr dewmien: |
| ||||||||||||
(a) tikkonferma r-riċevuta tat-talba motivata u tindika ż-żmien meħtieġ biex tingħata l-informazzjoni mitluba; |
| ||||||||||||
(b) tagħmel kontrolli uffiċjali jew investigazzjonijiet meħtieġa biex |
| ||||||||||||
(i) tagħti lill-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba l-informazzjoni kollha meħtieġa u d-dokumenti oriġinali jew kopji ċċertifikati tagħhom; |
| ||||||||||||
ii) tivverifika, meta jkun meħtieġ fuq il-post, il-konformità mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament fil-ġurisdizzjoni tagħhom. |
| ||||||||||||
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba u dik mitluba jistgħu jaqblu li uffiċjali nominati minn tal-ewwel ikunu preżenti matul il-kontrolli uffiċjali msemmijin fil-paragrafu 1(b)(i). |
2. L-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba u dik mitluba jistgħu jaqblu li uffiċjali nominati minn tal-ewwel ikunu preżenti matul il-kontrolli uffiċjali msemmijin fil-paragrafu 1. | ||||||||||||
F’każijiet bħal dawn l-uffiċjali tal-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba: |
| ||||||||||||
(a) għandhom f’kull żmien ikunu jistgħu jipproduċu awtorità bil-miktub li turi l-identità u l-kapaċità uffiċjali tagħhom; |
| ||||||||||||
(b) ikollhom aċċess għall-istess bini u għall-istess dokumenti bħall-uffiċjal preżenti tal-awtorità kompetenti mitluba bl-uniku għan tal-kontrolli uffiċjali li jkunu qed isiru; |
| ||||||||||||
(c) m’għandhomx, minn rajhom, jeżerċitaw is-setgħat li jagħmlu kontrolli uffiċjali mogħtijin lil uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti mitluba. |
| ||||||||||||
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-awtorità kompetenti notifikata skont il-paragrafu 1 għandha: |
imħassar | ||||||||||||
(a) tikkonferma r-riċevuta tan-notifika mingħajr dewmien; |
| ||||||||||||
(b) tindika fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-irċevuta tan-notifika: |
| ||||||||||||
(i) l-investigazzjonijiet li jkun fi ħsiebha tagħmel dwar il-każ ta’ nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 1; jew |
| ||||||||||||
(ii) ir-raġunijiet għaliex tqis li ma jkunux meħtieġa investigazzjonijiet. |
| ||||||||||||
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-awtoritajiet kompetenti notifikati skont il-paragrafu 1 għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn: |
imħassar | ||||||||||||
(a) jikkonfermaw ir-riċevuta tan-notifika u jindikaw liema investigazzjonijiet huma jkun biħsiebhom jagħmlu dwar il-każ ta’ nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1; |
| ||||||||||||
(b) jinvestigaw il-ħaġa, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jgħarrfu lill-awtorità kompetenti li tkun għamlet in-notifika bin-natura tal-investigazzjonijiet u tal-kontrolli uffiċjali magħmulin minnhom, bid-deċiżjonijiet meħudin u bir-raġunijiet għal deċiżjonijiet bħal dawn. |
| ||||||||||||
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Jekk l-awtorità kompetenti li tkun għamlet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ikollha raġuni biex temmen li l-investigazzjonijiet magħmulin jew li l-miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti notifikati skont il-paragrafu 2 ma jindirizzawx b’mod adegwat il-każ ta’ nuqqas ta’ konformità stabbilit, hija għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti notifikati biex jagħmlu kontrolli uffiċjali jew miżuri addizzjonali. |
imħassar | ||||||||||||
F’każijiet bħal dawn: |
| ||||||||||||
(a) l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Stati Membri għandhom jaraw x’modi u x’mezzi jkun hemm biex jinstab approċċ miftiehem bil-għan li jkun indirizzat kif jixraq il-każ ta’ nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż permezz ta’ kontrolli uffiċjali konġunti fuq il-post magħmulin skont l-Artikoli 53(2) u 54(2); |
| ||||||||||||
(b) huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bla bżonn meta ma jkunux jistgħu jaqblu dwar miżuri xierqa. |
| ||||||||||||
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni tindika li attivitajiet li jkunu, jew li jidhru li jkunu, ta’ nuqqas ta’ konformità: |
(a) informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni tindika li attivitajiet li jkunu, jew li jidhru li jkunu, ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli żootekniċi u tat-tnissil previsti f'dan ir-Regolament: | ||||||||||||
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) jagħmlu kull investigazzjoni ulterjuri meħtieġa biex tkun iddeterminata l-oriġini ta’ u kemm ikun in-nuqqas ta’ konformità u biex jistabbilixxu r-responsabbiltajiet ta’ nissiela, soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil; |
(a) jagħmlu kull kontroll uffiċjali jew investigazzjoni ulterjuri meħtieġa biex tkun iddeterminata l-oriġini ta’ u kemm ikun in-nuqqas ta’ konformità u biex jistabbilixxu r-responsabbiltajiet ta’ nissiela, soċjetajiet u operazzjonijiet tat-tnissil; | ||||||||||||
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta jaġixxu skont il-paragrafu 1, awtoritajiet kompetenti għandhom, skont il-każ: |
2. Meta jaġixxu skont il-paragrafu 1, awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha li jqisu bħala xierqa biex jiżguraw ir-rispett tar-regoli żootekniċi u tat-tnissil ta' dan ir-Regolament. | ||||||||||||
(a) jipposponu d-dħul f’kotba tat-tnissil ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil jew ir-reġistrazzjoni f’reġistri ta’ razez ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi; |
| ||||||||||||
(b) jordnaw it-tibdil fl-istatus tal-annimali jew tal-prodotti ġerminali tagħhom kif maħsubin għat-tnissil skont dan ir-Regolament jew li tingħata informazzjoni korrettiva lin-nissiela; |
| ||||||||||||
(c) jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kummerċ fl-annimali u l-prodotti ġerminali bħala annimali għat-tnissil jew prodotti ġerminali definiti fl-Artikolu 2 jew l-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni jew l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew jipprojbixxuhom jew jordnaw li jiġu rritornati lejn l-Istat Membru mnejn intbagħtu; |
| ||||||||||||
(d) jordnaw li n-nissiel, is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil iżidu l-frekwenza tal-kontrolli tagħhom stess; |
| ||||||||||||
(e) jordnaw li ċerti attivitajiet tan-nissiel, tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil konċernati jkunu soġġetti għal aktar kontrolli jew għal kontrolli sistematiċi; |
| ||||||||||||
(f) jordnaw li għal perjodu ta’ żmien xieraq jieqfu l-attivitajiet kollha jew parti minnhom tan-nissiel, tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil konċernati u, fejn ikun rilevanti, tas-siti tal-Internet li huma joperaw jew jużaw, u jissospendu l-approvazzjoni ta’ programm tat-tnissil magħmul minn soċjetà tat-tnissil jew minn operazzjoni tat-tnissil, meta dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil ripetutament, kontinwament jew ġeneralment jonqsu milli jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9; |
| ||||||||||||
(g) jordnaw li jkun irtirat ir-rikonoxximent tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil mogħti skont l-Artikolu 4(2), jekk il-prattika amministrattiva ta’ dik is-soċjetà tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil tindika li huma ripetutament, kontinwament jew ġeneralment jonqsu milli jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(2)(c); |
| ||||||||||||
(h) jieħdu kull miżura oħra li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa biex jiżguraw konformità mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament. |
| ||||||||||||
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Biex jassistu lill-Kummissjoni tagħmel il-kontrolli tal-Kummissjoni msemmijin fl-Artikolu 63(1), l-Istati Membri għandhom: |
1. Biex jassistu lill-Kummissjoni tagħmel il-kontrolli tal-Kummissjoni msemmijin fl-Artikolu 63(1), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-għajnuna teknika kollha meħtieġa kif ukoll kull dokumentazzjoni u kull mezz tekniku ieħor mitlub mill-esperti tal-Kummissjoni biex jitwettqu kontrolli b'mod effikaċi u effiċjenti; | ||||||||||||
(a) jagħtu l-assistenza, id-dokumentazzjoni u l-għajnuna teknika oħra meħtieġa li jitolbu l-esperti tal-Kummissjoni biex ikunu jistgħu jagħmlu l-kontrolli tal-Kummissjoni b’mod effiċjenti u effettiv; |
| ||||||||||||
(b) jiżguraw li l-esperti tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-postijiet kollha jew għal partijiet ta’ postijiet u għall-informazzjoni, inklużi s-sistemi tal- informatika, meħtieġa biex isiru l-kontrolli tal-Kummissjoni. |
| ||||||||||||
(Il-punt ġie integrat fil-parti introduttorja b'emenda, u l-punt b ġie mħassar) | |||||||||||||
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 2 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati biss wara li l-Istat Membru konċernat ikun naqas li jsewwi l-qagħda meta jintalab u fit-terminu ta’ żmien iffissat mill-Kummissjoni. |
2. Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati biss wara li l-Istat Membru konċernat ikun naqas li jsewwi l-qagħda meta jintalab mill-Kummissjoni u fit-terminu ta’ żmien adegwat iffissat minnha. | ||||||||||||
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 67 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) jivverifikaw li r-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi dwar annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom imsemmijin fil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz jagħtu garanziji ekwivalenti għal dawk mogħtija fl-Unjoni b’dan ir-Regolament; |
(a) jivverifikaw ir-rispett jew l-ekwivalenza tal-leġiżlazzjoni u tas-sistemi ta' dawn il-pajjiżi terzi meta mqabbla mar-regoli żootekniċi u tat-tnissil previsti fl-Unjoni b'dan ir-Regolament; | ||||||||||||
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 67 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) jivverifikaw li s-sistema ta’ kontroll li jkun hemm fil-pajjiż terz konċernat tkun tista’ tiżgura li konsenji ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom esportati għall-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti fil-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament; |
(b) jivverifikaw il-kapaċità tas-sistema ta’ kontroll li jkun hemm fil-pajjiż terz li tiżgura li konsenji ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom esportati għall-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti fil-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament; | ||||||||||||
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 67 – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) jiġbru informazzjoni biex jiċċaraw il-kawżi ta’ każijiet li jseħħu sikwit fejn annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom importati fl-Unjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti żootekniċi u ġenealoġiċi għall-importazzjoni fl-Unjoni li l-konformità tagħhom ma kinitx ġiet ċertifikata kif suppost. |
(c) jiġbru informazzjoni u data biex jiċċaraw il-kawżi ta’ każijiet li jseħħu sikwit jew li seħħew għall-ewwel darba fejn annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom importati fl-Unjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti żootekniċi u tat-tnissil għall-importazzjoni fl-Unjoni li l-konformità tagħhom ma kinitx ġiet ċertifikata kif suppost. | ||||||||||||
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 67 – paragrafu 2 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) l-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, is-setgħat u l-indipendenza tagħha, is-superviżjoni li għaliha tkun soġġetta u l-awtorità li jkollha biex tinforza l-leġiżlazzjoni msemmija fil-punt (a) b’mod effettiv; |
(b) l-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, is-setgħat u l-indipendenza tagħha, is-superviżjoni li għaliha tkun soġġetta u l-awtorità li jkollha biex tinforza l-leġiżlazzjoni adegwata; | ||||||||||||
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 67 – paragrafu 2 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) it-taħriġ tal-persunal fit-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali; |
(c) it-taħriġ tal-persunal mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fit-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali; | ||||||||||||
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 67 – paragrafu 2 – punt f | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(f) kemm ikun hemm kontrolli uffiċjali u l-operazzjoni tagħhom magħmulin fuq annimali għat-tnissil u fuq il-prodotti ġerminali tagħhom li jaslu minn pajjiżi terzi oħra; |
(f) kemm ikun hemm kontrolli uffiċjali u l-operazzjoni tagħhom magħmulin fuq annimali għat-tnissil u fuq il-prodotti ġerminali tagħhom li jaslu minn pajjiżi terzi oħra mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawn il-pajjiżi terzi; | ||||||||||||
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 68 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Il-frekwenza ta’ kontrolli tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi għandha tkun iddeterminata abbażi ta’: |
1. Il-frekwenza ta’ kontrolli tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 67(1) għandha tkun iddeterminata abbażi ta’: | ||||||||||||
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(da) kull informazzjoni oħra meqjusa bħala xierqa. | ||||||||||||
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Meta jkun hemm evidenza li jkun qed iseħħ nuqqas gravi mifrux ħafna ta’ konformità mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tadotta l-miżuri speċjali meħtieġa biex twaqqaf nuqqas ta’ konformità bħal dan. |
1. Meta jkun hemm evidenza li jkun qed iseħħ nuqqas gravi ta’ konformità mar-regoli żootekniċi u tat-tnissil imsemmijin f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tadotta l-miżuri speċjali meħtieġa biex twaqqaf nuqqas ta’ konformità bħal dan. | ||||||||||||
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 2 – punt b – punt ii | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(ii) ikollhom magħhom ċertifikat uffiċjali jew kull evidenza oħra li tiddikjara li l-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament jew fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 45(1); |
(ii) ikollhom magħhom ċertifikat uffiċjali jew kull evidenza oħra li tiddikjara li l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament; | ||||||||||||
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 8(3), 17(4), 19(4), 20(2), 21(2), 23(4), 24(2), 28(1), 32(2), 33(3), 39(2) u 52(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ta’ delega msemmija fl-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 33(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. | ||||||||||||
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(3), 8(3), 17(4), 19(4), 20(2), 21(2), 23(4), 24(2), 28(1), 32(2), 33(3), 39(2) u 52(1) tista’ tkun irrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea jew f’data wara speċifikata fih. Hija m’għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 32(2) u l-Artikolu 33(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea jew f’data wara speċifikata fih. Hija m’għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. | ||||||||||||
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(3), 8(3), 17(4), 19(4), 20(2), 21(2), 23(4), 24(2), 28(1), 32(2), 33(3), 35(1) u 39(2) u skont l-Artikoli 45(1) u 52(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jista’ jkun estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 33(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jista’ jkun estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | ||||||||||||
Emenda 157 Proposta għal regolament Anness I – Parti 1 – titolu | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Rekwiżiti ġenerali għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) |
Rekwiżiti ġenerali għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b) | ||||||||||||
|
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.) | ||||||||||||
Emenda 158 Proposta għal regolament Anness I – Parti 1 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. tkun legalment u finanzjarjament indipendenti mill-awtorità kompetenti; |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din id-dispożizzjoni ma tikkorrispondix għar-realtà ta' ċerti soċjetajiet tat-tnissil li l-eżistenza tagħhom stess tkun kompromessa. | |||||||||||||
Emenda 159 Proposta għal regolament Anness I – Parti 1 – paragrafu 3 – punt d | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(d) tista’ tiġġenera u tuża d-dejta ta’ prestazzjoni tal-bhejjem ta’ annimali għat-tnissil neċessarja għall-programm tat-tnissil tagħha, li għandu jkun approvat skont l-Artikolu 8(1) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 9; |
(d) tista’, b'mod dirett jew indirett, tiġġenera u tuża d-data ta’ prestazzjoni tal-bhejjem ta’ annimali għat-tnissil neċessarja għall-programm tat-tnissil tagħha, li għandu jkun approvat skont l-Artikolu 8(1) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 9; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għandu jitfakkar li s-soċjetajiet u l-operazzjonijiet tat-tnissil jistgħu jiddelegaw parti mill-attivitajiet tagħhom. | |||||||||||||
Emenda 160 Proposta għal regolament Anness I – Parti 1 – paragrafu 3 – punt e – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(e) f’każ fejn is-soċjetà tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil, ħlief l-impriżi privati, tkun stabbiliet regoli ta’ proċedura li jipprevedu: |
(e) F'każ fejn sistema ta' sħubija tkun prevista f''soċjetà jew operazzjoni tat-tnissil, din is-sistema tistabbilixxi regoli ta' proċedura li b'mod partikolari jipprevedu: | ||||||||||||
Emenda 161 Proposta għal regolament Anness I – Parti 1 – paragrafu 3 – punt f | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(f) tkun adottat regoli ta’ proċedura għal soluzzjoni ta’ tilwim ma’ nissiela li jinqala’ mill-kontroll tal-prestazzjoni u mill-evalwazzjoni ġenetika ta’ annimali għat-tnissil, mid-dħul fi klassijiet skont merti u l-aċċettazzjoni għal tnissil u ġbir u użu ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali għat-tnissil. |
(f) tkun adottat regoli ta’ proċedura għal soluzzjoni ta’ tilwim ma’ nissiela u li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tan-nissiela parteċipanti fil-programm ta' tnissil tas-soċjetà ta' tnissil jew operazzjoni ta' tnissil. | ||||||||||||
Emenda 162 Proposta għal regolament Anness I – Parti 2 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(d) l-objettivi tal-programm tat-tnissil u tal-kriterji dettaljati ta’ evalwazzjoni dwar l-għażla ta’ annimali għat-tnissil, li fil-każ li jkun ġie stabbilit ktieb tat-tnissil għal razza ġdida, għandhom jinkludu informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi dettaljati li jiġġustifikaw l-istabbiliment tar-razza l-ġdida; |
(d) l-objettivi tal-programm tat-tnissil, il-popolazzjonijiet li għandhom jiġu evalwati, u l-kriterji dettaljati ta’ evalwazzjoni dwar l-għażla ta’ annimali għat-tnissil, li fil-każ li jkun ġie stabbilit ktieb tat-tnissil għal razza ġdida, għandhom jinkludu informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi dettaljati li jiġġustifikaw l-istabbiliment tar-razza l-ġdida; | ||||||||||||
Emenda 163 Proposta għal regolament Anness I – Parti 2 – paragrafu 1 – punt e | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(e) is-sistemi li jiġġeneraw, jirreġistraw, jikkomunikaw u jużaw ir-riżultati ta’ kontroll tal-prestazzjoni u, fejn meħtieġ skont l-Artikolu 27, biex jagħmlu evalwazzjoni ġenetika għal stima tal-valuri ġenetiċi ta’ annimali għat-tnissil għal titjib, għażla jew preservazzjoni tar-razza jew it-titjib tal-inkroċju; |
(e) is-sistemi li jiġġeneraw, jirreġistraw, jikkomunikaw u jużaw ir-riżultati ta’ kontroll tal-prestazzjoni u, fejn meħtieġ skont l-Artikolu 27, biex jagħmlu stima tal-valuri ġenetiċi, li tista' tinkludi evalwazzjoni ġenomika, ta’ annimali għat-tnissil għal titjib, għażla jew preservazzjoni tar-razza jew l-ippjanar tal-inkroċju; | ||||||||||||
Emenda 164 Proposta għal regolament Anness I – Parti 2 – punt 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Jekk il-programm ta’ tnissil ikollu jitwettaq bħala programm ta’ preservazzjoni, minbarra li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu, dan għandu jinvolvi kwalunkwe miżura xierqa in situ (fuq annimali ħajjin) u ex situ (preservazzjoni ta' tessut hew materjal riproduttiv) sabiex jiġi ppreservat il-wirt ġenetiku ta’ speċi. | ||||||||||||
Emenda 165 Proposta għal regolament Anness II – Parti 1 – Kapitolu I – punt 1 – punt a – punt i | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(i) fil-punt (i) tal-Artikolu 2(i) fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina (Bos taurus u Bubalus bubalis), tal-ispeċi porċina (Sus scrofa), tal-ispeċi ovina (Ovis aries) u tal-ispeċi kaprina (Capra hircus); |
(i) fil-punt (i) tal-Artikolu 2(i) fil-każ ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina (Bos taurus, Bos indicus u Bubalus bubalis), tal-ispeċi porċina (Sus scrofa), tal-ispeċi ovina (Ovis aries) u tal-ispeċi kaprina (Capra hircus); | ||||||||||||
Emenda 166 Proposta għal regolament Anness II – Parti 1 – Kapitolu I – paragrafu 1 – punt a – punt ii | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(ii) fil-punt (ii) tal-Artikolu 2(i) fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina (Equus caballus u Equus asinus); |
(ii) fil-punt (ii) tal-Artikolu 2(i) fil-każ ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina jew tal-bgħula (Equus caballus u Equus asinus). Iż-żewġ ġenituri tal-annimal għandhom jiddaħħlu fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil u għandhom jiġu aċċettati għat-tnissil mis-soċjetà tat-tnissil; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-proċess ta' qabel l-aċċettazzjoni (jew, possibilment, ir-rifjut) ta' annimali ekwini tat-tnissil irġiel jew nisa fil-ktieb tat-tnissil jippermetti li jsir kontroll fuq il-livell żootekniku tal-annimali bħala parti minn approċċ tat-tnissil li jmur lil hinn minn sempliċi pedigree. L-ispeċi tal-bgħula għandha tiddaħħal ukoll. | |||||||||||||
Emenda 167 Proposta għal regolament Anness II – Parti 1 – Kapitolu I – paragrafu 1 – punt a – punt iii | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(iii) fl-atti delegati adottati skont l-Artikoli 35(1) u 45(1) fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil ta’ speċi oħra msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii); |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 168 Proposta għal regolament Anness II – Taqsima 1 – subinċiż 1 – punt 1 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) ikun ġie identifikat wara t-twelid skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali li jkun tal-ispeċi konċernata u skont ir-regoli stabbiliti fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9, li għandhom jesiġu fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina l-identifikazzjoni bħala moħor mhux miftum m'ommu u mill-anqas ċertifikat ta’ kopertura; |
(c) ikun ġie identifikat wara t-twelid skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali li jkun tar-razza kkonċernata u skont ir-regoli stabbiliti fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9, li għandhom jesiġu fil-każ ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina l-identifikazzjoni bħala moħor mhux miftum m'ommu u mill-anqas ċertifikat ta’ kopertura; | ||||||||||||
Emenda 169 Proposta għal regolament Anness II – Parti 1 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 170 Proposta għal regolament Anness II – Taqsima 1 – subinċiż 3 – punt 3a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3a. Soċjetajiet ta' tnissil ma jistgħux jirrifjutaw li jdaħħlu fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil li jkunu stabbilixxew kwalunkwe annimal raġel tal-ispeċijiet ovini u kaprini li jitqies bħala ta' razza pura, kif jgħid il-Kapitolu I, jekk l-annimal jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: | ||||||||||||
|
(a) il-ġenituri tagħha u l-ġenituri tal-ġenituri tagħha jkunu mdaħħlin f’taqsima supplimentari ta’ ktieb tat-tnissil tal-istess razza kif imsemmi fil-punt 1; | ||||||||||||
|
(b) huwa annimal ta' razza robusta li fir-rigward tagħha qed jitwettaq programm ta' tnissil awtorizzat u limitat fiż-żmien li jipprovdi għad-dħul ta' annimali rġiel tat-tnissil f'taqsima supplimentari tal-ktieb tat-tnissil għall-istess razza, kif previst fil-punt 1. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Eżenzjonijiet eżistenti għal razez robusti għandhom jinżammu biex tiġi salvagwardjata d-diversità ġenetika. | |||||||||||||
Emenda 171 Proposta għal regolament Anness II – Taqsima 1 – subinċiż 3 – punt 4 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Fil-każ ta’ annimali nisa tat-tnissil ta’ razza pura tal-ispeċi ekwina, dawk il-kondizzjonijiet m’għandhomx ikunu aktar stretti mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3(a) u (b) ta’ dan il-Kapitolu. |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Certaines races d’équidés (races rustiques entre autres) utilisent une section annexe en vue d’obtenir des animaux de race pure (ou quasiment) inscriptibles en section principale. Ce niveau de pureté de la race ne peut être atteint qu’à l’issue de croisements successifs de juments (ou ânesses), inscrites en annexe, avec des étalons (ou baudets) de la race et sur plusieurs générations. Or, la disposition introduite au dernier alinéa et qui n’existe pas dans la réglementation actuelle, ne permettrait plus d’atteindre ce niveau de pureté en obligeant à inscrire en section principale des femelles issues seulement de deux croisements successifs avec un mâle de la race. | |||||||||||||
Emenda 172 Proposta għal regolament Anness III – intestatura 1a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Is-soċjetajiet ta' tnissil jistgħu jwettqu t-testijiet tal-prestazzjoni abbażi tar-rekwiżiti tal-programm ta' tnissil tagħhom u, meta t-testijiet tal-prestazzjoni jitwettqu, jistgħu jagħżlu attivitajiet adegwati għall-programm ta' tnissil tagħhom. | ||||||||||||
Emenda 173 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Soċjetajiet ġenealoġiċi għandhom jagħmlu kontroll tal-prestazzjoni biex jistabbilixxu l-valur għat-tnissil ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina bl-użu ta’ taħlita waħda jew aktar tal-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. |
Soċjetajiet tat-tnissil għandhom jagħmlu, jew jiddelegaw lil soċjetà terza maħtura minn dawk is-soċjetajiet tat-tnissil kif previst fl-Artikolu 29(1), kontroll tal-prestazzjoni biex jistabbilixxu l-valur għat-tnissil ta’ annimali tal-ispeċi bovina bl-użu ta’ taħlita waħda jew aktar ta' metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. | ||||||||||||
Emenda 174 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu I – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Il-kontroll tal-prestazzjoni għandu jsegwi r-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea mogħtijin fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni mal-Kumitat Internazzjonali għar-Reġistrrazzjoni ta’ Annimali (ICAR). |
Il-kontroll tal-prestazzjoni għandu jsegwi r-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea mogħtijin fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni mal-ICAR. | ||||||||||||
|
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.) | ||||||||||||
Emenda 175 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu I – Taqsima 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Soċjetajiet ġenealoġiċi għandhom jirreġistraw dejta dwar produzzjoni ta’ ħalib skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmijin fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | ||||||||||||
Emenda 176 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu I – Taqsima 3 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-inklużjoni fl-evalwazzjoni ġenetika ta’ temperament, dejta ta’ klassifikazzjoni morfoloġika u reżistenza għall-mard għandhom jitqiesu biss jekk id-dejta tkun iġġenerata abbażi ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni approvata mill-istituzzjoni nominata kif imsemmi fl-Artikolu 29(1). |
2. L-inklużjoni fl-evalwazzjoni ġenetika ta’ temperament, data ta’ klassifikazzjoni morfoloġika u reżistenza għall-mard u kull karatteristika ġdida għandhom jitqiesu biss jekk id-data tkun iġġenerata abbażi ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni approvata mill-istituzzjoni nominata kif imsemmi fl-Artikolu 29(1). | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-ispeċijiet l-oħra ma għandhomx jiġu integrati ma' dan ir-Regolament ħlief permezz tal-kodeċiżjoni. | |||||||||||||
Emenda 177 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Il-valur għat-tnissil ta’ annimal tat-tnissil għandu jkun ikkalkulat abbażi tar-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni tal-annimal partikolari jew ta’ dawk l-annimali li minnhom ikun ġej, u jkun jista’ jissaħħaħ bl-użu ġenomiku jew abbażi ta’ metodu ieħor ivvalidat miċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1). |
Il-valur għat-tnissil ta’ annimal tat-tnissil għandu jkun ikkalkulat abbażi ta' informazzjoni relatata mal-ġenoma u/jew tar-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni tal-annimal partikolari u/jew ta’ dawk l-annimali li minnhom ikun ġej u/jew kull sors ieħor ta' informazzjoni vvalidat miċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1). | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-proposta tal-Kummissjoni tista' tiġi interpretata li tipprojbixxi l-aċċettazzjoni għat-tnissil ta' barrin żgħar mingħajr bniet (barrin ġenomiċi). Huwa importanti li jiġi żgurat li s-semen minn barrin evalwati ġenomikament jista' jitqiegħed fis-suq. | |||||||||||||
Emenda 178 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom jiggarantixxu li ma jkun hemm l-ebda preġudizzju li jirriżulta mill-influwenzi tal-fatturi ambjentali ewlenin u mill-istruttura tad-data. Is-soċjetà tat-tnissil tista' tirreferi għaċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 31(1) jekk tkun biħsiebha taċċerta jekk il-metodi statistiċi tagħha għall-evalwazzjoni ġenetika jkunux konformi mal-istandards u r-regoli stabbiliti u rikonoxxuti fuq livell internazzjonali. Jekk jintalab jagħti opinjoni esperta, iċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għandu jittratta l-informazzjoni mogħtija mis-soċjetà tat-tnissil bħala informazzjoni kunfidenzjali. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-obbligu qawwi stabbilit fil-proposta tal-Kummissjoni jista’ joħnoq l-innovazzjoni fil-qasam tal-evalwazzjoni ġenetika u jista’ jwassal għal problemi ta’ kunfidenzjalità għas-soċjetajiet tat-tnissil li jiżviluppaw metodi ta' statistika innovattivi. | |||||||||||||
Emenda 179 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Il-metodi ta’ statistika applikati fl-evalwazzjoni ġenetika għandhom ikunu konformi mar-regoli u mal-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR u għandhom jiggarantixxi evalwazzjoni ġenetika imparzjali mill-influwenzi tal-fatturi ambjentali ewlenin u mill-istruttura tad-dejta. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 180 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
L-affidabbiltà tal-evalwazzjoni ġenetika għandha titkejjel bħala l-koeffiċjenti ta’ determinazzjoni skont regoli u standards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. Meta jkunu ppubblikati r-riżultati tal-evalwazzjoni, għandhom jingħataw l-affidabbiltà kif ukoll id-data tal-evalwazzjoni. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | ||||||||||||
Emenda 181 Proposta għal regolament Anness III – taqsima 1 – subinċiż 2 – punt 5 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
5. Barrin maħsubin għal inseminazzjoni artifiċjali, bl-eċċezzjoni ta’ barrin li jkunu ta’ razez mhedda b’estinzjoni, għandhom ikunu ssoġġettati għal evalwazzjoni ġenetika għal karatteristiċi obbligatorji kif deskritt fil-punt 6 jew 7. Dawk il-valuri tat-tnissil għandhom ikunu ppubblikati mis-soċjetà tat-tnissil. |
5. Barrin ta' mill-inqas 12-il xahar imqiegħda fis-suq għal inseminazzjoni artifiċjali, bl-eċċezzjoni ta’ barrin li jkunu ta’ razez mhedda b’estinzjoni, għandhom ikunu ssoġġettati għal evalwazzjoni ġenetika għal karatteristiċi obbligatorji kif deskritt fil-punt 6 jew 7. Dawk il-valuri tat-tnissil kollha għandhom ikunu ppubblikati mis-soċjetà tat-tnissil. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Id-dritt għall-informazzjoni għandu jkopri l-valuri kollha ta' tnissil, iżda mgħandu x japplika għal barrin li jkunu qed jiġu ttestjati jew li jkunu fil-proċess li jiġu kkonfermati. | |||||||||||||
Emenda 182 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Il-valuri tat-tnissil l-oħra eżistenti kollha li jkunu disponibbli għall-barrin maħsuba għal programmi ta' inseminazzjoni artifiċjali ukoll għandhom ikunu ppubblikati mis-soċjetà tat-tnissil. | ||||||||||||
Emenda 183 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 5 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Valuri oħra disponibbli tat-tnissil ta’ barrin maħsubin għal inseminazzjoni artifiċjali għandhom ukoll ikunu ppubblikati mis-soċjetà tat-tnissil. |
Is-soċjetà tat-tnissil għandha tippubblika wkoll il-valuri tat-tnissil eżistenti għal barrin maħsuba għat-tgħammir naturali kif ukoll għall-baqar. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-annimali nisa indiċjati. | |||||||||||||
Emenda 184 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
L-affidabbiltà minima tal-evalwazzjoni ġenetika ta’ barrin għal inseminazzjoni artifiċjali tar-razez tal-ħalib għandha tkun mill-anqas 0,5 għall-karatteristiċi li l-ħalib jirrendi, għall-kontenut ta’ xaħam tal-butir u proteina, skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin ta’ produzzjoni, billi titqies l-informazzjoni disponibbli minn wild u kollaterali. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | ||||||||||||
Emenda 185 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 6 – subparagrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Barrin żgħar fl-età evalwati ġenomikament, mingħajr reġistrazzjoni ta’ prestazzjoni ta’ wild, għandhom jitqiesu tajbin għal inseminazzjoni artifiċjali jekk l-evalwazzjoni ġenomika tagħhom tkun ivvalutata skont regoli u standards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | ||||||||||||
Emenda 186 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt e (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(e) evalwazzjoni ġenomika jew kull metodu ieħor, inkluża taħlita ta’ dawn il-metodi, ivvalidata skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | ||||||||||||
Emenda 187 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 7 – subparagrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
L-affidabbiltà minima tal-evalwazzjoni ġenetika ta’ barrin għal inseminazzjoni artifiċjali ta’ razez taċ-ċanga għandha tkun mill-anqas 0,5 għaż-żieda fil-piż ta’ karatteristiċi ħajjin u żvilupp muskolari (konformazzjoni ta’ ċanga) skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-produzzjoni, |
L-affidabbiltà minima tal-evalwazzjoni ġenetika ta’ barrin għal inseminazzjoni artifiċjali ta’ razez taċ-ċanga għandha tkun mill-anqas 0.3 għaż-żieda fil-piż ta’ karatteristiċi ħajjin u żvilupp muskolari (konformazzjoni ta’ ċanga) skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-produzzjoni, | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-limitu propost mill-Kummissjoni jidher għoli wisq fil-kuntest tal-metodi ta' tnissil taċ-ċanga. | |||||||||||||
Emenda 188 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 7 – subparagrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
L-affidabbiltà minima tal-evalwazzjoni ġenetika ta’ barrin għal inseminazzjoni artifiċjali ta’ razez taċ-ċanga għandha tkun mill-anqas 0,5 għaż-żieda fil-piż ta’ karatteristiċi ħajjin u żvilupp muskolari (konformazzjoni ta’ ċanga) skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-produzzjoni, |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | ||||||||||||
Emenda 189 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 7 – subparagrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Meta jkunu kkalkolati valuri ġenomiċi tat-tnissil, dawk il-valuri għandhom ikunu vvalidati għall-karatteristiċi konċernati skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | ||||||||||||
Emenda 190 Proposta għal regolament Anness III – taqsima 2 – subinċiż 2 – punt 1 – punt a – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) il-mertu ġenetiku tal-annimal tat-tnissil għandu jkun ikkalkulat billi jkunu kkalkulati l-kwalitajiet ta’ għadd xieraq ta’ wild jew kollaterali b’rabta ma’ karatteristiċi ta’ produzzjoni: |
(a) il-mertu ġenetiku tal-annimal tat-tnissil għandu jkun ikkalkulat abbażi ta' informazzjoni ġenomika jew billi jkunu kkalkulati l-kwalitajiet ta’ għadd xieraq ta’ wild jew kollaterali b’rabta ma’ karatteristiċi ta’ produzzjoni jew b'varjetà ta' dawk il-metodi: | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għandhom jitqiesu progressi tekniċi sabiex il-metodu ġenomiku jkun jista' jiġi applikat għat-tnissil tal-majjali. | |||||||||||||
Emenda 191 Proposta għal regolament Anness III – taqsima 3 – subinċiż 1 – punt 1 – punt b – punt ii | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(ii) l-età massima jew il-piż ta’ annimali għat-tnissil żgħar fl-età fil-bidu tat-test u l-għadd ta’ annimali; |
(ii) is-sess, l-età massima jew il-piż ta’ annimali għat-tnissil żgħar fl-età fil-bidu tat-test u l-għadd ta’ annimali; | ||||||||||||
Emenda 192 Proposta għal regolament Anness III – Parti 3 – Kapitolu I – paragrafu 3 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) il-karatteristiċi reġistrati b’konformità mal-prinċipji maqbula minn ICAR, bħall-produzzjoni tal-ħalib, il-kompożizzjoni tal-ħalib jew kull dejta oħra rilevanti, għandhom ikunu ddikjarati; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | ||||||||||||
Emenda 193 Proposta għal regolament Anness III – Parti 3 – Kapitolu I – paragrafu 3 – punt b – punt i | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(i) ikunu relatati ma’ perjodu ta’ żmien li jkun konformi man-norma stabbilità minn ICAR għar-reġistrazzjoni tal-produttività ta’ annimali tal-ħalib; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | ||||||||||||
Emenda 194 Proposta għal regolament Anness III – taqsima 3 – subinċiż 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Il-mertu ġenetiku ta’ annimal tat-tnissil għandu jkun ikkalkulat billi jkunu kkalkulati l-kwalitajiet ta’ għadd xieraq ta’ wild u, skont il-każ, kollaterali kif ġej: |
Il-mertu ġenetiku tal-annimal tat-tnissil għandu jkun ikkalkulat abbażi ta' informazzjoni ġenomika jew billi jkunu kkalkulati l-kwalitajiet ta’ għadd xieraq ta’ wild u, meta xieraq, kollaterali, jew b'varjetà ta' dawk il-metodi, kif ġej: | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għandhom jitqiesu progressi tekniċi sabiex il-metodu ġenomiku jkun jista' jiġi użat għat-tnissil tal-nagħaġ. | |||||||||||||
Emenda 195 Proposta għal regolament Anness IV – punt 1 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) persunal li jkun istruwit jirrispetta n-natura konfidenzjali ta’ ċerti suġġetti, riżultati jew komunikazzjonijiet; |
(c) proċeduri stabbiliti sabiex jiġi żgurat li tiġi rispettata n-natura konfidenzjali ta’ ċerti suġġetti, riżultati jew komunikazzjonijiet; | ||||||||||||
Emenda 196 Proposta għal regolament Anness V – Parti 2 – Kapitolu I – paragrafu 1 – punt 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(l) ir-riżultati disponibbli kollha ta’ testijiet ta’ prestazzjoni u riżultati aġġornati tal-evalwazzjoni ġenetika inklużi pekuljaretajiet ġenetiċi u difetti ġenetiċi dwar l-annimal stess tat-tnissil ta’ razza pura u ta’ missieru u ommu u tan-nanniet tiegħu kif meħtieġa fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 għall-kategorija u l-annimal tat-tnissil ta’ razza pura inkwistjoni; |
(l) ir-riżultati disponibbli kollha ta’ valutazzjonijiet ġenetiċi, jew meta ma jsirux kontrolli tal-prestazzjonijiet, billi jissemmew il-pekuljaritajiet u difetti ġenetiċi dwar l-annimal stess tat-tnissil ta’ razza pura u ta’ missieru u ommu u tan-nanniet tiegħu kif meħtieġa fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 għall-kategorija u l-annimal tat-tnissil ta’ razza pura inkwistjoni; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni tal-informazzjoni kollha b'rabta mal-programm tat-tnissil ittaqqal il-pedigree mingħajr ma żżid valur miżjud reali. Jaqbel li tiddaħħal biss informazzjoni rilevanti u fil-qosor dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni ġenetika disponibbli. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Unjoni Ewropea (UE) għandha l-għan li tippromwovi l-kummerċ ħieles fl-UE u li tiffaċilita l-importazzjoni tal-annimali għat-tnissil u tal-materjal ġenetiku tagħhom filwaqt li tiggarantixxi ż-żamma tal-programmi tat-tnissil u tal-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi li jeżistu fl-Ewropa.
It-trobbija tal-bhejjem, partikolarment dawk li l-partikularità ġenetika għolja tagħhom ġiet ikkonfermata, mhux biss tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żona li fiha titħaddem, iżda tikkostitwixxi wkoll wieħed mill-pilastri tas-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni Ewropea riedet tiġbor flimkien id-Direttivi kollha li jirrigwardaw il-leġislazzjoni żooteknika tal-ispeċijiet differenti f'korpus ġuridiku wieħed, fil-forma ta' dan ir-Regolament, biex b'hekk jitwettaq is-suq uniku f'dan il-qasam. Jaqbel madankollu li jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni Ewropea tmur lilhinn mis-sempliċi objettiv ta' ġbir u simplifikazzjoni tat-testi. Hija fil-fatt tipproponi strutturazzjoni armonizzata tat-tnissil tal-annimali li jkollha impatt notevoli fis-settur tal-ġenetika tal-annimali fl-Ewropa. Ir-Rapporteur jappoġġa dan l-approċċ b'mod ġenerali, madankollu ċerti punti għandhom jiġu ppreċiżati jew evalwati mill-ġdid.
L-ewwel nett, ir-Rapporteur xtaq iżid jew jippreċiża ċerti definizzjonijiet. B'mod partikolari, it-termini "razza" u "programm tat-tnissil" mhumiex definiti filwaqt li huma essenzjali fl-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament.
It-tfittxija għall-kompetittività, speċjalment għar-razez il-kbar Ewropej li jiġu esportati internazzjonalment, m'għandhiex madankollu tipperikola r-razez lokali, li wħud minnhom jeżistu f'għadd ferm żgħir, u li huma parti integrali tal-bijodiversità ġenetika fl-Ewropa. Ir-Rapporteur wera x-xewqa, matul it-test kollu, li jiżgura li dan il-bilanċ jitħares. L-Artikoli 5 u 9 nbidlu kif meħtieġ.
It-tnissil tal-annimali issa se jitmexxa minn soċjetà tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil, li għandhom jissodisfaw kriterji preċiżi sabiex jiksbu rikonoxximent mill-awtorità kompetenti. Il-programm tat-tnissil fl-istess waqt għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti. Ir-Rapporteur jappoġġa dan l-approċċ li se jippermetti lir-razez Ewropej jirristrutturaw ruħhom b'mod effikaċi filwaqt li s-suq dinji huwa dejjem iktar kumpless u kompetittiv. Il-proċedura ta' rikonoxximent u approvazzjoni għalhekk għandha tkun sikura, u dan huwa l-iskop ta' xi wħud mill-emendi, speċjalment għall-Kapitolu II. Ċerti realtajiet eżistenti għandhom jitqiesu, u dan huwa r-raġunament wara xi wħud mill-emendi li pprovaw jipprovdu iktar flessibilità dwar l-istatus legali tas-soċjetà tat-tnissil, il-kapaċità tagħha li tiddelega xi wħud mill-attivitajiet tagħha lil partijiet terzi u l-organizzazzjoni interna tagħha b'rabta man-nissiela.
F'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet u l-obbligi tan-nissiela, ir-Rapporteur xtaq jibbilanċja mill-ġdid dawn id-dispożizzjonijiet. Fil-fatt, għal ċerti punti, id-dritt nazzjonali jidher li huwa ampjament suffiċjenti biex in-nissiela jkunu ċerti dwar il-pożizzjoni tagħhom fi ħdan soċjetà jew operazzjoni tat-tnissil. Dan jispjega t-tħassir ta' ċerti dispożizzjonijiet li tqiesu bħala wisq estremi, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistemi ta' appell (Artikoli 11 sa 14).
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali, id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu simplifikati, u għandu jiġi żgurat li dawn ikunu limitati għal dak li huwa xieraq biex jiġi żgurat ir-rispett tar-regoli Ewropej mill-pajjiżi terzi.
Ir-Rapporteur iqis ukoll li l-għadd u l-portata tal-atti delegati proposti mill-Kummissjoni Ewropea għandhom jitnaqqsu b'mod drastiku. B'mod partikolari, dawn l-atti delegati ma jistgħux jikkonċernaw dispożizzjonijiet essenzjali bħal dik b'rabta mal-approvazzjoin ta' soċjetà jew operazzjoni tat-tnissil, l-approvazzjoni tal-programmi tat-tnissil, iż-żamma ta' kotba tat-tnissil jew inkella l-integrazzjoni fir-Regolament ta' speċijiet ġodda.
Barra minn hekk, ir-Rapporteur huwa tal-fehma li l-annimali ekwini ma jistgħux jiġu trattati f'dan ir-regolament bl-istess mod bħall-ispeċijiet l-oħra minħabba l-partikolarità tal-ktieb tat-tnissil tagħhom. Minkejja li l-UE għandha l-unur li tospita l-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni tagħhom, ir-razez ekwini l-kbar huma organizzati fuq livell internazzjonali, u dan il-fatt m'għandux jiġi diskuss. Illum, l-Ewropa hija fuq quddiem nett fid-dinja fil-produzzjoni tal-ispeċi ekwina. Id-diversità u l-kwalità tar-reġistri tat-tnissil għandhom jinżammu.
Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jixtieq ifakkar l-importanza tal-ħidma tal-ICAR (International Committee for Animal Recording) fir-rigward tal-metodi ta' identifikazzjoni, ir-regoli tal-kontroll tal-prestazzjonijiet u l-valutazzjoni ġenetika tal-annimali tat-trobbija. L-ICAR għandu jkun nominat b'mod ċar bħala l-entità ta' referenza fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni żooteknika fir-rigward tal-oqsma ta' kompetenza tiegħu.
26.1.2015
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom
COM(2014)0005 – C7‑0032/2014 – 2014/0032(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Michel Dantin
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-għan tal-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Unjoni Ewropea huwa li tħeġġeġ il-kummerċ ħieles fi ħdan l-UE, u tiffaċilita l-importazzjoni ta’ annimali għat-tnissil u l-materjal ġenetiku tagħhom, filwaqt li jiġi żgurat li jinżammu l-programmi tat-tnissil u dawk tal-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi, u għaldaqstant ir-razez kollha li jeżistu fl-Ewropa.
It-tnissil tal-bhejjem, partikolarment ta’ annimali b’livell għoli ta’ partikolarità ġenetika, tikkontribwixxi mhux biss għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żona fejn iseħħ, iżda hija wkoll wieħed mill-pilastri li fuqhom hija msejsa s-sigurtà tal-ikel tal-UE.
L-isforzi biex tinkiseb il-kompetittività, b’mod partikolari sabiex ir-razez Ewropej ewlenin ikunu jistgħu jiġu esportati internazzjonalment, m’għandhomx jipperikolaw ir-razez lokali – li l-għadd ta' wħud minnhom huwa baxx ħafna – li jagħmlu parti integrali mid-diversità bijoġenetika fl-Ewropa. Ir-Rapporteur, fit-test kollu, ipprova jżomm dan il-bilanċ.
L-intenzjoni tal-Kummissjoni kienet li tgħaqqad flimkien id-direttivi kollha relatati mal-leġiżlazzjoni żooteknika dwar speċi differenti f'ġabra leġiżlattiva unika fil-forma ta’ dan ir-Regolament sabiex jitlesta s-suq uniku f’dan il-qasam. Filwaqt li r-Rapporteur jappoġġa dan l-approċċ, ċerti dispożizzjonijiet xorta waħda jridu jiġu emendati, fid-dawl tal-objettiv imsemmi fil-paragrafu preċedenti.
B’mod partikolari, il-kunċetti ta’ “razza”, “programm tat-tnissil”, “programm ta' preservazzjoni” u “l-ipperikolar tal-preservazzjoni jew tad-diversità ġenetika”, li huma vitali għall-interpretazzjoni tar-Regolament, huma nieqsa. Ir-Rapporteur jixtieq idaħħalhom f'din il-proposta għal regolament.
Barra minn hekk, l-Artikoli 5 u 9, li jittrattaw partikolarment il-preservazzjoni tal-bijodiversità, ġew issupplementati sabiex jieħdu kont taċ-ċirkostanzi kollha li jistgħu jipperikolaw razza lokali stabbilita fl-Ewropa.
Barra minn hekk, fl-opinjoni tar-Rapporteur, l-annimali ekwini ma jistgħux jiġu trattati f’dan ir-Regolament bl-istess mod bħal speċi oħra minħabba l-partikolarità tal-ktieb tat-tnissil tagħhom. Filwaqt li l-UE għandha l-unur li tospita l-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni tagħhom, l-ispeċi ekwini ewlenin huma organizzati fuq livell internazzjonali, u din mhijiex xi ħaġa li teħtieġ li tiġi kkontestata. Illum, l-Ewropa hija fuq quddiem nett fid-dinja fil-produzzjoni tal-ispeċi ekwina. Id-diversità u l-kwalità tar-reġistru għaż-żwiemel tar-razza għandhom jinżammu.
Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jixtieq itenni l-importanza tal-ħidma tal-Kumitat Internazzjonali għar-Reġistrazzjoni ta' Annimali (ICAR) fir-rigward tal-metodi ta' identifikazzjoni, ir-regoli ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-valutazzjoni ġenetika tal-bhejjem. L-ICAR għandu jkun innominat b'mod ċar bħala l-korp ta’ referenza fl-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni żooteknika fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) It-tnissil ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina, u f’livell anqas it-tnissil ta’ annimali ta’ speċi oħra, għandu post importanti fl-agrikoltura tal-Unjoni u huwa għajn ta’ dħul għall-komunità agrikola. It-tnissil ta’ annimali ta’ dawk l-ispeċi jkun inkuraġġit l-aktar jekk jintużaw annimali ta' razza pura għat-tnissil jew ħnieżer tat-tnissil ibridi ta’ kwalità ġenetika għolja reġistrata. |
(1) It-tnissil ta’ bhejjem tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina, u f’livell anqas it-tnissil ta’ annimali ta’ speċi oħra, għandhom post strateġiku fl-agrikoltura tal-Unjoni f'termini ekonomiċi u soċjali. Din l-attività agrikola, li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni, hija għajn ta’ dħul għall-komunità agrikola. It-tnissil ta’ annimali ta’ dawk l-ispeċi jkun inkuraġġit l-aktar jekk jintużaw annimali ta' razza pura għat-tnissil jew ħnieżer tat-tnissil ibridi ta’ kwalità ġenetika għolja reġistrata. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Madankollu, l-isforzi biex tinkiseb il-kompetittività ma jistgħux iwasslu għall-għajbien ta' razez b'karatteristiċi adatti għal kuntesti bijofiżiċi partikolari. Ir-razzez lokali jafu jkunu f'riskju jekk ma jinżammux f'għadd suffiċjenti, u dan ikun jirrappreżenta telf ta' diversità bijoġenetika. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Is-saħħa u l-benessri tal-annimali, inklużi l-kundizzjonijiet ta’ trasport għal annimali ħajjin, huma preokkupazzjonijiet li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-atturi kollha fis-settur żootekniku, b’mod partikulari fir-rigward tat-titjib ġenetiku tar-razez. Il-Kummissjoni, għaldaqstant, għandha tiżgura li dawk il-preokkupazzjonijiet jiġu kkunsidrati kif dovut fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati għall-implimentazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Iżda t-terminu "razza" għandu jibqa’ kunċett legali mhux iddeterminat li jħalli lil soċjetajiet ġenealoġiċi jiddeskrivu l-grupp ta’ annimali ta’ uniformità ġenetika suffiċjenti li huma jqisu bħala distinti minn annimali oħra ta’ dik l-ispeċi u li jdaħħluhom bl-axxendenti magħrufin tagħhom f’kotba tat-tnissil biex jirriproduċu l-karatteristiċi ġenotipiċi tagħhom permezz ta’ riproduzzjoni, skambju u għażla fil-qafas ta’ programm tat-tnissil stabbilit. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kunċett ta’ “razza” jokkorri fir-regolament kollu, iżda mhuwiex definit. Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, ir-Rapporteur jipproponi definizzjoni. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Il-kwalità tas-servizzi pprovduti minn soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil u l-mod kif huma jevalwaw u jikklassifikaw annimali għandha impatt fuq il-valur ta’ annimali għat-tnissil fis-suq. Għaldaqstant, għandhom ikunu stabbiliti regoli għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil abbażi ta’ kriterji armonizzati tal-Unjoni u tas-superviżjoni tagħhom mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri biex ikun żgurat li r-regoli stabbiliti minnhom ma joħolqux disparitajiet bejn programmi tat-tnissil u standards tat-tnissil u b’hekk jinħolqu ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-Unjoni. |
(16) Il-kwalità tas-servizzi pprovduti minn soċjetajiet tat-tnissil u operazzjonijiet tat-tnissil u l-mod kif huma jevalwaw u jikklassifikaw annimali jiddefinixxu l-livell ta' prestazzjoni tal-annimali u għandhom impatt fuq il-valur ta’ annimali għat-tnissil fis-suq. Għaldaqstant, għandhom ikunu stabbiliti regoli għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet tat-tnissil u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil abbażi ta’ kriterji armonizzati tal-Unjoni u tas-superviżjoni tagħhom mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri biex ikun żgurat li r-regoli stabbiliti minnhom ma joħolqux disparitajiet bejn programmi tat-tnissil u standards tat-tnissil u b’hekk jinħolqu ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-Unjoni. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) L-objettivi tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u l-kondiviżjoni ġusta u ekwa tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tagħhom fil-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika huma l-preservazzjoni tad-diversità bijoloġika, l-użu sostenibbli tal-komponenti tagħha u l-kondiviżjoni ġusta u ekwa tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi ġenetiċi, inkluż permezz ta' aċċess adegwat għar-riżorsi ġenetiċi u t-trasferiment xieraq tat-teknoloġiji, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet għal dawn ir-riżorsi u t-teknoloġiji, u permezz ta’ finanzjament adegwat. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 34 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(34) Il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika jistgħu jsiru minn istituzzjonijiet nominati mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-operazzjoni tat-tnissil. Dawk l-istituzzjonijiet nominati għandhom jikkooperaw maċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea nominati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, ikollha s-setgħa tinnomina permezz ta’ atti implimentattivi ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jingħataw is-setgħat meħtieġa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jiddeskrivu d-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħhom, meta jkun meħtieġ billi jkun emendat l-Anness IV.Dawk iċ-ċentri ta’ referenza jikkwalifikaw għal għajnuna mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju15. Fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-speċi bovina, il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika magħmulin minn soċjetà tat-tnissil huma bħalissa megħjunin mill-Interbull Centre, mill-korp ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea nominat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 li tinnomina l-korp ta’ riferenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi tal-bovini16 |
(34) Il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika jistgħu jsiru minn istituzzjonijiet nominati mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-operazzjoni tat-tnissil. Dawk l-istituzzjonijiet nominati għandhom jikkooperaw maċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea nominati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, għalhekk, għandu jkollha s-setgħa tinnomina permezz ta’ atti implimentattivi ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jingħataw is-setgħat meħtieġa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jiddeskrivu d-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħhom, meta jkun meħtieġ billi jkun emendat l-Anness IV. Dawk iċ-ċentri ta’ referenza jikkwalifikaw għal għajnuna mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15. Fil-każ ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-speċi bovina, il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika magħmulin minn soċjetà tat-tnissil huma bħalissa megħjunin mill-Interbull Centre, sottokumitat permanenti tal-Kumitat Internazzjonali għar-Reġistrazzjoni ta’ Annimali (ICAR), nominat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE bħala l-korp ta’ riferenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi tal-bovini16.
|
__________________ |
__________________ |
15 ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30. |
15 Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1). |
16 ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19. |
16 ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom; |
(a) regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għall-preservazzjoni u t-titjib tat-tnissil tal-annimali, kif ukoll għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom; |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda skont il-premessa 2a ġdida proposta mir-Rapporteur. Ir-regolament għandu wkoll bħala għan il-konservazzjoni u t-titjib tar-razez ta’ bhejjem filwaqt li tingħata attenzjoni kemm lill-konservazzjoni tar-razez indiġeni u l-bijodiversità kif ukoll lit-tisħiħ tal-karatteristiċi pożittivi tar-razez imsemmija. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt a – punt i | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) l-ispeċi bovina (Bos taurus u Bubalus bubalis), l-ispeċi porċina (Sus scrofa), l-ispeċi ovina (Ovis aries), l-ispeċi kaprina (Capra hircus); |
(i) l-ispeċi bovina (Bos taurus, Bos indicus u Bubalus bubalis), l-ispeċi porċina (Sus scrofa), l-ispeċi ovina (Ovis aries), l-ispeċi kaprina (Capra hircus); |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) “razza” tfisser grupp ta’ annimali li għandu biżżejjed elementi ġenetiċi komuni sabiex jitqies distint minn annimali oħrajn ta’ din l-ispeċi minn grupp jew bosta gruppi ta’ nissiela li jaqblu li jniżżluhom fil-kotba tat-tnissil tagħhom, b’referenza għall-axxendenti magħrufa tagħhom, sabiex jiġu riprodotti l-karatteristiċi li jkunu wirtu bi skop ta’ riproduzzjoni, skambju jew għażla fil-qafas tal-programm ta’ tnissil stabbilit; |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) "operazzjoni tat-tnissil" tfisser kull organizzazzjoni tat-tnissil, assoċjazzjoni ta’ nissiela jew impriża privata li tkun irrikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 4(2) biex twettaq programm tat-tnissil fuq ħnieżer tat-tnissil ibridi reġistrati fir-reġistru/i ġenealoġiku/ġenealoġiċi li hija żżomm jew tistabbilixxi; |
(e) "kumpanija tal-ibridi" tfisser kull organizzazzjoni tat-tnissil, assoċjazzjoni ta’ nissiela jew impriża privata li tkun irrikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 4(2) biex twettaq programm tat-tnissil fuq ħnieżer tat-tnissil ibridi reġistrati fir-reġistru/i tal-ibridi li hija żżomm jew tistabbilixxi; |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt fa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) "programm ta’ tnissil" tfisser kull programm ta’ tnissil u/jew titjib u/jew preservazzjoni mmexxi minn soċjetajiet ta’ tnissil jew impriżi tat-tnissil li għandu jissodisfa l-kriterji minimi stipulati fil-Parti 2 tal-Anness 1, sabiex jiġi approvat mill-awtoritajiet kompetenti; |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt i – punt ii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) tal-ispeċi msemmija fil-punt (a)(ii) li jkun ġej minn missier u omm imdaħħlin fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil tal-istess razza u li huwa stess ikun imdaħħal jew reġistrat u eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil bħal dan skont l-Artikolu 19; |
(ii) tal-ispeċi msemmija fil-punt (a)(ii) li jkun ġej minn missier u omm imdaħħlin fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil tal-istess razza u li huwa stess ikun imdaħħal jew reġistrat u eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil bħal dan, inklużi dawk kastrati, skont l-Artikolu 19; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni attwali, li tinkludi biss annimali għat-tnissil, ma tikkorrispondix għall-partikolaritajiet tal-ktieb tat-tnissil ta’ annimali ekwini, fejn l-annimali jiġu rreġistrati mat-twelid, irrispettivament minn jekk fil-futur humiex se jsiru annimali għat-tnissil. Dan jirrigwarda b’mod partikolari l-annimali ekwini kastrati u l-istatus tagħhom bħala "equidae reġistrati". | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt j – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) "ħanżir tat-tnissil ibridu" tfisser annimal tal-ispeċi porċina reġistrat f’reġistru tal-bhejjem, li jitnissel minn tnissil ibridu apposta bejn: |
(j) "ħanżir tat-tnissil ibridu" tfisser annimal tal-ispeċi porċina reġistrat f’reġistru tal-ibridi, li jitnissel minn tnissil ibridu apposta bejn: |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt ja (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ja) "linja" tfisser sottopopolazzjoni ġenetikament stabbilita magħmula minn annimali puri ta’ razza partikolari; |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk jiġi introdott, it-teħid tad-DNA jista’ jakkumpanja d-dokumentazzjoni dwar l-annimal tat-tnissil matul ħajtu kollha u jista’ jintuża f’każ ta’ oġġezzjonijiet jew problemi fl-identifikazzjoni. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt o | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(o) "mertu" tfisser karatteristika kwantifikabbli li tintiret ta’ annimal tat-tnissil; |
(o) "mertu" tfisser stima tal-effett mistenni ta’ ġenotip ta' annimal fuq karatteristika partikolari tal-wild tiegħu; |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt ya (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ya) "annimal klonat" tfisser annimal prodott permezz ta’ metodu ta’ riproduzzjoni asesswali u artifiċjali bil-għan li tkun prodotta kopja ta’ annimal individwali ġenetikament identika jew kważi identika; |
Ġustifikazzjoni | |
Marbuta mal-emendi għall-Artikoli 33 u 40, kif ukoll l-Anness V. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt yb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(yb) "dixxendenti ta’ annimal klonat" tfisser annimal prodott permezz ta’ riproduzzjoni sesswali, f’każijiet fejn mill-inqas proġenitur wieħed ikun annimal klonat; |
Ġustifikazzjoni | |
Marbuta mal-emendi għall-Artikoli 33 u 40, kif ukoll l-Anness V. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. B’deroga mill-Artikolu 4(2)(b), l-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi soċjetà tat-tnissil li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I fejn il-programm tat-tnissil ta’ dik is-soċjetà tat-tnissil jkun ta’ ħsara għall-preservazzjoni jew għad-diversità ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin, jew reġistrati u eliġibbli għal dħul, fil-ktieb tat-tnissil stabbilit għal dik ir-razza minn soċjetà tat-tnissil li tkun diġà ġiet irrikonoxxuta f’dak l-Istat Membru. |
1. B’deroga mill-Artikolu 4(2)(b), l-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi soċjetà tat-tnissil li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I fejn il-programm tat-tnissil ta’ dik is-soċjetà tat-tnissil ikun jista’ jikkomprometti: |
|
– il-preservazzjoni jew id-diversità ġenetika ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil imdaħħlin, jew reġistrati u eliġibbli għal dħul, fil-ktieb tat-tnissil stabbilit għal dik ir-razza minn soċjetà tat-tnissil li tkun diġà ġiet irrikonoxxuta f’dak l-Istat Membru, u jwassal għal nuqqas ta’ effiċjenza fir-rigward tal-monitoraġġ ta' kwalunkwe żieda fit-tgħammir bejn annimali tal-istess demm u l-ġestjoni ta’ anomaliji ta’ oriġini ġenetika, minħabba nuqqas ta’ ġestjoni koordinata u ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar il-wirt ġenetiku ta’ din ir-razza; |
|
– l-implimentazzjoni effettiva ta’ programm ta’ titjib ta' soċjetà rikonoxxuta eżistenti għall-istess razza, u jwassal għal telf sinifikanti ta’ effiċjenza f’termini tal-progress ġenetiku mistenni; |
|
– l-ilħuq tal-objettivi tal-Protokoll ta’ Nagoya u tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika fir-rigward tal-preservazzjoni tal-bijodiversità; jew |
|
– l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-possibbiltajiet biex l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jagħtu rikonoxximent lil soċjetajiet tat-tnissil għandhom jiġu ssupplementati sabiex jipprevjenu l-proliferazzjoni ta’ soċjetajiet tat-tnissil għall-istess razza f’territorju partikolari, li hija sitwazzjoni li tnaqqas iċ-ċarezza għall-utenti. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) l-interferenza potenzjali u d-dgħajfien li jirriżultaw mir-rikonoxximent ta’ korp li jirreġistra l-istess annimali għat-tnissil bħal soċjetà tat-tnissil li tkun diġà ġiet rikonoxxuta. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Soċjetà tat-tnissil jew kumpanija tal-ibridi ma tistax timplimenta l-programm żootekniku tagħha stess qabel ma jkun approvat mill-awtorità kompetenti b’konformità mal-paragrafu 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-paragrafu ġie inkluż biex ikun speċifikat li s-soċjetà tat-tnissil jew kumpanija tal-ibridi jiddependu mill-approvazzjoni tal-programm żootekniku u ma jistgħux ikunu esklużi minnha. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tista’ tawtorizza lis-soċjetajiet ġenealoġiċi u lill-operazzjonijiet tat-tnissil biex jagħtu kuntratt għall-ġestjoni teknika tal-ktieb tat-tnissil jew tar-reġistru tar-razza tagħhom u ta' aspetti speċifiċi oħra tal-programm tat-tnissil tagħhom lil parti terza, bil-kondizzjoni li: |
2. Is-soċjetajiet tat-tnissil u l-operazzjonijiet tat-tnissil jistgħu jagħtu kuntratt għall-ġestjoni teknika tal-ktieb tat-tnissil jew tar-reġistru tar-razza tagħhom u ta' aspetti speċifiċi oħra tal-programm tat-tnissil tagħhom lil parti terza, bil-kondizzjoni li: |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun f’idejn is-soċjetajiet tat-tnissil li jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu kuntratt għall-ġestjoni teknika tal-kotba tat-tnissil jew tar-reġistri ta' razez tagħhom u aspetti speċifiċi oħra tal-programmi tat-tnissil tagħhom. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Is-soċjetajiet tat-tnissil u l-operazzjonijiet tat-tnissil li jagħżlu l-possibilità pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti li għamlu dan. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar l-emendi ta’ rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil stabbiliti fil-Parti 2 u, fil-każ ta’ annimali ekwini ta’ razza pura, fil-Parti 3 tal-Anness I, biex tqis il-varjetà ta’ programmi tat-tnissil imwettqin minn soċjetajiet ġenealoġiċi u minn operazzjonijiet tat-tnissil. |
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet tat-tnissil u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil stabbiliti fil-Parti 2 u, fil-każ ta’ annimali ekwini ta’ razza pura, fil-Parti 3 tal-Anness I, biex tqis il-varjetà ta’ programmi tat-tnissil imwettqin minn soċjetajiet tat-tnissil u minn operazzjonijiet tat-tnissil. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tagħti lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a), flimkien ma’ dik in-notifika, kopja tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil imsemmi fl-Artikolu 8(1). |
(b) tagħti lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a), flimkien ma’ dik in-notifika, kopja, fil-lingwa nazzjonali ta' dik l-awtorità, tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil imsemmi fl-Artikolu 8(1). |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-approvazzjoni ta’ programm tat-tnissil ieħor tkun thedded il-kontinwità fil-popolazzjoni tal-anninali ta' razza pura għat-tnissil li jkun hemm f’dak l-Istat Membru tant li dan ikun ta’ ħsara għall-preservazzjoni ta’ dik ir-razza jew għad-diversità ġenetika tagħha. |
(b) l-approvazzjoni ta’ programm tat-tnissil ieħor tkun thedded il-kontinwità fil-popolazzjoni tal-annimali ta' razza pura għat-tnissil li jkun hemm f’dak l-Istat Membru tant li: |
|
(i) fir-rigward tal-programmi ta’ preservazzjoni, ikun hemm theddida għall-preservazzjoni jew għad-diversità ġenetika tal-annimali ta’ razza pura għat-tnissil imdaħħla, jew irreġistrati u eliġibbli biex jiddaħħlu fil-ktieb tat-tnissil stabbilit għal dik ir-razza minn soċjetà tat-tnissil diġà rikonoxxuta f’dak l-Istat Membru, minħabba nuqqas ta’ effiċjenza fir-rigward tal-monitoraġġ ta' kwalunkwe żieda fit-tgħammir ta’ annimali tal-istess demm u l-ġestjoni ta’ anomaliji ta’ oriġini ġenetika, b'riżultat tan-nuqqas ta' ġestjoni koordinata u l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-wirt ġenetiku tar-razza; or |
|
(ii) għall-programmi ta’ titjib ġenetiku, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, din l-approvazzjoni twassal għal nuqqas ta’ effiċjenza f’termini tal-progress ġenetiku mistenni, tal-kontroll taż-żidiet fit-tgħammir bejn annimali tal-istess demm u l-ġestjoni ta’ anomaliji ta’ oriġini ġenetika, minħabba nuqqas ta’ ġestjoni koordinata u ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar il-wirt ġenetiku tar-razza, jew jirriżulta fi żvilupppi tat-tnissil li jitbiegħdu jew ikunu inkonsistenti mal-karatteristiċi speċifikati għal dik ir-razza f’dak l-Istat Membru. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. In-nissiela li jċaqilqu l-annimali tagħhom f’siti barra miż-żona ġeografika fejn ikun ġie approvat programm żootekniku mmexxi minn soċjetà tat-tnissil jew minn kumpanija tal-ibridi, jista’ jkollhom l-annimali tagħhom imdaħħla jew irreġistrati fil-ktieb tat-tnissil jew fir-reġistru tal-ibridi miżmum minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew kumpanija tal-ibridi, b’konformità mal-Artikoli 19 u 24. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar emendi tal-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ annimali f’taqsimiet supplimentari ta’ kotba tat-tnissil stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II. |
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ annimali f’taqsimiet supplimentari ta’ kotba tat-tnissil stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Soċjetajiet ġenealoġiċi m’għandhomx jeskludu għal raġunijiet żootekniċi jew ġenealoġiċi, minbarra dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 19, l-użu ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tagħhom għal tnissil bl-użu tat-tekniki ta’ riproduzzjoni li ġejjin: |
1. Is-soċjetajiet tat-tnissil m’għandhomx jeskludu għal raġunijiet żootekniċi jew ġenealoġiċi, minbarra dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 19 u l-Artikolu 27, l-użu ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tagħhom għal tnissil bl-użu tat-tekniki ta’ riproduzzjoni li ġejjin: |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. B’deroga mill-paragrafu 1, soċjetà tat-tnissil li żżomm ktieb tat-tnissil għall-annimali tal-ispeċi ekwina ta’ razza pura għat-tnissil tista', għall-finijiet tal-programmi tat-tnissil tagħha jew sabiex tħares id-diversità ġenetika fi ħdan razza pura, tirrestrinġi jew tipprojbixxi l-użu għal skopijiet ta’ tnissil ta’ teknika ta' riproduzzjoni waħda jew iktar imsemmija fil-paragrafu 1 fuq l-annimali għat-tnissil puri mdaħħla fit-taqsima prinċipali tal-ktieb tat-tnissil tagħha. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Soċjetajiet ġenealoġiċi għandhom jesiġu li anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina u annimali rġiel tat-tnissil ta’ razza pura ta’ razez tal-ħalib tal-ispeċi ovina u kaprina jkunu identifikati b’analiżi tal-grupp tad-demm tagħhom jew b’kull metodu ieħor adatt li jipprovdu mill-anqas l-istess grad ta’ ċertezza meta jintużaw għal: |
1. Is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom jesiġu li l-annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, ovina u kaprina jkunu identifikati b’analiżi tal-grupp tad-demm tagħhom, b'analiżi tat-tip single nucleotide polymorphism (SNP) jew b'analiżi mikrosatellitari jew bi kwalunkwe metodu ieħor adatt li jipprovdi mill-anqas l-istess grad ta’ ċertezza meta jintuża għal: |
Ġustifikazzjoni | |
L-analiżi SNP u dik mikrosatellitari għandhom ikunu inklużi fost il-metodi ta' riferenza. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-avvanzi fil-metodi ta’ identifikazzjoni abbażi tal-ħidma tal-ICAR u tal-International Society of Animal Genetics (ISAG). |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Meta tintalab minn Stat Membru jew minn assoċjazzjoni Ewropea ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi għall-annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi konċernata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti implimentattivi, tapprova metodi għall-kontroll tal-identità ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina u annimali rġiel tat-tnissil ta’ razza pura ta’ razez tal-ħalib tal-ispeċi ovina u kaprina li jipprovdu mill-anqas l-istess grad ta’ ċertezza bħall-analiżi tal-grupp tad-demm ta’ dawk l-anninali ta' razza pura għat-tnissil, billi jitqiesu avanzi tekniċi u r-rakkomandazzjonijiet taċ-ċentri ta’ referenza Ewropej imsemmija fl-Artikolu 31. |
1. Meta tintalab minn Stat Membru jew minn assoċjazzjoni Ewropea ta’ soċjetajiet tat-tnissil għall-annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi konċernata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti implimentattivi, tapprova metodi għall-kontroll tal-identità ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina u annimali rġiel tat-tnissil ta’ razza pura ta’ razez tal-ħalib tal-ispeċi ovina u kaprina li jipprovdu mill-anqas l-istess grad ta’ ċertezza bħall-analiżi tal-grupp tad-demm ta’ dawk l-annimali ta' razza pura għat-tnissil, billi jitqiesu l-avvanzi tekniċi fil-metodi ta' identifikazzjoni abbażi tal-ħidma tal-ICAR u l-ISAG u r-rakkomandazzjonijiet taċ-ċentri ta’ referenza Ewropej imsemmija fl-Artikolu 31. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 ikun jeħtieġlu kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika għall-klassifikazzjoni ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina f’kotba tat-tnissil u għall-aċċettazzjoni għal tnissil ta’ annimali rġiel tat-tnissil tal-ispeċi ekwina u s-semen tagħhom, soċjetajiet ġenealoġiċi għandhom jiżguraw li ttestjar bħal dan ta’ prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika jitwettqu skont ir-regoli li ġejjin stabbiliti fl-Anness I: |
2. Meta programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 ikun jeħtieġlu kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika għall-klassifikazzjoni ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina f’kotba tat-tnissil u għall-aċċettazzjoni għal tnissil ta’ annimali tat-tnissil tal-ispeċi ekwina u l-prodotti ġerminali tagħhom, is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom jiżguraw li tali ttestjar tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika jitwettqu skont ir-regoli li ġejjin stabbiliti fl-Anness I: |
Ġustifikazzjoni | |
L-ittestjar tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika għall-aċċettazzjoni għat-tnissil għandhom ikunu possibilità wkoll għall-annimali tat-tnissil nisa. Dan il-mod ta' tnissil huwa ta' importanza fundamentali għal ċerti soċjetajiet ta' tnissil. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) preokkupazzjonijiet ta' etika. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meqjusa l-opinjoni tal-espert indipendenti msemmija fl-Artikolu 13(1)(a), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att implimentattiv, tistabbilixxi regoli uniformi għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjonijiet ġenetiċi u għall-interpretazzjoni tar-riżultati tagħhom. |
2. Meqjusa l-opinjoni tal-espert indipendenti msemmija fl-Artikolu 13(1)(a), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att implimentattiv, tistabbilixxi regoli uniformi għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjonijiet ġenetiċi u għall-interpretazzjoni tar-riżultati tagħhom abbażi tal-ħidma tal-ICAR. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Fi kwalunkwe każ, iċ-ċertifikati żootekniċi għandhom isemmu jekk l-annimal tat-tnissil huwiex annimal klonat jew dixxendent ta’ annimal klonat, jew jekk il-prodott ġerminali hux ġej minn annimal klonat jew minn dixxendent ta’ annimal klonat. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-2011, it-tliet istituzzjonijiet kollha qablu li t-traċċabilità kienet meħtieġa bħala rekwiżit bażiku u li jista’ jiġi implimentat faċilment għal kwalunkwe regola dwar l-annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom li kienet se tiġi deċiża aktar ’il quddiem. Il-bdiewa għandu jkollhom id-dritt li jkunu jafu jekk il-materjal riproduttiv li jixtru huwiex ġej minn annimal ikklonat jew dixxendenti tiegħu. Il-Kummissjoni diġà wiegħdet fir-rapport tagħha tal-2010 dwar il-klonazzjoni li tistabbilixxi r-rekwiżiti tat-traċċabilità fil-leġiżlazzjoni żooteknika. (http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/docs/20101019_report_ec_cloning_mt.pdf, p. 14). | |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Fi kwalunkwe każ, iċ-ċertifikati żootekniċi għandhom isemmu jekk l-annimal tat-tnissil huwiex annimal klonat jew dixxendent ta’ annimal klonat, jew jekk il-prodott ġerminali hux ġej minn annimal klonat jew minn dixxendent ta’ annimal klonat. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-2011, it-tliet istituzzjonijiet kollha qablu li t-traċċabilità kienet meħtieġa bħala rekwiżit bażiku u li jista’ jiġi implimentat faċilment għal kwalunkwe regola dwar l-annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom li kienet se tiġi deċiża aktar ’il quddiem. Il-bdiewa għandu jkollhom id-dritt li jkunu jafu jekk il-materjal riproduttiv li jixtru huwiex ġej minn annimal ikklonat jew dixxendenti tiegħu. Il-Kummissjoni diġà wiegħdet fir-rapport tagħha tal-2010 dwar l-ikklonar li tistabbilixxi r-rekwiżiti tat-traċċabilità fil-leġiżlazzjoni żooteknika (http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/docs/20101019_report_ec_cloning_mt.pdf, p. 14). | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) eżami ta’ dokumenti u rekords oħra li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament; |
(c) eżami ta’ dokumenti, rekords ta’ traċċabilità u rekords oħra li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament; |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-assistenza amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, fejn ikun xieraq, parteċipazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru f’kontrolli uffiċjali fuq il-post li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor iwettqu. |
2. L-assistenza amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, fejn ikun meħtieġ, parteċipazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru f’kontrolli uffiċjali fuq il-post li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor iwettqu. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu jinkiser il-limitu eżistenti tal-UE ta’ tmien sigħat għall-vjaġġi kollha ta' trasport ta' annimali ħajjin, kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-bdiewa għandhom responsabbiltà legali li jiżguraw li l-annimali tagħhom huma trasportati b’mod li ma jikkawżalhomx korriment jew tbatija bla bżonn. Minkejja dan, għad hemm problemi serji fit-trattament tal-annimali matul it-trasport, skont il-provi mill-Kummissjoni Ewropea u l-EFSA. Għal xi pajjiżi tal-UE l-pieni għan-nuqqas ta’ konformità mhumiex dissważivi. | |
Emenda 42 Proposta għal regolament Anness I – Parti 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. tkun legalment u finanzjarjament indipendenti mill-awtorità kompetenti; |
2. tkun legalment u finanzjarjament indipendenti mill-awtorità kompetenti, bla ma dik l-indipendenza finanzjarja twaqqaf lill-amministrazzjonijiet pubbliċi milli jagħtuhom għajnuna pubblika b’konformità mad-dritt tal-Unjoni; |
Emenda 43 Proposta għal regolament Anness I – Parti 2 – punt 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) is-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ pedigrees ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħla jew reġistrati u eliġibbli għal dħul f’kotba tat-tnissil jew ta’ majjal ibridu għat-tnissil reġistrati f’reġistri ta’ razez; |
(c) is-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ pedigrees ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil, inkluż il-perċentwal tal-purezza tal-pedigree tal-annimali, imdaħħla jew reġistrati u eliġibbli għal dħul f’kotba tat-tnissil jew ta’ majjal ibridu għat-tnissil reġistrati f’reġistri ta’ razez; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġu appoġġjati l-prinċipji tat-trasparenza u r-responsabbiltà biex jiġi żgurat li l-purezza tar-razza tkun ċara għall-partijiet interessati kollha u b’hekk jiġi żgurat li d-diversità ġenetika tar-razza tiġi ppreżervata. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament Anness I – Parti 2 – punt 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) l-objettivi tal-programm tat-tnissil u tal-kriterji dettaljati ta’ evalwazzjoni dwar l-għażla ta’ annimali għat-tnissil, li fil-każ li jkun ġie stabbilit ktieb tat-tnissil għal razza ġdida, għandhom jinkludu informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi dettaljati li jiġġustifikaw l-istabbiliment tar-razza l-ġdida; |
(d) l-objettivi tal-programm tat-tnissil, il-popolazzjonijiet li għandhom jiġu evalwati, u l-kriterji dettaljati ta’ evalwazzjoni dwar l-għażla ta’ annimali għat-tnissil, li fil-każ li jkun ġie stabbilit ktieb tat-tnissil għal razza ġdida, għandhom jinkludu informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi dettaljati li jiġġustifikaw l-istabbiliment tar-razza l-ġdida; |
Emenda 45 Proposta għal regolament Anness I – Parti 2 – punt 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jekk il-programm ta’ tnissil ikollu jitwettaq bħala programm ta’ preservazzjoni, minbarra li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu, dan għandu jinvolvi kwalunkwe miżura xierqa in situ (fuq annimali ħajjin) u ex situ (preservazzjoni ta' tessut hew materjal riproduttiv) sabiex jiġi ppreservat il-wirt ġenetiku ta’ speċi. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Anness II – Parti 1 – Kapitolu I – punt 1 – punt a – punt i | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) fil-punt (i) tal-Artikolu 2(i) fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina (Bos taurus u Bubalus bubalis), tal-ispeċi porċina (Sus scrofa), tal-ispeċi ovina (Ovis aries) u tal-ispeċi kaprina (Capra hircus); |
(i) in point (i) of Article 2(i) fil-punt (i) tal-Artikolu 2(i) fil-każ ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina (Bos taurus, Bos indicus u Bubalus bubalis), tal-ispeċi porċina (Sus scrofa), tal-ispeċi ovina (Ovis aries) u tal-ispeċi kaprina (Capra hircus); |
Emenda 47 Proposta għal regolament Anness II – Parti 1 – Kapitolu I – punt 1 – punt a – punt ii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) fil-punt (ii) tal-Artikolu 2(i) fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina (Equus caballus u Equus asinus); |
(ii) fil-punt (ii) tal-Artikolu 2(i) fil-każ ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina (Equus caballus u Equus asinus). Iż-żewġ ġenituri għandhom jiġu aċċettati għat-tnissil mis-soċjetà tat-tnissil; |
Emenda 48 Proposta għal regolament Anness II – Parti 1 – Kapitolu I – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) ikollu l-pedigree tiegħu stabbilit skont ir-regoli msemmija fil-ktieb tat-tnissil skont il-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9; |
(b) ikollu l-pedigree tiegħu, flimkien mal-perċentwal tal-purezza tal-pedigree tiegħu, stabbilit skont ir-regoli msemmija fil-ktieb tat-tnissil; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kwistjonijiet ta' pedigree huma rregolati mir-regoli stipulati fil-ktieb tat-tnissil u mhux mill-programm ta' tnissil. | |
Emenda 49 Proposta għal regolament Anness II – Parti I – Kapitolu I – punt 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Soċjetà tat-tnissil li ddaħħal fil-ktieb tat-tnissil tagħha annimal ta’ razza pura għat-tnissil ma tistax tirrifjuta li ddaħħal, jew li tirreġistra sabiex jiddaħħal, annimal raġel kastrat tal-ispeċi ekwina li jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, u fejn xieraq, il-punt (d) tal-paragrafu 1, jekk il-ġenituri ta’ dak l-annimal ikunu ddaħħlu fit-taqsima prinċipali ta’ dan il-ktieb tat-tnissil u jkunu ġew aċċettati għat-tnissil mis-soċjetà tat-tnissil. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu I – l-ewwel paragrafu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Soċjetajiet ġenealoġiċi għandhom jagħmlu kontroll tal-prestazzjoni biex jistabbilixxu l-valur għat-tnissil ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina bl-użu ta’ taħlita waħda jew aktar tal-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. |
Is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom jagħmlu kontroll, jew iqabbdu lil min jagħmel kontroll, tal-prestazzjoni biex jistabbilixxu l-valur għat-tnissil ta’ annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina bl-użu ta’ wieħed mill-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu, jew kombinazzjoni tagħhom. |
Emenda 51 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu I – it-tieni paragrafu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kontroll tal-prestazzjoni għandu jsegwi r-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea mogħtijin fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni mal-Kumitat Internazzjonali għar-Reġistrrazzjoni ta’ Annimali (ICAR). |
Il-kontroll tal-prestazzjoni għandu jsegwi r-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea mogħtijin fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni mal-ICAR. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu I – Taqsima 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Soċjetajiet ġenealoġiċi għandhom jirreġistraw dejta dwar produzzjoni ta’ ħalib skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmijin fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 53 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu I – Taqsima 3 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-inklużjoni fl-evalwazzjoni ġenetika ta’ temperament, dejta ta’ klassifikazzjoni morfoloġika u reżistenza għall-mard għandhom jitqiesu biss jekk id-dejta tkun iġġenerata abbażi ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni approvata mill-istituzzjoni nominata kif imsemmi fl-Artikolu 29(1). |
2. L-inklużjoni fl-evalwazzjoni ġenetika ta’ temperament, dejta ta’ klassifikazzjoni morfoloġika u reżistenza għall-mard u kwalunkwe karatteristika ġdida għandhom jitqiesu biss jekk id-dejta tkun iġġenerata abbażi ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni approvata mill-istituzzjoni nominata kif imsemmi fl-Artikolu 29(1). |
Emenda 54 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 2 – it-tieni subparagrafu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-valur għat-tnissil ta’ annimal tat-tnissil għandu jkun ikkalkulat abbażi tar-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni tal-annimal partikolari jew ta’ dawk l-annimali li minnhom ikun ġej, u jkun jista’ jissaħħaħ bl-użu ġenomiku jew abbażi ta’ metodu ieħor ivvalidat miċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1). |
Il-valur għat-tnissil ta’ annimal tat-tnissil għandu jkun ikkalkulat abbażi ta' informazzjoni relatata mal-ġenoma u/jew ir-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni tal-annimal individwali u/jew ta’ dawk li jiġu minnu u/jew kwalunkwe sors ieħor ta’ informazzjoni vvalidat miċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1). |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kliem tal-Kummissjoni jista’ jiġi interpretat bħala li tipprojbixxi l-aċċettazzjoni għat-tnissil ta’ barrin żgħar mingħajr bniet) (“barrin ġenomiċi”). Huwa importanti li jiġi żgurat li s-semen minn barrin evalwati ġenomikament jista' jitqiegħed fis-suq. | |
Emenda 55 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 3 – l-ewwel subparagrafu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-metodi ta’ statistika applikati fl-evalwazzjoni ġenetika għandhom ikunu konformi mar-regoli u mal-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR u għandhom jiggarantixxi evalwazzjoni ġenetika imparzjali mill-influwenzi tal-fatturi ambjentali ewlenin u mill-istruttura tad-dejta. |
3. Is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom jiggarantixxu li ma jkun hemm l-ebda preġudizzju li jirriżulta mill-influwenzi tal-fatturi ambjentali ewlenin u mill-istruttura tad-dejta. Soċjetà tat-tnissil tista’ tavviċina ċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) jekk tkun tixtieq tikkonferma jekk il-metodi ta' statistika tagħha għal evalwazzjoni ġenetika jikkonformawx mal-istandards u r-regoli stabbiliti u rikonoxxuti internazzjonalment. Jekk jintalab jagħti opinjoni esperta, iċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għandu jittratta l-informazzjoni mogħtija mis-soċjetà tat-tnissil bħala informazzjoni kunfidenzjali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-obbligu qawwi stabbilit fil-proposta tal-Kummissjoni jista’ joħnoq l-innovazzjoni fil-qasam tal-evalwazzjoni ġenetika u jista’ jwassal għal problemi ta’ kunfidenzjalità għas-soċjetajiet tat-tnissil li jiżviluppaw metodi ta' statistika innovattivi. | |
Emenda 56 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 3 – it-tieni subparagrafu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-affidabbiltà tal-evalwazzjoni ġenetika għandha titkejjel bħala l-koeffiċjenti ta’ determinazzjoni skont regoli u standards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. Meta jkunu ppubblikati r-riżultati tal-evalwazzjoni, għandhom jingħataw l-affidabbiltà kif ukoll id-data tal-evalwazzjoni. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 57 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – punt 5 – l-ewwel subparagrafu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Barrin maħsubin għal inseminazzjoni artifiċjali, bl-eċċezzjoni ta’ barrin li jkunu ta’ razez mhedda b’estinzjoni, għandhom ikunu ssoġġettati għal evalwazzjoni ġenetika għal karatteristiċi obbligatorji kif deskritt fil-punt 6 jew 7. Dawk il-valuri tat-tnissil għandhom ikunu ppubblikati mis-soċjetà tat-tnissil. |
5. Barrin maħsubin għal inseminazzjoni artifiċjali, bl-eċċezzjoni ta’ barrin li jkunu ta’ razez mhedda b’estinzjoni, għandhom ikunu ssoġġettati għal evalwazzjoni ġenetika għal, bħala rekwiżit minimu, karatteristiċi obbligatorji kif deskritt fil-punt 6a jew 7. Dawk il-valuri tat-tnissil kollha għandhom ikunu ppubblikati mis-soċjetà tat-tnissil. |
|
Il-valuri tat-tnissil l-oħra eżistenti kollha li jkunu disponibbli għall-barrin maħsuba għal programmi ta' inseminazzjoni artifiċjali ukoll għandhom ikunu ppubblikati mis-soċjetà tat-tnissil. |
|
Is-soċjetà tat-tnissil għandha tippubblika wkoll il-valuri tat-tnissil eżistenti għal barrin maħsuba għat-tgħammir naturali kif ukoll għall-baqar. |
Emenda 58 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 6 – it-tieni subparagrafu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-affidabbiltà minima tal-evalwazzjoni ġenetika ta’ barrin għal inseminazzjoni artifiċjali tar-razez tal-ħalib għandha tkun mill-anqas 0,5 għall-karatteristiċi li l-ħalib jirrendi, għall-kontenut ta’ xaħam tal-butir u proteina, skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin ta’ produzzjoni, billi titqies l-informazzjoni disponibbli minn wild u kollaterali. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 59 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 6 – it-tielet subparagrafu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Barrin żgħar fl-età evalwati ġenomikament, mingħajr reġistrazzjoni ta’ prestazzjoni ta’ wild, għandhom jitqiesu tajbin għal inseminazzjoni artifiċjali jekk l-evalwazzjoni ġenomika tagħhom tkun ivvalutata skont regoli u standards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 60 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 7 – l-ewwel subparagrafu – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) evalwazzjoni ġenomika jew kull metodu ieħor, inkluża taħlita ta’ dawn il-metodi, ivvalidata skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 61 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 7 – it-tielet subparagrafu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-affidabbiltà minima tal-evalwazzjoni ġenetika ta’ barrin għal inseminazzjoni artifiċjali ta’ razez taċ-ċanga għandha tkun mill-anqas 0,5 għaż-żieda fil-piż ta’ karatteristiċi ħajjin u żvilupp muskolari (konformazzjoni ta’ ċanga) skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-produzzjoni, |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 62 Proposta għal regolament Anness III – Parti 1 – Kapitolu II – paragrafu 7 – ir-raba' subparagrafu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta jkunu kkalkolati valuri ġenomiċi tat-tnissil, dawk il-valuri għandhom ikunu vvalidati għall-karatteristiċi konċernati skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 63 Proposta għal regolament Anness III – Parti 3 – Kapitolu I – paragrafu 3 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-karatteristiċi reġistrati b’konformità mal-prinċipji maqbula minn ICAR, bħall-produzzjoni tal-ħalib, il-kompożizzjoni tal-ħalib jew kull dejta oħra rilevanti, għandhom ikunu ddikjarati; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 64 Proposta għal regolament Anness III – Parti 3 – Kapitolu I – paragrafu 3 – punt b – punt i | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) ikunu relatati ma’ perjodu ta’ żmien li jkun konformi man-norma stabbilità minn ICAR għar-reġistrazzjoni tal-produttività ta’ annimali tal-ħalib; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 65 Proposta għal regolament Anness V – Parti 2 – Kapitolu I – punt 1 – punt ha (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ha) fejn ikun applikabbli, il-fatt li l-annimal ikun annimal klonat; |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-2011, it-tliet istituzzjonijiet kollha qablu li t-traċċabilità kienet meħtieġa bħala rekwiżit bażiku u li jista’ jiġi implimentat faċilment għal kwalunkwe regola dwar l-annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom li kienet se tiġi deċiża aktar ’il quddiem. Il-bdiewa għandu jkollhom id-dritt li jkunu jafu jekk il-materjal riproduttiv li jixtru huwiex ġej minn annimal ikklonat jew dixxendenti tiegħu. Il-Kummissjoni diġà wiegħdet fir-rapport tagħha tal-2010 dwar l-ikklonar li tistabbilixxi r-rekwiżiti tat-traċċabilità fil-leġiżlazzjoni żooteknika.(http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/docs/20101019_report_ec_cloning_mt.pdf, p. 14). | |
Emenda 66 Proposta għal regolament Anness V – Parti 2 – Kapitolu I – punt 1 – punt hb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(hb) fejn ikun applikabbli, il-fatt li l-annimal ikun dixxendent ta’ annimal klonat; |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-2011, it-tliet istituzzjonijiet kollha qablu li t-traċċabilità kienet meħtieġa bħala rekwiżit bażiku u li jista’ jiġi implimentat faċilment għal kwalunkwe regola dwar l-annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom li kienet se tiġi deċiża aktar ’il quddiem. Il-bdiewa għandu jkollhom id-dritt li jkunu jafu jekk il-materjal riproduttiv li jixtru huwiex ġej minn annimal ikklonat jew dixxendenti tiegħu. Il-Kummissjoni diġà wiegħdet fir-rapport tagħha tal-2010 dwar l-ikklonar li tistabbilixxi r-rekwiżiti tat-traċċabilità fil-leġiżlazzjoni żooteknika. (http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/docs/20101019_report_ec_cloning_mt.pdf, p. 14.) | |
Emenda 67 Proposta għal regolament Anness V – Parti 2 – Kapitolu I – punt 1 – punt k – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(k) il-pedigree: |
(k) il-pedigree kif muri hawn taħt, akkumpanjat ukoll mill-perċentwal tal-purezza tal-pedigree: |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġu appoġġjati l-prinċipji tat-trasparenza u r-responsabbiltà biex jiġi żgurat li l-purezza tar-razza tkun ċara għall-partijiet interessati kollha u b’hekk jiġi żgurat li d-diversità ġenetika tar-razza tiġi ppreżervata. | |
Emenda 68 Proposta għal regolament Anness V – Parti 3 – Kapitolu I – paragrafu 1 – punt ha (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ha) fejn ikun applikabbli, il-fatt li l-annimal ikun annimal klonat; |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-2011, it-tliet istituzzjonijiet kollha qablu li t-traċċabilità kienet meħtieġa bħala rekwiżit bażiku u li jista’ jiġi implimentat faċilment għal kwalunkwe regola dwar l-annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom li kienet se tiġi deċiża aktar ’il quddiem. Il-bdiewa għandu jkollhom id-dritt li jkunu jafu jekk il-materjal riproduttiv li jixtru huwiex ġej minn annimal ikklonat jew dixxendenti tiegħu. Il-Kummissjoni diġà wiegħdet fir-rapport tagħha tal-2010 dwar l-ikklonar li tistabbilixxi r-rekwiżiti tat-traċċabilità fil-leġiżlazzjoni żooteknika. (http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/docs/20101019_report_ec_cloning_mt.pdf, p. 14). | |
Emenda 69 Proposta għal regolament Anness V – Parti 3 – Kapitolu I – paragrafu 1 – punt hb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(hb) fejn ikun applikabbli, il-fatt li l-annimal ikun dixxendent ta’ annimal ikklonat; |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-2011, it-tliet istituzzjonijiet kollha qablu li t-traċċabilità kienet meħtieġa bħala rekwiżit bażiku u li jista’ jiġi implimentat faċilment għal kwalunkwe regola dwar l-annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom li kienet se tiġi deċiża aktar ’il quddiem. Il-bdiewa għandu jkollhom id-dritt li jkunu jafu jekk il-materjal riproduttiv li jixtru huwiex ġej minn annimal ikklonat jew dixxendenti tiegħu. Il-Kummissjoni diġà wiegħdet fir-rapport tagħha tal-2010 dwar l-ikklonar li tistabbilixxi r-rekwiżiti tat-traċċabilità fil-leġiżlazzjoni żooteknika. (http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/docs/20101019_report_ec_cloning_mt.pdf, p. 14.) |
PROĊEDURA
Titolu |
Il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom |
||||
Referenzi |
COM(2014)0005 – C7-0032/2014 – 2014/0032(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 25.2.2014 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 25.2.2014 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Michel Dantin 10.7.2014 |
||||
Eżami fil-kumitat |
24.11.2014 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
21.1.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
66 0 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Affronte, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Cristian-Silviu Bușoi, Nicola Caputo, Nessa Childers, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Enrico Gasbarra, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Esther Herranz García, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Gesine Meissner, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Michèle Rivasi, Teresa Rodriguez-Rubio, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Nicola Caputo, Nicola Danti, Michel Dantin, Esther Herranz García, Gesine Meissner, James Nicholson, Alojz Peterle, Bart Staes |
||||
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom |
||||
Referenzi |
COM(2014)0005 – C7-0032/2014 – 2014/0032(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
11.2.2014 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 25.2.2014 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 25.2.2014 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Michel Dantin 3.9.2014 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
3.9.2014 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
5.10.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 3 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Paul Brannen, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Jens Rohde, Bronis Ropė, Jasenko Selimovic, Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Franc Bogovič, Rosa D’Amato, Angélique Delahaye, Georgios Epitideios, Fredrick Federley, Maria Heubuch, Norbert Lins, Momchil Nekov, Sofia Ribeiro, Hannu Takkula |
||||
Data tat-tressiq |
12.10.2015 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
38 |
+ |
|
ALDE |
Fredrick Federley, Jan Huitema, Ulrike Müller, Jasenko Selimovic |
|
ECR |
Richard Ashworth, Beata Gosiewska, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson, Janusz Wojciechowski |
|
ENF |
Edouard Ferrand, Philippe Loiseau, Laurenţiu Rebega |
|
NI |
Diane Dodds |
|
PPE |
Daniel Buda, Michel Dantin, Angélique Delahaye, Albert Deß, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski |
|
S & D |
Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Paul Brannen, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Viorica Dăncilă, Maria Noichl, Marc Tarabella |
|
VERTS/ALE |
José Bové, Maria Heubuch, Martin Häusling, Bronis Ropė |
|
3 |
- |
|
EFDD |
John Stuart Agnew |
|
GUE/NGL |
Anja Hazekamp, Lidia Senra Rodríguez |
|
3 |
0 |
|
EFDD |
Giulia Moi, Marco Zullo, Luke Ming Flanagan |
|
Tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 226, 16.7.2014, p. 70.